12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba It-Tmien Sena L 6-7 2017 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali 2017 IT-TMIEN SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-Isem u l-Kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Il-Fehim mis-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima A B Ċ1 Ċ2 Ċ3 D1 D2 TOTAL Marka 14 10 10 10 10 8 18 80 Marka tal-Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ IL-LIVELLI 6 7

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali 2017

IT-TMIEN SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-Isem u l-Kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Il-Fehim mis-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima A B Ċ1 Ċ2 Ċ3 D1 D2 TOTAL

Marka 14 10 10 10 10 8 18 80

Marka

tal-Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

IL-LIVELLI

6 – 7

5 – 6 – 7 – 8

Page 2: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI

Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.

Ir-Raġel Abjad fir-Ritratt

Tommie Smith u John Carlos, żewġ atleti Amerikani mill-aqwa, jidhru bil-ponn mgħolli f’ġest biex

jissieħbu fil-ġlieda kontra r-razziżmu. (par. 1)

Ħadd qatt ma fehem min kien l-atleta ta’ ġilda bajda li jidher fir-ritratt u kemm bata minħabba f’dan.

Dan kien Peter Norman. (par. 2)

Tommie Smith kien l-aqwa atleta fid-dinja. Waqt l-għoti tal-medalji Smith, flimkien ma’ John Carlos li

rebaħ il-bronż, refa’ idu ’l fuq bħala turija ta’ solidarjetà mal-poplu ta’ ġilda skura. F’dan ir-ritratt jidher

Peter Norman, Awstraljan, li dakinhar ġera b’saħħa liema bħalha u rebaħ il-fidda. (par. 3)

Fl-Awstralja r-razziżmu kien għadu qawwi ħafna. Kull min kellu ġilda skura kien qed jiġi ttrattat ħażin

ħafna minn min kellu ġilda bajda. Norman ħass li ma setax jabbanduna t-tbatija li kienu għaddejjin

minnha l-atleti sħabu u ried juri s-sapport tiegħu. (par. 4)

Smith u Carlos telgħu għall-medalji ħafjin, bħala simbolu ta’ faqar. Norman tela’

għall-medalja liebes simbolu favur id-drittijiet umani. Hu jgħid li ma setax jara x’kienu qed jagħmlu

Carlos u Smith imma fehem li kienu refgħu idejhom meta l-istadju siket f’daqqa. Kulħadd ixxukkjat.

(par. 5)

Tommie Smith kien magħruf bħala “The Jet” minħabba l-veloċità tiegħu. Peter Norman kien l-aktar

atleta b’saħħtu fl-Awstralja u sal-lum ħadd għadu ma kiser ir-rekord tiegħu. Wara dan il-ġest, it-tliet

atleti ġew sospiżi mill-villaġġ Olimpiku immedjatament u l-karriera atletika ta’ Norman intemmet

dakinhar. (par. 6)

Maż-żmien id-drittijiet umani rebħu u Carlos u Smith ingħaqdu mat-tim Amerikan tal-Atletika. Imma

Peter Norman twarrab minn kull kumitat Olimpiku f’pajjiżu. Carlos u Smith qalu “Fit-taqbida tagħna

aħna m’aħniex waħedna, imma Peter Norman ħadha kontra pajjiżu waħdu”. (par. 7)

Norman baqa’ jiġri imma ma ħax sehem f’aktar kompetizzjonijiet. Fl-Awstralja bata ħafna u ma setax

isib xogħol. Il-Kumitat Olimpiku Amerikan, madankollu, stiednu biex jingħaqad miegħu u hemmhekk

Norman huwa meqjus eroj. (par. 8)

Page 3: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 3 minn 12

Taqsima A. Il-Fehim Mill-Qari (14-il marka)

Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek skont is-silta li qrajt.

1. Min kien Peter Norman? (par. 2, par. 3)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

2. Spjega l-ġest tal-ponn mgħolli li jidher fir-ritratt. (par. 1, par. 3)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

3. Għaliex taħseb li fl-istadju waqgħet is-sikta waqt l-għoti tal-medalji? (par. 5)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________(2 marki)

4. Fisser il-frażi “ġew sospiżi”. (par. 6)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

5. Minn dak li qrajt mis-silta, x’tifhem bil-kelma “razziżmu”? (par. 1, par. 4)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

6. Għaliex taħseb li Carlos u Smith setgħu jerġgħu jingħaqdu mat-tim Amerikan tal-Atletika? (par. 7)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

7. Għaliex Norman spiċċa biex bata aktar minn Smith u Carlos? (par. 7)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

8. Inti taqbel mal-għażla li għamel Peter Norman? Għaliex?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

___

14

Page 4: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)

1. Mit-tieni paragrafu sib eżempju ta’ aġġettiv.

(marka)

______________________________________

2. Nissel nom minn “bata” (par. 2)

(marka)

______________________________________

3.

Agħti l-mamma u l-għerq ta’ dawn:

i. jidher

ii. rebaħ

iii. twarrab

iv. jagħmlu

Mamma

__________________

__________________

__________________

__________________

Għerq

__________________

__________________

__________________

__________________

(4 marki)

4. Sib nom minn paragrafu 5.

(marka)

______________________________________

5.

“...it-tliet atleti ġew sospiżi mill-villaġġ

Olimpiku immedjatament...” (par. 6)

Sib il-partiċipju passiv.

(marka)

______________________________________

6. Oħroġ nom minn “jiġri” (par. 8)

______________________________ (marka)

7.

“... għaddejjin minnha l-atleti...” (par. 4)

Għal min qed jirreferi l-pronom mehmuż

“ha”?

(marka)

______________________________________

___

10

Page 5: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 5 minn 12

Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)

Ċ1. Il-Poeżija (Nadriet 2 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)

I. Din hi It-Tokki tal-Paternoster ta’ Achille Mizzi.

Fejn hu l-Paternoster,

nann...?

u l-kafè fl-istanjata

jgħanni

is-sħana tal-friex irdussat?

Fejn hu l-Paternoster

li jgerrex

bis-setgħat

tal-kampnari mirjieħa

l-għefiered

li jħufu

fid-dalma tal-lejl.

a. Sib mistoqsija rettorika.

__________________________________________________________________________ (marka)

b. Spjega t-titlu ta’ din il-poeżija. X’tifhem bil-frażi “it-tokki tal-paternoster”?

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (2 marki)

ċ. Għal xiex qed iħoss nostalġija l-poeta?

_________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________ (marka)

d. Fit-tieni strofa nsibu:

i. personifikazzjoni.

ii. similitudni.

iii. apostrofi. (marka)

_____

30

Page 6: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

II. Aqra din is-silta meħuda mill-poeżija Id-Dwejra ta’ Joe Friggieri u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

Qabli kien hawn

dal-ġebel tiela’ minn ġol-baħar

dal-blat maqtugħ tal-Ġeneral

das-sħab irqiq

iħokk mal-preċipizzju

daċ-ċagħaq jitgerbeb fuq ix-xatt

u dal-farfett-dragun dibb ix-xitan

iżiġġ fuq l-ilmijiet

u jerġa’ lura.

a. Biex jaffaxxina ruħu l-poeta kull meta jżur id-Dwejra?

___________________________________________________________________________(marka)

b. Il-poeżija hija miktuba:

i. bil-vers ħieles.

ii. bil-vers regolari

iii. bil-vers endekasillabu. (marka)

ċ. Xi jrid jgħidilna l-poeta permezz ta’ din il-poeżija?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (3 marki)

Ċ2. In-Novelli (Arja Friska 2: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)

Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet.

1. ĦBUB TAD-DEHEB ta’ Trevor Zahra

“Ħa nixħitlek sitt ħabbiet milli tħobb int. B’dawn il-ħabbiet qatt ma tkun waħdek!”

a. Min qalhom dawn il-kelmiet lin-narratur?

________________________________________________________________________(marka)

b. Kif daħlet Kitty fl-istorja tal-karus u l-muniti?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

Page 7: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 7 minn 12

ċ. Spjega għalfejn in-narratur baqa’ jaħseb li Dolor kienet saħħara?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

2. SAVER IRIDHA TA’ MOSÈ ta’ Oliver Friggieri

“Ma’ Ġuda trid tqabbilni minn tant nies?”

a. X’ħajjar lil Saver jilbes ta’ Mosè fil-Ġimgħa l-Kbira?

________________________________________________________________________(marka)

b. Għalfejn ma riedx jilbes ta’ Ġuda, Saver?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

ċ. Kif assigura ruħu li ħadd ma jxebbhu ma’ Ġuda?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

3. L-EMIGRANT ta’ Laurence Mizzi

“Għawdex kien batut u tħajjart nitla’ l-Ostralja.”

a. X’ħalla warajh Vitor meta tela’ l-Awstralja?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

b. Għalfejn il-laqgħa man-narratur kienet destin?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

ċ. Għalfejn Vitor baqa’ qatt ma żżewweġ?

________________________________________________________________________(marka)

4. WEGĦDA MAL-ERWIEĦ ta’ Lino Psaila

“Dawn is-sajjieda kienu qatgħu qalbhom għalkollox...”

a. Minn xiex ġew attakkati s-sajjieda Żwieten?

________________________________________________________________________(marka)

Page 8: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

b. Kif ħasbu li se jispiċċaw is-sajjieda u għalfejn bdew jitolbu?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

ċ. Kif salvaw is-sajjieda?

_____________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________(2 marki)

Ċ3. Ir-Rumanz (Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta ta’ Trevor Żahra) (10 marki)

1. Iddeskrivi l-fuklar, kif kien jidher fil-ħolm.

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(3 marki)

2. Kif kienet id-dar imsemmija fir-rumanz?

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

3. Ikteb dwar id-differenza li tara bejn in-nanna Ġolina u n-nanna Wistina.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (4 marki)

4. Il-ktieb jippreżentalna Malta ta’ żmien ieħor. Semmi żewġ affarijiet li juru dan.

_________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________(2 marki)

Page 9: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 9 minn 12

Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)

D1. Il-Kitba Komunikattiva (8 marki)

Agħżel waħda minn i JEW ii.

i. F’madwar 40-60 kelma, fiehem lil persuna li ġejja minn pajjiż barrani, kif il-Maltin iħejju biċċa

ħobż biż-żejt.

JEW

ii. F’madwar 40-60 kelma, fiehem lil persuna li ġejja minn tribù x’inhu lazz taż-żarbun u kif taqflu.

Immarka l-ittra tal-mistoqsija magħżula

i ii

26

Page 10: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

D2. Il-Komponiment (18-il marka)

Agħżel WIEĦED mit-titli li ġejjin u ikteb komponiment ta’ madwar 200 kelma fuqu fil-linji pprovduti.

1. Għid għalfejn, meta tmorru tgħumu, il-familja tiegħek tippreferi l-blat mir-ramel.

2. Ikteb dwar il-karriera li tixtieq taqbad u għid għaliex tinteressak.

3. L-akbar daħqa li qatt dħaqt.

Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)

Page 11: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017 Paġna 11 minn 12

Immarka n-numru tal-komponiment magħżul 1 2 3

Page 12: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Wie ġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – It-Tmien Sena – L 6-7 – 2017

TMIEM IL-KARTA