Upload
others
View
33
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
leħħ
il-Malti
Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali
dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San
Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment
u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]
leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]
ID-DAR TAN-NANNA kanzunetta ta’ Corazon Mizzi
Kif tidħol tapit aħmar twil, tħossok dħalt ġo palazz. Fl-intrata ssib gradenza kbira msakkra bil-katnazz u fuqha gwarniċ maħdum bid-deheb u l-iskultura u l-mara ta’ ġo fih tistħajjilha ħierġa mill-pittura.
Fid-dar tan-nanna...
Hemm xafunier tal-kawba mgħotti b’doiler irrakkmat, u għadd kbir ta’ ritratti li jfakkruha fil-passat ta’ meta laħqu t-tfal, meta hi qagħdet parrina, meta ommi qagħdet bridesmaid fit-tieġ tal-kuġina.
Fid-dar tan-nanna...
Salott antik mgħotti bil-plastik borma ttektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tlett itfal jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-purtieri li ħitulha z-zijiet.
Fid-dar tan-nanna...
Fit-taraġ raġel bit-turban, f’idu bozza tal-kamin. u taħtu senduq fond fejn isakkru t-tfal imqarbin. Mal-ħajt hemm kurċifiss li bħalu ma tantx issib “Meta tgħaddi minn quddiemu qis li troddlu s-salib.”
Fid-dar tan-nanna...
Fil-kċina t-televixin żgħir minn dawk ta’ bla kulur tixegħlu hi u titwi l-ħwejjeġ ta’ ġol-friskatur. “U isa, Corazon, issa ħallik minn dak il-ktieb għaliex dalwaqt se jidlam, ejja b’siġġu wara l-bieb.”
Fid-dar tan-nanna...
Salott antik mgħotti bil-plastik borma ttektek fuq in-nar, grandfather clock li xħin idoqq tħossu jriegħed id-dar, u tlett itfal jilagħbu noli jistaħbew fid-dellijiet li joħolqu l-purtieri li ħitulha z-zijiet.
Mid-dar tan-nanna xtara sehem l-aqwa kuntrattur u tella’ blokk flettijiet armati fuq l-ultramodern u b’ħafna kumditajiet u dawk it-tlett itfal imqarba, wara l-purtieri moħbijin illum ifittxu fejn jilagħbu ’żda qed jaħbtu ma’ xulxin!
Il-kliem li jkollu s fl-ilsien barrani, meta jidħol fil-Malti, daqqiet jieħu l-ħoss ta’ s u daqqiet ta’ ż. Skont ir-regoli uffiċjali tal-kitba tal-Malti tal-1984 dan il-ħoss għandu jinkiteb s jew ż skont il-ħoss li jkun qed jieħu fil-kelma partikolari (eż. diżarm, deċiżi, żvilupp, l-Iżvezja, komuniżmu, ħafna każi imma fantasija, spjega, komunist, ta kasi).
Bl-istess mod, għandna niktbu pożi, pożizzjoni, oppożizzjoni u dispożizzjoni, u leġiżlattiv, illeġiżla u leġiżlazzjoni, avolja fit-Taljan jinkitbu bl-s, għax it-Taljan Taljan u l-Malti Malti. Kull kitba differenti minn din fil-Malti hija żbaljata. Fl-imgħoddi, il-kitba tal-liġijiet u l-kuntratti aktarx kienet issir minn persuni midħla iktar tat-Taljan milli tal-Malti, u għalhekk ma nistagħġbux li kienu — u kultant għadhom — isiru dawn l-iżbalji, imqar f’testi tal-liġi. M’għandniex xi ngħidu, dil-kitba tibqa’ titqies żbaljata f’kull qasam tal-Malti, għax il-kitba tal-Malti hija waħda u uffiċjali.
dispozizzjoni jew dizpozizzjoni ,
legislattiv jew legizlattiv.
. . .
. . .