8
MESSAGG TAD-DIRETTUR : IL-VANGELU BIL-VIDEO FUQ IL-YOU TUBE GREAT PICTURES QUOTES HUMOUR CARTOONS WWW.LITURGIJA.COM MESSAGE IN A DECKCHAIR Vocations e-newsletter E - spark 13 E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com Settembru 2009

e-spark 13

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

Citation preview

Page 1: e-spark 13

MESSAGG TAD-DIRETTUR :

IL-VANGELU BIL-VIDEO FUQ IL-YOU TUBE

GREAT PICTURES

QUOTES

HUMOUR CARTOONS

WWW.LITURGIJA.COM

MESSAGE IN A DECKCHAIR

Vocations e-newsletter

E - spark 13

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Settembru 2009

Page 2: e-spark 13

Messagg tad-direttur tac-Centru tal-Vokazzjonijiet Fr Michael Bellizzi

Disposable

Illum kollox disposable għax meta ħaġa jgħaddi żmienha flok nippruvaw intejbuha naqbdu u narmuha. Ħafna

jirraġunaw: “dak li m’għandekx bżonnu eħles minnu, armiħ. Daħħal il-ġdid. Tkunx antikwat!” Dan itik x’taħseb

dwar l-ideja li ħafna żgħażagħ illum għandhom tar-reliġjon u l-Knisja.

Ir-reliġjon tista’ tkun bħal prodott fuq xkaffa, lest u ppakkjat u trid tużah kif inhu. Iż-żgħażagħ iħobbu jesperimentaw.

Jekk ittihom xi ħaġa lesta (sakemm ma tkunx is-sodda mifruxa jew xi ikla tajba) u jridu joqogħdu għaliha, x’aktarx

jaħarbu jiġru!

Anke l-Knisja: għal xi wħud hija biss istituzzjoni, bħall-iskola, jew bħal pajjiż. Fil-verità, l-Knisja hija messaġġ ħaj: ta’

Ġesù li qed jgħix fil-persuni li jemmnu fih u jihder anke fil-ħajja ta’ bejniethom. F’moħħ ħafna nies, il-Knisja qisha l-

awtorità li tindaħal u toqgħod tfakkrek meta l-affarijiet ma jmorrux tajjeb. Kull ħaġa li għandha konnessjoni mal-

Knisja taqa’ taħt suspett minħabba dan. Meta fil-fatt il-Knisja għandha tant esperjenza ta’ ħidma mal-bniedem.

Minkejja li żbalji saru u għadhom isiru, nemmen li għad hemm ħafna fiduċja fil-Knisja.

Il-fiduċja tikber meta niġu f’kuntatt ma’ esperjenzi sbieħ. “Ejjew u araw...” Hekk qalilhom Ġesù lil dawk li riedu

jkunu jafu min hu. Tant żgħażagħ jagħmlu kuntatt maċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet (u ma’ għaqdiet u gruppi oħra

reliġjużi) fuq stedina ta’ sħabhom. Xi whud jiġu darba u ma tarahomx iktar. Oħrajn, jiġu u jibqgħu (jien stess, il-

vokazzjoni tiegħi hekk bdiet).

Page 3: e-spark 13

Messagg tad-direttur Disposable / pagna 2

Nafu x’jiġri llum meta r-reliġjon tinbidel f’attitudni privata (“x’naħseb jien”) u ma taffettwax il-ħsieb, il-

kliem u l-għemil. Fidi moħbija li ma ttellef xejn u tħallik kif int (sempliċiment biex “tħossok tajjeb”) mhi

fidi xejn. Inkunu qed ngħaddu ż-żmien bina nfusna. U ż-żgħażagħ, daqs kemm jiddejqu li jkunu

mġegħlin joqogħdu għal ħaġa jew oħra, daqstant ieħor jiddejqu li jgħaddu ż-żmien bihom. Avolja jħobbu

joħolmu u jimmaġinaw, jafu li r-realtà jridu jiffaċjawha. Ħafna żgħażagħ illum qed jiddejqu jgħixu ġod-

dinja artifiċjali li ħolqu għalihom il-kbar. Jafu li jekk fil-ħajja tfittex biss l-affarijiet li bihom tiehu gost, u

tevita dak kollu li hu bżonnuż imma xi ftit tqil, ma tasal imkien. Tkun bħal dak li jipprova jieħu short cut,

u flok iqassar it-triq, itawwalha bla bżonn.

Nara sinjali li ż-żgħażagħ jixtiequ jipparteċipaw fid-dinja ta’ madwarhom. Tisma’ ’l min jgħid li jgħaddu

ż-żmien bih l-iskola jew anke fit-triq, għax ikun liebes il-baġġ tal-MUSEUM jew għax jarawh sejjer il-

quddies, jew sempliċiment għax l-imġiba u d-diskors ma jkunx bħal ta’ min irid ikun “popolari”. Naf min

jieħu nteress li oħrajn isibu lil Ġesù u jersqu qrib tiegħu (jissugraw li jitilfu ħbieb imma xorta jgġidulhom

dwar Ġesù)... Naf min jgħaddi emails bis-sens lil sħabu (flok qabda mbarazz u sempliċiment nagħmel

forward basta li ndaħħaq)... Hawn min jimpurtah li l-messaġġ nisrani jkun jidher bħala xi ħaġa sabiħa u

posittiva (billi jkun jidher u jgħix ta’ żgħażugħ bħall-oħrajn imma b’valuri sodi)...

Xi whud mill-kbar jgħidu: “iż-żgħażagħ illum l-anqas jafu li qegħdin fi grupp tal-Knisja.” Li tkun “fil-

Knisja” tfisser li qed tagħmel progress, mixja, fil-fidi tiegħek, fil-valuri nsara, flimkien ma’ oħrajn. L-

esperjenza tal-fidi m’hi xejn ħlief proposta sabiħa: li nħallu lil Alla jikteb ismu fuq ħajjitna. Li għalina

ma jkunx biżżejjed li sempliċiment inkunu “ok” imma li nsiru bnedmin veri, bnedmin ġodda.

Nittama li niftħu għajnejna li ma nistgħux nistennew li l-Aħbar it-Tajba tasal waħedha, imma li rridu

nkunu ħaddiema bieżla, lesti biex nagħmlu l-biċċa tagħna flimkien ma’ Sid il-ħsad.

Page 4: e-spark 13

Dependence upon God makes heroes of ordi-

nary people like you and me! Bruce Wilkinson There are always uncertainties ahead, but

there is always one certainty--God's will is

good.

Vernon Paterson

Keep praying, but be thankful that God's an-

swers are wiser than your prayers !

William Culbertson

To trust Him means, of course, trying to do all

that He says. There would be no sense in say-

ing you trusted a person if you would not take

his advice. Thus if you have really handed

yourself over to Him, it must follow that you

are trying to obey Him. But trying in a new

way, a less worried way.

(Clive Staples) C. S. Lewis

Trust the past to God's mercy, the present to God's love and the

future to God's providence.

Augustine

God will never, never, never let us down if we have faith and put

our trust in Him. He will always look after us. So we must cleave

to Jesus. Our whole life must simply be woven into Jesus.

Mother Teresa

Every evening I turn my troubles over to God - He's going to be

up all night anyway.

Donald J. Morgan

When a train goes through a tunnel and it gets dark, you don't

throw away the ticket and jump off. You sit still and trust the en-

gineer.

Corrie Ten Boom

Page 5: e-spark 13

http://www.youtube.com/profile?user=EVANGELJU&view=videos

http://www.liturgija.com/liturgy.html

Il-Vangelu bil-Video fuq il-You Tube

Il-Missal fejn issib il-qari kollu tal-

quddiesa tal-Hdud tas-sena kollha. http://www.liturgija.com/sena-B/sunB.pdf

Page 6: e-spark 13
Page 7: e-spark 13
Page 8: e-spark 13