18
Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom: Inkattru l-wirt storiku u mużikali tal-Każin tal-Banda San Gabriel Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920 VO/0127

Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

  • Upload
    others

  • View
    8

  • Download
    2

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom: Inkattru l-wirt storiku u mużikali tal-Każin tal-Banda San Gabriel

Każin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920VO/0127

Page 2: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

1

Din is-sena l-Każin tal-Banda ta’ San Gabriel hu kburi b’suċċess ieħor li kiseb: fondi mill-iskema tal-Aġenzija Żgħażagħ. L-għan tal-inizjattiva hi li nħeġġu żgħażagħ sa 30 sena biex jibdew jitgħallmu, jew ikomplu jitgħallmu

l-mużika, b’metodi effettivi, innovattivi u moderni, hekk li tintgħaraf l-importanza ta’ tagħlim mużikali sħiħ b’attenzjoni għall-prattika ta’ strument, teorija, taħriġ tal-widna, li ntejbu s-servizzi u l-metodi ta’ tagħlim għal

PRoPosta 2016It-taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda

Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom: Inkattru l-wirt storiku u mużikali

tal-Każin tal-Banda San Gabriel

Page 3: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

2

dawk iż-żgħażagħ li diġà qegħdin jattendu l-każini u li nniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom. Dan il-proġett ma setax iseħħ jekk mhux permezz tal-ħidma ħabrieka tas-Sottokumitat Fondi fi ħdan il-Każin u l-appoġġ kontinwu u mistħoqq tal-Kumitat Ċentrali.

L-idea ntisġet madwar ir-rabta qawwija li hemm bejn pilastru tal-mużika lokali – il-Familja Nani u r-raħal ħelu ta’ Ħal Balzan. Il-kunjom Nani jiġbor taħtu waħda mill-aqwa familji ta’ mużiċisti li raw il-gżejjer tagħna bejn is-Seklu 18 u s-Seklu 20. Ix-xogħol tagħhom jikkostitwixxi dik li hija probabbilment waħda mill-akbar kollezzjonijiet mużikali f’pajjiżna u tikkonsisti f’mużika ta’ ħafna ġeneri – fosthom sagra, strumentali u operistika1. Il-kollezzjoni tinsab konservata fl-Arkivju tal-Mużew tal-Katidral Metropolitan ġewwa l-Imdina. L-esponenti ta’ din il-familja illustri kienu Angelo Nani (1751-1844), Emmanuele Nani (1769-1860), Dott. Paolo Nani (1814-1904), Anton Nani (1842-1929) u Paul Nani (1906-1986).

Il-Każin tal-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan huwa kburi li r-raħal fejn jagħti servizz għandu rabta kbira mal-familja Nani. Nistgħu ngħidu li parti mill-patrimonju tal-Cappella

Nani huwa direttament marbut mal-festa titulari, u dan għax l-antifona Spiritus Sanctus inkitbet minn Dott. Paolo Nani fl-1875. Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta’ ħafna parroċċi, fosthom dik ta’ Ħal Balzan, kif ukoll kien joqgħod Ħal Balzan proprju ħdejn il-Knisja Parrokkjali.

Għalhekk il-Każin tal-Banda San Gabriel ħass il-ħtiega li jipproponi proġett bil-għan li ntejbu t-tagħlim tal-mużika b’mod innovattiv billi naħdmu u nkattru l-wirt storiku u mużikali marbut mal-Familja Nani, li jinsab fir-raħal ta’ Ħal Balzan. Il proposta tikkonsisti f’dan li gej:

Il-bandisti jħejju riċerka dettaljata fuq il-Familja Nani, l-istorja tagħhom u speċifikament ir-rabta tal Familja Nani ma’ Ħal Balzan. Dan il-materjal se jintuża għal żewg affarijiet: biex titħejja pubblikazzjoni bil-miktub kif ukoll online, fejn tingħata din l-informazzjoni li tkun ġiet riċerkata, u biex isservi ta’ bażi għat-tagħlim ta’ kompożizzjoni ta’ Nani li eventwalment ser jissarraf f’mużika li tindaqq waqt kunċert.

Il-bandisti se jitgħallmu jużaw mezzi moderni mużikali (software) biex ikunu jistgħu jittrasponu kompożizzjoni ta’ Nani minn fuq karta għal setup diġitali.

Il-President tas-Soċjetà Lino Borg, waqt l-għoti taċ-ċertifikat

u l-fondi fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Chris

Agius, il-President tal-GĦKB l-Avv. Noel Camilleri

u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ

is-Sinjura Miriam Teuma

Page 4: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

3

Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument, teorija u taħriġ tal-widna permezz ta’ dan is-software ġdid kif ukoll grazzi għal synthesiser, li huwa meqjus bħala strument essenzjali fit-tagħlim tal-mużika.

Il-bandisti se jiltaqgħu fuq bazi individwali kif ukoll fi grupp biex jitgħallmu silta ta’ Nani, grazzi għas-software u s-synthesiser, li jagħmlu anke użu minnu s-surmastrijiet biex itejbu l-mod kif jittrasmettu t-tagħlim lill-aljievi.

Il-bandisti se jdoqqu din is-silta mużikali, kemm fil-lokal, fejn Dr Paolo Nani u Antonio Nani kienu Maestri di Cappella, kif ukoll barra mil-lokal.

It-tagħlim mhux biss se jsir bl-użu ta’ software ġdid kif ukoll bl-għajnuna ta’ synthesiser li se jinxtara, imma wkoll grazzi għar-riċerka akkademika fuq il-kompożituri; it-tagħlim se jsir b’mod sħiħ għax wieħed se jkun jista’ jifhem x’wassal lill-kompożitur biex jikteb dak li kiteb. L-element bandistiku ta’ ‘hands-on practice’ ta’ strument, sfond usa ta’ teorija u taħriġ tal-widna se jkun possibbli grazzi għal dan il-proġett.

Dan il-proġett seta’ jseħħ bil-koperazzjoni tal-Aġenzija Żgħażagh flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda

Il-metodu ta’ tagħlim se jitjieb billi se jiddaħħal l-użu ta’ software, li l-każin qabel qatt ma kellu aċċess għalih. Grazzi għal dan il-proġett, il-bandisti se jitgħallmu metodu ieħor kif iħarsu lejn biċċa mużika, jiġifieri mil-lat storiku u akkademiku, imma mhux biss. Il-bandist se jitgħallem ukoll mil-lat tekniku, kif wieħed jista’ jippreserva l-wirt storiku mużikali minn kompożizzjoni miktuba fuq karta, li hija suxxettibbli għad-deterjorazzjoni, għall-kompożizzjoni li qed tiġi miktuba mill-ġdid b’mod diġitali, għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet futuri. B’hekk dan il-proġett jista’ jissejjaħ ukoll wieħed sostenibbli.

Bl-għajnuna minn din l-iskema mill-Aġenzija Żgħażagħ ħa nkunu nistgħu nqajmu l-kurżità ta’ bandisti żgħażagħ grazzi għall-approċċ innovattiv lejn it-tagħlim tal-mużika, ġibda lejn il-mużika permezz ta’ riċerka tal-mużika u l-istorja tal-familja mużikali li kitbitha, traspożizzjoni tal-mużika ġo forma diġitali grazzi għal software speċjalizzat, u tagħlim tal-mużika b’dan l-istess software.

Referenza: 1 Felice, M., Dott. Paolo Nani u l-Antifona Spiritus Sanctus.

Artiklu mill-ktieb tal-festa maħruġ mill-Każin tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan, 2015.

Page 5: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

4

Inno a san Gabriele Mro Carmelo Briffa

Innu lil Ħal Balzan Mużika Mro Joseph Vella Kliem – Ġorġ Borġ

aida March Giuseppe Verdi

Il trovatore Giuseppe Verdi

Fortitudo Dei Mro Joseph Vella

I Cavalieri di Malta Dott. Antonio Nani

aranjuez mon amour Arr: P.J. Rutterford Jieħu sehem il-bandist tal-post Adrian Farrugia bil-kitarra klassika

Jidderieġi l-Assistent Surmast Tony Carbonaro.

Everything I do Arr: Frank Bernaerts Ikanta: Gianluca Bezzina Jidderieġi l-Assistent Surmast Tony Carbonaro.

Programm Mużikali

Page 6: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

5

Il-Banda San Gabriel tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Vella bl-għajnuna tal-Assistent Surmast Tony Carbonaro. Kulħadd huwa mistieden.

Imexxu l-Programm Marlene Abela u Joe Vella.

L-Innu l-Kbir lil Marija annunzjata Mużika: Kan. Dun Karm Scerri Kliem: Dun Frans Camilleri

Jieħu sehem it-Tenur Joseph Aquilina flimkien mal-Kor.

Queen tribute… Freddie Mercury

the show must go on Arr: Jan Van Kraeydonck Ikantaw: Gianluca u Dorothy Bezzina

Barcellona Arr: Andrew Calleja Ikantaw: Gianluca u Dorothy Bezzina

Queen in Concert Arr: Ray Sciberras Ikantaw: Gianluca u Dorothy Bezzina flimkien mal-Kor Solista: George Camilleri – Sax Alto

We are the Champions Arr: Maj. John Ivan Borg Akkumpanjament mil-logħob tan-Nar

Innu Marċ Banda san Gabriel Willie Attard

Il-Hamis 7 ta’ Lulju 2016

Page 7: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

6

Minkejja d-daqs tagħha, Malta għandha patrimonju mużikali dokumentat li jmur lura sew fiż-żmien. Il-mużika sagra u dik profana minn dejjem kienet taffaxxina lil ħafna nies tas-soċjetà Maltija.

Intant, l-esponenti ta’ din il-familja illustri kienu Angelo Nani (1751-1844), Emmanuele Nani (1769-1860), Dott. Paolo Nani (1814-1904), Antonio Nani (1842-1929) u Paul Nani (1906-1986).²

Fil-fatt, Angelo Nani kien l-ewwel membru tad-dinastija Nani li stabilixxa ruħu ġewwa Malta wara li telaq minn Venezja fl-1766. Dan Angelo kien ta’ dixxendenza nobbli Venezjana u vjolinist gwapp. Kien ġie Malta jieħu sehem f’kunċert u fil-fatt kien impressjona sew lill-Gran Mastru Pinto u ġiegħlu jibqa’ f’pajjiżna biex jaħdem ta’ vjolinist mal-Ordni ta’ San Ġwann. Emanuele Nani, iben Angelo, ukoll mexa fuq il-passi ta’ missieru. Kien kompożitur imfittex fi żmienu u vjolinist prim bħal missieru Angelo. Tant kien għamel suċċess fl-Italja, Emanuele Nani beda jsir magħruf bħala ‘Nani Divino’ jew ‘L’illustre Nani’.³

Dott. Paolo NaniDottor Paolo Nani huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas-Seklu Dsatax. Hu twieled il-Belt Valletta fit-18 ta’ Novembru 1814, iben Dott. Giuseppe u Caterina née Recau. Angelo Nani kien nannuh filwaqt li Emanuele kien zijuh. Sa minn ċkunitu ġie mħajjar jieħu l-linja ta’ avukat bħal missieru u fil-fatt iggradwa bħala Duttur tal-Liġi Ċivili fl-Università ta’ Malta fl-1832 meta kellu biss 18-il sena. Dan ma naqqas xejn mill-passjoni u l-ħajra li kellu lejn il-mużika. Fl-1834 iżżewweġ lill Maddalena née Cuschieri. Kellu żewġt itfal, fosthom

Ħal Balzan għandu rabta speċjali mal-Familja Nani. Dan għax din il-familja għexet f’Ħal Balzan mal-ġenb tal-Knisja Parrokkjali għal snin twal. Il-kunjom Nani jiġbor taħtu waħda mill-aqwa familji ta’ mużiċisti li qatt rat Malta bejn is-Seklu 18 u s-Seklu 20. Ix-xogħol tagħhom jikkostitwixxi dik li hija probabbilment waħda mill-akbar kollezzjonijiet mużikali f’pajjiżna u jikkonsisti f’mużika ta’ ħafna ġeneri – fosthom sagra, strumentali u operistika. Il-kollezzjoni tinsab konservata fl-Arkivju tal-Mużew tal-Katidral Metropolitan ġewwa l-Imdina.¹

L-arma tal-Familja Nani

Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom: Inkattru l-wirt storiku u mużikali

tal-Każin tal-Banda san Gabriel

Page 8: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

7

Anton, li wkoll kiseb fama bħala kompożitur ta’ kalibru għoli ħafna u suċċessur ta’ missieru fit-tmexxija tal-Cappella Nani.4

Studja l-mużika ma’ Don Giuseppe Burlò (1772-1856) u Emanuele Muscat (1790-1837) f’Malta, u wara, fl-1833 mar fil-Konservatorju San Pietro a Majella f’Napli fejn kompla l-istudji mużikali tiegħu hemmhekk taħt il-gwida ta’ wħud mill-aqwa mużiċisti Taljani ta’ dak iż-żmien: fosthom, Nicola Antonio Zingarelli (1752-1837), Giovanni Furno u Francesco Ruggi (1767-1845). Huwa magħruf li waqt li kien Napli, Nani kellu ħbiberija mal-kompożitur operistiku illustri Gaetano Donizetti (1797-1848) u li dan kien iżomm ix-xogħlijiet ta’ Nani fi stima għolja.5

Meta rritorna Malta fl-1839 fl-età ta’ 25 sena, Nani waqqaf il-Cappella di Musica tiegħu sabiex permezz tagħha jagħti servizz waqt il-liturġija fil-Knejjes Maltin. Hu għaqqad l-aktar minn mużiċisti li kienu ingaġġati fit-Teatru Manoel, u beda jikteb il-mużika liturġika li kellu bżonn. Kien sewwasew f’dan iż-żmien li huwa ġie nkarigat bis-servizzi mużikali fil-Bażilika tal-Patrijiet Karmelitani u fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu – it-tnejn fil-Belt Valletta. Jista’ jingħad illi kien inbeda fenomenu ġdid fil-mużika sagra Maltija. Fl-epoka Romantika żviluppat prattika mużikali kemxejn partikolari f’Malta (u anke f’pajjiżi oħra, partikolarment fl-Italja) fejn bħal qisu sparixxiet id-distinzjoni stilistika bejn il-mużika sagra u dik profana. Ġurnali ta’ dak iż-żmien jiddefinixxu l-mużika ta’ Nani hekk: ‘The cappella became extremely popular; with a cult following that verged on hysteria.’6

Paolo Nani kien katalist ta’ dan il-fenomenu f’pajjiżna. Il-formazzjoni akkademika tiegħu fid-dinja operistika ta’ Napli żgur kellha impatt fuqu u wasslitu biex ikollu parti daqstant eminenti fl-iżvilupp ta’ dan il-ġeneru li effettivament żewweġ il-mużika liturġika mal-opra. Il-mużika ta’ Nani kienet deskritta bħala mużika li hija rikka fil-melodija kif ukoll fl-orkestrazzjoni, speċjalment fejn jidħlu l-istrumenti tar-ram. Fil-fatt, il-fattur illi effettivament iddistingwa l-mużika ta’ Paolo Nani minn dik ta’ kompożituri Maltin li kienu diġà stabbiliti huwa l-użu liberali tiegħu tal-istrumenti tar-ram – strumenti li qabel kellhom użu meqjus ħafna fil-mużika liturġika. Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż-żminijet bikrija tal-kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f’Malta tas-seklu Dsatax kienu l-bieb li minnu l-opra daħlet fil-knejjes tagħna.7

Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta’ bosta knejjes Maltin. Fost dawn hemm il-parroċċa ta’ Ħal Balzan fejn ġie nkarigat fis-sena 1872. Skont sorsi storiċi, fl-aqwa tagħha, il-Cappella Nani kienet tipprovdi servizzi ’il fuq minn 20 knisja! Minbarra l-impenji sagri tiegħu, Nani kien ukoll għalliem tal-mużika f’diversi skejjel lokali filwaqt li bejn l-1841 u l-1887 kien maestro concertatore (għalliem tal-kor) fit-Teatru Manoel u sussegwentament fit-Teatru Rjal. Paolo Nani kien kompożitur prolifiku, tant illi matul il-karriera tiegħu kiteb ’l fuq minn 250 xogħol li saħħru bi ġmielhom lill-poplu Malti li kien jattendi bi ħġaru kemm għall-funzjonijiet reliġjużi u kemm għal dawk ix-xogħlijiet profani li kienu jsiru fit-teatri fil-Belt Valletta. Tajjeb li jiġi rimarkat li fost dan in-numru kbir ta’ kompożizzjonijiet, 11 biss huma sekulari. Huwa għadu sal-lum imfakkar l-aktar għall-antifoni tal-festi li l-għadd tagħhom jilħaq 35 – ewlenin fosthom Sancte Paule (1840), Flos Carmeli (1861), Ego Sum (1875), Spiritus Sanctus (1875) u Beata Mater (1881).8

Dott. Mro Paolo Nani

Page 9: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

8

Dottor Paolo Nani miet fit-23 ta’ Marzu 1904 u l-funeral tiegħu sar l-għada fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Huwa magħruf illi l-funeral tiegħu ġibed ħafna nies u kien jixhed il-popolarità li kien igawdi dan l-artist illustri. F’bijografija ppublikata fis-sena 1904 stess, Mons. Luigi Farrugia jiddeskrivi lil Nani bħala ‘uno degli astri più fulgidi che splendettero nel cielo di Malta.9

antonio NaniAntonio Nani twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Ottubru 1842. Missieru Dottor Paolo Nani kien l-ewwel għalliem tiegħu tal-mużika. Wara studja għand Giuseppe Burlon u Giuseppe Spiteri Fremond, fejn kompla jistudja f’Napli bejn is-sena 1867 u 1877 taħt Mro Aniello Barbati u l-Commendatore Mro Nicola De Gioso. ¹º

Kif irritorna Malta, f’dik l-epoka, Mro Anton Nani kien ikkunsidrat bħala l-aqwa surmast Malti tal-perjodu Romantiku. Kiteb tliet opri liriċi li baqgħu jissemmew fir-repertorju vast tiegħu: Zorilla (1870), Agnese Visconti (1876) u I Cavalieri di Malta (1877). It-tliet opri nħadmu fit-Teatru Rjal. L-istil ta’ Nani kkonvinċa lill-udjenza kif ukoll lill-kritiċi. L-ewwel fost it-tmien opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House lejn it-tmiem tal-1877 kienet l-opra ta’ Antonio Nani ‘I Cavalieri di Malta’. Skont il-‘Portafoglio Maltese’ tad-19 ta’ Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab encore għall-ħames arias. Fil-fatt din is-silta I Cavalieri di Malta, il-Banda San Gabriel ser tkun qed iddoqqha matul il-Programm Mużikali tat-Tieni Jum tat-Tridu fil-Jiem tal-Festa tal-Lunzjata ċċelebrata f’Ħal Balzan.¹¹

Kif wasal lura minn Napli fl-1879, Anton Nani beda jassisti lil missieru fit-tmexxija tal-Cappella Musicale. Intant kompla jikteb ħafna aktar mużika reliġjuża għall-użu fil-knejjes. Fost ix-xogħlijiet importanti nsibu Requiem (b’dedika għall-memorja t’ommu), Messa del Naufrago, O Salutaris Hostia u Laudate Pueri fost mużika oħra. Fl-1866, ir-Requiem ta’ Nani ngħatat Medalja tad-Deheb fil-London Universal Exhibition. Bejn is-snin 1885 u 1889 kiteb ħafna mużika profana u operistika u dan ġara minħabba l-popolarità kbira li beda jkollhom l-attivitajiet mużikali fit-teatri.¹²

Ta’ min jinnota li Anton Nani kellu problemi wara li fis-sena 1903, Il-Papa Piju X ħareġ il-Motu Proprio ‘Tra le sollecitudini’ bil-ħsieb li tiġi mrażżna l-influwenza ta’ mużika operistika fuq il-mużika sagra. Hawnhekk, Anton Nani pprotesta u ma riedx jobdi r-regoli ġodda maħruġa mill-istess Papa minħabba li l-identità mużikali tal-Cappella Nani kienet fil-fatt tinsab f’dik is-sintesi tas-sagru mal-opra. Biex aċċetta, kellha tasal

is-sena 1908 biex ibiddel l-istil f’dik li kellha x’taqsam il-mużika sagra. Sewwasew permezz tal-Messa in Fa, Anton Nani kiseb tifħir kbir mingħand l-istess Papa għal din il-kompożizzjoni sagra li kienet konformi mar- regoli.

Mro Antonio Nani

Il-Papa Piju X ried li jrażżen il-mużika operistika

fil-mużika sagra

I Cavalieri di Malta (dramma lirico, prol, 3, Golisciani), 1877; Valletta, Royal Opera House, 16 Jan 1880.

Reklam għall-opra I Cavalieri di Malta ta’ Antonio Nani

Page 10: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

9

Mro Anton Nani kien il-Maestro di Cappella f’diversi knejjes Maltin fosthom f’Ħal Balzan ukoll. Hu kien is-suċċessur ta’ missieru Dottor Paolo Nani. Fuq nota interessanti li sibt fid-diversi qari ta’ dokumenti dwar il-Familja Nani hi li kontinwament sa minn meta Dottor Paolo Nani sar il-Maestro di Cappella tal-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, issib li l-mużika kienet immexxija mis-Surmastrijiet Nani jew il-mużika mmexxija minn Dottor Paolo u ibnu Anton Nani. Dan juri l-mod kif kienu jaħdmu l-missier u ibnu billi beda jrewmu u jħarrġu fid-direzzjoni tal-kompożizzjonijiet.

L’Osservatore Maltese kiteb hekk dwar ir-relazzjoni li kellhom il-missier u l-iben;

‘Tajjeb tkunu tafu li tfaċċa surmast ieħor tal-Familja Nani. Dan kien iben Paolo, Antonio Nani, li sa minn żgħożitu missieru, Paolo, ħarrġu biex ikun jista’ jieħu f’idejh u jiret il-Kappella Nani.’

Mro Antonio Nani spiċċa minn Maestro di Cappella ta’ Ħal Balzan fl-1927, sentejn qabel miet fit-23 ta’ Frar 1929. ¹³ Is-Surmast Paul Nani nħatar Maestro di Cappella tal-Parroċċa tagħna u dderieġa għall-ewwel darba fil-festa tas-sena 1928 sabiex għaddiet għat-tielet ġenerazzjoni tal-Familja Nani. Is-Surmast Paul Nani tgħallem għand missieru Antonio kif ukoll għand is-Surmast Carlo Flamingo filwaqt f’Ruma tgħallem għand Volf Ferrari.¹4

X’jgħidu studjużi dwar il-mużika tal-familja NaniL-istoriku Balzani s-Sur Carmel Bezzina jgħid hekk fuq id-dinistija Nani u l-Parroċċa ta’ Ħal Balzan; ‘Fost l-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-festa tal-Lunzjata f’Ħal Balzan żgur li ma tistax tħalli barra l-wirt mużikali li ħallew Dr Paolo u ibnu Anton Nani. Ir-rabta tal-familja Nani mal-festa tal-Lunzjata tmur lura għas-seklu 19. Bħal ħafna Balzanin oħra ta’ żmieni, u ta’ qabel żmieni, konna niġġennu għall-mużika tal-jiem tat-Tridu u ta’ lejlet il-festa u nharha, u minn dejjem attendejna bi ħġarna għal dawn il-funzjonijiet. Sal-ġurnata tal-lum, għadna nitpaxxew bl-istrofi tal-innu O Gloriosa Virginum, u bl-antifoni Gabriel Angelus u Spiritus Sanctus. Dawn huma sinonimi mal-festa tagħna u jagħmlu l-liturġija tal-knisja aktar għanja.’

Dr Mattia Felice jikteb hekk dwar xogħlijiet ta’ Nani; ‘Matul ix-xogħol kollu tiegħu, tispikka bla dubju l-ġenjalità ta’ Nani fl-arti tal-orkestrazzjoni, speċjalment meta wieħed isegwi l-effett tal-flawti u l-klarinetti b’kontromelodiji li jżewqu l-armonija madwar it-temi prinċipali tax-xogħol. B’mod karatteristiku għall-mużika ta’ Nani, il-qawwa tat-temi prinċipali tinħass permezz tal-preżenza kontinwa tal-istrumenti tar-ram. Il-mużika toffri stil operistiku tal-era Romantika.’

Is-Sur Joseph Vella Bondin li kien mistieden fil-Każin tal-Banda San Gabriel għal taħdita dwar ‘Il-mużika tas-Surmastrijiet Nani fil-festa tal-Lunzjata f’Ħal Balzan’ (Lulju 2010)’. Hu kien ta ħjiel tal-istorja tal-mużika sagra f’pajjiżna b’emfasi speċjali fuq iż-żewġ kappelli ewlenin, dik ta’ Bugeja u dik ta’ Nani, bil-pika li nibtet bejniethom tul is-seklu dsatax. Matul it-taħdita qal hekk: ‘B’Antonio Nani, il-mużika romantika leħqet l-ogħla livell, u diversi siltiet mużikali sagri jew profani jirrappreżentaw dan. L-abiltà li pposjeda Mro Anton Nani b’xogħlijiet eċċellenti kisbu enerġija kbira fost il-Maltin u ftit kienu kompożituri oħrajn li leħqu dan il-livell.’

Is-Surmast Paul Nani – it-tielet Maestro di Cappella

mill-Familja Nani

Page 11: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

10

Is-Sur Joe Vella Bondin kien temm hekk it-taħdita ġewwa l-Każin; ‘Dan juri li l-kritika dejjem kienet issir, għadha ssir u tibqa’ ssir! Dan jikkonferma li aħna l-Maltin magħrufin kemm aħna kapaċi ninqasmu bejnietna fuq kollox, jekk ma tkunx il-politika, ikun il-futbol, dak iż-żmien kienet il-mużika tal-knejjes. L-eredità tiġi mill-passat. Bħala poplu, dak li aħna llum hu dak li konna lbieraħ. U jekk illum medhijin bil-partiti u l-partiġjaniżmu, dawk li ġew qabilna kienu wkoll medhijin bil-partiti u l-partiġjaniżmu. Is-suġġett biss hu dak li nbidel. Jekk illum il-qasma dominanti tan-nazzjon hi l-politika, fiż-żminijiet li qed nitkellem dwarhom kienet il-mużika tal-knejjes.’

Dun Ġwann Dimech jikteb fuq is-Surmast Nani u Ħal Balzan; ‘Billi s-Surmast Antonio Nani kien ukoll id-

Fuq in-naħa tal-lemin tar-ritratt tidher il-dar tal-Familja Nani u bl-istatwa tal-Lunzjata għaddejja dakinhar tal-purċissjoni f’nhar il-festa.

Ir-ritratt ittieħed fil-bidu tas-snin ħamsin u l-Familja Nani kienet għadha toqgħod hemm

Il-kopertina tal-partitura oriġinali ta’ I Cavalieri di Malta

Direttur tal-Orkestra tat-Teatru Rjal, bosta drabi kien iġib għall-Festa tal-Lunzjata l-aqwa mużiċisti u kantanti li kienu jkunu hawn f’Malta f’dawk il-jiem tal-istaġun tal-Opri fl-Irjal.’ Dun Ġwann ikompli hekk, ‘Is-Surmastrijiet Nani mhux biss mexxew bl-akbar maestrija l-mużika tagħhom fil-Parroċċa tagħna, li kienet il-mimmi ta’ għajnejhom, iżda saħansitra kellhom id-dar tagħhom fil-Misraħ tal-Knisja Parrokkjali.’

Mons. Dun Ġwann Dimech jenfasizza noti storiċi u jgħid li l-ewwel darba li fir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ tal-parroċċa tissemma l-mużika għall-festa tal-Lunzjata kien kważi tliet sekli ilu, fis-sena 1726. Iżda l-ewwel surmast tal-mużika mniżżel fir-reġistri tal-parroċċa bħala ‘maestro di cappella’ kien Melchiorre Sammartin fis-sena 1784. Il-ħatra ta’ dan is-surmast hi xhieda ċara li l-parroċċa riedet li l-mużika li tinstema’ kellha tkun l-aqwa possibbli ladarba dan is-surmast kien ukoll il-Mestro di Cappella ta’ San Ġwann, dak iż-żmien il-knisja konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann u llum il-Konkatidral. Sammartin dam jaqdi lill-Parroċċa ta’ Ħal Balzan sal-1794. Warajh ġew: il-Kanonku Debono (1795–1849) u Filippo Bugeja (1850–1871), membru tal-Familja Bugeja, familja ta’

Page 12: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

11

kompożituri u maestri di cappella, u għalhekk inħossni ċert li l-mużika liturġika li kien isemma’ kienet tal-Familja Bugeja ladarba hu ftit ikkompona.

X’intqal fil-gazzetti ta’ dak iż-żmien dwarI Cavallieri di Malta ta’ anton NaniF’artiklu ta’ Mario Nani fis-Sunday Times tal-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2002 dwar Mro Anton Nani jgħid hekk;

‘The main entertainment in Malta for aristocrats and British colonial officers was definitely the opera which in those days was taken very seriously and visiting members of the British royal family, and other royalty, attended performances at the Royal Opera House in Valletta. When Nani’s opera ‘I Cavalieri di Malta’ was performed there, it received no fewer than 37 curtain-calls in one evening.’

Il Portafoglio Maltese – 19 ta’ Jannar 1880, f’paġna 3 nsibu hekk;

“The first of the eight Maltese operas to be premiered at the Royal Opera House after its reconstruction and re-opening on 11 October 1877 was another Anton Nani opera, the imposing I Cavalieri di Malta (1877). The opera proved a sensation. On Friday, 16th instant, Maestro Antonio Nani’s new opera ‘I Cavalieri di Malta’ was performed with brilliant success. The audience’s deepening approval developed into a veritable delirium at the end; a frenetic standing ovation was given to the composer and the singers. During the performance itself there was repeated applause, the composer was called on stage thirty-three times, five arias had to be encored. And after the opera the ovation continued outside the theatre and Maestro Antonio Nani was escorted to his house to continuous acclaim and the lighting of fireworks. ”

Il-Ħabbar Malti – 20 ta’ Jannar 1880, f’paġna 3 nsibu hekk;

“The opera, composed by our young and talented Mro Antonio Nani, impressed everybody with its beauty... the theatre was packed to capacity: and the audience was astounded by the magnificence of its music — above all it tells a story based on our history.”

Il-gazzetta Corriere Mercantile Maltese – 20 ta’ Jannar 1880 tgħid hekk;

Partitura mill-I Cavalieri di Malta

Page 13: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

12

‘Jiddispjaċina li kien hemm min interpreta ħażin dak li ktibna s-Sibt li għadda (17 ta’ Jannar 1880). Jgħarralhom dawk li minħabba l-injoranza jew xi ħaġa oħra jsostnu li meta ktibna li l-mużika tfakkarna fis-sbuħija tal-Aida, tal-Jone, eċċ, qed ninsinwaw xi ħaġa differenti minn dik li I Cavalieri di Malta għandha mużika, li fis-sbuħija tagħha tfakkarna f’dik ta’ Verdi u ta’ Petrella. U mentri aħna b’dan ridna nonoraw lil Mro Nani, kien hemm min bagħat jgħidilna li l-partiġjaniżmu qed iġagħalna mmaqdru! Ħadd ma jista’ jakkużana li meta nitkellmu fuq il-mużika nitkellmu b’ispirtu ta’ partit!’

aktar dwar Nani u Ħal BalzanNaħseb li l-akbar rabta li tispikka fil-Familja Nani għall-Balzanin hi li kiteb l-antifona, xogħol mill-aktar rikk tiegħu. L-antifona mmortali Spiritus Sanctus iġġib id-data 30 ta’ Marzu 1875 – tliet snin wara li Dottor Paolo Nani ġie nkarigat bħala Maestro di Cappella fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan. F’dik l-epoka kienu żminijiet brillanti fil-karriera mużikali tiegħu. Però tajjeb li ngħidu wkoll illi l-patrimonju mużikali f’Ħal Balzan ma jiqafx bl-antifona Spiritus Sanctus. Waqt il-funzjonijiet tal-festa tiġi eżegwita ħafna aktar mużika tal-familja Nani fosthom antifona oħra popolari mal-Balzanin Gabriel Angelus, l-Innu tat-Tridu, Ave Maris Stella waqt it-Translazzjoni u Tantum Ergi. Fl-imgħoddi, fil-festa tal-Lunzjata kienu jindaqqu aktar kompożizzjonijiet li ġejjin mill-Familja Nani fosthom il-Kurunella Inno O Gloriosa Verginum (illum issir bil-Maltin) u l-Litanija kollha tat-Tridu fost oħrajn.¹5

Is-Surmast Onorarju tal-Każin tal-Banda San Gabriel Mro Gabriel Muscat jirrokanta hekk dwar il-Familja

Nani; ‘Jien kont noqgħod bieb ma’ bieb mas-Surmast Paul Nani. Id-dar tagħna kienet tinfed mad-dar tiegħu. Jien trabbejt mas-Surmast Paul Nani u niftakar li darba kont qed nitgħallem il-vjolin u kont nipprattika daqs nofs siegħa kuljum.’ Sabni u qalli hekk; ‘Fuq il-vjolin għandek S f’ġenb u S f’ġenb ieħor (minnhom toħroġ il-melodija), dawk ifissru Sempre Studia. Minn dakinhar tfajt aktar moħħi fl-istudju tal-mużika.’ Gabriel kompla jsemmi li fi żmien il-gwerra konna ninżlu fl-istess xelter. ‘Għadni niftakar lil Karmena, il-mara ta’ Mro Antonio Nani, lil oħtha Pija u lit-tlitt itfal ta’ Mro Paul Nani li kienu Mario, Matilde u Antoine. Kemm lgħabna flimkien! Min jaf kemm

daqqejt u kantajt ma’ Mro Paul Nani. Għalija l-Familja Nani tfisser eċċellenza mużikali li

b’xorti tajba dehret f’pajjiżna.’ Gabriel temm jgħidli hekk; Is-Surmast Paul Nani

kellu sehem fl-għażla tal-qampiena l-kbira billi ta l-parir li l-ħoss tagħha (it-ton) jkun sol naturali biex taqbel mat-tkomplija tas-sett. Għalhekk hawn ġo Ħal Balzan għandna sett komplut u wieħed mill-aqwa f’Malta.

Is-Sur Lawrence Scicluna, eks Maestro di Cappella fil-Parroċċa ta’

Ħal Balzan, semmili li meta kien għadu żgħir, flimkien ma’ grupp ta’ ġuvintur

Balzanin; ‘Niftakar nieħdu sehem fl-Għasar ta’ waqt it-Translazzjoni u nkantaw is-Salm tal-Laudate Pueri Domino. Dak iż-żmien, Mro Paul Nani, iben Antonio,

kien il-Maestro di Cappella tal-Parroċċa tagħna. Kienet tgħallimna s-Sopran Lily Gouder li kienet toqgħod fi Triq it-Tliet Knejjes. Mro Paul Nani kien joħodna nkantaw ukoll f’festi oħra ddedikati lill-Madonna fosthom fil-festa tal-Karmnu fil-Balluta, tal-Imdina u f’Tal-Karmnu fil-Belt Valletta.’

Kwadru sabiħ u ritratt oriġinali li jinsab f’kollezzjoni privata li juri

lil Dott. Mro Paolo Nani

Page 14: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

13

Ħadna kelma żgħira wkoll minn residenti ġirien mas-surmast Paul Nani li meta staqsejthom fuq is-Surmast Nani u l-familja tiegħu li kienu joqogħdu mal-ġenb tal-Knisja qaluli x’qalb tad-deheb kellhom. Carmen Spiteri nee’ Bartolo qaltli hekk; ‘San Remo tal-bidu (il-festival tal-kanzunetta Taljana li kien sar għall-ewewel darba fis-sena 1951) konna rajnieh proprju fid-dar tagħhom. Hi kompliet hekk; ‘Aħna ma kellniex televiżjoni, imma kienu stidnuna narawh magħhom. Kont għadni tifla u niftakar kemm konna ħadna gost narawh hemm. Imbagħad ltqajt ma’ ġara oħra Maria Vassallo u qaltli hekk; ‘Lili s-Surmast Paul Nani kien għamilli xhud fit-tieġ fis-sena 1948. Kien jixgħel ir-Rediffusion fit-tieqa u konna noqogħdu barra nisimgħu x’ikun għaddej. Il-familja tiegħu kollha kienu ta’ għajnuna għalina, ibda minn ommu Karmena, zitu Pija u s-Surmast, għax jien hekk kont insejjaħlu. Oħti Lonza Micallef, kienet issajjarlu meta kien iżżewweġ u mar joqgħod il-Balluta.’

Fuq sfont storiku nsemmu li għal aktar minn erbgħin sena l-Familja Bugeja kienet iddominat il-mużika li kienet tinstema’ fil-parroċċi u l-knejjes Maltin. Iżda meta fl-1839 tfaċċa fix-xena Dottor Paolo Nani, ix-xena

Ritratt ta’ Mro Antonio Nani bil-firma awtentika tiegħu

bdiet tinbidel f’diversi parroċċi. Jgħaddu s-snin u l-parroċċa ta’ Ħal Balzan għamlet kambjament kbir għax iddeċidiet li l-mużika liturġika li kellha tibda tinstema’ waqt il-festa tal-Lunzjata ma kellhiex tkun aktar tal-Kompożituri Bugeja imma dik tal-Kompożituri Nani, li għadha tinstema’ sal-lum. Waħda mill-ewwel kompożizzjonijiet li kiteb Paolo Nani għal Ħal Balzan kienet l-antifona spettakulari Spiritus Sanctus, li għadha tindaqq sal-lum. Għaldaqstant, bħala kronoloġija tas-snin li l-Maestri di Cappella tal-Familja Nani mexxew din il-mużika f’Ħal Balzan kienu hekk: Dr Paolo Nani bejn l-1872 sal-1904,

Antonio Nani bejn l-1905 u l-1927 filwaqt li Paul Nani serva bejn1928 u l-1967.

Hija grazzja kbira li pajjiżna, l-aktar permezz tal-għaqdiet mużikali fost gruppi oħra, għad għandhom nies li kapaċi jsemmgħulna l-biċċiet mużikali artistiċi tal-familja Nani, sabiex ingawdu dan il-patrimonju mużikali kbir li ħallewlna missirijietna. Il-Każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan A.D. 1920 qed jagħmel propju hekk billi jerġa’ jdaħħal dan il-patrimonju mużikali tal-Familja Nani fir-repertorju tiegħu. Dmirna hu li kif ġie mgħoddi lilna fl-imgħoddi, aħna ngħadduh lil ta’ warajna.

Page 15: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

14

Referenzi: 1 Felice, M., Dott. Paolo Nani u l-Antifona Spiritus Sanctus.

Artiklu mill-ktieb tal-festa maħruġ mill-Każin tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan, 2015.

2 Ibid. 3 Ibid. 4 Ibid. 5 Ibid. 6 Celebrating 200 years of Mro. Dr. Paolo Nani, a souvenior

booklet published in during a Concert of Sacred Music held on Friday 30th Jnauary 2015 to mark the Bicentenary of the Birth of Mro. Dr. Paolo Nani L.L.D.

Maria Vassallo u żewġha Joseph waqt it-tieġ tagħhom fejn Mro Paul Nani kien xhud

Uħud mit-tfal li kienu jmorru jkantaw ma' Mro Paul Nani. Jidhru Michael Camilleri, Lawrence Scicluna, Alfred Cardona, Guido Borg, Twanny u

Lino Sciberras. Tidher ukoll Dolores Scicluna, omm Lawrence li dam 16-il sena Maestro di Cappella tal-Parroċċa tagħna.

7 Felice, M., Dott. Paolo Nani u l-Antifona Spiritus Sanctus. Artiklu mill-ktieb tal-festa maħruġ mill-Każin tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan, 2015.

8 Ibid 9 Ibid. 10 Dimech, Mons. Dun Ġwann, Ħal Balzan – Ġrajjietu sal-1999,

paġna 296. 11 Vella Bondin, J., Maltese Composers and Opera Composition. 12 Ibid. 13 Dimech, Mons. Dun Ġwann, Ħal Balzan – Ġrajjietu sal-1999,

paġna 296. 14 Minn fomm is-Surmast Onorarju tal-Każin tal-Banda San

Gabriel Mro Gabriel Muscat. 15 Minn fomm is-Sur Lawrence Scicluna, eks Maestro di Cappella

fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan bejn 1997 u 2013.

Page 16: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Il-Familja Nani, Ħal Balzanu r-Rabta Mużikali ta’ Bejniethom

15

Waqt it-tagħlim...

Kienu 64 sena ta’ ħajja mużikali, tagħlim u tixrid tal-kultura mużikali fost l-allievi, fost il-membri tas-Soċjetà u fost dawk kollha li jħobbu din il-kultura bandistika.

It-tagħlim tal-mużika fil-Każin tal-Banda san Gabriel

Allievi ġodda – Nikolai Farrugia (Klarinett) u Anita Caruana (Sax-Alto) li din is-sena ser jingħaqdu mal-Banda San Gabriel

flimkien mas-Surmast Mro Joseph Vella u l-Assistent Tony Carbonaro.Nieqes mir-ritratt, Miguel Cassar (Percussion), li wkoll ser jinghaqad mal-Banda.

Page 17: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

Każin tal-Banda san Gabriel Ħal Balzan a.D. 1920

16

Inno a san Gabriele Mro Carmelo Briffa

Innu lil Ħal Balzan Mużika Mro Joseph Vella Kliem – Ġorġ Borġ

aida March Giuseppe Verdi

Il trovatore Giuseppe Verdi

Fortitudo Dei Mro Joseph Vella

I Cavalieri di Malta - Grande Marcia trionfale Dott. Antonio Nani

aranjuez mon amour Arr: P.J. Rutterford

Everything I do Arr: Frank Bernaerts

the show must go on Arr: Jan Van Kraeydonck

Barcellona Arr: Andrew Calleja

Queen in Concert Arr: Ray Sciberras

We are the Champions Arr: Maj. John Ivan Borg

Innu Marċ Banda san Gabriel Willie Attard

Programm Mużikali Bajja spinola, san ĠiljanL-Erbgħa 24 ta’ Awwissu, 2016

Page 18: Il-Familja Nani, Ħal Balzan u r-Rabta Mużikali ta ... · Il-Familja Nani, ċal Balzan u r-Rabta Muħikali ta’ Bejniethom 3 Il-bandisti se jitgħallmu l-prattika ta’ strument,

www.stgabrielbandclub.com