View
1
Download
0
Category
Preview:
Citation preview
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc PE502.490/CPG
MT Magħquda fid-diversità MT
PE-7/CPG/PV/2013-03
PARLAMENT EWROPEW
KONFERENZA TAL-PRESIDENTI
MINUTI
tal-laqgħa ordinarja tal-Ħamis
31 ta’ Jannar 2013
Bini Paul-Henri Spaak, Sala 06B 01
Brussell
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 2/48 PV\926330MT.doc
MT
KONFERENZA TAL-PRESIDENTI
MINUTI
tal-laqgħa ordinarja tal-
Ħamis, 31 ta' Jannar 2013
mill-11.00 sas-13:00
Bini Paul-Henri Spaak, Sala 06B 01
Brussell
WERREJ
Paġna
PARTI I (Mill-11.00 sa 12.00) ........................................................................................................... 8
1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda ................................................................................................. 8
2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-10 u s-17 ta' Jannar 2013 ............................................ 9
3. Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda finali għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-
7 ta' Frar 2013 fi Strasburgu)– Skedar tad-dibattiti ewlenin fil- plenarja ................................ 10
4. Komunikazzjonijiet tal-President ............................................................................................. 11
4.1 Żjarat futuri mill-Kapijiet tal-Istat u l-Kapijiet tal-Gvern fil-Parlament Ewropew ................. 11
4.2 Missjoni ta' monitoraġġ fl-Ukraina .......................................................................................... 11
4.3 Preżentazzjoni tar-rapport tal-OLAF fil-każ tas-Sur John DALLI .......................................... 12
4.4 Il-Finanzjament tal-partiti politiċi - Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210 tar-Regoli ta'
Proċedura .................................................................................................................................. 12
A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJU TA’ FEHMIET .................................................................. 14
5. Preparazzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fis-7 u t-8 ta' Frar 2013 .................................. 14
B. DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU .................................................................... 16
6. Talbiet mill-kumitati parlamentari biex jitfasslu rapporti ta' inizjattiva proprja skont l-
Artikolu 48 ............................................................................................................................... 16
7. Talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar il-proċedura mal-kumitati assoċjati ............ 17
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 3/48 PE502.490/CPG
MT
8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-
kumitati ..................................................................................................................................... 18
9. Atti delegati u ta' implimentazzjoni - Eżaminazzjoni ta' fajls attwali ....................................... 19
10. Ħatra ta' korapporteurs għar-rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew ................ 20
11. Ħatra ta' korapporteurs għal rakkomandazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ..................................................................... 22
12. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra
mit-tliet postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa
Diċembru ................................................................................................................................... 23
13. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet permanenti u l-Assembleji
Interparlamentari matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru ........ 32
14. Abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Presidenti għall-2013 42
15. Affarijiet urġenti u kwistjonijiet varji ....................................................................................... 43
15.1 Allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet skont il-linja baġitarja 400 (approprazzjonijiet
operattivi għall-gruppi politiċi u għall-Membri mhux affiljati) għall-2013 ............................. 43
16. Punti ta' informazzjoni .............................................................................................................. 44
16.1 Korrispondenza interna ............................................................................................................. 44
16.2 Korrispondenza interistituzzjonali ............................................................................................ 44
16.3 Korrispondenza Esterna ............................................................................................................ 44
17. Data u post tal-laqgħat li jmiss .................................................................................................. 45
PARTI II (Min-12.00 sas-13.00) ...................................................................................................... 46
18. Skambju ta' opinjonijiet mal-Grupp ta' Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-
kooperazzjoni interistituzzjonali u kwistjonijiet rilevanti oħra ta' interess komuni ................. 46
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 4/48 PV\926330MT.doc
MT
KONFERENZA TAL-PRESIDENTI
MINUTI
tal-laqgħa tal-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2013
mill-11.00 sas-13:00
Brussell
Il-laqgħa bdiet fil-11.10 bis-Sur Martin SCHULZ,
President tal-Parlament Ewropew, jippresiedi
Preżenti
Is-Sur SCHULZ, President
Presidenti tal-Gruppi Politiċi
Is-Sur DAUL (EPP)
Is-Sur GUERRERO SALOM (Aġent) (S&D)
Is-Sur VERHOFSTADT (ALDE)
Is-Sinjura HARMS (Kopresident) (Greens/EFA)
Is-Sur CALLANAN (ECR)
Is-Sur SPERONI (Kopresident) (EFD)
Is-Sinjura ZIMMER (GUE/NGL)
Membru mhux affiljat
Is-Sur SOSA WAGNER1
Preżenti wkoll
Is-Sur WELLE, Segretarju Ġenerali
1 Preżenti skont l-Artikolu 24 (2) tar-Regoli tar-Regolamenti ta' Proċedura.
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 5/48 PE502.490/CPG
MT
Mistiedna:
Is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati
Mistiedna għall-Parti II - laqgħa konġunta mal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR)
Is-Sinjura HÜBNER, President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI))
Is-Sinjura BRESSO, Viċi President tal-KtR
Is-Sur SCHNEIDER (President tal-Grupp EPP)
Is-Sur LAMBERTZ (President tal-Grupp PES)
Is-Sur VERKERK (President tal-Grupp ALDE)
Is-Sur SILBERG (President tal-Alleanza Ewropea)
Is-Sur STAHL, Segretarju Ġenerali tal-KtR
Is-Sur KNAPP
Is-Sur HARRISON
Is-Sur O'CURNEEN
Is-Sur Ó CONCHÚIR
Is-Sur CARMONA
Is-Sur TERRUSO
Is-Sur HORNUNG
Is-Sur MONDRAGÓN
Is-Sur GNAN
Is-Sinjura KEREKGYARTO
Is-Sur THEUNISSEN
Il-Kunsill1
rappreżentat minn Is-Sur MILTON
Is-Sur DE HERT
Il-Kummissjoni1
rappreżentata minn Is-Sur NYMAND-CHRISTENSEN
Is-Sur BARANY
Il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika
tas-Sigurtà1
rappreżentat minn Is-Sur CASTRO
Is-Sur LEVINE
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali1
1 Preżenti għall-punti 1-3 tal-Aġenda.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 6/48 PV\926330MT.doc
MT
rappreżentat minn Is-Sur BERGER
Il-Kumitat tar-Reġjuni1
rappreżentat minn Is-Sinjura KOSJEK
Is-Sur LÓPEZ
Uffiċċju tal-President
Is-Sur KAISER
Is-Sinjura MARTINEZ IGLESIAS
Is-Sur MANNELLI
Is-Sinjura STRASSER
Is-Sur PRANCKEVICIUS
Is-Sinjura PELZ
Is-Sinjura CASALES LÓPEZ
Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali
Is-Sur MANGOLD
Is-Sur SORENSEN
Is-Sinjura FERNANDEZ PERLES
Is-Sinjura FREDSGAARD
Segretarjat
DĠ Presidenza (PRES)
Is-Sinjura F. RATTI/Is-Sur DUNSTAN/Is-Sur LANE /Is-Sur KNUDSEN/Is-
Sur BROGGI/
Is-Sinjura JIMENEZ LOZANO/Is-Sur URBIETA/Is-Sur SANCHEZ/Is-
Sinjura CAVALLIN1
DĠ Politiki Interni (IPOL)
Is-Sur RIBERA D'ALCALA/Is-Sinjura VANDENBOSCH/Is-Sur
CHIOCCHETTI/
Is-Sur TELL CREMADES2/Is-Sinjura ILARIO/Is-Sinjura SAILIS1
DĠ Politiki Esterni (EXPO)
Is-Sur AGUIRIANO/Is-Sur PENALVER
DĠ Komunikazzjoni (COMM)
Is-Sinjura LAHOUSSE/Is-Sur DUCH GUILLOT/Is-Sinjura VAN DEN
BROEKE
DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi (INTE)
Is-Sinjura COSMIDOU
DĠ Finanzi (FINS)
Is-Sur VANHAEREN
DĠ Innovazzjoni u Appoġġ Tekniku (ITEC)
Is-Sur VILELLA
__________________ 1 Preżenti għall-punti 1-3 tal-Aġenda. 2 Preżenti għall-Parti II tal-Aġenda
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 7/48 PE502.490/CPG
MT
Servizz Legali
Is-Sur PENNERA/Is-Sur PASSOS
Direttorat għar-Relazzjonijiet mal-Gruppi Politiċi
Is-Sur SCHWETZ
Segretarjat tal-Bureau
Is-Sur TZIORKAS
Gruppi politiċi
Is-Sur KAMP/Is-Sur RYNGAERT/Ms SCRIBAN/Is-Sinjura ALVARGONZÁLEZ (EPP)
Is-Sur BURU/Is-Sinjura PEREIRA (S&D)
Is-Sur BEELS/Is-Sur RASMUSSEN/Is-Sur MCLAUGHLIN/Is-Sinjura COLLERA-GARZÓN (ALDE)
Is-Sinjura TSETSI/Is-Sur LINAZASORO/Is-Sur DENKINGER (Greens/EFA)
Is-Sur BARRETT/Is-Sur BOYD (ECR)
Is-Sinjura D'ALIMONTE/Is-Sinjura LEPOLA (GUE/NGL)
Is-Sur BORDEZ/Is-Sur VAUGIER/ Is-Sinjura LAIKFAUF/Is-Sur FRANÇOIS (EFD)
Is-Sur BUGALHO (NI)
Is-Sur HILLER, Is-Sur PEGAZZANO, Is-Sur MENEGHINI, Is-Sur HUBER u s-Sur ISAACS kienu s-
segretarji għal-laqgħa.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 8/48 PV\926330MT.doc
MT
PARTI I (Mill-11.00 sa 12.00)
1. Adozzjoni tal-abbozz ta' aġenda
Il-Konferenza tal-Presidenti
- nnotat u adottat l-abbozz ta' aġenda (PE 502.489/CPG).
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 9/48 PE502.490/CPG
MT
2. Approvazzjoni tal-Minuti tal-laqgħa tal-10 u s-17 ta' Jannar 2013
- innotat u approvat il-Minuti tal-laqgħa tal-10 ta' Jannar 2013, li saret fi Brussell
(PE 502.376/CPG/REV u l-anness);
- innotat u approvat il-Minuti tal-laqgħa tas-17 ta' Jannar 2013, li saret fi Strasburgu
(PE 502.447/CPG u l-anness);
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 10/48 PV\926330MT.doc
MT
3. Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda finali għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-7 ta' Frar 2013 fi
Strasburgu)– Skedar tad-dibattiti ewlenin fil- plenarja
Il-Konferenza tal-Presidenti
- nnotat id-dokumenti li ġejjin:
ittra tas-16 ta' Jannar mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti
tal-Kumitati (CCC), li tippreżenta r-rakkomandazzjoni tas-CCC dwar l-aġenda tas-
sessjoni parzjali ta' Frar tal-2013 (PE 502.479/CPG u l-annessi);
ittra tas-16 ta' Jannar mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza tal-Presidenti
tal-Kumitati (CCC), dwar fajls leġiżlattivi li qed jiġu nnegozjati bħalissa, fl-ewwel, fit-
tieni u fit-tielet qari (PE 502.482/CPG u l-anness);
tabella provviżorja tad-29 ta' Jannar 2013 li tiġbor fil-qasir il-laqgħat tal-kumitati u
tad-delegazzjonijiet matul is-sessjoni plenarja ta' Frar fi Strasburgu (4-7 ta' Frar 2013)
(PE 502.524CPG).
- kkunsidrat l-abbozz tal-aġenda preliminari għas-sessjoni parzjali ta' Frar (mill-4 sas-
7 ta' Frar fi Strasburgu), fid-dawl tan-noti abbozzati mid-DĠ Presidenza li jistipulaw l-
għażliet differenti, imqassma wara l-laqgħat preparatorji tad-29 u t-30 ta' Jannar lis-
Segretarji Ġenerali tal-gruppi politiċi, u adottat il-proposta li tinsab f'dawk in-noti.
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 11/48 PE502.490/CPG
MT
4. Komunikazzjonijiet tal-President
4.1 Żjarat futuri mill-Kapijiet tal-Istat u l-Kapijiet tal-Gvern fil-Parlament Ewropew
Il-Konferenza tal-Presidenti
- semgħet lill-President jirrapporta li dawn il-Kapijiet tal-Istat/Kapijiet tal-Gvern se
jindirizzaw lill-plenarja matul Marzu u April 2013:
13 ta' Marzu: Is-Sur Giorgio NAPOLITANO, President tar-Repubblika Taljana,
16 ta' April: Is-Sur Jyrki KATAINEN, Prim Ministru tal-Finlandja,
17 ta' April: Is-Sur Michael D HIGGINS, President tal-Irlanda.
Il-President innota wkoll li s-Sur Shimon PERES, President tal-Istat tal-Iżrael, se jitkellem
waqt il-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti fis-7 ta' Marzu 2013.
4.2 Missjoni ta' monitoraġġ fl-Ukraina
Il-Konferenza tal-Presidenti
- semgħet lill-President jinnota li ltaqa' mas-Sur YANUKOVYCH, President tal-Ukraina, fl-
24 ta' Jannar 2013, u ddiskutew ftehim possibbli dwar il-każ tal-qorti LUTSENKO u l-
kundizzjonijiet ta' detenzjoni għas-Sinjura TYMOSHENKO. Madankollu, hu nnota wkoll li
informazzjoni riċenti mill-Ukraina tidher li tindika deterjorament f'daqqa tas-sitwazzjoni fil-
każijiet tal-qorti msemmija hawn fuq.
Hu għalhekk ippropona li jibgħat b'mod eċċezzjonali lis-Sur COX u lis-Sur
KWASNIEWSKI fl-Ukraina mill-4 sas-6 ta' Frar sabiex jimmonitorjaw il-kundizzjonijiet fuq
il-post u jsegwu l-kuntatti riċenti mas-Sur YANUKOVYCH u l-Prim Ministru AZAROV u
biex jirrappurtaw lura lill-Konferenza tal-Presidenti fis-6 ta' Frar fi Strasburgu.
- semgħet lis-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp Greens/EFA, tenfasizza d-
deterjorazzjoni riċenti tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni għas-Sinjura TYMOSHENKO u s-
Sur LUTSENKO;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 12/48 PV\926330MT.doc
MT
- approvat il-proposta tal-President.
4.3 Preżentazzjoni tar-rapport tal-OLAF fil-każ tas-Sur John DALLI
Il-Konferenza tal-Presidenti
- semgħet lill-President jinnota li wara l-mandat tal-Konferenza tal-Presidenti fil-
15 ta' Novembru 2012 biex tintalab it-trażmissjoni mill-Kummissjoni Ewropea tar-rapport
tal-OLAF dwar iċ-ċirkostanzi li jikkonċernaw ir-riżenja tal-Kummissarju DALLI, hu bagħat
żewġ ittri (PE502.529/CPG/1 u PE502.529/CPG/2) lis-Sur BARROSO, President tal-
Kummissjoni Ewropea li jwasslu din it-talba, filwaqt li ġie rrikonoxxut kif xieraq l-obbligu
legali tal-President li jirrispetta l-kunfidenzjalità tar-rapport skont id-dispożizzjonijiet tal-
Ftehim Qafas.
Hu nnota wkoll li s-Sur BARROSO ħa l-impenju li jibgħatlu r-rapport tal-OLAF u li jirċevih
fi żmien ftit sigħat. Il-President irrimarka wkoll li, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet
ġudizzjarji ta' Malta, hu se jinforma lill-Mexxejja tal-Gruppi, taħt kundizzjonijiet stretti ta'
kunfidenzjalità, dwar il-partijiet tar-rapport li mhumiex koperti mill-kunfidenzjalità tal-
proċedimenti kriminali f'Malta.
- kellha skambju qasir ta' fehmiet bil-parteċipazzjoni tas-Sur DAUL, President tal-Grupp EPP
u s-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA;
- semgħet lill-President jikkonferma li l-jum ta' qabel hu rċieva r-Rapport tal-Kumitat ta'
Sorveljanza tal-OLAF dwar il-ka¿ ta' DALLI u li l-partijiet ta' dan ir-Rapport li ma
jikkonċernawx il-proċedimenti legali f'Malta se jkunu disponibbli għall-Mexxejja tal-Gruppi
malajr kemm jista' jkun.
4.4 Il-Finanzjament tal-partiti politiċi - Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210 tar-Regoli ta'
Proċedura
Il-Konferenza tal-Presidenti
- semgħet lill-President jinnota li hu rċieva ittra ffirmata minn kwart tal-Membri tal-Parlament
minn erba' gruppi politiċi, fejn intalab li l-Artikolu 210 tar-Regoli ta' Proċedura jiġi applikat
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 13/48 PE502.490/CPG
MT
għall-partiti "Alleanza Ewropea għal-Libertà" u "Alleanza Ewropea għall-Movimenti
Nazzjonali" u għall-fondazzjonijiet affiljati tagħhom sabiex jiġi vverifikat jekk
jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament KE 2004/2003
dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew, u jekk josservawx il-
prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, u li konsegwentement il-proċedura
stabbilita fl-Artikolu 210 għandha tinbeda.
- semgħet lis-Sur GUERRERO SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, jitlob is-sospensjoni
tal-pagamenti lill-partiti msemmija hawn fuq waqt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 210;
- semgħet lill-President iwieġeb li dawn il-pagamenti huma intitolamenti legali u ma jistgħux
jiġu sospiżi qabel it-tlestija tal-proċedura msemmija hawn fuq, u mbagħad fil-każ biss li l-
partiti msemmija hawn fuq ma jkomplux jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament
KE 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 14/48 PV\926330MT.doc
MT
A. DEĊIŻJONIJIET/SKAMBJU TA’ FEHMIET
5. Preparazzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fis-7 u t-8 ta' Frar 2013
Il-Konferenza tal-Presidenti
- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:
l-abbozz ta' aġenda annotata tad-9 ta' Diċembru 2012 mis-Segretarjat Ġenerali tal-
Kunsill għall-Kunsill Ewropew tas-7- 8 ta' Frar 2013 (CO EUR-PREP 46);
dikjarazzjoni mill-istampa tat-22 ta' Jannar 2013 mis-Sur VAN ROMPUY, President
tal-Kunsill Ewropew dwar il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew (PE 502.509/CPG);
Abbozz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew għal-laqgħa tiegħu fit-
22/23 ta' Novembru 2012 (15602/12) (Kaxxa ta' Negozjar) (PE 500.840/CPG);
Dikjarazzjoni mill-Membri tal-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Novembru 2012;
Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020
(adottata b'517 vot favur fit-23 ta' Ottubru 2012), P7_TA-PROV (2012) 0360.
- semgħet lill-President jintroduċi l-punt billi jinnota li hu ma jemminx li l-Kunsill Ewropew
se jkun kapaċi jilħaq ftehim politiku dwar il-QFP tal-2014-2020 fil-laqgħa tiegħu fis-7-
8 ta' Frar 2013 peress li l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet nazzjonali għadhom diverġenti
ħafna, minkejja li s-Sur VAN ROMPUY impenja ruħu li jwitti t-triq billi joffri
konċessjonijiet lil Stati Membri varji.
Il-President innota wkoll li jekk il-Kunsill Ewropew kellu jilħaq ftehim, dan ikun abbażi ta'
baġit minimalist u konservattiv fejn oqsma politiċi bħall-agrikoltura u l-koeżjoni bilkemm
jinbidlu filwaqt li jkun hemm l-aktar tnaqqis sinifikanti f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-
innovazzjoni, R&Ż, l-għajnuna għall-iżvilupp u l-indirizzar tal-bidla fil-klima.
- kellha skambju ta' fehmiet bil-parteċipazzjoni tas-Sur DAUL, President tal-Grupp EPP, is-
Sur GUERRERO SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, is-Sur VERHOFSTADT,
President tal-Grupp ALDE, is-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA, is-
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 15/48 PE502.490/CPG
MT
Sur CALLANAN, President tal-Grupp ECR, is-Sinjura ZIMMER, President tal-Grupp
GUE/NGL, is-Sur SPERONI, Kopresident tal-Grupp EFD u s-Sur SOSA WAGNER,
membru mhux affiljat;
- semgħet lill-President jinnota li l-baġit tal-2013 ippreveda defiċit fil-pagamenti ta' madwar
EUR 16 biljun, minħabba d-differenza bejn l-impenji u l-pagamenti fil-QFP tal-2007-2013 u
jenfasizza bil-qawwa li l-baġit tal-2013 jeħtieġ ikun ibbilanċjat qabel ma l-QFP tal-2014-
2020 jitressaq għall-vot fil-Parlament u li l-ebda defiċit strutturali m'għandu jiġi integrat
f'dan il-QFP.
Il-President irrimarka wkoll li fil-każ li l-Kunsill Ewropew jilħaq ftehim politiku fil-laqgħa
tiegħu tas-7 - 8 ta' Frar, il-Parlament għandu jkun lest li jwieġeb malajr possibbilment
permezz ta' riżoluzzjoni fis-sessjoni ta' Marzu, qabel ma tiġi rċevuta l-konsultazzjoni formali
mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali (GAC), kif stabbilit fl-Artikolu 312 tat-TFUE;
- approvat, b'maġġoranza kbira, il-proposti tal-President u ddeċidiet li terġa' lura għal din il-
kwistjoni fil-laqgħa li jmiss tagħha, b'kunsiderazzjoni ta' żviluppi sussegwenti.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 16/48 PV\926330MT.doc
MT
B. DEĊIŻJONIJIET MINGĦAJR DIBATTITU
6. Talbiet mill-kumitati parlamentari biex jitfasslu rapporti ta' inizjattiva proprja skont l-Artikolu 48
Dan il-punt ġie pospost.
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 17/48 PE502.490/CPG
MT
7. Talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar il-proċedura mal-kumitati assoċjati
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza
tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta talbiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 dwar
il-proċedura ma' kumitati assoċjati (PE 502.486/CPG u l-annessi);
- ħadet nota u awtorizzat it-talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
għal dan ir-rapport leġiżlattiv li ġej:
"Tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern: identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji
(2012/0146(COD))"
Kumitat Responsabbli: ITRE
IMCO talab l-applikazzjoni tal-Artikolu 50.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 18/48 PV\926330MT.doc
MT
8. Talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 dwar il-proċedura mal-laqgħat konġunti tal-kumitati
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza
tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51 (PE
502.486/CPG u l-annessi) u awtorizzatha;
Proċedura għall-punt li ġej:
Rapport mhux leġiżlattiv
- Rieżami intermedju tal-Programm ta' Stokkolma
Kumitat Responsabbli: LIBE
JURI u AFCO talbu l-applikazzjoni tal-Artikolu 51.
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 19/48 PE502.490/CPG
MT
9. Atti delegati u ta' implimentazzjoni - Eżaminazzjoni ta' fajls attwali
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, President al-Konferenza
tal-Presidenti tal-Kumitati, fejn hu ppreżenta r-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-fajls għas-
sessjoni parzjali ta' Frar 2013 (PE 502.480/CPG);
- fakkret id-deċiżjoni tagħha tad-19 ta' April 2012 li titlob lis-servizzi kompetenti jwettqu
proċedura kontinwa ta' eżaminazzjoni tal-proposti leġiżlattivi li jmiss sabiex tevita li tpoġġi
fuq l-aġenda plenarja kwalunkwe vot li jwassal għal ftehim fl-ewwel qari ta' fajls meta tali
deċiżjonijet jistgħu jkunu legalment dubjużi.
- innotat l-informazzjoni pprovduta fl-ittra tas-Sur LEHNE tas-16 ta' Jannar 2013 u l-fatt li l-
ebda tħassib legali ma tqajjem rigward kwalunkwe fajl skedat għall-votazzjoni matul din is-
sessjoni parzjali.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 20/48 PV\926330MT.doc
MT
10. Ħatra ta' korapporteurs għar-rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tad-9 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur CASINI, President tal-Kumitat
għall-Affarijiet Kostituzzjonali, fejn ippreżenta talbiet biex jinbidel it-titolu tar-rapport biex
ikun "rapport dwar il-post tas-sede tal-Parlament Ewropew" u biex jinħatru, għal dan ir-
rapport, żewġ korapporteurs mill-gruppi ECR u tal-ĦODOR (PE 502.456/CPG);
- fakkret li, permezz tal-ittra tal-24 ta' Ottubru 2012, is-Sur LEHNE, President tal-Konferenza
tal-Presidenti tal-Kumitati, diġà talab awtorizzazzjoni biex ifassal rapport wieħed skont l-
Artikolu 48 (2) tat-TUE u l-Artikolu 74a tar-Regoli ta' Proċedura intitolat "Proposta ta'
emenda tal-Protokoll 6 dwar il-post tas-sede tal-istituzzjonijiet";
- innotat li l-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tal-15 ta' Novembru 2012, awtorizzat
lill-Kumitat AFCO biex jibda l-ħidma tiegħu dwar din il-kwistjoni, strettament bħala rapport
ta' inizjattiva proprja skont l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura u mhux l-Artikolu 74a kif
propost minn AFCO, filwaqt li fakkret ukoll li hija mistennija sentenza tal-Qorti tal-
Ġustizzja Ewropea dwar il-kalendarju plenarju u enfasizzat li l-iskadenza għall-emendi
għandha tiġi stabbilita wara li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tkun tat is-sentenza;
- ħadet nota li, permezz tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2013, is-Sur LEHNE, President tal-
Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, abbażi ta' talba inizjali mill-Kumitat AFCO, talab
awtorizzazzjoni biex jinbidel it-titolu tar-rapport biex ikun "rapport dwar il-post tas-sede tal-
Parlament Ewropew" minflok "Proposta ta' emenda tal-Protokoll 6 dwar il-post tas-sede tal-
istituzzjonijiet"; għandu jiġi nnutat li l-Konferenza tal-Presidenti hija mistiedna tindirizza
din il-kwistjoni separatament taħt il-punt 6 f'din il-laqgħa;
- fakkret li r-Regoli ta' Proċedura ma jagħmlu l-ebda dispożizzjoni għall-ħatra ta'
korapporteurs u li konsegwentement, il-Konferenza tal-Presidenti, f'okkażjonijiet preċedenti,
awtorizzat il-ħatra ta' korapporteurs biss għal numru limitat ta' rapporti importanti ħafna,
ġeneralment ta' natura baġitarja jew istituzzjonali;
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 21/48 PE502.490/CPG
MT
- approvat, eċċezzjonalment u mingħajr ma ħolqot preċedent, it-talba msemmija hawn fuq
dwar korapporteurs filwaqt li pposponiet id-deċiżjoni li jinbidel it-titolu tar-rapport
imsemmi hawn fuq għal laqgħa futura.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 22/48 PV\926330MT.doc
MT
11. Ħatra ta' korapporteurs għal rakkomandazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz
Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Dan il-punt ġie pospost.
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 23/48 PE502.490/CPG
MT
12. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra mit-tliet
postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin:
ittra tal-21 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur MATO ADROVER, President tal-
Kumitat għas-Sajd, fejn bagħat talba supplementari għal dak l-abbozz ta' programm
tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.514/CPG);
ittra tas-26 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur GUSTAFSSON, President tal-
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, fejn bagħat talba
supplementari għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013
(PE 500.915/CPG);
ittra tal-4 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sinjura JOLY, President tal-Kumitat għall-
Iżvilupp, fejn bagħtet modifika għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-
kumitat għall-2013 (PE 502.341/CPG);
ittra tal-5 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sinjura JOLY, President tal-Kumitat għall-
Iżvilupp, fejn bagħtet kjarifika għal dak l-abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-
kumitat għall-2013 (PE 502.449/CPG);
ittra tal-5 ta' Diċembru 2012 mingħand is-Sur CASINI, President tal-Kumitat għall-
Affarijiet Kostituzzjonali, fejn bagħat kjarifiki għal dak l-abbozz ta' programm tal-
ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.347/CPG);
ittra tas-17 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur GROOTE, President tal-Kumitat għall-
Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, fejn indika l-post u d-data tal-
laqgħa tal-Partiti (MOP) għall-Protokoll ta' Montreal fi Kiev fit-23-25 ta' Ottubru 2013
(PE 502.503/CPG);
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 24/48 PV\926330MT.doc
MT
ittra tal-21 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur MOREIRA, President tal-Kumitat għall-
Kummerċ Internazzjonali, fejn bagħat modifika u talbiet supplementari għal dak l-
abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.506/CPG);
ittra tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sinjura PACK, President tal-Kumitat għall-
Kultura u l-Edukazzjoni, fejn bagħtet modifika u talbiet supplementari għal dak l-
abbozz ta' programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.485/CPG u l-
annessi);
ittra tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur HARBOUR, President tal-Kumitat għas-
Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, fejn bagħat modifika għal dak l-abbozz ta'
programm tal-ivvjaġġar tal-kumitat għall-2013 (PE 502.515/CPG);
Estratt tal-abbozz tal-minuti tal-laqgħa tal-Bureau tal-14 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz
tal-programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari barra mit-
tliet postijiet tax-xogħol matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet f'Jannar u Frar;
Regoli dwar l-ivvjaġġar mid-Delegazzjonijiet tal-Kumitati barra mit-tliet postijiet tax-
xogħol tal-Parlament Ewropew.
- ħadet nota ta’ ittra tal-25 ta’ Ottubru 2012 mingħand is-Sur LEHNE, President tal-
Konferenza ta’ Presidenti tal-Kumitati, fejn bagħat l-abbozz ta’ programm għall-ivvjaġġar
mill-kumitati parlamentari barra mit-tliet postijiet ta’ xogħol għall-2013 (PE 499.477/CPG,
l-annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);
- ħadet nota tal-ittri msemmija hawn fuq fejn jibagħtu kjarifiki u talbiet għal modifiki tad-
diversi abbozzi ta' programmi tal-ivvjaġġar tal-kumitati għall-2013;
- fakkret id-deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' Jannar 2013 fejn jawtorizza lid-delegazzjonijiet tal-
kumitati inklużi fil-programm annwali għall-ivvjaġġar tal-2013 u li huma ppjanati għall-
ewwel xahrejn tas-sena;
- ħadet nota tal-modifika tal-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament fl-2013, kif
adottata mill-plenarja fis-16 ta' Jannar 2013 u l-modifika tal-kalendarju għall-attivitajiet
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 25/48 PE502.490/CPG
MT
Parlamentari għas-sena 2013, kif adottata mill-Konferenza tal-Presidenti fis-
17 ta' Jannar 2013;
- fakkret ir-regoli fis-seħħ li jirregolaw l-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet mill-kumitati
parlamentari barra mit-tliet postijiet tax-xogħol;
Kalendarju tal-ivvjaġġar tal-kumitati għall-2013
- laqgħet il-fatt li l-kumitati parlamentari ppjanaw id-delegazzjonijiet tagħhom, kemm jista'
jkun skont il-kalendarju inizjali tal-2013 tal-attivitajiet parlamentari u b'rispett tar-regoli
dwar l-ivvjaġġar, speċjalment rigward l-iskedar tal-ivvjaġġar matul il-ġimgħat previsti għall-
attivitajiet esterni;
- innotat li minħabba l-bidliet tal-kalendarju 2013, il-ġimgħa 35 issa nqassmet f'jumejn
previsti għall-ivvjaġġar u jumejn għall-attivitajiet tal-kumitati, għandu jiġi mfakkar li l-
kumitati huma intitolati biss għal skema lingwistika sħiħa meta jiltaqgħu f'dati previsti għall-
attivitajiet parlamentari esterni;
- innotat li ċertu numru ta' żjarat tad-delegazzjonijiet tal-kumitati huma ppjanati f'perjodi li
jinkludu ġranet mingħajr attivitajiet parlamentari (nhar ta' Ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa)
u/jew festi pubbliċi; approvat dawn it-talbiet, filwaqt li fakkret li kull deroga oħra mir-regoli
dwar perjodi jew kwoti tal-ivvjaġġar jeħtieġu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni
individwali abbażi ta' talba sħiħa dettaljata, inkluża dikjarazzjoni finanzjarja; f'dan il-
kuntest, innotat li ċerti żjarat huma previsti għall-ġimgħat magħżula għall-attivitajiet tal-
kumitati; approvat dawn iż-żjarat filwaqt li ssottolinjat li dawn se jkunu soġġetti għal skema
ta' interpretazzjoni limitata, skont id-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Marzu 2012;
- iddispjaċiha bin-nuqqas ta' preċiżjoni fil-programmi ppreżentati minn numru ta' kumitati,
rigward in-numru ta' Membri parteċipanti u/jew d-dati previsti tal-ivvjaġġar għal żjarat
proposti. Dan jikkonċerna speċjalment lill-kumitati INTA, BUDG u LIBE. Talbiet speċifiċi
għandhom jintbagħtu mill-kumitati kkonċernati b'rabta ma' kull waħda minn dawn iż-żjarat,
akkumpanjati minn ġustifikazzjonijiet u dikjarazzjonijiet finanzjarji u għandhom jirrispettaw
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 26/48 PV\926330MT.doc
MT
ir-regoli fis-seħħ dwar il-perjodi tal-ivvjaġġar, id-dewmien tal-missjonijiet (inklużi l-ħinijiet
tal-vjaġġ) u l-kwoti;
Prinċipji ġenerali u kunsiderazzjonijiet baġitarji
- innotat li r-regoli applikabbli ma jobbligawx lill-kumitati biex jużaw il-kwota annwali sħiħa
tagħhom għall-ivvjaġġar u ħeġġithom jerfgħu parti mill-kwota tagħhom sabiex ikunu jistgħu
jżidu missjoni waħda jew aktar matul is-sena, skont l-Artikolu 8(2) ta' dawn ir-regoli;
- innotat li l-ispiża stmata totali għall-ivvjaġġar mill-kumitati parlamentari barra mit-tliet
postijiet tax-xogħol għall-perjodu bejn Marzu u Diċembru 2013 hija ta' EUR 4.712.179;
- fakkret li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz tal-baġit
ġenerali tal-UE għall-2013 ikkonfermat mill-ġdid id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni tal-baġit 2012
li jitnaqqsu l-linji baġitarji kollha relatati mal-ivjaġġar; enfasizzat li dan il-prinċipju gwida
għandu dejjem jitqies meta jiġu kkunsidrati it-talbiet kollha għal missjoni għall-Membri u l-
persunal, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kapaċità tal-Parlament li jissodisfa l-obbligi
ġuridiċi u politiċi tiegħu kif stabbilit fit-Trattati u fil-liġi internazzjonali; f'dan il-kuntest,
ħeġġet lill-kumitati jikkunsidraw jagħmlu użu akbar tal-opportunitajiet ipprovduti permezz
mill-vidjokonferenzi;
- innotat li, bħala prinċipju ġenerali, arranġamenti ta' sigurtà għad-delegazzjonijiet f'pajjiżi
terzi jeħtieġu jkunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fir-Regoli dwar l-ivvjaġġar mid-
delegazzjonijiet tal-Kumitati barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-PE u speċjalment
b'konformità mal-Protokoll anness dwar l-emerġenzi li jinqalgħu matul attivitajiet tal-
ivvjaġġar uffiċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol), u li d-delegazzjonijiet huma
awtorizzati biss li jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post tkun
sodisfaċenti; insistiet fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-aspetti tas-sitwazzjoni ta'
sigurtà qabel kull tluq, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluża dik mis-
SEAE (SitCen);
- innotat li f'ċerti każijiet, kien hemm duplikazzjoni ta' dati u destinazzjonijiet jew bejn il-
kumitati jew bejn il-kumitati u d-delegazzjonijiet interparlamentari; stiednet lill-kumitati
kollha kkonċernati biex kemm jista' jkun jikkoordinaw iż-żjarat tagħhom; bl-istess mod
enfasizzat l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 27/48 PE502.490/CPG
MT
interparlamentari fil-ħidma tagħhom, b'mod partikolari, rigward sforzi li jsiru biex
jikkoordinaw il-missjonijiet rispettivi tagħhom ma' pajjiżi terzi;
- insistiet li ż-żjarat tal-kumitati lill-aġenziji li huma responsabbli għalihom għandhom, skont
l-Artikolu 2.2a tar-regoli applikabbli, ikunu ristretti għal massimu ta' tliet Membri, u
għandhom jiġu skedati matul il-ġimgħat previsti għall-attività parlamentari esterna u għandu
jiġi mfakkar li l-President tal-kumitat ikkonċernat ma jistax jipparteċipa f'dawn iż-żjarat
barra mill-kwota tal-kumitat;
- fakkret li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-regoli applikabbli jippermettu
Membri ta' akkumpanjament biex jivvjaġġaw mal-kumitati biss f'missjonijiet ġewwa l-
Unjoni Ewropea; il-Membri ta' akkumpanjament ma jistgħux jivvjaġġaw f'missjoni barra
mill-Unjoni Ewropea u pajjiżi applikanti, jew fi kwalunkwe delegazzjoni ad hoc jew żjarat
lill-aġenziji; kull awtorizzazzjoni għall-membri ta' akkumpanjament biex jivvjaġġaw skont l-
Artikolu 4.1(b) u (c) ta' dawn ir-regoli hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-kumitat
ikkonċernat, disponibilità tal-approprjazzjonijiet għall-Membri kkonċernati skont l-
Artikolu 22(1) tal-Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri u awtorizzazzjoni mill-
Bureau;
- issottolinjat li f'konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-korpi governattivi, il-missjonijiet
li jsiru fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, iżda barra mill-bini tal-Parlament,
għandhom jitqiesu "barra mill-kwota" biss jekk ma ssir l-ebda talba għar-riżorsi tal-
Parlament (interpretazzjoni, kumpens għall-ispejjeż ta' vvjaġġar u sussistenza eċċ);
- talbet lid-diversi kumitati, skont l-Artikolu 10 tar-Regoli applikabbli, biex iressqu lill-
President, qabel id-diversi żjarat, il-programmi rispettivi (li jindikaw id-dewmien totali,
inkluż il-ħin għall-vjaġġ), u fl-istess ħin jipprovdu informazzjoni kompluta dwar l-għadd ta’
Membri li jkunu qed jipparteċipaw fid-delegazzjoni (fi ħdan u barra mill-kwota) u
informazzjoni dwar il-Membri, is-segretarjat u l-persunal tal-grupp li jakkumpanjawhom ;
- issottolinjat li, meta l-kumitati parlamentari jiddeċiedu li jikkanċellaw waħda mill-
missjonijiet tagħhom u jissostitwixxuha b'oħra, it-talba l-ġdida teħtieġ tkun akkumpanjata
mid-dettalji rilevanti kollha dwar il-missjoni proposta kif ukoll b'dikjarazzjoni finanzjarji
ġdida u informazzjoni dwar il-kwota disponibbli fiż-żmien li jsir il-vjaġġ;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 28/48 PV\926330MT.doc
MT
Kummenti speċifiċi
- laqgħet il-fatt li numru ta' avvenimenti rikorrenti ġew inklużi fil-programm annwali tal-
ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet tal-kumitati parlamentari;
- innotat li fl-erba' każijiet ta' hawn taħt, id-dati u/jew postijiet preċiżi għall-konferenzi jew il-
laqgħat ikkonċernati għadhom ma ġewx ikkonfermati, u ssottolinjat li dawn it-talbiet,
inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti, għandhom jerġgħu jintbagħtu biex jiġu
kkunsidrati fuq bażi individwali ladarba din l-informazzjoni ssir disponibbli; għandu jiġi
ssottolinjat ukoll li l-parteċipazzjoni tad-delegazzjonijiet għal dawn il-laqgħat se tittieħed,
kif ikun xieraq, mill-kwota annwali tal-kumitat għall-ivvjaġġar ġewwa jew barra l-UE, u din
il-kwota għandha tiġi rrispettata;
DROI: talba biex jibgħat massimu ta' 2 Membri f'Ġinevra, l-Isvizzera sabiex
jipparteċipaw fis-sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-bidu ta'
Marzu 2013;
DEVE: talba biex jibgħat delegazzjoni ta' 2 Membri fi Brussell, sabiex jipparteċipaw
fil-Jiem Ewropej għall-Iżvilupp;
DEVE: talba biex jibgħat delegazzjoni ta' 4 Membri f'Settembru 2013 fi New York, l-
Istati Uniti sabiex jipparteċipaw fis-Summit ta' Rieżami tan-NU dwar l-Għanijiet ta'
Żvilupp tal-Millenju (MDG);
talba biex jibgħat delegazzjoni konġunta ta' 2 Membri ta' ITRE, Membru 1 ta' CULT u
Membru 1 ta' STAO sabiex jipparteċipaw fis-segwitu tas-7 Forum dwar il-Governanza
tal-Internet (id-destinazzjoni u d-dati għandhom jiġu ddeterminati mill-
organizzazzjoni ospitanti);
- enfasizzat li ż-żjarat tas-sottokumitat SEDE fin-Niġer (u possibbilemt fil-Mali), fis-Somalja,
u fl-Afganistan, previsti għall-ġimgħat 14, 18 u 44 rispettivament, għandhom isiru biss jekk
is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post tkun sodisfaċenti, u li d-deċiżjonijiet dwar din il-
kwistjoni se jittieħdu mill-korpi kompetenti fi stadju ulterjuri, abbażi ta' informazzjoni
disponibbli mis-SEAE, li għandha tintbagħat mis-sottokumitat rilevanti fi żmien xieraq. L-
istess kundizzjoni għandha tapplika għall-missjonijiet proposti tad-DROI fl-Etjopja u l-
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 29/48 PE502.490/CPG
MT
Pakistan, il-missjoni proposta fil-Gwatemala, u kwalunkwe żjara konġunta possibbli minn
AFET/SEDE fil-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja;
- innotat it-talba mis-sottokumitat SEDE biex jibgħat delegazzjoni ta' tul ta' żmien ta' ħamest
ijiem fil-Ġeorġja fil-ġimgħa 29; għandu jitqies li l-missjoni għandha tkun ristretta għal total
ta' erbat ijiem, inkluż iż-żmien għall-ivvjaġġar;
- innotat it-talba tal-kumitat DEVE biex jibgħat delegazzjoni ta' 4 membri f'Ruma biex
jattendu l-Konferenza Internazzjonali tal-FAO dwar in-nutrizzjoni mit-13 sal-
15 ta' Novembru 2012; irrimarkat li d-dati kkonċernati jaħbtu mal-ġimgħa riżervata għall-
attivitajiet tal-gruppi politiċi u minħabba f'hekk approvat li tintbagħat delegazzjoni ta' 2
membri għal din il-konferenza;
- approvat it-talba tal-kumitat BUDG biex jibgħat delegazzjoni konġuntament fis-Serbja u l-
Montenegro fil-ġimgħa 14, filwaqt li ssottolinjat li jekk tittieħed deċiżjoni biex taqsam din
iż-żjara f'żewġ delegazzjonijiet separati, jeħtieġ tintalab awtorizzazzjoni individwali
addizzjonali għal dawn iż-żjarat;
- stiednet lill-kumitat CONT biex jipprovdi aktar informazzjoni dwar l-objettivi u l-ambitu
speċifiċi tad-delegazzjonijiet proposti tiegħu, qabel ma tittieħed kull deċiżjoni dwar dawn it-
talbiet;
ħadet nota tat-talba tal-kumitat JURI li l-laqgħa prevista tiegħu mal-imħallfin u l-uffiċjali
tal-QEDB fi Strasburgu l-Ħamis ta' ġimgħa ta' sessjoni parzjali (barra mill-ħinijiet tas-
sessjoni) għandha titqies bħala barra mill-kwota; approvat din it-talba bil-ftehim li ma ssir l-
ebda talba addizzjonali għal riżorsi tal-PE (interpretazzjoni, kumpens għas-sussistenza eċċ);
- ħadet nota tad-dokumenti li ġejjin għad-delegazzjonijiet:
a) Il-Kumitat AGRI fir-Russja fil-ġimgħa 35, li l-Membri tiegħu "esprimew interess
ġenerali dwar il-fehim aktar profond tal-preżent u speċjalment il-politika agrikola
futura fir-Russja peress li se tkun obbligata tallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha
mar-regoli tad-WTO";
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 30/48 PV\926330MT.doc
MT
b) Il-Kumitat PECH fil-Ġappun fil-ġimgħa 29 sabiex "ikollu ħarsa ġenerali ċara tal-
attivitajiet tas-sajd fil-Ġappun, fejn is-settur tas-sajd jikkostitwixxi industrija maġġuri
u jirrappreżenta parti kbira tal-ekonomija tal-pajjiż...";
c) Il-kumitat JURI fl-Afrika t'Isfel (ġimgħa 14) u l-Kosta tal-Punent tal-Istati Uniti
(ġimgħa 35) fejn it-tnejn li huma jiffukkaw fuq id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
(delegazzjoni ta' JURI fiċ-Ċina, li ġiet awtorizzata bħala parti mill-programm 2012,
issa ġiet skedata għall-ġimgħa 14 u hija wkoll prevista li tikkonċentra fuq id-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali);
stiednet lil dawn il-Kumitati jagħmlu rikors għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(3) tad-
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet billi jitolbu
awtorizzazzjoni għar-rapporteurs rispettivi tagħhom biex jipparteċipaw f'missjonijiet tad-
delegazzjonijiet interparlamentari kkonċernati minflok jibagħtu delegazzjoni tal-Kumitat;
- approvat fil-prinċipju t-talba (mhix inkluża fil-programm tal-2013) mill-Kumitat FEMM
biex jibgħat delegazzjoni magħmula minn mhux aktar minn 4 Membri għar-reġjuni tal-
viċinat tal-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja fil-15-17 ta' Lulju 2013, inklużi l-ħinijiet tal-
ivvjaġġar (ġimgħa turkważ) bil-kundizzjoni li l-kwota għall-ivvjaġġar tal-Kumitat fl-UE u
fil-pajjiżi applikanti tiġi rrispettata; innotat li din id-delegazzjoni tista' potenzjalment
tingħaqad maż-żjara proposta tal-Kumitat LIBE fir-Rumanija biex jiffukkaw fuq il-
kwistjonijiet tar-Roma u kwistjonijiet oħra u tistieden liż-żewġ kumitati kkonċernati biex
jikkooperaw kemm jista' jkun f'dan ir-rigward;
- innotat it-talba tal-Kumitat AFCO biex jibgħat delegazzjoni ta' mhux aktar minn 8 Membri
f'Washington DC; fakkret li ma ngħatatx l-awtorizzazzjoni għal żjara simili matul l-
eżerċizzju tal-2012;
- innotat it-talba tal-Kumitat speċjali CRIM biex jibgħat delegazzjoni ta' 8 membri fl-Istati
Uniti u fil-Gwatemala matul il-ġimgħa 18; għandu jiġi mistieden il-kumitat biex jipprovdi
ġustifikazzjoni addizzjonali għaż-żjara qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar din il-kwistjoni;
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 31/48 PE502.490/CPG
MT
- tat opinjoni favorevoli dwar l-abbozz ta' programm tad-delegazzjonijiet tal-kumitati
parlamentari għall-2013 u l-modifiki relatati u t-talbiet addizzjonali nnotati f'din id-
deċiżjoni, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq;
- issottolinjat l-opinjoni tagħha li, bl-eċċezzjoni tal-aspetti msemmija hawn fuq, fil-prinċipju l-
ebda talba addizzjonali għal derogi eċċezzjonali għall-ivvjaġġar tal-kumitati m'għandha tiġi
approvata matul l-2013;
- tenniet l-intenzjoni tagħha biex tirrevedi aktar ir-Regoli eżistenti dwar l-ivvjaġġar tad-
delegazzjonijiet, biex jidħlu fis-seħħ l-aktar tard sal-bidu tal-leġiżlatura li jmiss; iddikjarat
mill-ġdid ix-xewqa tagħha li tikseb bilanċ aħjar bejn il-bżonn li tkompli politika ta' trażżin
baġitarju filwaqt li tiggarantixxi kapaċità imtejba tal-Parlament biex iwettaq id-dmirijiet
tiegħu skont it-Trattati u li jilħaq il-prijoritajiet politiċi tiegħu f'ambjent globali li qed
jinbidel b'mod rapidu;
- ħeġġet lid-delegazzjonijiet jillimitaw għal minimu in-numru ta' persunal ta'
akkumpanjament; hija tal-opinjoni li, fil-prinċipju u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-
Artikolu 15 tar-Regoli applikabbli, in-numru ta' persunal ta' akkumpanjament idealment ma
jissuperax in-numru ta' Membri li qed jivvjaġġaw;
- fakkret li l-assistenti tal-Membri la jistgħu jkunu membri ta' delegazzjoni u lanqas ma jistgħu
jakkumpanjawha.
- irreferiet il-kwistjoni lill-Bureau għal deċiżjoni finali.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 32/48 PV\926330MT.doc
MT
13. Abbozz ta' programm għall-ivvjaġġar mid-delegazzjonijiet permanenti u l-Assembleji
Interparlamentari matul l-2013 - Deċiżjoni dwar l-attivitajiet minn Marzu sa Diċembru
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tat-12 ta’ Novembru 2012 mingħand is-Sur CASHMAN, President tal-
Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjoni, li tressaq l-abbozz ta’ programm għall-ivvjaġġar
mid-Delegazzjoni Permanenti u l-Assembleji Interparlamentari għall-2013
(PE 500.836/CPG, l-annessi u d-dikjarazzjoni finanzjarja);
- ħadet nota tal-ittra tat-28 ta' Novembru 2012 mingħand is-Sur REUL, President tad-
Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Peniżola Koreana, li tinforma dwar il-modifika tal-
programm annwali tad-Delegazzjoni għall-2013 (PE 500.899/CPG);
- ħadet nota tal-ittra tal-10 ta' Jannar 2013 mis-Sur RIVELLINI, President tad-Delegazzjoni
għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li tinforma dwar il-posponiment taż-
żjara tal-Bureau fiċ-Ċina (PE 502.464/CPG);
- ħadet nota tal-ittra tal-25 ta' Jannar 2013 mis-Sinjura FLAUTRE, President tal-Delegazzjoni
għall-Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) bejn l-UE u t-Turkija, li tinforma dwar
kalendarju aġġornat għall-attivitajiet għas-sena 2013 (PE 502.513/CPG);
- fakkret id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar id-
delegazzjonijiet interparlamentari inklużi fil-programm annwali tal-ivvjaġġar tal-2013 u li
huma ppjanati għall-ewwel xahrejn tas-sena;
- ħadet nota tal-modifika tal-kalendarju tas-sessjoni parzjali tal-Parlament fl-2013, kif adottat
mill-plenarja fis-16 ta' Jannar 2013 u l-modifika tal-kalendarju għall-attivitajiet Parlamentari
għas-sena 2013, kif adottat mill-Konferenza tal-Presidenti fis-17 ta' Jannar 2013;
- ħadet nota tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-
delegazzjonijiet, kif adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fl-10 ta' Marzu 2011 u emendati
l-aħħar fl-10 ta' Jannar 2013 (PE 422.560/CPG u l-annessi);
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 33/48 PE502.490/CPG
MT
Rimarki Ġenerali
- fakkret li d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-
delegazzjonijijet, kif approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fl-10 ta' Marzu 2011 u kif
emendati l-aħħar fl-10 ta' Jannar 2013, jistipulaw li l-laqgħat interparlamentari kollha
għandhom jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Konferenza tal-Presidenti, abbażi tat-
talbiet li għandhom jitressqu fi żmien xieraq u enfasizzat li mhux se jingħataw eċċezzjonijiet
għal dawn ir-regoli għajr dawk li huma espliċitament awtorizzati f'din id-deċiżjoni iżda
jistgħu jiġu eżaminati każ b'każ aktar tard; fakkret f'dan il-kuntest li kwalunkwe missjoni li
ma tispeċifikax id-destinazzjoni u/jew id-data eżatta ma tistax titqies awtorizzata permezz
tal-adozzjoni tal-programm annwali, sakemm ma tiġix awtorizza b'mod espliċitu f'din id-
deċiżjoni;
- fakkret li d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet
japplikaw għad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti (id-delegazzjoni għal kumitati
ta' kooperazzjoni parlamentari wieħed jew aktar, id-delegazzjoni għal kumitat parlamentari
konġunt, d-delegazzjoni għal assemblea parlamentari) u d-delegazzjonijiet ad hoc;
- fakkret id-deċiżjonijiet tas-6 ta' Diċembru 2012 u tal-10 ta' Jannar 2013 rigward il-modifiki
tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet; tenniet
l-intenzjoni tagħha biex tirrevedi aktar ir-Regoli eżistenti dwar id-delegazzjoni tal-ivvjaġġar,
biex jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss; iddikjarat mill-ġdid il-
bżonn li tkompli politika ta' trażżin baġitarju filwaqt li tiggarantixxi kapaċità mtejba tal-
Parlament biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-Trattati u li jilħaq il-prijoritajiet politiċi
tiegħu f'ambjent globali li qed jinbidel b'mod rapidu;
- fakkret li kwalunkwe talba għall-awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-elementi neċessarji
kollha għall-awtorizzazzjoni b'referenza ċara għar-regoli applikabbli, b'mod partikolari n-
numru ta' membri li se jivjaġġaw, inklużi l-membri li se jipparteċipaw barra mill-kwota jew
li se jingħaqdu f'missjoni minħabba dispożizzjonijiet speċjali fir-regoli applikabbli, it-tul ta'
żmien tal-missjoni inkluż il-ħin għall-ivjaġġar, l-abbozz tal-programm u dikjarazzjoni
finanzjarja;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 34/48 PV\926330MT.doc
MT
- innotat li l-laqgħat interparlamentari għandhom ikunu awtorizzati mill-Konferenza tal-
Presidenti fl-għamla ta' programm annwali ġenerali li jkopri d-Delegazzjonijiet
interparlamentari Permanenti kollha; innotat f'dan ir-rigward li r-rakkomandazzjonijiet dwar
l-abbozz ta' programm annwali għall-attivitajiet tal-Delegazzjonijiet Permanenti u l-
Assemblea Interparlamentari għall-2013, flimkien mal-opinjonijiet tal-Kumitati AFET,
INTA u DEVE kif adottati mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet fit-
23 ta' Ottubru 2012;
- innotat li l-abbozz ta' programm annwali għandu jelenka l-proposti kollha għal-laqgħat
interparlamentari irrispettivament jekk għandhomx isiru f'wieħed jew barra mill-postijiet ta'
ħidma tal-Parlament; innotat li apparti l-organizzazzjoni tal-laqgħat interparlamentari sħaħ,
xi delegazzjonijiet interparlamentari permanenti qed jippjanaw ukoll li jibagħtu gruppi ta'
ħidma għal missjonijiet u biex jorganizzaw il-laqgħat tal-Bureaus rispettivi tagħhom, kemm
f'wieħed mill-postijiet ta' ħidma tal-Parlament kif ukoll fil-pajjiżi terzi u li għal tali
missjonijiet, ir-regoli eżistenti għandhom japplikaw b'mod sħiħ.
- innotat li filwaqt li, fil-prinċipju, il-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE
(JPA) huma inklużi fil-programm annwali, l-AKP-UE JPA u l-entitajiet tagħha jgawdu minn
indipendenza ġuridika u operattiva fi ħdan il-qafas tar-regoli tal-Parlament u tar-Regoli ta'
Proċedura tal-AKP-UE JPA. innotat li, skont il-programm, il-25 Sessjoni tal-JPA se ssir fi
Brussell mis-17 sad-19 ta' Ġunju u s-26 Sessjoni tal-JPA hi ppjanata li ssir f'pajjiż tal-AKP
mis-16 sat 18 ta' Diċembru, innotat li s-17 sad-19 ta' Ġunju u s-16 sat-18 ta' Diċembru huma
ġranet riżervati għall-ħidma tal-kumitati parlamentari; stiednet bil-qawwa lir-rappreżentanti
tal-PE fl-entitajiet rilevanti biex, bħala kwistjoni ta' prinċipju, jagħmlu kull sforz biex dawk
il-laqgħat ikunu skedati b'konformità mal-attivitajiet tal-kalendarju tal-PE. innotat
ulterjorment li hemm żewġ laqgħat reġjonali tal-JPA skedati, waħda li għandha ssir fil-
Karibew mill-11 sal-15 ta' Frar u waħda li għandha ssir fl-Afrika tal-Punent mill-15 sad-
19 ta' Lulju; fakkret li r-regoli rilevanti ta' proċedura jippermettu sa tliet laqgħat
parlamentari reġjonali li jdumu sa tlett ijiem kull waħda u deċiżi fuq it-talba tal-Bureau tal-
AKP jew tar-reġjuni kkonċernati u li fihom għandhom jipparteċipaw membru parlamentari
wieħed minn kull Stat tal-AKP fir-reġjun u numru ekwivalenti ta' membri tal-Parlament
Ewropew fil-laqgħat reġjonali; innotat li l-kumitat u l-laqgħat tal-Bureau huma ppjanati li
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 35/48 PE502.490/CPG
MT
jsiru fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ġunju (is-Sibt u l-Ħadd) u f'pajjiż tal-AKP fl-14 u l-
15 ta' Diċembru (is-Sibt u l-Ħadd);
- laqgħet il-fatt li l-abbozz ta' programm annwali tad-Delegazzjonijiet Permanenti għall-2013
ġie ppreparat f'koordinazzjoni mal-kumitati parlamentari sabiex is-sinerġija bejn il-Kumitati
u d-Delegazzjonijiet Permanenti titjieb;
- enfasizzat l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet
interparlamentari fil-ħidma tagħhom, b'mod partikolari, f'termini ta' sforzi li jsiru biex
jikkoordinaw il-missjonijiet rispettivi tagħhom ma' pajjiżi terzi;
- laqgħet il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tat-talbiet imressqa huma konformi mar-regoli fis-
seħħ; innotat madankollu li fir-rigward ta' wħud mill-attivitajiet ippjanati huma mitluba
derogi u meħtieġa ġustifikazzjonijiet ulterjuri;
- fakkret id-deċiżjoni tagħha tal-10 ta' Marzu 2011 fejn l-assistenti tal-Membri ma jistgħux
ikunu membri ta' delegazzjoni jew jakkumpanjawha;
- ħeġġet lid-delegazzjonijiet jillimitaw għall-minimu n-numru ta' persunal li jakkumpanja; hi
tal-opinjoni li, fil-prinċipju u minkejja d-dispożizzjonijiet applikabbli fis-seħħ, in-numru ta'
persunal li jakkumpanja idealment ma jissuperax in-numru ta' Membri li qed jivvjaġġaw;
- fakkret li kull missjoni teħtieġ tkun ġustifikata biżżejjed u li l-konformità ta' missjoni mar-
regoli applikabbli fil-verità ma tissostitwix ġustifikazzjoni dettaljata għal raġunijiet politiċi u
li d-disponibilità tal-kwota għall-ivvjaġġar fiha nnifisha mhijiex ġustifikazzjoni biżżejjed;
- approvat l-abbozz tal-programm annwali tal-Parlament tad-Delegazzjonijiet Permanenti u
tad-delegazzjonijiet interparlamentari għall-2013, abbażi tar-Regoli eżistenti li huma fis-
seħħ, fir-rigward tal-perjodu minn Marzu sa Diċembru, bir-rimarki speċifiċi li ġejjin:
Kunsiderazzjonijiet Baġitarji
- fakkret li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-abbozz tal-baġit
ġenerali tal-UE għall-2013 ikkonfermat mill-ġdid id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni tal-baġit 2012
li jitnaqqsu l-linji baġitarji kollha relatati mal-ivvjaġġar; enfasizzat li dan il-prinċipju gwida
għandu dejjem jitqies meta jiġu kkunsidrati t-talbiet għal missjoni kollha għall-Membri u l-
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 36/48 PV\926330MT.doc
MT
persunal, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kapaċità tal-Parlament li jissodisfa l-obbligi
ġuridiċi u politiċi tiegħu kif stabbilit fit-Trattati u fil-liġi internazzjonali;
- innotat li l-istima tal-ispejjeż ġenerali għall-missjonijiet tad-delegazzjoni interparlamentari
għas-sena 2013 kollha hi stmata EUR 8 212 753 u għall-perjodu kopert minn din id-
deċiżjoni (Marzu sa Diċembru) hi ta' EUR 6 356 923; faħħret it-tnaqqis sostanzjali ta' aktar
minn terz għas-sena 2013 kollha meta mqabbel mal-istima tal-ispejjeż annwali għall-2012;
- stiednet lid-delegazzjonijiet interparlamentari, bl-iskop li tissaħħaħ l-interazzjoni u l-
flessibbiltà fil-kuntatti tagħhom mal-kontropartijiet parlamentari tagħhom u potenzjalment
jitnaqqsu l-ispejjeż, sabiex jesploraw il-possibbiltà, meta jkun possibbli, tal-użu tal-
vidjokonferenzi;
Modifiki fil-programm annwali
- innotat il-modifikazzjonijiet fir-rigward tal-programm annwali kif imressaq fit-
12 ta' Novembru 2012:
1. Id-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iż-żjara tal-
Bureau fil-Beijing u post ieħor fiċ-Ċina, inizjalment prevista għall-ġimgħa 7, ġiet
posposta għall-ġimgħa 14;
2. is-17-il IPM bejn il-PE u r-Repubblika tal-Korea f'Seoul u r-4 IPM bejn ir-Repubblika
Popolari tal-Korea f'Pyongyang, inizjalment prevista li ssir mit-28 ta' April sal-
4 ta' Mejju u li issa hi prevista li ssir mill-15 sal-20 ta' Lulju 2013 - innotat li din il-
laqgħa hi t-2 IPM matul is-sena 2013 u għaldaqstant mhijiex b'konformità mar-regoli
applikabbli; approvat, b'eċċezzjoni, it-talba minħabba l-fatt li s-16-il IPM bejn il-PE u
r-Repubblika tal-Korea ma setgħatx issir matul l-2012 għal raġunijiet lil hinn mill-
kontroll tal-Parlament u għaldaqstant, din il-laqgħa saret fl-10 ta' Jannar 2013 fi
Brussell;
3. il-71 KPK bejn il-PE u t-Turkija, inizjalment ippjanat li jsir matul il-ġimgħa 12 (mit-
18 sal-24 ta' Marzu) issa se jsir mit-13 sal-15 ta' Frar f'Ankara, kif approvat mill-
Konferenza tal-Presidenti fil-laqgħa tagħha tal-10 ta' Jannar 2013;
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 37/48 PE502.490/CPG
MT
4. id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt (KPK) bejn l-UE u t-Turkija qed
tippjana l-attivitajiet li ġejjin matul is-sena 2013:
laqgħa tal-Bureau, Strasburgu, fit-22 ta' Mejju;
laqgħa tal-KPK, Brussell, mid-19 sal-20 ta'Ġunju;
laqgħa tal-Bureau, it-Turkija, fil-11 ta' Ottubru;
laqgħa tal-KPK, it-Turkija, mit-28 sad-29 ta' Ottubru;
Kalendarju tal-missjonijiet
- fir-rigward tal-kalendarju tal-missjonijiet għall-2013, enfasizzat l-importanza li kemm ir-
regoli rilevanti fis-seħħ kif ukoll il-kalendarju ppjanat tal-attivitajiet jiġu rispettati; innotat li,
filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-delegazzjonijiet parlamentari skedaw il-missjonijiet tagħhom
skont ir-regoli, ċertu għadd ta' missjonijiet ippjanati jeħtieġu derogi mir-regoli;
- innotat li hemm laqgħat interparlamentari barra mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament li
huma ppjanati f'perijodi li jinkludu jiem mingħajr attivitajiet parlamentari (nhar ta' Ġimgħa),
fl-aħħar tal-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi u approvat dawk it-talbiet;
- iddeplorat il-fatt li f'ċerti każijiet id-dati u l-postijiet tal-laqgħat għadhom ma ġewx iffissati;
- innotat li għadd ta' missjonijiet tad-delegazzjonijiet interparlamentari huma ppjanati
f'ġimgħat riżervati għall-attivitajiet tal-kumitati, għall-attivitajiet tal-gruppi politiċi jew
matul sessjonijiet plenarji; innotat li dan mhuwiex konformi mal-Artikolu 6 tad-
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet;
għaldaqstant stiednet lill-gruppi rilevanti biex isibu dati ġodda kompatibbli mal-kalendarju
tal-Parlament jew biex jipprovdu aktar ġustifikazzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ:
is-6 Konferenza Parlamentari ta' Barents, mit-22 sal-24 ta' April;
il-Bureau tal-assemblea interparlamentari tad-Delegazzjoni tal-ASEAN, Brunei, mis-
16 sal-20 ta' Settembru – jikkoinċidi parzjalment mal-jiem riżervati għal-laqgħat tal-
kumitat parlamentari (mit-Tnejn sal-Erbgħa);
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 38/48 PV\926330MT.doc
MT
is-7 IPM bejn il-PE u l-Parlament Pan Afrikan, Midrand, il-ġimgħa 41 jew 42;
is-7 KPK bejn l-UE u l-Islanda, Reykjavik, il-ġimgħa 44 jew 51;
il-grupp ta' ħidma għal Gaza, mit-18 sal-20 ta' Diċembru;
il-grupp ta' ħidma DAND għal Peru, mit-18 sal-20 ta' Diċembru;
id-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indija, il-Bureau/WG, Delhi, mit-18 sal-
20 ta' Diċembru;
- innotat li d-19-il IPM bejn il-PE u n-New Zealand, Brussell (u post ieħor previst), ilġimgħa
17 jew il-ġimgħa 45, jista' jiġi awtorizzat biss bil-kundizzjoni li l-post ikun limitat għal
Brussell biss;
- fakkret li d-Delegazzjoni EuroLat tal-Parlament ġiet awtorizzata mill-Konferenza tal-
Presidenti fil-laqgħa tagħha fit-13 ta' Settembru 2012 biex tipparteċipa fis-Sessjoni Plenarja
tal-EuroLat f'Santiago de Chile mit-23 sal-25 ta' Jannar 2013 bil-kundizzjoni li din il-
missjoni titqies b'mod sħiħ fil-programm tal-attivitajiet tal-2013;
Sigurtà
- innotat li l-arranġamenti ta' sigurtà għal delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi jridu jkunu konsistenti
mal-Artikolu 14(2) u (3) u mal-prinċipji kif stabbilit fl-Artikolu 18 tad-Dispożizzjonijiet ta'
implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u speċjalment b'konformità mal-
Anness IV ta' dawn ir-Regoli (Il-protokoll dwar l-emerġenzi li jinqalgħu matul attivitajiet ta'
vjaġġar uffiċċjali barra mit-tliet postijiet tax-xogħol);
- enfasizzat li d-delegazzjonijiet huma awtorizzati biss li jivvjaġġaw bil-kundizzjoni li s-
sitwazzjoni ta' sigurtà fuq il-post tkun sodisfaċenti; insistiet fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni
bir-reqqa tal-aspetti tas-sitwazzjoni ta' sigurtà qabel kull tluq, abbażi tal-informazzjoni
disponibbli kollha, inkluża dik mis-SEAE (SitCen);
- iddeċidiet li terġa' lura għad-delegazzjonijiet skedati għall-Afganistan, l-Iran, l-Iraq, is-Sirja
u l-Jemen fi żmien xieraq qabel it-tluq tad-delegazzjonijiet inkwistjoni, biex tittieħed
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 39/48 PE502.490/CPG
MT
deċiżjoni finali fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar is-sigurtà fuq il-post mis-SEAE (inkluż
SitCen);
Laqgħat b'mod parallel mal-plenarja
- innotat li għadd ta' laqgħat interparlamentari ġew skedati li jsiru fi Strasburgu matul is-
sessjonijiet parzjali tal-Parlament; innotat li filwaqt li l-plenarja hija l-attività ewlenija tal-
Parlament, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regoli li jirregolaw meta jsiru l-laqgħat
simultanjament mas-seduti plenarji, kif approvat mill-Konferenza tal-Presidenti fil-
15 ta' Settembru 2010, jippermettu li d-Delegazzjonijiet jiltaqgħu fi Strasburgu nhar ta'
Erbgħa mit-15.00 sas-19.00 u nhar ta' Ħamis mid-9.00 sal-ħin tal-votazzjoni, sakemm tali
laqgħat ma jikkoinċidux ma' dibattitu importanti u enfasizzat l-importanza ta' osservanza
stretta ta' dawn ir-regoli; awtorizzat il-laqgħat li ġejjin bil-fehim li dawn il-kundizzjonijiet
jiġu sodisfatti bis-sħiħ:
5. il-5 IPM bejn il-PE u l-Iran, Strasburgu (ġimgħa 21) jew Brussell (ġimgħa 22);
6. il-Bureau KPK bejn l-UE u t-Turkija, Strasburgu, fit-22 ta' Mejju;
7. il-laqgħa tal-Bureau SINEEA, Strasburgu, fit-12 ta' Ġunju;
8. il-5 IPM bejn l-UE u l-Kunsill Nordiku tal-Punent, Strasburgu, fil-11 ta' Settembru;
9. l-IPM bejn il-PE u l-PLC, Strasburgu, mill-11 sat-12 ta' Settembru;
10. is-16-il PCC bejn l-UE u r-Russja, Strasburgu, fil-11 u t-12 ta' Diċembru;
- innutat li matul il-ġimgħa 41 is-sessjoni parzjali ta' Ottubru I se ssir fi Strasburgu; irrifjutat li
tawtorizza l-laqgħat li ġejjin u stiednet lid-Delegazzjonijiet ikkonċernati biex iressqu talbiet
ta' awtorizzazzjoni individwali għal dati oħra li jikkonformaw mal-kalendarju tal-Parlament:
11. il-Bureau KPK bejn l-UE u ċ-Ċili, Brussell, fis-7 ta' Ottubru;
12. is-7 SAPC bejn l-UE u l-Montenegro, Brussell, mid-9 sal-10 ta' Ottubru;
13. is-7 IPM bejn il-PE u l-Parlament Pan Afrikan, Midrand, il-ġimgħa 41 jew 42;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 40/48 PV\926330MT.doc
MT
Kwoti u Kwoti Supplimentari Uniformi
- fakkret li filwaqt li l-Artikolu 8(6) jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tal-kwoti biannwali
għad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti jew għall-missjonijiet ta' gruppi ta'
ħidma għal pajjiżi terzi, l-Artikoli 9 u 10 tal-istess regoli jippermettu kwoti ta' vjaġġar
addizzjonali li għandhom jiġu allokati taħt ċerti kundizzjonijiet;
- innotat li tali kwota ta' vjaġġar addizzjonali tqassmet biss lid-Delegazzjoni għar-
relazzjonijiet mal-Istati Uniti għas-snin 2012/2013 permezz tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-
Presidenti tat-8 ta' Diċembru 2011;
- fakkret il-ħtieġa li jiġu rispettati l-kwoti ta' vjaġġar kif stabbilit hawn fuq;
- innotat li l-Membru addizzjonali li jivvjaġġa mal-Bureau tad-Delegazzjoni għar-
relazzjonijiet mal-Kanada f'Ottawa u fil-British Columbia mit-28 ta' April sat-2 ta' Mejju
jeħtieġ li jingħadd mal-kwota tad-Delegazzjoni;
Frekwenza u post tal-laqgħat interparlamentari
- fakkret li l-Artikoli 8(3) u (4) tad-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-
ħidma tad-delegazzjonijiet jispeċifikaw li, bħala regola ġenerali, "kull delegazzjoni
permanenti interparlamentari għandha, kemm jista' jkun, tagħmel laqgħa inter-parlamentari
waħda kull sena", li għandha "ssir b'mod alternat f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol tal-
Parlament u fil-pajjiż terz ikkonċernat /fil-pajjiżi terzi kkonċernati";
- innotat li kultant il-laqgħat interparlamentari jiġu ppjanati biex isiru jew biex jiġu estiżi għal
pajjiż li jkollu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill jew kwalunkwe post ieħor tal-postijiet
tax-xogħol tal-Parlament, li mhuwiex konformi mal-Artikolu 8(4) tar-regoli rilevanti;
fakkret li l-awtorizzazzjoni għal tali laqgħat b'postijiet addizzjonali għandha tintalab fuq bażi
ta' każ b'każ;
- innutat ukoll li, minkejja l-prinċipji ġenerali msemmija hawn fuq, għadd kbir ta'
delegazzjonijiet permanenti stabbilixxew prattika ġenerali biex jagħmlu laqgħat
interparlamentari aktar frekwenti minn darba fis-sena; innutat li din id-devjazzjoni mir-
regola ġenerali hi soġġetta għal-limiti u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(6) tad-
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet,
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 41/48 PE502.490/CPG
MT
notevolment peress li din hi bbażata fuq strument ta' liġi internazzjonali sottostanti u fuq
Regoli ta' Proċedura speċifiċi approvati kif xieraq tad-Delegazzjoni permanenti kkonċernata,
li ġew approvati kif xieraq mill-Bureau, jew fuq xi deċiżjoni oħra mill-Konferenza tal-
Presidenti jew mill-Bureau li jippermetti din il-prattika; għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq
tirrifjuta li tawtorizza:
is-16-il IPM bejn il-PE u l-Indja, Delhi u żewġ postijiet oħrajn, mid-29 ta' April sat-
3 ta' Mejju;
IPM addizzjonali bejn il-PE u l-Ġappun fi Brussell, il-ġimgħa 22;
id-19-il KPK bejn l-UE u ċ-Ċili, Brussell, mit-28 sad-29 ta' Mejju;
it-42 IPM bejn il-PE u l-Iżrael, Brussell, fid-9 ta' Ottubru;
it-18-il PCC bejn l-UE u l-Moldova, Chisinau, mit-28 sat-30 ta' Ottubru;
is-17-il JPC bejn l-UE u l-Messiku, il-Belt tal-Messiku, mid-29 sat-30 ta' Ottubru;
it-3 JPC bejn Cariforum u l-UE, Brussell;
- laqgħet l-inizjattiva tad-delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-G20 fir-reġjun tal-
Asja/l-Awstralja-New Zealand (iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, l-Awstralja u l-
Indonesja) biex jorganizzaw IPM bejn id-delegazzjonijiet tagħhom u l-kontropartijiet
tagħhom tal-pajjiżi msemmija qabel, matul ilġimgħa 22 fi Brussell filwaqt li fakkret li l-fatt
li ssir tali laqgħa ma għandux ifixkel il-ħidma tal-kumitati parlamentari li għandhom
prijorità matul din il-ġimgħa, speċjalment fir-rigward tas-swali għal-laqgħat u l-faċilitajiet ta'
interpretazzjoni;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 42/48 PV\926330MT.doc
MT
14. Abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Presidenti għall-2013
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota ta' u approvat l-abbozz rivedut tal-kalendarju tal-laqgħat ordinarji tal-Konferenza
tal-Presidenti għall-2013 (PE 499.493/CPG/rev).
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 43/48 PE502.490/CPG
MT
15. Affarijiet urġenti u kwistjonijiet varji
15.1 Allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet skont il-linja baġitarja 400 (approprazzjonijiet operattivi
għall-gruppi politiċi u għall-Membri mhux affiljati) għall-2013
Il-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr dibattitu,
- ħadet nota tal-ittra tat-23 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur DAUL, il-President tal-Grupp
PPE f'isem il-gruppi politiċi kollha, li tressaq abbozz ta' allokazzjoni rivedut tal-
appropazzjonijiet tal-linja baġitarja 400 għall-2013 (PE 502.454/REV/CPG u l-anness);
- approvat l-abbozz ta' allokazzjoni rivedut u ressqitu lill-Bureau għal deċiżjoni finali.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 44/48 PV\926330MT.doc
MT
16. Punti ta' informazzjoni
16.1 Korrispondenza interna
Il-Konferenza tal-Presidenti
- innotat id-dokumenti li ġejjin:
ittra mill-Baronessa ASHTON, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea – ir-
Rappreżentant Għoli, bid-data tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar proposta għal abbozz ta'
Arranġament bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u s-Servizz Ewropew għall-
Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-aċċess fiż-żona tal-Politika Estera u ta' Sigurtà
Komuni (PE 502.505/CPG u l-anness);
ittra bid-data tal-24 ta' Jannar 2013 mingħand is-Sur LEHNE, il-President tal-
Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li tressaq rapport dwar l-applikazzjoni tad-
dikjarazzjoni politika tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-tabelli ta'
korrelazzjoni (PE 502.516/CPG u l-anness).
16.2 Korrispondenza interistituzzjonali
Ma kien hemm l-ebda korrispondenza.
16.3 Korrispondenza Esterna
Ma kien hemm l-ebda korrispondenza
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 45/48 PE502.490/CPG
MT
17. Data u post tal-laqgħat li jmiss
Il-Konferenza tal-Presidenti se tagħmel il-laqgħa ordinarja tagħha li jmiss fis-6 ta' Frar 2013 mit-
15.00 sal-16.30 fil-kamra R1.1 fil-Bini Louise Weiss, fi Strasburgu.
Barra minn hekk, l-Konferenza tal-Presidenti se tagħmel laqgħa straordinarja fis-6 ta' Frar 2013
mill-16.30 sal-17.30 fil-kamra R1.1 fil-Bini Louise Weiss, fi Strasburgu.
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 46/48 PV\926330MT.doc
MT
PARTI II (Min-12.00 sas-13.00)
18. Skambju ta' opinjonijiet mal-Grupp ta' Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kooperazzjoni
interistituzzjonali u kwistjonijiet rilevanti oħra ta' interess komuni
Il-Konferenza tal-Presidenti
- innotat id-dokumenti li ġejjin:
Ittra tas-26 ta' Ġunju 2012 mingħand is-Sinjura Mercedes BRESSO lill-President Martin
SCHULZ (PE 502.504/CPG);
Ittra tal-21 ta' Settembru 2012 mingħand il-President Martin SCHULZ lis-Sur Ramón
Luis VALCÁREL SISO (PE 502.507/CPG);
Silta mill-minuti tal-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-10 ta' Jannar 2008;
Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar in Negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-
Qafas Finanzjarju Pluriennali (RESOL-V-002, CDR2263-2012_00_00_TRA_RES);
- semgħet lill-President jilqa' lis-Sinjura BRESSO, l-ewwel Viċi President, u l-Presidenti tal-
Gruppi Politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni għal din il-laqgħa konġunta u enfasizzat il-punti li
ġejjin;
ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) qatt
ma kienu daqshekk qrib, peress li ż-żewġ istituzzjonijiet jirrappreżentaw l-interess taċ-
ċittadin, jew direttament jew permezz tar-rappreżentanti reġjonali tagħhom, u filwaqt li l-
kuntatti saru dejjem aktar frekwenti, kien hemm aktar ħidma li kienet għadha teħtieġ li
ssir biex il-kooperazzjoni tikber aktar;
iż-żewġ istituzzjonijiet kellhom interess komuni biex jiddefendu l-baġit tal-UE fin-
negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP). Fit-taqbida għal dan, il-Parlament
kien qed jiġġieled għall-interessi tar-reġjuni;
kien hemm problemi serji fir-rigward tal-baġit tal-UE għall-2013, b'defiċit sistematiku ta'
EUR 16 biljun minħabba d-differenza bejn l-impenji li saru, u l-ħlasijiet ipprovduti. L-
indikazzjonijiet l-aktar riċenti mill-Kunsill kienu li l-QFP għall-2014-20 seta' jinkludi
PV CPG 31.01.2013
PV\926330MT.doc 47/48 PE502.490/CPG
MT
differenza ta' EUR 60 biljun bejn impenji u ħlasijiet, li jwasslu għal defiċit annwali ta'
EUR 7.5 biljun. Din kienet xi ħaġa li l-Parlament Ewropew x'aktarx ma kienx se jivvota
għaliha, anke jekk l-Istati Membri rnexxielhom jilħqu ftehim.
- semgħet lis-Sinjura BRESSO, l-ewwel Viċi President tal-Kumitat tar-Reġjuni, tagħmel
apoloġija għall-assenza tas-Sur VALCARCEL, President tal-KtR u rringrazzjat lill-President
għall-istedina għal din il-laqgħa; semgħet ukoll lis-Sinjura BRESSO tinnota li filwaqt li l-
Parlament u l-KtR kellhom rwoli u kompetenzi differenti, huma jaqsmu l-istess interessi u
jistgħu jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-leġitimità demokratika tal-UE; semgħet ukoll l-
opinjoni tagħha li l-UE kienet teħtieġ bażi finanzjarja kredibbli li timxi 'il quddiem, b'baġit li
ppermetta l-investiment meħtieġ biex jitrawwem it-tkabbir;
- kellha skambju ta' fehmiet mas-Sur DAUL, President tal-Grupp PPE, is-Sur GUERRERO
SALOM, aġent President tal-Grupp S&D, is-Sur VERHOFSTADT, President tal-Grupp
ALDE, is-Sinjura HARMS, Kopresident tal-Grupp tal-Ħodor/EFA, is-Sinjura ZIMMER,
President tal-Grupp GUE/NGL u l-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Kumitat tar-Reġjuni,
notevolment is-Sur SCHNEIDER, President tal-Grupp PPE, is-Sur LAMBERTZ, President
tal-Grupp PES, is-Sur VERKERK, President tal-Grupp ALDE u s-Sur SILBERG President
tal-Alleanza Ewropea, fost oħrajn, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
għandu jkun hemm kuntatti aktar regolari bejn l-istituzzjonijiet, u partikolarment, ir-
rapporteurs dwar id-dossiers fl-istituzzjonijiet rispettivi għandhom jaħdmu mill-qrib, u
fi stadju bikri tal-proċess leġiżlattiv;
tressqu proposti għar-riforma tal-ħidma tal-KtR biex jgħinu lill-KtR ikollu impatt
akbar fil-proċess leġiżlattiv;
kien hemm ftehim sħiħ bejn l-istituzzjonijiet dwar il-ħtieġa għall-baġit tal-UE b'riżorsi
suffiċjenti, u li l-Parlament għandu, jekk meħtieġ, ikun lest li jeżerċita d-dritt tal-veto
fuq proposta mill-Kunsill li mhijiex sodisfaċenti;
kien hemm bżonn ta' ftehim dwar il-QFP sabiex ikun hemm ċertezza għal ippjanar
xieraq;
PV CPG 31.01.2013
PE502.490/CPG 48/48 PV\926330MT.doc
MT
- semgħet lill-President jikkonkludi billi nnota li kien hemm qbil kbir bejn l-istituzzjonijiet,
partikolarment dwar l-approċċ tal-Parlament għall-QFP, u li l-proposti għar-riforma tal-ħidma
tal-KtR biex jiżdied l-impatt li jista' jkollu fuq il-proċess leġiżlattiv, kienu ta' interess kbir.
* *
*
Il-laqgħa ngħalqet fis-13.20
Recommended