16

Fava Woodworks Co. Ltd. - bandasanlawrenz.com · Id-dominanza mill-ġdid tax-xwieni tal-Ordni minn Malta fil- Mediterran kien insapportabbli għal Suleiman il-Manifku u kien għalhekk

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

2 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

Fava Woodworks Co. Ltd.KW 17B, Corradino Industrial Estate, Paola

Tel: 2182 7650

Manufacturers of all types of Wooden MouldingsShowrooms at the Factory and

80, St. Joseph High Road, Ħamrun

Special priceS for furniShed flatS ownerS

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 3

Kif isir kull sena fin-‘Notice Board’ tal-każin twaħħal ir-rendikont

tal-festa ta’ San Lawrenz. Dan huwa prova ta’ trasparenza fit-tmexxija li wieħed jistenna minn Soċjeta` serja. Il-kumitat jemmen li l-bandisti u l-membri għandhom id-dritt li jkunu jafu kif qed jiġu amministrati l-flus tas-Soċjeta`. L-istess statut tas-Soċjeta` jagħtihom dan id-dritt għaliex ta’ kull sena fix-xahar ta’ Jannar jiġi preżentat rapport finanzjarju għad-diskussjoni u approvazzjoni tal-Laqgħa Ġenerali, wara li jkun approvat mill-awdituri interni u mill-Kumitat Ċentrali. Is-Soċjeta` tagħna kienet minn tal-ewwel li rreġistrat bħala għaqda volontarja u għalhekk kopja ta’ dan ir-rapport li jkun iffirmat minn Accountant professjonali, jintbagħat lill-Kummissarju għoli għall-Organizazzjonijiet Volontarji flimkien mar-Rapport Amministrattiv u dokumenti oħra. Fir-rendikont tal-Festa 2015 jispikkaw l-ispejjeż (€4,198) tal-Vittioriosa in Festa li jsir fis-7 t’Awwissu u tal-marċ ta’ filgħodu (€3,334). L-ispiża totali kienet ta’ €14,548.50 u kien hemm dħul mill-arbular, sponsors u donazzjonijiet ta’ €7,110. Ghalekk kellna żbilanċ ta’ €7,438.50. Tajjeb ngħidu li ma’ dan, il-Każin iħallas aktar min-nofs l-ispejjeż tas-servizz tal-Ġimgħa l-Kbira u Ħadd il-Għid u attivitajiet oħra fil-Parroċċa. Dan il-kontribut aħna nagħmluh bi pjaċir u nkomplu nagħmluh.Għadna kemm ħriġna mill-attivita tal-Birgu Fest fejn ħallejna l-Palazz tagħna bil-libsa tal-Festa u ftaħnieh għall-Pubbliku, filwaqt li organizzajna wirja ta’ pitturi fis-sala tal-Kunċerti, bejgħ ta’ kotba użati u bar quddiem il-Każin. Flimkien mal-membri tal-Kumitat għamilna ġimgħa ta’ xogħol mingħajr waqfien għal siegħat twal biex niġbru fondi għas-Soċjeta` tagħna u rrid nesprimi l-apprezzament tiegħi għal dan. Kien ta’ sodisfazzjon għalina naraw mijiet ta’ nies iżuru l-Każin tagħna u kellhom kliem ta’ tifħir għal mod kif inhu miżmum.

Erġajna ktibna paġna oħra fl-istojra tas-Soċjeta` tagħna meta flimkien mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tellajna programm mużikali ta’ livell għoli nhar is-Sibt 5 ta’ Settembru biex infakkru l-450 sena mill-Assedju ta’ Malta. Ħadt pjaċir bl-atmosfera ta’ ħbiberija u koperazzjoni tad-diriġenti taż-żewġ Soċjetajiet waqt il-preparamenti tax-xogħolijiet mużikali, waqt il-Kunċerti li saru fil-Każin tagħna u

WerrejIl-Kelma tal-President 3Mill-Birgu tal-Imgħoddi 5Messaġġ mill-Arċiprieti 6Riflessjonijiet Spiritwali 6Ħidma Ġenerali 7Francois Borg maħtur Assistent Surmast 8Mijiet ta’ Maltin u turisti jżuru ‘Palazzo Huesca’ 8Dinner Dance tal-Milied 9L-Istrina 10Kompożituri Famużi Alexander Borodin 11Wiċċ’Imb’Wiċċ ma’Alfred Gellel 12/13Attivitajiet Novembru/Diċembru 14

EditurSimon Farrugia

RiklamiOscar Adami

Simon FarrugiaLawrence V. Farrugia

RitrattiMelvin Degiorgio

Noel GauciLawrence Parascandolo

Elton J. Randich

Ritratt Faċċata

Stampat

Triq l-Industrija, QormiTel: 21 250 994 Mob: 9949 0344

[email protected]

Il-Kelma tal-President Lawrence V. Farrugia

waqt l-armar u żżarmar tal-palk. Prosit liż-żewġ Surmastrijiet Diretturi għad-direzzjoni tax-xogħolijiet mużikali li ġew imfaħħra minn dawk preżenti. Ngħid grazzi lill-Kummissjoni Banda u grazzi speċjali lil Bjorn Callus li għalkemm qiegħed barra minn Malta ta sehem kbir fl-organizazzjoni tal-Kunċert u ġie minn Brussell biex idoqq fil-Kunċert.

F’Laqgħa Ġenerali straordinarja sar tibdil fl-amministrazzjoni tal-Kumitat. Simon Farrugia nħatar Segretarju u Arkvista ġie maħtur Chris Pisani li għal bosta snin kien jokkupa din il-kariga.Paul Bongailas li kien jokkupa l-karigi ta’ Segretarju u Delegat tal-Banda, gie rikonfermat Delegat tal-Banda u maħtur Chairman tal-Kummissjoni Banda. Din il-Kummissjoni minbarra l-impenn fil-programmi mużikali u servizzi tal-Banda, qiegħda tagħti attenzjoni kbira fit-tagħlim tal-mużika. Qed jiġu ntrodotti sistemi ġodda bl-użu ta’ mezzi teknoliġiċi moderni, kampanja fost it-tfal u fl-iskejjel biex jibdew jitagħallmu l-mużika, xiri ta’ strumenti ġodda u ħatra t’ Assistent Surmast biex jgħin lis-Surmast fit-tagħlim. Lill-Assistent Surmast Francois Borg nifirħulu u nawgurawlu.

Quddiemna għandna l-Festi sbieħ tal-Milied u l-Ewwel tas-sena. Il-Kumitat ħejja programm t’ attivitajiet biex nifirħu flimkien mal-familji u l-ħbieb tagħna. Uħud minn dawn l-attivitajiet iservu wkoll biex jinġabru fondi. Għall-organizzaturi ta’ dawn l-attivitajiet, dawn ifissru xogħol u sagrifiċċji u kull tant anke tgergir għaliex mhux dejjem tista’ togħġob lil kulhadd. Nistgħu ngħidu grazzi billi nattendu u nagħtu s-support tagħna f ’dawn l-attivitajiet. Il-menswalita` li titħallas mill-membri hija qatra ilma fl-oċejan meta l-ispiża tal-Każin qiegħda taqbeż is-€60,000 u kif tafu tajjeb ħafna xogħol ta’ manutenzjoni jsir b’xejn mill-membri tal-Kumitat.

Nieħu l-okkażjoni biex nawgura Milied Qaddis u Sena Ġdida mimlija b’dak li tixtieq qalbkom.

Nawgura li s-sena d-dieħla s-Soċjeta` tagħna tibqa’ miexja fit-triq tal-progress.

Pittura tan-Nativita’ xogħol il-pittur Taljan Ortolano fl-1520 miżmuma fid-Doria Pamphilj Gallery, Ruma

4 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 84

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 5

Mill-Birgu tal-ImgħoddiAnton Attard

Maltempati Ħorox fi Xtut BeltnaIl-maltempata u t-tromba tal-arja li għaddiet minn fuq il-

Birgu ftit jiem qabel il-festa ta’ San Lawrenz ta’ din is-sena, fakkritni fi tnejn oħrajn li kienu seħħew fl-imgħoddi, li kienu ferm eqqel. Dawn warajhom kienu ħallew ħerba sħiħa u kkawżaw għadd ġmielu ta’ mwiet.

Wara li La Sengle nħatar l-Gran Mastru, il-priżi mill-piraterija, kemm mix-xwieni tal-Ordni kif ukoll minn oħrajn lokali, wasslu biex f ’Malta, skond xi storiċi, kien hawn ċerta prosperita’.

Iżda din il-qagħda s p i ċ ċ a t f ’ ħ a k k a t’għajn bla mistenni. F’Settembru tal-1556, għal ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, faqqgħet maltempata kbira, li qatt ma kienet dehret bħalha, tant li kien inkiteb li wħud ħasbu li kien wasal tmiem id-dinja. Irjieħ qawwija kontra xulxin, ikkawżaw tromba ta’ arja. Ix-xita bil-qliel, il-forza tar-riħ u l-mewġ għoli, li qabel qatt ma kien deher bħalu fil-Port il-Kbir inkluż il-Birgu, għamlu ħerba sħiħa. L-opri tal-baħar, jew għerqu jew tkissru mal-blat. Erba’ xwieni tal-Ordni, ankrati f ’Xatt il-Galeri, jew kif nafuh illum, Ix-Xatt ta’ San Lawenz, inqalbu ta’ taħt fuq. Il-biċċa l-kbira tal-ekwipaġġi tagħhom, magħmulin minn kavallieri, suldati, ilsiera u banavolji għerqu jew tgħaffġu mit-tagħbija u l-armamenti li tgerbu fuqhom. Ħafna mid-djar tal-Birgu ġġarfu u taħthom intradmu n-nies. Kastell Sant’ Anġlu ntlaqat ukoll tant li bl-irjieħ qawwija nqala’ minn postu l-arblu bil-bandiera tal-Ordni, u aktar tard instab nofs mil ‘l bogħod. Dan il-fenomenu baqa’ għaddej nofs siegħa biss u ntemm ħesrem bħal ma’ beda, iżda warajh ħalla mas-600 vittma. Għadd sewwa minnhom kienu mill-Birgu.

Grigalata li Għamlet ĦerbaQabel ma d-daħla tal-Port il-Kbir ġiet imħarsa bil-binjiet ta’ lqugħ li saru fl-1904, bejn Sant’Iermu u r-Rikażli, il-grigal kien jagħmel ħerba tul il-kosta kollha ‘l ġewwa fil-port. Ibda mill-kosta tal-Belt u r-Rinella u l-Birgu u, xi drabi, saħansitra f ’dik soltu kennija tal-Marsa.

Waħda mill-eqqel grigalati li laqtu lil xtutna kienet dik li bdiet ma’ sbieħ is-27 ta’ Frar 1853 u baqgħet tkarkar tlett ijiem sħaħ. Jingħad li l-mewġ li daħal fil-port kien għoli aktar minn sular. Il-bastimenti li kienu sorguti qatgħu l-irmiġġ, bdew jaħbtu ma’ xulxin u komplew jitkaxkru mil-qilla tal-baħar sa ma tfarrku mal-blat. Magħhom intilfet il-merkanija li kienet qed tinħatt jew titgħabba fuqhom. Intilfu kwantitajiet kbar ta’ qamħ, xgħir, qamħirrun, faħam u drappijiet. Agħar minn hekk, intilfu wkoll għadd ta’ baħrin.

Azzjoni f ’waqta mill-Gran Mastru La Sengle, salvat xi membri tal-ekwipaġġ ta’ wħud mix-xwieni, li spiċċaw inqalbu ta’ taħt fuq bla ma għerqu. Il-Gran Mastru kien ordna li jinqalgħu it-twavel taċ-ċan li baqa’ fil-wiċċ u b’hekk salvaw xi wħud li kienet waslet fuqhom mewta sgura. Id-deċiżjoni ta’ La Sengle kienet providenzjali għal xi ftit uħud, fosthom il-kavallier prominenti Romegas li, aktar tard, tant ħabbat u nkwieta lill-Gran Mastru La Cassier. Meta nqalgħet tavla ta’ waħda mix-xwieni, l-ewwel ma ħarġet, qabel sidha, kienet ix-xadina ta’ Romegas. Dawk li salvaw kienu għamlu lejl sħiħ iggranfati maċ-ċan tax-xini, sa geddumhom fl-ilma u jieħdu n-nifs mill-ftit arja li kien għad fadal bejn wiċċ il-baħar u ċ-ċan tax-xini, li wara li nqalbet, spiċċa bħal saqaf fuq rashom.

B’din il-maltempata, il-flotta tal-Ordni spiċċat fix-xejn u l-kursari ta’ Barberija kellhom xalata fil-Mediterran. Saħansitra il-kursar Dragut ittanta jaħbat għalina, iżda fallielu għax traġġa lura bla ma kellu ħin jgħabbi fuq ix-xwieni tiegħu Maltin li kienu ser jispiċċaw ilsiera.

Din il-qagħda kienet qasira, għax il-flotta tal-Ordni ma dametx ma ħadet ir-ruħ mill-ġdid. La Sengle ordna galljun f ’waħda mit-tarznari ta’ Messina, li l-ekwipaġġ għalih ipprovdieh il-Papa. Ir-Re Filippu II ta’ Spanja irregala żewġ xwieni armati b’kollox. Il-Prijur ta’ San Gilles bagħat Malta galljun mimli provvisti, armamenti u munizzjon u magħhom suldati lesti għal li jista jinqala’. Fl-istess ħin, il-Gran Prijur ta’ Franza Francoise de Lorraine gie Malta b’ żewg galljuni biex jgħin lill-Ordni tieħu mill-ġdid ir-riedni fil-Mediterran.

Id-dominanza mill-ġdid tax-xwieni tal-Ordni minn Malta fil-Mediterran kien insapportabbli għal Suleiman il-Manifku u kien għalhekk li fl-1565 il-flotta tiegħu attakkat gżiritna f ’dak li baqa’ jissejjaħ l-Assedju l-Kbir, li fih il-Birgu kiseb prominenza kbira fl-istorja Ewropeja.

Tul il-kosta taħt is-swar tal-Birgu intilfu kemm xwieni u kemm ħajjiet. Il-bastiment Malti Griol, li kien qed iħott max-Xatt tal-Belt tkaxkar u tfarrak mal-blat ta’ taħt Sant’ Anġlu, magħruf fl-antik u kif għadu,sa ċertu punt, issa, bħala “ taħt il-bandiera”.

Skuna Franċiża, li kienet tħott il-qamħ fid-daħla bejn il-Birgu u l-Kalkara, tkaxkret u tfarrket mal-blat taħt is-Sur tat-Toqba u għerqet. Magħha tilfu ħajjithom il-membri kollha tal-ekwipaġġ.

Aktar tard matul il-lejl, skuna Awstrijaka li bħal ta’ qabilha kienet tħott ix-xgħir fl-istess post, messitha l-istess xorti u bħal ta’ qabilha tfarrket taħt is-swar tat-Toqba. Tnejn mill-ekwipaġġ li daħlu jistkennu f ’daħla fil-blat viċin it-Toqba, mietu xorta waħda, għax il-mewġ għatta l-bokka u fgaw hemm ġew.

Għal ħafna mill-barklori tal-Birgu kienu tlett ijiem diżastrużi, għax dawk li ma laħqux ġibdu d-dgħajjes tagħhom ‘l art, spiċċaw mingħajr l-għodda li biha kienu jmantnu lill-familja.

6 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

Ħsieb Spiritwali minn Fr Martin Mamo OFMCap.

San Franġisk u l-Milied

Greccio huwa raħal medjevali ċkejken xi 15-il kilometru ‘l bogħod minn Rieti mibni fuq il-ġenb ta’ Monte Lacerone.  Is-Santwarju Franġiskan jinsab xi żewġ kilometru ‘l isfel mir-raħal.

 Greccio baqa’ marbut mal-ġrajja tal-lejl tal-Milied tas-sena 1223.  Kien ġo għar ċkejken imxabbat ma’ din l-għolja mdawra bil-boskijiet li Franġisku ħoloq għall-ewwel darba l-presepju ħaj.  Xi ħmistax qabel il-Festa tal-Milied Franġisku talab lil ħabib tiegħu Giovanni Velita, raġel nobbli minn dawk l-inħawi biex ilesti l-meħtieġ għall-festa, il-maxtura bit-tiben, il-baqra u l-ħmara.  Għall-okkażjoni ġew imsejħa l-patrijiet u n-nies tal-inħawi iġorru xemgħat u fjakkli. Fl-aħħar wasal Franġisku u hemm saret il-Quddiesa tal-Milied proprju fuq il-maxtura li serviet ta’ altar. Franġisku qara l-Vanġelu u ppriedka dwar il-faqar tat-Tarbija ta’ Betlem.  Dak il-lejl Greccio sar Betlem mill-ġdid.  Illum dan il-post ġie kkonsagrat lill-Mulej u fuq il-presepju nbena altar u ġiet iddedikata knisja f ’ġieh San Franġisk. Kif tasal Greccio wara li titla taraġ twil tiġi fuq terrazzin zghir.  Mit-terrazzin tidhol ghall-Cappella del Presepe, li hi parti mill-għar fejn Franġisku ċċelebra l-Milied fl-1223.  Fil-post hemm altar u warajh affresk ta’ Giotto li juri x-xena tal-presepju.   Fuq in-naħa ta’ wara tal-kappella hemm l-ewwel kunvent fejn kien jgħix San Franġisku u l-ewwel aħwa. Dan il-kunvent kien fih kċina, refettorju u dormitorju.  Kien f ’dan ir-refettorju fejn seħħet il-ġrajja meta Franġisku libes ta’ pellegrin fqir mar jittallab il-karità mingħand il-patrijiet stess.  Fil-parti ta’ fuq tal-Kunvent hemm kappella mibnija fl-1228 u ddedikata lil San Franġisk. Din il-kappella li hija msejħa wkoll il-Kappella ta’ San Bonaventura, hija maqsuma fi tnejn, parti fejn hemm il-kor għall-patrijiet u l-parti l-oħra għan-nies.  Mal-ġenb tal-kappella hemm l-Oratorio di San Francesco. Hawnhekk hawn kwadru qadim tassew, jingħad li kien ta’ Jacopa dei Sottesoli, il-benefattriċi tal-qaddis. Fl-inkwadru Franġisku huwa ppreżentat jixxotta d-dmugħ minn għajnejh. F’dan l-ambjent hemm il-parti tal-kunvent fejn għex San Bonaventura meta kien Ġeneral tal-Ordni bejn 1257-1274.  Wieħed għad jistà jara d-dormitorju magħmul minn ċelel ċkejknin ta’ l-injam. Fl-ewwel ċella jingħad li għex kemm San Bonaventura warajh u San Bernardin minn Siena. Fuq din l-għolja fl-1959 inbniet knisja kbira ddedikata lil Verġni Immakulata.  Il-knisja nbniet bl-iskop li tilqa` fiha l-gruppi numerużi li jżuru dan is-Santwarju.  Ma jistax jonqos fil-knisja ikun hemm presepju, anzi hemm għal wieħed tnejn u aktar wkoll. Hemm wieħed tat-terracotta li sar fl-1962 u ieħor fl-injam skolpit fl-1968. Fil-parti tal-gallerija, fil-ġenb u fl-ambejnti tan-naħa ta’ wara tal-knisja llum hemm wirja permanenti ta’ presepji differenti.  Hawn fi Greccio kollox ifakkar fil-ġrajja ta’ Franġisku u l-ewwel presepju li seħħ f ’dan il-post.

Il-Milied it-tajjeb.

  

Messaġġ mill-Arċipriet - Dun Joseph MizziGħeżież ħuti,

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru 2015, festa tal-Kunċizzjoni, il-Papa Franġisku nieda s-sena tal-Ġublew il-Kbir tal-Ħniena għall-Knisja kollha. Dan jagħlaq fil-festa ta’ Kristu Re tal-2016. Din, bla dubju ta’ xejn, hija opportunità biex nerġgħu nduqu mill-ġdid il-ħniena u l-maħfra ta’ Alla.

Il-ħniena hija essenzjali biex aħna jkollna relazzjonijiet sbieħ fil-familji tagħna u ma’ xulxin fl-ambjenti kollha fejn naħdmu, ngħixu u nkunu. Mingħajr ħniena, tjubija u umiltà, la ser ikollna familja sabiħa u magħquda u lanqas soċjetà unità, iżda kulħadd ikun qed jaqdef għal rasu.

Il-ħniena tqarribna iżjed lejn xulxin u tgħinna nifhmu aħjar lil xulxin;Il-ħniena tgħinna naħsbu aktar f ’xulxin u mhux fina nfusna;Il-ħniena twassal biex aħna naħfru lil xulxin minn qalbna mingħajr ma ntawluha;Il-ħniena tgħinna biex ikollna aktar paċenzja ma’ xulxin u aktar hlewwa ma’ xulxin;Il-ħniena twassal biex nagħtu żmien lil xulxin biex kulħadd jikber u jimxi ‘l quddiem bil-pass tiegħu;Il-ħniena tgħinna biex nirrispettaw aktar lil xulxin kif aħna, bil-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tagħna;Il-ħniena tagħmilna aktar persuni sbieħ, sħaħ u nixbħu lil Alla.

Għalhekk fuq l-eżempju tal-Familja Mqaddsa ta’ Nażaret, li lejha nħarsu f ’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied, ejjew nitgħallmu kif ikollna aktar ħniena, mogħdrija u empatija ma’ xulxin. Ejjew nispiraw irwieħna mill-familja ta’ Ġesù, Ġużeppi u Marija biex ikollna għemil u kliem ta’ ħniena u nwettquhom fil-prattika fil-ħajja ta’ kuljum, ħalli jkollna familji tassew sodi, sani u qaddisin.

Nawguralkom Milied ħieni u qaddis. Il-Mulej iberikkom

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 7

Wara li fl-1988 ġejt elett għall-ewwel darba fil-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz qatt ma’ ħarist lura u dejjem ħdimt fil-karigi li kelli l-aktar f ’dik ta’

Delegat tal-Banda li domt fiha ghal 24 sena. L-aħħar sena wara r-riżenja ta’ Chris Pisani mill-kariga ta’ Arkivista kont assumejt din ir-responsabbilta. U f ’Laqgħa Ġenerali li saret fit-13 t’Ottubru li għadda ġejt elett bħala Segretarju, bi Chris Pisani jerġa jsir l-Arkivista tas-Soċjeta’.

Bħalma għamilt dejjem jien ser inkun qed nagħti l-massimu possibbli sabiex naqdi d-dmirijiet tiegħi f ’din il-kariga mpenjattiva bl-aħjar mod possibbli. Nemmen li hemm sfidi interessanti li nistgħu nesploraw aktar fil-fond biex nieħdu l-massimu. Nixtieq nirringrazzja lill-predeċessur tiegħi Paul Bongailas li kien lest li jservi minkejja li għal ftit żmien dejjem fl-interess tas-Soċjeta’. Huwa ser ikun qiegħed issa jikkonċentra aktar fuq il-kariga ta’ Delegat tal-Banda. Ninsabu ftit ġimgħat biss il-bogħod mill-Festi tal-Milied fejn xi ħaġa innovativa din is-sena hija li nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru l-Banda b’kollaborazzjoni mal-Banda San Ġużepp tal-Kalkara ser tkun qed ittellgħa Programm Mużikali tal-Milied. Dan ser isir bil-bandisti tal-post taż-żewġ baned. Huwa l-ħsieb li din il-koperazzjoni tiġi estiża matul is-sena kollha sabiex inkunu qegħdin nagħtu aktar spażju lill-bandisti u allievi tal-post.

Il-Kumitat qed jaħdem ħafna u jinvesti fil-Banda. Mill-1 ta’ Novembru beda l-kariga ta’ Assistent Surmast u Għalliem tal-istrumenti ‘woodwind’ Mro. Francois Borg, persuna abbli li minkejja ta’ eta’ żgħira huwa għalliem ta’ dedikazzjoni kbira. Bdew jitqassmu wkoll formoli fid-djar tal-Birgu sabiex inħajru aktar tfal jersqu lejn din l-arti mużikali. Mill-banda l-oħra f ’Jannar li ġej ser inkunu qegħdin inżuru l-iskejjel tal-Birgu sabiex ninfurmaw lill-istudenti dwar il-mużika u l-ġmiel u l-importanza tagħha.

Wara l-Birgufest 2015 ġie żarmat il-Palazz tagħna mil-libsa eleganti tal-Festa u fil-fatt ġejna ffaċjati minn problema dwar fejn ser nerfgħu l-purtieri ġodda li għamilna. Dawn issa qegħdin jinżammu fil-bankun flok fejn kellna l-uniformi tal-banda. B’hekk kellna nixtru kontenituri apposta sabiex tkun tista tintrefgħa b’mod organizzat l-uniformi tal-banda. Bħala Soċjeta’ f ’nofs Ottubru ħallasna lill-bandisti tas-servizzi 2015 fejn l-ispiża leħqet € 21,480. Minbarra dan ħriġna s-servizzi għas-sena 2016 fejn s’issa naqas is-servizz li konna qegħdin nagħmlu Ħal-Għaxaq u żdied servizz nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Girgor, Sliema. Hawn tidher is-serjeta’ li biha naħdmu bħala Soċjeta’ fejn aħna niġru wara l-bandisti mill-ewwel biex inħallsuhom u mhux huma jiġru warajna biex jitħallsu.Bħala Każin għad fadal ftit tan-nies li għadhom ma’ ħallsux il-menswalita għal din is-sena. Nemmen li €10 fis-sena meta membru jirċievi sitt edizzjonijiet tan-Newsletter b’xejn, Desk Diary b’xejn u jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Każin huma miżerja bħala ħlas. U xorta ssib min jitlajja u trid toqgħod tiġri warajh jew warajha. Ma’ dan nixtieq inżid li l-attivita’ kontinwa li hemm fil-każin hija waħda li tagħtik pjaċir. Kemm il-bar u r-restaurant u b’mod partikolari s-Sala tal-Billiard għaddejjin bla waqfien. Dwar is-Sala tal-Billiard bħalissa għaddejja kompetizzjoni li l-finali tagħha ser issir nhar it-Tnejn 14 ta’ Diċembru fejn il-parteċipazzjoni fiha kienet tajba ħafna. Bħala Kumitat nemmnu ħafna fiż-żgħażagħ u l-billiard huwa wieħed mill-mezzi li jista jiġbed aktar żgħażagħ lejn il-Każin. Issa bħala Kummissjoni ser ikun hemm Chris Pisani bħala Chairman, b’Lawrence Gonzi, Lawrence Pace u Jeffrey Grixti membri. L-impenn min naħa ta’ kulħadd huwa importanti sabiex inkomlu nġawdu din is-Sala u l-attivita’ fiha.

Matul il-ġranet li għaddew bdejna wkoll ix-xogħol sabiex fil-futur isir ir-restawr tal-Arkivju uniku li għandna ġewwa Palazzo Huesca. Fil-fatt rappreżentant ta’ kumpanija rinomata lokali diġa ġie jara x-xogħol fejn issa qegħdin nistennew stima biex inkunu nistgħu naraw u nesploraw kull possibilta, dan sabiex naraw biex ser nagħmlu dan il-proġett wieħed sostenibbli.

Finalment minn qalbi nixtieq nawgura lill-Bandisti, Membri u Partitarji tas-Soċjeta’ Milied Ħieni u Sena mimlija b’dak kollu li tixtiequ.

MARATONA TA’50 SIEGĦA SNOOKER

FIS-SALA TAL-BILLIARDTA’ PALAZZO HUESCA

BEJN IT-18 U L-20 TA’ DIĊEMBRU 2015

Ħidma għall-Ġid tas-Soċjetà minn Simon FARRUGIA – Segretarju

8 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

Il-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ħatar lil Francois Borg bħala Assistent Surmast tal-Banda kif ukoll għalliem tal-istrumenti tal-injam fi

ħdan l-istess Soċjeta. Francois Borg iben Anthony u Carmen Borg, twieled fis-7 ta’ Jannar 1988. Huwa attenda edukazzjoni terzjarja fl-MCAST ġewwa Raħal Ġdid, fejn ikkwalifika fil-qasam tat-teknologija u aktar ‘l quddiem, permezz ta’ korsijiet part-time ikkwalifika bħala Network Administrator . Ix-xogħol primarju tiegħu huwa ta’ IT Administrator fil-qasam tal-Edukazzjoni.

Fl-eta’ ta 6 snin Francois beda jitgħallem il-mużika għand John David Zammit fejn ħa tagħlim bażiku kemm tal-kitba kif ukoll fuq il-pjanu. Fl-eta’ ta’ għaxar snin huwa kien imħajjar jibda jdoqq il-klarinett minn Vincent Bonnici, li għallem lil Francois għal tul ta’ 5 snin. Il-ħajra mużikali kompliet titkattar fih permezz ta’ ħuħ Ivan Borg li huwa mużiċist full-time mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Għal ċertu żmien l-aħwa Borg studjaw il-mużika flimkien. Wara sentejn ta’ tagħlim, l-istess Vincent Bonnici ressaq lil Francois biex jibda jieħu sehem fi programmi mużikali. L-ewwel banda li daqq magħha kienet dik ta’ Birżebbugia San Pietru fil-Ktajjen fejn kienu ndaqqew żewġ siltiet fuq programm televiżiv ta’ dak iż-żmien.

Francois kompla jistudja t-Teorija għand Raymond Sciberras u pjanu għand Joseph Caruana, iben il-mibki Surmast Carmelo Caruana. Francois kiseb ħafna esperjenza fi żmien meta ingħaqad mal-Banda King’s Own fejn kellu x-xorti jdoqq taħt l-istess surmast imsemmi Carmelo Caruana għal ħames programmi konsekuttivi fl-Istitut Kattoliku , il-Floriana. Francois ssokta l-istudji tiegħu fuq il-klarinett għand Godfrey Mifsud li għadu jiggwidah sal-lum il-ġurnata.

Fis-sena 2013 Francois ġie avviċinat mis-surmast Jonathan Abela biex jibda jgħallem l-istrumenti tal-qasba fil-każin San Ġużepp tal-Kalkara, fejn l-istess Banda, fil-21 ta’ Settembru tal- istess sena ħatritu assistent surmast. Bla dubju, din kienet esperjenza siewja għal Francois kemm bħala għalliem tal-mużika kif ukoll bħala direzzjoni tal-Banda. Dan għaliex fl-2014, huwa dderieġa siltiet ta’ mużika li l-Banda San Ġużepp tal-Kalkara esegwiet bħala parti mill-Programm Mużikali tal-festa. Huwa kellu wkoll diversi opportunitajiet li jdoqq bħala solist mal-istess Banda San Ġużepp u ma’ diversi baned oħra madwar Malta.

Mijiet ta’ Maltin u turisti jżuru ‘Palazzo Huesca’

Bejn il-Ġimgħa 9 u s-Sibt 10 t’Ottubru, 2015 mijiet ta’ Maltin u turisti żaru ‘Palazzo Huesca’, sede tas-Soċjeta’

Mużikali San Lawrenz. Is-swali prinċipali kienu miftuħin għall-pubbliku bħala parti mill-Birgufest 2015. Kulħadd seta’ jammira l-ġmiel ta’ arkitettura u r-rikkezzi li hemm f ’dan il-Palazz uniku. Kien hemm ukoll żewġ wirjiet ta’ pitturi f ’waħda mis-swali filwaqt li f ’kamra oħra nżammet ‘Book Fair’. Fl-istess ġranet quddiem l-istess Palazz il-membri tal-kumitat u helpers kienu impenjati fl-istands armati b’Ikel tipiku Malti.

Francois Borg maħtur Assistent Surmast tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 9

Nhar il-Ġimgħa 23 t’Ottubru, 2015 il-Kummissjoni

Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz orgranizzat Ikla Familjari f’El Catalan Restaurant, ix-Xgħajra. Kienet attivita’ oħra li minbarra li tkompli tgħin lis-Soċjeta’ finanzjarjament laqqatna flimkien f’atmosfera soċjevoli. Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali issa ser torganizza Buffet Night f’Palazzo Huesca nhar il-Ġimgħa

13 ta’ Novembru, id-Dinner Dance tal-Milied is-Sibt 12 ta’ Diċembru fil-Preluna Hotel u l-Party tal-Milied fil-Każin nhar it-Tnejn 28 ta’ Diċembru. Għal aktar dettalji għamlu kuntatt mas-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288.

10 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

X’inhi l-Istrina? Wara l-ewwel tas-sena fix-xahar ta’ Jannar huwa dak il-jum li fih jingħataw ir-rigali lil tal-familja, lill-

ħbieb, lit-tfal u lil min jiddependi minnek. Dawn ir-rigali, ġugarelli jew donazzjoni ta’ flus ifissru ta’ l-istrina. F’xi rħula Maltin u Għawdxin l-istrina kienet tingħata fis-6 ta’ Jannar nhar l-Epifanija. Proverbju Malti sinonimu ma’ dan il-jum jgħid hekk, ‘ Strina tajba, sena rabja’. F’nofs is-seklu XX id-drawwa tal-għotja ta’ rigali jew ġugarelli bdiet tinbidel bil-mod il-mod f ’għotja ta’ flus fil-waqt li l-jum tal-għotja beda jitressaq lejn il-ġranet ta’ qabel il-Milied.

Il-ġenituri, nanniet u zijiet jirregalaw affarijiet li jaħsbu li t-tfal jifirħu bihom, bħalma jkun xi presepju mdaqqas armat bil-pasturi għas-subien jew dar tal-pupa mgħammra bil-kamra tas-sodda,tal-ikel u l-kċina għall-gosti tal-bniet. Dan il-jum kien u għadu tant mistenni mit-tfal biex jaraw quddiem għajnejhom dak il-premju jew ġugarell li ser jirċievu. Xi ommijiet kienu jwissu lill-uliedhom li kemm il-darba ma’ jobdux jew ma’ jistudjawx flok ġugarell il-Bambin iġibilhom faħma fl-istri-na. Il-qraba u l-ġirien jawguraw lil xulxin is-sena t-tajba, oħrajn jibgħatu kartolini jew ‘greeting cards’ u jieħdu b’idejn xulxin.

Il-ĠugarelliIl-ġugarelli ta’ żmien l-imgħoddi, l-biċċa l-kbira tagħhom kienu mpurtati mill-Ġappun. Irħas,

materjal tal-landa, jiswew xelin jew żewġ xelini, ħamsa jew jekk ikun xi wieħed kbir iqum ftit aktar minn daqshekk. Tfal bil-għaqal wara li jilgħabu bihom, jibżgħu għalihom, jerfugħom fil-kaxxi tal-kartun biex is-sena ta’ wara jkomplu jkabbru l-kollezzjoni ta’ ġugarelli ma’ dawk li jerġgħu jirċievu s-sena ta’ wara. Il-vaganzi tal-iskola fil-festa tal-Milied kienu ġranet għal-logħob

meraviljuż b’dawn il-ġugarelli, it-tfal jintasbu mdawwrin magħhom iħaddmu l-ħabel ta’ kull oġġett, jiskantaw jarawħ jiċċaqlaq, idur tond, jimxi il-quddiem jew lura.

Il-ħwienet mimlijin, il-vetrini bil-ġugarelli sa’ kmieni fix-xahar ta’ Diċembru, jgħatu l-ħajja lill- lokalitajiet f ’dawk il-ġranet tas-sena. L-aktar mudelli popolari ta’ ġugarelli kienu karozzi żgħar u

kbar, mutur bil-passiġier maġembu idur dawra tond, iż-żugraga tippumpjah mill-manku, iżżomm dritta, idur b’veloċita’ tagħmel ħoss ta’ għanja sakemm jispiċċa l-ħabel u taqa mal-art. Karozza ta’ materjal qawwi, kemm tagħtiha skoss lura, tispara bil-ġiri taħbat l’hemm u l’hawn ma’ jiġrilha xejn basta fuq art tal-madum. Ferrovija tiġbed il-vagun min naħa għall-oħra fuq binarju twil żewġ piedi. Ajruplan b’żewġ lampi, waħda ħamra u l-oħra ħadra fit-truf tal-ġwienaħ, jinxtegħlu waqt li jimxi fl-art. Karus kwadru tal-landa biex tfaddal fih is-soldi, jimtela wara t-tletin sold u jinfetaħ, it-tletin sold joħorġu kollha għalik. Il-‘merry-go-round’ magħmula minn umbrella daqs pied wieqfa fuq pin b’ħafna pupi mlibbsin ta’ ballerini mdendlin mat-tarf tagħha jduru tond qishom f ’żifna. Iċ-ċimblu b’seba’ noti differenti tista ddoqqu b’martell tal-injam qiegħed f ’kaxxa tal-kartun. Pjanu fih xi noti, kif tagħfas waħda minnhom isemmgħek biċċa mużika. Ma’ rridx ninsa insemmi rigali oħra edukattivi: l-abacus b’erba’ strixxi ta’ wire mimlija b’għoxrin żibġa kuluri differenti fuq kull wire, mqabbdin ma’ żewġ strippi tal-injam. Inti tibda tmexxi ż-żibeġ l’hemm u l’hawn biex titgħallem tgħodd. Kaxxa tal-injam daqs pied kwadru mimlija biċċiet żgħar tal-injam biex tista tibni faċċata ta’ villa jew ta’ Knisja, skont id-disinji mwaħħlin mal-għatu tal-kaxxa. Kotba bi stejjer għat-tfal bl-ingliż jew bil-Malti bdew isibu l-bejgħ fil-ġranet tal-istrina.

Ma’ tispiċċa qatt tiftakar fil-ġugarelli ħelwin tal-landa, ġenna fl-art għat-tfal, hekk kif ittihom il-ħabel b’idejk jimlewlek il-fantasija ta’ moħħok bil-movimenti tagħhom.

Il-Ġugarelli ta’ Dr. H. GanadoHerbert Ganado fit-tielet ktieb tiegħu ‘ Rajt Malta tinbidel’ jiddeskrivi l-Milied u r-rigali tal-1946 hekk. ‘ Kelli f ’rasi

li f ’lejlet il-Milied immur il-Belt bħall-antik, indur is-suq imżejjen, nara l-ħwienet mixgħula u nixtri xi rigali. Alda fil-Milied induru l-ħwienet flimkien. U Alda wegħditni lil tiġi miegħi bħall-antik, avolja kienet saret tobgħod twarrab mir-Rabat. Malli wasal lejlet il-Milied ilbist pulit, lest ħalli mmorru flimkien il-Belt. Alda qaltli li kienet ħasbet li konna ser in-duru l-ħwienet tar-Rabat, Alda żammet iebes. Kelli nikkuntentaha u mmur tal-anqas sal-Imdina li ma’ kont nixba qatt nara u nidħol nixtri xi ħaġa mingħand Kristinu, li kien diġa pupletiku, itemtem, dendel il-Christmas Cards, xi tambur u trumbetti, żiemel tal-injam, karettun u ajruplan mal-bieb ta’ barra. Meta ratni bil-geddum, Alda qaltli tridx nixtrilek bużżieqa? U kelli nibda nidħaq.

Kellu raġun biex jidħaq l-Avukat Herbert Ganado meta beda jiftakar kif jafhom hu l-ħwienet tal-Belt u tal-Kottonera mżejnin bid-dawl elettriku b’assortiment ta’ ġugarelli tal-landa mill-Ġappun, kif kienu jidhru qabel is-sena 1940, is-sena tal-bidu tal-gwerra. Naturalment kull oġġett ta’ żmien l-imgħoddi, għamel żmienu u għadda, anki l-ġugarelli nbidlu ma’ oħrajn tal-plastic.

L-istrinaminn George Cilia

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 11

Alexander BorodinKompożituri famużi

jikteb Christopher Pisani (Arkivista)

Ir-Russja, pajjiż magħruf għall-kesħa, ideologija Komunista Sovjetika, u l-pajjiż li għandu l-ikbar

art fid-dinja. Pajjiż li minn dejjem kien jiddistakka ruħu mill-Ewropa u anke mill-Amerika, f’kemm dik li hi influwenza tas-soċjeta` u anke militarment. Pajjiż li l-poplu tiegħu għadu sal-lum il-ġurnata ‘patrijott’ lejn art pajjiżu u kontra l-ideoloġija Amerikana li ‘’trid’’ tipprova ‘’timmanipulizza’’ d-dinja kollha u ‘’timmina’’ lil min ‘’ma jaqbilx’’ magħha. B’dawn il-ħsibijiet tal-Unjoni Sovjetika f’moħħi, ħa nibda l-mixja tiegħi lejn il-Kremlin, b’xi kultant jgħaddi xi ajruplan militari ivenven is-sema dirett lejn is-Sirja.

L-ewwel kompożitur li ser niltaqgħu miegħu hu Alexander Borodin. Din l-għażla tiegħi ġiet derivata mill-fatt li dan Borodin kien wieħed mill-hekk imsejħa ‘Il-Ħamsa’ (The Five, The Mighty Handfull, The Balakirev Circle, jew The New Russian School). Dawn il-Ħamsa kienu grupp kompost appuntu minn ħames kompożituri Russi li kienu jiltaqgħu f’San Pietruburgu bejn l-1856 u l-1870 biex jiddiskutu kif jistgħu jipproduċu stil mużikali Russu iżjed milli joqogħdu fuq stili Ewropej. Dawn il-kompożituri kienu Mily Balakirev, Cesar Cui, Modest Mussorgsky, Nikolai Rimsky-Korsakov, u appuntu Alexander Borodin.

Borodin twieled fit-12 ta’ Novembru tal-1833 f’ San Pietruburgu. Kien it-tifel illeġittimu ta’ Luka Gedevanishvili, raġel nobbli mill-Ġorġja, u Evdokia Konstantinovna Antonova, tfajla russa ta’ 24 sena. Missieru Luka, biex ma jinqabadx, irreġistra lil ibnu Alexander bħala wild wieħed mis-sefturi tiegħu li kien jismu Porfiry Borodin. Fi tfulitu, Borodin irċieva edukazzjoni tajba ħafna, fejn saħansitra irċieva wkoll lezzjonijiet tal-pjanu, xi ħaġa li mhux kull familja setgħet taffordja. Fl-1850, beda l-istudju tiegħu fil-Mediċina u l-Kirurġija fl-Akkademja ta’ San Pietruburgu. Minn hemm kompla javvanza fl-istudju tiegħu fil-Kimika. Meta ggradwa, Borodin mar iqatta’ sena bħala kirurgu fi sptar militari, u wara mar ikompli l-istudju fix-xjenza avvanzata fl-Ewropa.

Fl-1862, Borodin reġa’ lura f’ San Pietruburgu biex jokkupa l-post ta’ Professur President tal-Kimika fl-Akkademja Imperjali tal-Mediċina u l-Kirurġija. F’din il-kariga ferm prestiġġjuża, Borodin fl-1872 irnexxielu jistabilixxi korsijiet tal-mediċina għan-nisa wkoll. Fl-1862, Borodin ippubblika esperiment tal-ewwel ‘nucleophilic displacement of chlorine by flourine in benzoyl chloride’. Dan l-esperiment ġie ppubblikat fl-Ewropa fl-1939 bħala ‘Hunsdiecker reaction’. Xorta waħda dan l-esperiment kien imsejjaħ mill-Unjoni Sovjetika bħala ‘Borodin reaction’.

Fl-1863, Borodin iżżewweġ lil Ekaterina Protopopova, li kienet pjanista, u li minn dan iż-żwieġ, huma kellhom tifla waħda li kien jisimha Gania.

Niġu għas-suġġett primarju tagħna. Borodin iltaqa’ ma’ Mily Balakirev fl-1862. Balakirev kien jittutela lil Borodin fil-kompożizzjoni tal-mużika. Sadattant, Borodin beda jikkomponi s-Sinfonija Nru.1 in Mi bimoll Maggiore. Din

ġiet esebita għall-ewwel darba fl-1869 u idderieġa l-orkestra Balakirev stess. Fl-istess sena, Borodin beda x-xogħol fuq it-tieni sinfonija tiegħu li meta ndaqqet fl-1877 ma kelliex xi suċċess. Fl-1879, din is-sinfonija ġiet tranġata ftit u reġgħet indaqqet din id-darba b’sucċċess taħt id-direzzjoni ta’ Rimsky-Korsakov. Fl-1880 ikkompona l-poema-sinfonika In the Steppes of Central Asia, liema kompożizzjoni kienet ta’ suċċess. Sentejn wara, beda x-xogħol fuq it-tielet sinfonija tiegħu li iżda qatt ma lesta.

Fl-1868, Borodin beda jħabbel rasu fuq l-unika opra tiegħu Prince Igor. Din l-opra hi bla dubju l-iktar xogħol prominenti tiegħu u l-iktar xogħol li hu magħruf għalih. Interessanti li din l-opra, Borodin ma lestihiex hu għax miet waqt il-kompożizzjoni tagħha. Din tlestiet minn Rimsky-Korsakov u Glazunov.

Borodin ikkompona wkoll xi string quartets. Hu kien entużjast jikteb mużika ta’ dan l-istil, peress ukoll li hu kien idoqq iċ-ċello. Iżda ġara li permezz ta’ kompożizzjonijiet ta’ dan l-istil ta’ ‘chamber music’, Borodin ġie meqjus li ‘ddistakka’ ruħu mill-ħamsa l-oħra. Jingħad li Mussorgsky ma tantx kien ħa pjaċir. Madanakollu, il-fama tiegħu nxterdet waqt li kien għadu ħaj permezz ta’ Franz Liszt, li kien irranġa biex tindaqq l-ewwel sinfonija ta’ Borodin barra mill-Imperu tar-Russja. Din indaqqet fil-Ġermanja permezz ta’ Liszt u fil-Belġju u Franza permezz tal-Comtesse de Mercy-Argenteau. Borodin ħalla impatt bl-istil mużikali tiegħu f’ħajtu, u anke iktar tard wara mewtu lil Debussy u Ravel, żewġ kompożituri famużi Franċiżi li dan tal-aħħar ħalla wkoll silta mużikali bħala omaġġ lil Borodin bl-isem ta’ ‘A` la maniere de Borodine’.

Borodin għadda minn problemi ta’ saħħa kbar. Borodin kien marad bil-marda kiefra tal-kolera li iżda kien irnexxielu jfieq minnha. Wara din, kellu numru t’ attakki tal-qalb żgħar. Borodin miet f’daqqa nhar is-27 ta’ Frar tal-1887 fl-eta` ta’ 54 sena waqt ballu fl-Akkademja, u kien indifen fiċ-ċimiterju ta’ Tikhvin fil-monasteru ta’ Alexander Nevsky f’ San Pietruburgu.

Borodin, studjuż tal-kimika u kompożitur tal-mużika. Moħħ miftuħ u ġenjuż fejn barra li kellu l-mużika u l-kimika l-ħin kollu jimirħu fil-merhat bla limiti ta’ moħħu, ġab ukoll il-possibilita` ta’ ugwaljanza biex in-nisa setgħu wkoll jistudjaw il-mediċina. Bħala mużika, nista’ ngħid li smajt l-opra Prince Igor u personalment għoġbitni ferm. Hija opra differenti mill-Opri li mdorrijin nisimgħu, bħal ngħidu aħna l-famużi La Traviata, Tosca, u Turandot. Hija opra b’saħħitha li tinkludi waħda mill-isbaħ danzi li qatt inkitbu, id-danza Polovstian, li nissuġġerixxi lill-qarreja biex jisimgħu. Nieħu spunt minn dan l-artiklu umli tiegħi u niġbed daqsxejn l-attenzjoni lil dawk li jħobbu l-mużika imma ‘jaħsbu’ jew ‘jgħidu’ li m’għandhomx ċans jitgħallmu din l-arti. QATT M’HU TARD! Il-mużika hija mod ta’ kif wieħed jirrilassa u jkun sodisfatt bih innifsu u bil-kapaċitajiet tiegħu. Inħeġġiġkom biex tieħdu l-opportunita` u tidħlu tagħmlu parti mill-iskola ta’ Mużika li għandna ġewwa l-każin immexxija mis-Surmast Direttur Mro. Jonathan Abela u mill-Assistent Mro. Francois Borg. Borodin kien irnexxielu jistudja l-kimika filwaqt li jistudja wkoll il-mużika.

12 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

Wiċċ Imb’Wiċċ ma’ Alfred Gellel minn Paul Micallef

Fiż-żmien l-antik fl-era kavallereska ta’ battalji sider ma’ sider, dak li jżomm l-istandard tal-leġjun jew tad-diviżjoni kien ikun is-suldat l-iktar importanti. Dan għaliex jekk jintrebaħ l-istandard, jaqa’ l-moral u tintilef il-battalja u anke l-gwerra. U din it-tixbieħa naraha toqgħod perfett għall-persunaġġ li għandi quddiemi llum. Dan hu ħadd ħlief Alfred Gellel, Fredu kif nafuh aħna. Il-persuna li b’sens ta’ lealta`, dover u serjeta` jżomm iperper ‘il fuq l-istandard tas-Soċjeta` tagħna. Jien nazzarda nikteb li jekk jaqa’ jew inwaqqgħu jew innaqqsu mill-importanza tal-istandard bearer tagħna nkunu qed inaqqsu mir-rispett lejn l-istandard bl-arma u l-kuluri għeżież tal-għaqda tagħna. Mhux dan biss iżda wkoll innaqqsu mir-rispett lejn l-identita` u dak li jagħmlina Vittoriosani kburin b’ dak li aħna.

U f ’din ir-rubrika jien interviżtajt lista twila ta’ nies li min b’mod u min b’ieħor ikkontribwew għall-każin tagħna. U żgur li Fredu Gellel bil-mod uniku tiegħu ikkontribwixxa mhux ftit lejn il-banda tagħna. Għall-raġunijiet ovvji lil Fredu mhux se nistaqsih l-istess mistoqsijiet li forsi staqsejt lil ħaddieħor bħal meta iżżewweġ, kemm għandu tfal jew kemm il-diploma għandu. Pero` ninsab iktar minn żgur li għandu risposti li minnhom għandna ħafna x’nitgħallmu, anzi ngħid li nsejna u tlifna l-mod kif inwieġbu. It-tweġibiet tas-sempliċita`, tal-onesta`, tal-lealta`, tas-sens ta’ dover li nibża’ ngħid li aħna ilna żmien twil li ħallejna dik id-dinja sabiħa ta’ tfulitna, dinja mhux mittiefsa bil-preġudizzji, mhux stuprata mill-ħażen, mhux imtebba’ mill-konsumiżmu sfrenat.

Xi ħadd darba qal “Ħallu t-tfal jiġu għandi, għax tagħhom u TA’ MIN HU BĦALHOM hija is-saltna tas-smewwiet”, u appuntu aħna l-Vittoriosani għandna nkunu ferħanin anzi kburin li għandna fostna lil Fredu. Fredu, ifakkarni fil-poeżija ta’ Dun Karm Psaila ‘Żagħżugħ ta’ Dejjem’ għax taqblu miegħi Fredu ma xjaħx u ma jixjieħ qatt. B’dik it-tiċrita ta’ tbissima tul wiċċu kollu tilqgħek b’idejha miftuħa u qatt ma tgħid le għal xi talba għal xi qadja żgħira jew wasla ta’ risposta. Mhux għax ġieli ma taqbiżlux ukoll iżda malajr jerġa’ jsir il-Fredu ħelu, doċli u ta’ qalb tad-deheb hekk kif jafu kulħadd.

Fil-qalba tal-Kommunita`U lil Fredu min ma jafux? Hu sar sinonimu mal-ħajja soċjali ta’ din il-Belt, l-iktar fejn għandu x’jaqsam il-knisja, il-banda u l-fergħat taħt il-kappa ta’ San Lawrenz li hu tant iħobb. Anzi nerġa’ nazzarda ngħid li Fredu hu l-iktar bniedem maħbub fil-Birgu u jekk m’hinix eżatt naħseb li m’hinix wisq ‘il bogħod.

L-interviżtaKif tistgħu tobsru t-tagħrif dwar Fredu iktar ħadtu mingħand oħtu Miriam. Din iżżommu dejjem nadif tazza u li ma jkun jonqsu xejn u li tħobbu b’imħabba ta’ omm li saħansitra telqet il-ħajja personali tagħha fl-Amerika u rritornat Malta biex appuntu tindokrah. Iltqajt ma’ Fredu u m’oħtu fid-dar tagħhom fi triq li l-antenati tagħna kollha kienu jsibuha bħala ‘T’ Anastas’, għal ħafna żmien bl-isem ta’ Biswit il-Kwartier u illum imsemmija għal Ġlormu Cassar.

Fid-dar kien hemm ukoll oħt Fredu, Suor Emilia tal-Ordni Franġiskana, tlajna fuq u qabel ma dħalt fil-kamra prinċipali tajt titwila lejn waħda mill-passatempi ta’ Fredu, il-mudell ta’ knisja maħduma mingħand missieru Peppi li Fredu jarma għal kull okkażjoni tal-liturġija.

TwelidBħas-soltu bdejna bit-tagħrif bażiku. Fredu twieled fl-istess dar li konna hemm aħna fis-6 ta’ Jannar tas-sena 1949, nhar l-Epifanija. Inzerta li dakinhar ħutu l-bniet kienu rebħu bambin tax-xemgħa mill-Azzjoni Kattolika miġburin f ’San Filippu u billi nzerta wkoll li twieled Fredu, Fredu malajr kien meqjus bħala “ir-rigal tal-bambin”.

Il-Familja GellelIl-ġenituri kienu Rożina li mietet fis-sena 1989 u l-famuż Peppi Gellel li miet meta kellu 104 snin u kien għadu attiv ferm. Peppi li kien ħajjat, kien wieħed mill-pilastri tal-qawmien tal-festa ta’ wara l-gwerra. Hu ħalliena fis-sena 2010.

Bħala aħwa huma kienu sitta kollha ħajjin li huma Miriam, Lora miżżewġa Brown, Lina miżżewġa Calleja, Doris li llum hija soru Franġiskana bl-isem ta’ Suor Emilia, Antoine u appuntu Alfred, imsemmi hekk għal nannuh min-naħa t’ ommu.

Edukazzjoni Bħala skola hu mar għand is-sorijiet tal-Karmnu u wara l-primarja tal-gvern. Dak iż-zmien l-iskola tal-Gvern kienet immexxija mis- sorijiet Franġiskani fosthom Madre Donata u Suor Massenzja li kienu jgħinuh ħafna.

Fredu u l-bananaMeta staqsejt lil Miriam dwar xi episodju mit-tfulija ta’ Fredu irrakkuntatli li darba omm Fredu kienet marret tixtri u ħalliet ix-xirja ġewwa fejn kien hemm it-tfajjel Fredu. Rożina baqgħet barra fuq l-għatba tal-bieb isserraħ fuq il-grada u (kif jagħmlu n-nisa tad-dar kollha) intilfet fil-kliem ma’ waħda mill-ġirien. Fredu li dejjem waqgħetlu żaqqu għall-banana, x’ħin sab li fost ix-xirja hemm ratal banana f ’kemm ili ngħidlek sparixxaha. Meta ġie lura Peppi u Rożina qaltlu x’ġara hu wieġeb bi tbissima “mela għedt kelma biex Fredu kiel il-banana kollha!”

Għajnuna Minħabba l-influwenza ta’ qrabatu, it-tempju tagħna hu t-tieni dar tiegħu u għalhekk hu kien u għadu jerħilha għall-Parroċċa tagħna biex jgħin lis-sagristani li kien hemm. Beda ma’ Renzo u kompla ma’ Karmenu. Hu għamel perjodu jmur jgħin ukoll lil Giovann Pisani, magħruf bħala d-devernier (li kont ukoll interviżtajtu), fil-garaxx tiegħu jaħdem fl-injam u hemm kien idum sal-4.00pm meta Tereż, il-mara ta’ Giovann kienet tniżżilhom dik il-kikra te` u xi biċċa kejk.

MużewBħal tfal oħra, Fredu kien iħobb imur il-mużew u fi żmien kemm Santinu Zahra (Alla jaħfirlu), Ġorġ Agius u oħrajn kienu jħobbuh ħafna u anke kienu joħorġuh magħhom fejn anke magħhom tgħallem jgħum. Kienet l-hena tiegħu meta kienu jmorru xi ħarġa fosthom Għawdex u anke saħansitra Kemmuna.

Fi żmien il-Milied Fredu kien jgħaddi ġranet sħaħ ma’ Santinu jgħin fil-pasturi u l-grotti biex jingħataw lit-tfal. Imbagħad ara min imisslu l-bandalora fil-bidu tal-proċessjoni bil-bambin tal-Milied!

Il-ballunAppuntament li Fredu ma kienx jitlef kull sena kien li meta l-ballun tradizzjonali tal-pjazza fil-marċ tat-Te deum kien jieħu ħsiebu Charles Boxall, Fredu kien ikun spalla ma’ spalla miegħu jlesti dan il-ballun għall-appuntament annwali.

Il-Ġurnata TipikaIl-ġurnata tipika ta’ Fredu hi li wara li jqum għall-ħabta tas-7.00am, jinħasel u jieħu dik il-kikkra kaffe. Wara jmur il-quddies tat-8.30am fejn ħafna drabi jgħinha. Wara, lura lejn id-dar għall-kolazzjon li jinkludi ħobż frisk (li jkun għadu kemm ġab mill-forn) biż-żejt, banana u kikkra te`. Wara jekk ma jkollux xi ħarġa jew xi qadja jerħilha għall-każin biex jara x’għandu bżonn il-President Lawrence Farrugia, jerġa’ jerħilha għall-knisja biex jgħin lis-sagristan. Għal nofs in-nhar lura lejn id-dar biex jiekol u wara joqgħod jara t-tv jew xi dvd’s. Għall-4.00pm jieħu t-te u jerġa’ joħroġ jew għall-knisja jew għall-każin tal-banda.

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 13

Għajnuna lill-KnejjesIx-xogħol tiegħu fil-Knisja jinkludi wkoll xi

qadjiet li jibgħatu Karmenu s-sagristan, jgħinu f ’dak li jkun hemm bżonn fil-knisja, idoqqu l-qniepen

u t-tqassim ta’ flyers, leaflets jew posters tal-Arċipriet jew xi entita` tal-festa bħal taż-żgħażagħ jew tan-nar. Nhar ta’ Sibt ma’ jinsiex iqassam l-Avviżi tal-Parroċċa.Fredu jmur jgħin ukoll lil Suor Josefa u lil Dun Pawl Raggio fil-knisja ta’ Santa Skolastika speċjalment kull nhar ta’ Ħamis meta jkun hemm ir-rużarju u l-barka.

AbbatiFredu hu wkoll abbati u kburi bil-libsa tiegħu. Ħafna drabi minħabba li llum it-tfal ta’ ċertu eta` naqsu sew mill-Birgu u ħafna drabi matul il-jum dawn ikunu l-iskola, Fredu sar indispensabbli bħala abbati f ’ċertu ħinijiet u għal ċertu okkażjonijiet fosthom il-funerali.

Fil-fatt ta’ 66 sena Fredu jista’ jitqies bħala l-ixjeħ abbati ta’ Malta. Hawn Miriam irrakkuntatli li darba kien hemm barrani li ħaseb li Fredu kien xi qassis u talbu jqerr għandu! Min jaf x’penitenza kien jagħtih Fredu!

PreferenziMeta sirt naf aktar fid-dettal il-ġurnata ta’ Fredu naturalment staqsejt x’iħobb l-iktar Fredu. Miriam qaltli li bħala ikel hu jippreferi dak li jkun jista’ jbill il-ħobż fih, bħal gravy, zalza eċċ. Għalhekk għandu jħobb l-istuffat, il-ħut, u affarijiet simili. U la semmejna it-televiżjoni u s-cd’s , Fredu l-iktar li jhobb jara, minbarra programmi dwar il-festi (fosthom tiegħi tal-Imħażen), iħobb jara wkoll id-drama Maltija speċjalment dawk li huma kummiedja. Fost il-favoriti tiegħu nsibu s-serje Simpatiċi, Becky, Ingroppi, Ir-Ronnie,Wenzu u Rożi, Jessy u Bessy, il-Madonna taċ-Ċoqqa kif ukoll films klassiċi bhal dawk bibbliċi, Mary Poppins, ta’ Laurie and Hardy u Marcellino. U waqt li kont qed nikteb din il-lista Fredu ġabli l-kaxxa tonda tad-dvd’s fejn fihom jaħżen dawn it-teżori.

PassatempiMinbarra li jarma l-knisja li għandu f ’ras it-taraġ iddedikata għad- Duluri, għal kull festa fejn naturalment l-iktar attenzjoni tkun il-festa tal-patrun tagħna u l-Ġimgħa l-Kbira, Fredu għandu żewġ delizzji oħra. Wieħed li hu relatat mal-istess delizzju. Dan hu li jtella’ l-bandiera relatata mal-festa fuq l-arblu li għandu fuq il-bejt. Fil-fatt hu għandu ħażna tajba ta’ diversi bnadar, kemm qodma u ġodda li hu jtella’ kull nhar ta’ Ħadd jew meta tinzerta xi festa. L-iktar waħda għal qalbu hi dik bil-pittura ta’ San Lawrenz li kien tahielu l-Furjaniż, illum m’għadux magħna. U fil-fatt qabel ma tlaqna hu ħadni f ’daqsxejn ta’ kmajra ħdejn id-dar tiegħu fejn hemm iżomm b’kura dawn il-bnadar kif ukoll vari tal-Ġimgħa l-Kbira u vari oħra fosthom naturalment ta’ San Lawrenz. U jien biex inkompli inżewwaqha għamilt ta’ bir-ruħi li qed niġbed edizzjoni tal-programm tiegħi mill- ... Maħżen ta’ Fredu.Passatemp ieħor hu dak li jitma’, jnaddaf u jindokra numru ta’ kanali u amorini li hu għandu fuq il-bejt.

TomblaMinn fost il-ħafna doveri li għandu Fredu jħobb imur jgħin ukoll lil Doreen Raggio qabel, waqt u wara t-tombla li ssir fil-Youth Centre b’risq il-festa ta’ San Lawrenz.

Mużew tal-InkwiżiturBil-karattru tieghu Fredu jagħmel ħbieb ma’ kulħadd u hu anke għamel żmien jiffrekwenta l-mużew tal-Palazz tal-Inkwiżitur biex jara għandhomx bżonn xi ħaġa dawk li jaħdmu hemm.

Każin tal-BandaPero` forsi l-iktar rwol li jagħmel bil-qalb hu bla dubju li jġorr l-istandard tal-banda tagħna kemm fil-festi tal-Birgu kif ukoll meta tkun mistiedna f ’lokalitajiet oħra fil-festi tagħhom. Hu jagħmel dan ix-xogħol b’dedikazzjoni liema bħalha u jħossu ferm kburi li

għandu dan l-inkarigu mportanti.

Il-ħidma tiegħu fil-każin ma tiqafx hawn għax hu wkoll iħobb jgħin lil-membri tal-Kumitat u l-Kummissjoni fil-preparamenti għall-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tal-każin ‘Il-Getsemani”.

Ftit ta’ UmoriżmuJien niftakar xi anedotti fejn jidħol Fredu għalkemm meta fakkarthomlu, weġibni li nsihom. Darba niftakar li f ’nhar San Lawrenz ma setgħux isibu nies biżżejjed biex iżommu l-forċina. Xi ħadd għajjat lil Fredu u wara li qallu biex iżommha għal ftit ħallih imwaħħal biha kontra qalb l-istess Fredu. Meta nduna x’ġara qabad u telaq bil-forċina b’kollox il-pjazza meta l-istatwa ta’ Lawrenz kienet għadha fil-bidu ta’ Triq il-Mina l-Kbira. F’daqqa waħda naraw lil Fredu ġej bis-saħħa kollha jifred in-nies bil-forċina u kif wasal quddiem l-istatwa, fetaħ idejh, indirizza lill-istatwa qisu qed iqabbel u qallu “San Lawrenz, Fredu jħobbok imma le forċina” u telaq il-forċina hemm.

Darb’oħra ġagħluh imur jiknes il-maħżen magħruf bħala ‘l-ġenna’ fejn jinżammu ċerti statwi tal-Ġimgħa l-Kbira u xi ħadd neħħha l-istatwa tal-Veronika u qagħad flokha fil-waqt li tgħatta b’kunfratija antika. Dan beda jgħa jjat lil Fredu biex mingħalih ibeżżgħu, dan min-naha tiegħu x’ħin ra l-istatwa tiċċaqlaq lagħblu daqqa ta’ xkupa fuq rasu fil-waqt li niżel bilġri minn hemm fuq. Il-galantom taċ-ċajta wara, dam ġimgħa sħiħa jogħrok rasu mid-daqqa ta’ xkupa li dabbar mingħand Fredu.

Darba oħra waqt sessjoni ta’ ċajt fil-knisja fejn lil Fredu kienu ħbewlu il-karkur, fl-aħħar lil Fredu tellugħomlu u qabżiltlu sew iċ-ċinga u qal xi ħaġa bħal ‘ħ… l-Arċipriet’. Dak il-ħin daħal l-Arċipriet ta’ dak iż-żmien Mons Lawrenz Mifsud u lil Fredu semgħu. Ħares biċ-ċiera lejh biex iwiddbu u qallu “Issa ngħidilha lill-mama kif qed titkellem’. Pront qabeż Fredu li biex jiddefendi ruħu qallu “U le mhux għalik qed ngħid iżda għall-Arċipriet tal-Kalkara”.

ĦruġBħal kulħadd Fredu jħobb joħroġ u ma jitlifx okkażjoni waħda biex imur ‘l hemm u ‘l hawn. L-ewwel nett hu dejjem imur il-festi tal-akwati bħal ta’ Bormla, tal-Isla, tal-Kalkara u anke ta’ Ħaż-Żabbar, imur ħarġiet ma tal-Mużew, ma’ tal-Parroċċa kif ukoll ma tas-Soċjeta` storika. Biex ibiddel ir-rutina Fredu jħobb imur m’oħtu meta jmorru xi qadja jew ħarġa Wied il-Għajn. Hawn Miriam irrimarkatli li kull fejn tkun ma’ Fredu l-ħin kollu jkellmuh u jsellmulu in-nies għax kulħadd jafu. Jafuh meta jkun bħala abbati u l-iktar meta jkun bl-istandard tal-banda fil-festi tagħna.Fredu kien japprezza ħafna meta fi żmien li Dun Danjel Farrugia kien Arċipriet, hu kien jistiednu kważi kull nhar ta’ Sibt biex flimkien ma’ Arthur Demarco, Melvin Degiorgio u Brian Camilleri joħorġu jaraw xi film, jieħdu xi pizza jew għal xi okkażjoni oħra. L-Arċipriet Dun Pawl Raggio ukoll kien jagħtih l-importanza għax ukoll ġieli ħarġu miegħu. Fredu l-għaxqa tiegħu ma’ xi saċerdot tal-Parroċċa tagħna.

SafarPermezz t’ oħtu nistgħu ngħidu li Fredu żar diversi pajjiżi fosthom Ġerusalem, Lourdes, Portugal/Fatima, Slovenja, Kroazja u diversi reġjuni fl-Italja. Pero` Fredu l-iktar li jieħu pjaċir ikun meta jsiefer flimkien mal- grupp tal-parroċċa.

GħeluqHekk b’dan kollu forsi permezz ta’ din l-interviżta, anke l-iktar permezz t’ oħtu Miriam, sirna nafu aħjar u mill-qrib lil Fredu ‘tagħna’. Hekk nistgħu napprezzawh, nirrispettawh u nħobbuh aktar. Mhux għax mhux diġa` rispettat u maħbub. Altru minn hekk! Iżda Fredu iġiegħlna nirrealizzaw ċertu valuri li forsi minħabba raġunijiet tlifnihom. Hekk għandna nkunu grati lejn dak li, forsi mingħajr ma nindunaw u mingħajr ma jaf hu, qed jagħtina Fredu. Din hija t-tagħlima li l-ferħ u s-serenita` li Fredu qiegħed u kapaċi jitrasmetti ma tiddependix minn kemm ikollok ittri wara ismek jew kemm tkun imlaħħaq imma ġejja bis-sempliċita` u l-onesta`. Veru l-każ kif kienu qalu l-familjari ta’ Fredu li Fredu hu ‘rigal tal-bambin’ mhux biss għal ta’ madwaru imma wkoll għalina li nagħmlu parti mill-kommunita` Vittoriosana.

14 NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90

ATTIVITÀ GĦAX-XHUR TA’ NOVEMBRU - DIĊEMBRU 2015

L-Erbgħa 4 ta’ Novembru Fl-10.00am Laqgħa tal-Kummissjoni FinanziIs-Sibt 7 ta’ Novembru Lezzjonijiet tal-Banda Fid-9.30am Laqgħa tal-Kummissjoni BilliardIt-Tnejn 9 ta’ Novembru Kawża l-Qorti dwar il-kċina tar-Restaurant Fis-7.00pm Laqgħa mal-Kumitat Festi Esterni San LawrenzIt-Tlieta 10 ta’ Novembru Fis-7.00pm Laqgħa tal-Kumitat ĊentraliL-Erbgħa 11 ta’ Novembru Fit-3.30pm Laqgħa mal-Kumpanija Prevarti Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru Fit-8.00pm Ikla Familjari fil-KażinIs-Sibt 14 ta’ Novembru Lezzjonijiet tal-Banda Fil-5.30pm sehem fil-Quddiesa f’ġieh Sant Ċecilja fil-Kon Katidral ta’ San ĠwannIl-Ħamis 19 ta’ Novembru Kawża l-Qorti dwar il-garage tal-Ħawli Is-Sibt 21 ta’ Novembru Lezzjonijiet tal-Banda Lotterija Hamper b’risq il-Każin Is-Sibt 28 ta’ Novembru Lezzjonijiet tal-Banda L-Erbgħa 2 ta’ Diċembru Fl-10.00am Kummissjoni FinanziIs-Sibt 5 ta’ Diċembru Fis-7.00pm Laqgħa mas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp Kalkara Lezzjonijiet tal-Banda Fit-8.15am Viżta mir-Rappreżentanti tal-Agenzija Żgħażagħ Fid-9.30am Laqgħa tal-Kummissjoni Billiard It-Tlieta 8 ta’ Diċembru Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru Fis-6.30pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali Is-Sibt 12 ta’ Diċembru Lezzjonijiet tal-Banda Lotterija Hamper b’risq il-Każin Fit-8.00pm Ikla tal-Milied fil-Preluna HotelIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru Festa tar-Repubblika Attendenza għall-Kunċert Mużikali fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja It-Tnejn 14 ta’ Diċembru Final Snooker CompetitionMill-Ġimgħa 18 sal-Ħadd Maratona tal-iSnooker.20 ta’ DiċembruIs-Sibt 19 ta’ Diċembru Lezzjonijiet tal-Banda Fid-9.30am Laqgħa tal-Kummissjoni BilliardIl-Ħadd 20 ta’ Diċembru Fl-10.30am Kunċert tal-Milied fil-Pjazza bis-Sehem tal-AllieviIl-Ħamis 24 ta’ Diċembru Fis-6.00pm Sehem tal-Banda San Lawrenz fil-proċessjoni tal-BambinIl-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru Il-MILIEDIt-Tnejn 28 ta’ Diċembru Fit-8.00pm Party tal-Milied fil-Każin

NOVEMBRU - DIĊEMBRU Ħarġa Nru. 90 15

Ironmongerygħal dak kollu li wieħed ikollu bżonn għad-dar

56, La VaLLette Street,VittorioSa

Tel: 2180 7535