Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 3, 7-14

Preview:

DESCRIPTION

Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 3, 7-14. Ag ħ mlu l- qalb lil xulxin , sakem inkunu g ħ adna nistg ħ u nig ħ du ‘ illum ’. Ħuti : kif jgħid l- Ispirtu s- Santu : “Jekk illum tisimgħu leħnu , la twebbsux qalbkom bħal f’jum l- irvell , jum it- tiġrib fid- deżert , fejn ġarrbuni. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Qari mill-Ittra lil-Lhud.

Lhud 3, 7-14

Agħmlu l-qalb lil xulxin, sakem inkunu għadna nistgħu nigħdu ‘illum’

Ħuti: kif jgħid l-Ispirtu s-Santu:“Jekk illum tisimgħu leħnu, la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell, jum it-tiġrib fid-deżert, fejn ġarrbuni

missirjietkom biex jippruvawni, u raw kulma għamilt jien tul erbgħin

sena. Għalhekk jien stmerrejtha lil din

il-ġenerazzjoni, u għedt: <Dawn dejjem

mitlufin f’qalbhom; huma ma għarfux triqati. Hekk ħlilft waqt il-korla tiegħi:

Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi>”

Ħuti, araw li f’ebda

wieħed minnkom ma jkun hemm qalb imħassra bin-nuqqas ta’ twemmin li jwassal għall-firda minn Alla l-ħaj. Imma agħmlu l-qalb lil xulxin kuljum,

sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu ‘illum’, biex ħadd minnkom ma jiġġarraf mid-dnub u jwebbes qalbu. Għax aħna għanda sehem fi Kristu

jekk inżommu sħiħa sal-aħħar it-tama li kellna fil-bidu.

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Salm Responsorjali

R:/ Isimgħu leħen il-Mulej la

twebbsux qalbkom.

 Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,

għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!

 Għaliex hu Alla tagħna, u aħna l-poplu tal-mergħa

tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.

R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la

twebbsux qalbkom.

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!

“La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba,

bħal dakinnhar f’Massa, fid-deżert,

meta ġarrbuni u ttantawni missirjietkom,

għalkemm raw dak li jien għamilt

R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la

twebbsux qalbkom.

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel; u jien għidt, <Qalbu,

mħassra dan il-poplu, u triqati ma jagħrfux.>

Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:

Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”

R:/ Isimgħu leħen il-Mulej: la

twebbsux qalbkom.

Hallelujah, Hallelujah Halleluljah

Ġesù xandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull

xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

Hallelujah, Hallelujah

QariMill-Evanġelju ta’

San MarkMk 1, 45-50

R:/ Glorja lilekMulej

Il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbrużjitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu:“Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”

Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu:

“Irrid, kun imnaddaf.”U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu

malajr u qallu:“Qis li ma tgħid xejn, lil

ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta

għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex

tkunilhom ta’ xhieda.”

Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkienu jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher,imma kien jibqa’ barra

fil-kampanja; u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

ĦSIEB