ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI

Preview:

DESCRIPTION

www.ofm.org.mt. ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI. 14-il Ħadd Matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija Żakk 9, 9-10. DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI14-il Ħadd Matul is-Sena A

ww

w.o

fm.o

rg.m

t

L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta

Żakkarija

Żakk 9, 9-10

DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint

Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm

!

Ara, s-sultan tiegħek ġej għandek;

huwa ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq

felu ta’ ħmara.

Hu jeqred il-karru minn Efrajm u ż-

żiemel minn Ġerusalemm;

jinqered il-qaws tal-gwerra.

Hu jxandar il-paci lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn

baħar sa baħar, u mix-xmara sat-trufijiet ta’ l-art.

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJA

LISalm 144

Inbierek ismek għal

dejjem, Mulej.

Ngħollik, Alla tiegħi, sultan,u nbierek ismek għal

dejjem ta’ dejjem.Kull jum inbierkek u

nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.

R/.

Inbierek ismek għal

dejjem, Mulej.

Il-Mulej tajjeb u ħanin,idum biex jagħdab

u kollu tjieba.Twajjeb il-Mulej

ma’ kulħadd,u ħnientu akbar minn

kull ma għamel.

R/.

Inbierek ismek għal

dejjem, Mulej.

Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej,

u ħbiebek iberkuk:is-sebħ tas-saltna tiegħek

ixandru,fuq is-setgħa tiegħek

jitkellmu.

R/.

Inbierek ismek għal

dejjem, Mulej.

Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,

twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.

Iwieżen il-Mulej kull min se jaqa’,

u jqajjem ’l kull min imil.

R/.

Inbierek ismek għal

dejjem, Mulej.

IT-2 QARIQari mill-

Ittra ta’ San Pawl

Appostlu lir-Rumani

Rum 8, 9. 11-13

Ħuti: Intom ma tgħixux

skond il-ġisem, imma skond l-

Ispirtu, ladarba hemm

l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar

fikom.

Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan

mhuwiex tiegħu.

Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil

Ġesù mill-imwiet

jgħammar fikom, dak stess

li qajjem lil Kristu mill-

imwiet iqajjem

għall-ħajja wkoll il-ġisem

tagħkom li jmut, bis-

saħħa ta’ l-Ispirtu

tiegħu li jgħammar

fikom.

Hekk mela, ħuti, aħna midjunin, imma mhux mal-ġisem biex ngħixu skond il-

ġisem.

Għax jekk tgħixu skond

il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu bl-Ispirtu l-għemil tal-

ġisem, tgħixu.

Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

Hallelujah. Halleluljah

Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,

li wrejt il-misteri tas-saltna liċ-ċkejknin

Hallelujah

L-EVANĠELJUQari mill-

Evanġelju ta’ San Mattew

Mt 11, 25-30

F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qabad u

qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-

sema u l-art, talli inti dawn il-

ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem,

u għarrafthom

lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob

lir-rieda tiegħek.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-

Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-

Iben irid jgħarrafhulu.

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u

mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

Ħudu fuqkom il-madmad

tiegħi u tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa w umli, u intom

issibu mistrieħ għal ruħkom.

Għaliex il-madmad

tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi

ħafif.”

Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

 

ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI14-il Ħadd Matul is-Sena A

ww

w.o

fm.o

rg.m

t

Recommended