2
v Fuljett ta’ informazzjoni ppublikat mill-Għaqda Mużikali San Girgor – Ta’ Kerċem Frar 2012 www.bandasangirgor.org [email protected] Nru.8 Tg]allem il-Mu\ika mall-Banda tag]na. Il-Banda San Girgor toffri tagħlim tal-Mużika fit-teorija u l-prattika b’xejn għal kulħadd, fis-sezzjonijiet kollha. Il-lezzjonijiet isiru fil-Każin tagħna u b’attenzjoni individwali. Mela għamel kuraġġ u ejja kellem lil xi membru tal-kumitat jew lil xi wieħed mill-għalliema li jkunu fil-każin tagħna matul il-ġimgħa u jigwidawk huma.. KUMITAT 2011 - 2012 President: Dr. Joshua Grech LL.D Viċi-President: Joe Gauci Segretarju: Noel Cassar Ass-Segretarju: Raymond Azzopardi Kaxxier: Noel Borg Arkivista: Jason Borg Direttur Spiritwali: Kan. Rev. Lino Vella Membri: Grech Francis, Vella Horace - Stampar: Gozo Press Il-Banda San Girgor f’Ruma 11 ta’ Settembru sas-17 ta’ Settembru 2012 Inżuru Ruma, l-Belt tal-Vatikan, Tivoli, Orvieto, Assisi u diversi postijiet. Il-Banda ddoqq waqt udjenza tal-Papa Benedittu XVI Għal aktar dettalji kellem lil xi membru tal-kumitat. Prezz f’kamra tripla 650.00 Hotel 3*** f’Ruma High Tea’s Kull l-Aħħar Sibt tax-Xahar Fil-Każin tal-Banda Tombli u Rigali kbar Kun parti mill-iskema tal-€50 B’risq t-tkomplija tal-bini tal-Każin Ma kull donazzjoni ta’ 50 timtela kaxxa mit-tabella li tinsab imwa]la ]dejn il-Knisja Parrokkjali. Għinna nkomplu nibnu dar denja għall-Banda tagħna Kull tielet Erbgħa tax-Xahar Fil-Każin tal-Banda Ejja u tkun ta’ għajnuna kbira għall-għaqda tagħna Rebbie]a tal-lotterija fil-Presepju Jasmine Xuereb, “Valle Verde” Triq Pejpu, Ker`em POSTIJIET LIMITATI }mistax Nibet ħsieb, kibret ideja, ġie ffurmat grupp u ssawret Għaqda. Kien propju ħmistax-il sena ilu illi bdiet il-ħidma tal-Għaqda Mużikali San Girgor – ħidma li kellha tibdel totalment id-dimensjoni soċjali u kulturali tar-raħal tagħna ta’ Kerċem. Kull għaqda teħtieġ il-grinta sabiex tibqà għaddejja bil-ħidma tagħha. Ħafna drabi din l-enerġija tkun frott tal-fervur u l-furja tal-mument. Dan mhux biżżejjed. Jeħtieġ illi bħalma fuklar trid tfornih bil-ħatab u l-injam sabiex ikompli jkebbes u jitfà s-sħana, hekk ukoll għaqda teħtieġ l-istimolu li jgħinha tkompli topera minn sena għall-oħra. Mill-bidu nett l-ispirtu li mexxa lill-fundaturi kien wieħed ċar – dak li jpoġġu isem ir- raħal tagħna fuq l-istess livell ma’ l-oħrajn. Infatti tul dawn is-snin kollha hija għenet sabiex kulħadd jikber soċjalment u kultaralment. Naturalment, in-nuqqas ta’ injam ġdid iwassal sabiex in-nar jieqaf ikebbes u l-fuklar jispiċċa biss f’ġamar u rmied. L-Għaqda Mużikali San Girgor għalkemm hija waħda attiva ferm u riġenerattiva, xorta waħda wieħed qatt ma jistà jgħid li hu biżżejjed. L- impenn tagħna l-ewwel u qabel kollox ikun sabiex l-alljievi u l-bandisti jiżdiedu kontinwament. Barra minn hekk il-ħuġġieġa jeħtieġ li tibqà taqbad b’mod kostanti fil- lat amministrattiv sabiex it-tmun tagħha dejjem jibqà jidderieġi lis-soċjetà fl-aħjar direzzjoni. Huwa imperattiv ukoll illi n-nar tant bżonjuż internament għall-Għaqda ikun ukoll jinħass mill-pubbliku inġenerali sabiex is-sostenn tagħkom ma jonqos qatt. Żgur illi dawk li ħmistax-il sena ilu kebbsu n-nar permezz ta’ xrara, kellhom f’moħħhom li dak li bdew jgħadduh lil ta’ warajjhom. Flimkien jeħtieġ illi ninpenjaw irwieħna sabiex inkomplu inkebbsu l-ħuġġieġa li żżommna naħdmu id f’id għall-ġid ta’ l-Għaqda Mużikali San Girgor. Dr. Joshua Grech B.A., LL.D.

Anici Nru8

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Fljuett ta'informazzjoni

Citation preview

Page 1: Anici Nru8

v

Fuljett ta’ informazzjoni ppublikat mill-Għaqda Mużikali San Girgor – Ta’ Kerċem

Frar 2012 www.bandasangirgor.org – [email protected] Nru.8

Tg]allem il-Mu\ika mall-Banda tag]na.

Il-Banda San Girgor toffri tagħlim tal-Mużika fit-teorija u l-prattika b’xejn għal kulħadd, fis-sezzjonijiet kollha. Il-lezzjonijiet isiru fil-Każin tagħna u b’attenzjoni individwali. Mela għamel kuraġġ u ejja kellem lil xi membru tal-kumitat jew lil xi wieħed mill-għalliema li jkunu fil-każin tagħna matul il-ġimgħa u jigwidawk huma..

KUMITAT 2011 - 2012

President: Dr. Joshua Grech LL.D

Viċi-President: Joe Gauci

Segretarju: Noel Cassar

Ass-Segretarju:

Raymond Azzopardi

Kaxxier: Noel Borg

Arkivista: Jason Borg

Direttur Spiritwali: Kan. Rev. Lino Vella

Membri: Grech Francis, Vella Horace

-

Stampar: Gozo Press

Tech Times Issue 00 Month Year

Il-Banda San Girgor f’Ruma 11 ta’ Settembru sas-17 ta’ Settembru 2012

Inżuru Ruma, l-Belt tal-Vatikan, Tivoli, Orvieto, Assisi u diversi postijiet.

Il-Banda ddoqq waqt udjenza tal-Papa Benedittu XVI

Għal aktar dettalji kellem lil xi membru tal-kumitat.

Prezz f’kamra tripla €650.00 Hotel 3*** f’Ruma

High Tea’s Kull l-Aħħar Sibt tax-Xahar

Fil-Każin tal-Banda Tombli u Rigali kbar

Kun parti mill-iskema tal-€50 B’risq t-tkomplija tal-bini tal-Każin

Ma kull donazzjoni ta’ €50 timtela kaxxa mit-tabella li tinsab

imwa]la ]dejn il-Knisja Parrokkjali.

Għinna nkomplu nibnu dar denja għall-Banda tagħna

Kull tielet Erbgħa tax-Xahar

Fil-Każin tal-Banda Ejja u tkun ta’ għajnuna kbira

għall-għaqda tagħna

Rebbie]a tal-lotterija fil-Presepju Jasmine Xuereb, “Valle Verde” Triq Pejpu, Ker`em

POSTIJIET LIMITATI

}mistax Nibet ħsieb, kibret ideja, ġie ffurmat grupp u ssawret Għaqda. Kien propju ħmistax-il sena ilu illi bdiet il-ħidma tal-Għaqda Mużikali San Girgor – ħidma li kellha tibdel totalment id-dimensjoni soċjali u kulturali tar-raħal tagħna ta’ Kerċem. Kull għaqda teħtieġ il-grinta sabiex tibqà għaddejja bil-ħidma tagħha. Ħafna drabi din l-enerġija tkun frott tal-fervur u l-furja tal-mument. Dan mhux biżżejjed. Jeħtieġ illi bħalma fuklar trid tfornih bil-ħatab u l-injam sabiex ikompli jkebbes u jitfà s-sħana, hekk ukoll għaqda teħtieġ l-istimolu li jgħinha tkompli topera minn sena għall-oħra. Mill-bidu nett l-ispirtu li mexxa lill-fundaturi kien wieħed ċar – dak li jpoġġu isem ir-raħal tagħna fuq l-istess livell ma’ l-oħrajn. Infatti tul dawn is-snin kollha hija għenet sabiex kulħadd jikber soċjalment u kultaralment. Naturalment, in-nuqqas ta’ injam ġdid iwassal sabiex in-nar jieqaf ikebbes u l-fuklar jispiċċa biss f’ġamar u rmied. L-Għaqda Mużikali San Girgor għalkemm hija waħda attiva ferm u riġenerattiva, xorta waħda wieħed qatt ma jistà jgħid li hu biżżejjed. L-impenn tagħna l-ewwel u qabel kollox ikun sabiex l-alljievi u l-bandisti jiżdiedu kontinwament. Barra minn hekk il-ħuġġieġa jeħtieġ li tibqà taqbad b’mod kostanti fil-lat amministrattiv sabiex it-tmun tagħha dejjem jibqà jidderieġi lis-soċjetà fl-aħjar direzzjoni. Huwa imperattiv ukoll illi n-nar tant bżonjuż internament għall-Għaqda ikun ukoll jinħass mill-pubbliku inġenerali sabiex is-sostenn tagħkom ma jonqos qatt. Żgur illi dawk li ħmistax-il sena ilu kebbsu n-nar permezz ta’ xrara, kellhom f’moħħhom li dak li bdew jgħadduh lil ta’ warajjhom. Flimkien jeħtieġ illi ninpenjaw irwieħna sabiex inkomplu inkebbsu l-ħuġġieġa li żżommna naħdmu id f’id għall-ġid ta’ l-Għaqda Mużikali San Girgor.

Dr. Joshua Grech B.A., LL.D.

Page 2: Anici Nru8

A[[ornament Tkomplija tal-bini tal-Każin

Tajjeb tkunu tafu fluskom kif qed jintefqu!!!

Lulju, 2011 Ġew approvati l-permessi neċessarji mill-Awtoritajiet konċernati sabiex ikun jistà jitkompla l-proġett ambizzjuz mibdi fl-2004 - Il-Bini tas-Sede ta-Ghaqda Muzikali San Girgor. Sadanittant il-Kumitat beda jilqà kwotazzjonijiet issiġillati għal: Taħmil, Xogħol ta’ Konkos u Xogħol ta’ Kostruzzjoni.

Awwissu, 2011 Il-Bord ta' Evalwazzjoni maħtur mill-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Mużikali San Girgor iltaqà sabiex jiddeċiedi dwar l-għażla tax-xogħolijiet li għandhom isiru b'rabta mat-taħmil, bini u xogħol ta' konkos. B'kollox intefgħu disa' offerti minn kuntratturi u kumpanniji interessati f'dan ix-xogħol. Wara illi ttieħdu l-pariri neċessarji mingħand il-Perit tal-Għaqda, Emaunuel Vella, kif ukoll saret diskussjoni sħiħa dwar l-elementi u l-kriterji inklużi fid-dokument tal-kwotazzjoni, il-Bord ta' Evalwazzjoni ddeċieda illi x-xogħol ta' taħmil fis-sit kollu għandu jsir minn Peter Paul Said, filwaqt illi x-xogħol ta' bini u konkos għandu jsir minn Kerċem Construction. Ix-xogħol propju beda fl-20 ta’ Awwissu bit-taħmil tas-sit li sar mill-kumpanija Said Constructions li kienet rebħet din il-parti tal-kuntratt. Din il-ħidma kienet preċeduta minn spezzjonjijiet u żjarat fuq il-post mill-Perit inkarigat is-Sur Emmanuel Vella, diriġenti tal-Għaqda Mużikali San Girgor u l-kuntratturi innifishom.

Settembru, 2011 Wara li għal diversi ġimgħat saret ħidma ta’ tqattigħ ta’ blat u livellar tat-terren tal-ispazju li kien fadal vojt maġenb il-parti mibnija tal-Każin, ingħata bidu għax-xogħol minn ħaddiema tal-kumpanija ‘Kerċem Constructions’ fuq il-ġibjun li ser issir taħt l-art tal-basement il-ġdid biex fiha jilqà l-ilma tax-xita li se jinġabar minn fuq il-bjut kollha tal-Każin. Ottubru 2011 Tkompliet il-ħidma fuq il-bini tal-ġiebja kif ukoll tlestew iż-żewġ kmamar fuq in-naħa ta’ wara tal-Każin biex dawn eventwalment jintużaw għat-tagħlim tal-Mużika. Novembru 2011 Tlesta x-xogħol fuq il-ġibjun u sar il-livellar tal-art tal-basement kif ukoll ingħata s-saqaf tal-ġibjun. Barra minn hekk inbeda x-xogħol fuq il-pilastri li għandhom jerfgħu t-travi u l-planki kif ukoll il-bini tal-ewwel u t-tieni sular. Tkomplew ukoll il-bini tat-tliet xaftijiet u t-taraġ fuq in-naħa ta’ wara kif ukoll it-tromba tal-lift. Diċembru 2011 Inbeda x-xogħol fuq il-kmamar fil-faċċata tal-basement kif ukoll ġie finaliżżat it-taraġ fil-parti ta’ quddiem tal-każin. Jannar 2012 Waslu t-travi tal-konkrete u l-planki mill-kumpnjia ‘Ballut Blocks’ u tpoġġew f’posthom. Frar 2012 Kompla jiġi finalizzat ix-xogħol ta’ kostruzzjoni f’diversi partijiet tal-basement u l-inħawi. Ingħata bidu għall-installazzjoni tad-dawl elettriku fiż-żewġt ikmamar ta’ wara u l-aċċess għalihom. Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lill-proprjetarji kollha tal-għelieqi li minn ħdejn il-ground tal-football jagħtu għan-naħa ta’ wara tal-każin talli għoġobhom jagħtu l-premess biex ikunu jistgħu jiddaħlu l-inġenji neċessarji għat-taħmil imsemmi.

Ġabra b’risq it-tkomplija tal-bini tal-każin nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2012

Il-membri tal-kumitat sejrin jiġbru l-envelope li qed jitqassam ma dan il-fuljett mis-1.30pm ‘il quddiem.