16

Firetech Football Festival

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Football Festival

Citation preview

Page 1: Firetech Football Festival
Page 2: Firetech Football Festival
Page 3: Firetech Football Festival

3

Għal ħmistax il-sena konsekuttiva qed nilqgħu in-Nurseries

parteċipanti għal Firetech Christmas Football Festival. Dan il-Festival

li bħal kull sena jiġi organizzat minn Nursery ta’ Ħamrun Spartans,

daħal sew fil-kalendarju tan-Nurseries fejn jagħti bidu għal sensiela

ta’ Festivals fil-perjodu tal-Milied. Firetech Ltd, li tispeċjaliżża

fis-sigurta tan-nirien, huma l-isponsors uffiċjali għad-disa’ sena

konsekuttiva.

Wara li s-sena l-oħra ġew imnieda regolamenti ġodda għal dawn it-tip ta’ Festivals, nistgħu ngħidu li kellna suċċess f’dawn it-tip ta’ Festivals fejn kien hemm konsistenza fl-organiżżazjoni tagħhom. Għal din is-sena Il-Firetech Christmas Festival qed nerġgħu norganiżżawh b’erba’ kategoriiji li huma għal dawk it-tfal li twieldu fl-2006, fl-2005, fl-2004 u fl-2002. Kif kulħadd jaf dawn huma Festivals bla rebbieħa, fejn aktar infittxu li naraw lit-tfal parteċipanti jieħdu gost aktar milli jirbħu xi tazza, li f’din l-eta’ ma tfisser xejn. Aktar milli ngħidu lit-tfal, irridu ngħaddu messaġġ qawwi lil coaches biex jifhmu eżatt l-iskop ta’ dawn il-Festivals. Lil-Parents ngħidulhom li huwa mportanti lit-tfal tagħhom jagħtuhom is-sapport meħtieg, sapport li għandu jkun wieħed posittiv u nieqes minn kull attitudni eċċessiva fin-negattiv li ma tagħmilx ġid lit-tfal. Aħna d-diriġenti għandna nibqgħu naħdmu u nisħqu biex dawn il-Festivals ikomplu jservu prinċipalment għall-iżvilupp tat-tfal fdati fin-Nurseries tagħna. Lit-tfal ninkuraġġuhom biex fil-pitch jieħdu gost, fl-aktar sens ta’ FAIR PLAY u RISPETT ma sħabhom, wisq aktar mal-avversarji. Nixtieq għan-nom tan-Nursery ta’ Hamrun Spartans nawguraw l-isbaħ xewqat għal-Milied hieni u sena ġdida lil-familji kollha tat-tfal u coaches parteċipanti. Noel Debattista

Segretarju HSYN

Page 4: Firetech Football Festival

4

Page 5: Firetech Football Festival

5

Page 6: Firetech Football Festival

6

Huwa pjaċir tiegħi li flimkien ma sħabi tal-kumitat tal-Ħamrun Spartans Youth Nursery, ser inkunu qegħdin norganiżżaw il-Firetech Christmas Festival għal ħmistax il-darba. Dan huwa wieħed mill-Festivals li vera nkun qed nistenna għax personalment nieħu pjaċir nara lit-tfal minn kull klabb parteċipant jieħdu sehem f'attivita sportiva. Bħala Chairman, li din is-sena qed niċċelebraw il-25 Anniversarju mit-twaqqif tagħha, inħossni onorat li għal-sena oħra, qed norganiżżaw dan il-Festival tant

mistenni minn ħafna Nurseries madwar Malta fejn fiħ it-tfal tagħna jingħaqdu flimkien u jilgħabu l-logħba tal-futbol, għaqda tant sabiħa specjalment hekk kif qed noqorbu għaż-żmien tal-Milied. Għalhekk, nixtieq inħeġġeġ lil kull player, coach u diriġent mill-clubs rispettivi li ser ikunu jieħdu sehem f'din l-attivita, sabiex flimkien naħdmu sabiex dan il-Festival ikun wieħed ta suċċess bħal kull sena billi nżommu l-ispirtu sportiv u nkunu magħqudin f'għan wieħed, li t-tfal tagħna jieħdu gost u jipparteċipaw fil-logħba li tant għandhom għal qalbhom. Nittama li lkoll flimkien nieħdu pjaċir f'dan il-Festival. Noel Attard

Chairman, HSYN

Page 7: Firetech Football Festival

7

www.stephengatt.com

Page 8: Firetech Football Festival

8

www.stephengatt.com

Page 9: Firetech Football Festival

9

www.stephengatt.com

Page 10: Firetech Football Festival

10

www.stephengatt.com

Page 11: Firetech Football Festival

11

Page 12: Firetech Football Festival

12

FREELANCE SPORTS PHOTOGRAPHER 21413418 - 99475943

Page 13: Firetech Football Festival

13

Firetech Sponsorship Għall-Hamrun Spartans Youth Nursery 2012 Reġa wasal iż-żmien tas-sena meta il-Ħamrun Youth Nursery torganiżża Christmas Festival għaż-żagħzagħ u tfal tagħna.

Għal sena oħra l-Firetech offriet l-għajnuna tagħha bi sponsorship ġeneruż, li bla dubju jgħin biex dan il-Festival jiġi organiżżat b’suċċess u nkomplu nkattru l-interess fl-isport tagħna.

Din is-sena il-Firetech qegħda tiċċelebra suċċess kbir għaliha wkoll. Bis-saħħa ta' ħafna xogħol u ħidma nterna, il-Kumpanija irnexxielha ġġib Ċertifikat Għoli ta’ Kwalita' Internazzjonali.

Iċ-ċertifikat ta' l-ISO 9001 huwa rikonoxximent dinji ta' standard ta' operat għoli u konsistenti.

Bis-saħħa ta' dan, Firetech tista tkompli toffri servizzi ta' kwalita' aktar għolja u tgħin biex fi djarna u fuq il-post tax-xogħol tagħna s-sigurta u s-saħħa jkunu dejjem imħarsa sew.

Nawguraw li dan il-Festival ikun ta' suċċess bħas-snin ta' qabel u l-logħob kollu jintlgħab fi spirtu sportive, ta' ħbiberija u RISPETT. Donald Pace

Firetech Ltd

Page 14: Firetech Football Festival

14

Informazzjoni u Regolamenti

1. F’dan il-Football Festival jistgħu jieħdu sehem biss Nurseries irregistrati ma’ The Youth Football Association u Nurseries irregistrati mal-Gozo Football Association.

2. Jistgħu jipparteċipaw tfal li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 2006, tfal li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 2005, tfal li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 2004 u tfal li twieldu wara l-1 ta’ Jannar 2002.

3. Qabel jibda l-Festival, kull Nursery trid tippreżenta kopja ta’ Registration Form għal kull kategorija li tkun ser tieħu sehem fil-Festival, flimkien mal-ħlas dovut lill-organizzaturi. Qabel kull logħba fil-kategorija tal-2002 trid tiġi ppreżentata line-up form mit-tim parteċipant. Il-YFA Card ta’ kull player għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-organiżżaturi f’kaz li tiġi mitluba.

4. Kull player għandhu jilgħab il-logħob kollhu tal-Festival bl-istess numru mniżżel fuq ir-Registration Form li tiġi ppreżentata qabel jibda l-Festival.

5. Fil-kategorija ta’ 2002 jistgħu jiġu rregistrati sa erbgħatax (14) il-player. Fil-kategoriji tal-2004, 2005 u 2006 jistgħu jiġu rregistrati sa għaxar (10) players.

6. Żraben tal-futbol bi STUDS tal-METALL mhumiex permessi. L-użu ta’ Shin Guards huwa obligatorju. Dawn ser jiġu spezzjonati mill-uffiċjali tal-logħba.

7. Jekk xi Nursery tonqos milli tonora xi fixture, tiġi rrapurtata lill-Youth FA.

8. Id-deċiżjoni tal-Kumitat Organizzativ m’hiex appellabli.

9. Il-booklet Grassroots Festival Rules għandhu jservi ta’ gwida għal dan il-Festival.

Page 15: Firetech Football Festival

Tony Bajada Memorial 2013 (International Edition) 27th March - 3rd April

Categories:

Born 2007 (4v4) Born 2003 (8v8) Born 2001 (11v11) Born 1999 (11v11)

Page 16: Firetech Football Festival