Ġejja x-Xita

Preview:

Citation preview

Ġejja x-Xita

ta’ Mary Meilak

Vincienne Zammit

Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa,Ħalla s-sema u ġie jbus l-art,Ġewwa l-qliel in-naħal

trekken,Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.

Il-qattusa ħiemda f’rokna,Togħrok, togħrok lil widnejhaU t-tiġieġa tgerfex tgerfexSħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

Il-bebbux sejjer jistaħbaĠewwa t-toqob qalb il-blatU l-kelb tħaxken maġenb sidu,Qalbu sewda, nofs skantat.

Ġej il-gawwi, riesaq liebetGħal ġo rdoss lejn ix-xtajtietU t-tfief hemm minn ġol-għelieqiQed itellaq “in-nanniet”.

Il-balluta lil xuxithaNokkli nokkli qed tagħmilha,F’dar in-nemel ma nafx x’ġara,Fixla u għawġ donnu daħlilha.

Il-qażquż fit-trab jitmiegħek,Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieqU kultant żrinġ kbir, imżattat,Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.

In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni,Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduk jidden flgħaxija,Kollu mgħaxxex id-dubbien.

L-isponsun: Witt! witt! witt! witt!Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar…Nies ta’ Malta, xita għandna!Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.

Recommended