Upload
hasad-bryan
View
73
Download
0
Embed Size (px)
DESCRIPTION
IL-ĦAŻEN U T-TBATIJA FID-DINJA 12-il Ħadd matul is-Sena A. ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Ġer 20,10-13. F’ dak iż-żmien , Ġeremija qal: Ma nismax ħlief tqassis bil-kotra, biża’ madwari kollu! “Ixluh! Ħa nixluh!”. - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
IL-ĦAŻEN U T-
TBATIJA FID-DINJA
12-il Ħadd matul is-Sena A
ofm.org.mt
L-1 QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta
Ġeremija
Ġer 20,10-13
F’dak iż-żmien, Ġeremija qal: Ma nismax ħlief
tqassis bil-kotra, biża’ madwari kollu! “Ixluh! Ħa
nixluh!”
jgħajtu l-ħbieb tiegħi kollha, u jfittxu l-qerda tiegħi: “Għandu mnejn jitqarraq u negħelbuh, ta’ kollox nitħallsu minnu!”
Il-Mulej miegħi, bħal raġel ta’ ħila;
għalhekk dawk li jagħmlu għalija
jriegħxu, ma jagħmlu xejn,
jitħawdu u jriegħxu bis-sħiħ, għax il-
ħsieb tagħhom ma jseħħx;
għajb għalihom li ma jintesa
qatt.
Int, Mulej ta’ l-eżerċti, li ġġarrab il-ġust, li tara l-ġewwieni u l-
qalb, ħallini nara l-vendetta
tiegħek kontriehom, għax f’idejk ħallejt il-kawża tiegħi.
Għannu lill-Mulej, faħħru lill-Mulej, għaliex ruħ l-
imsejken minn id il-ħżiena ħelisha.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJ
ALISalm 68
Fil-kobor ta’ tjubitek
weġibni, O Alla.
Minħabba fik nistabar fit-tmaqdir,
il-mistħija tiksili wiċċi.Sirt barrani għal ħuti,
ulied ommi ma jagħarfunix.Għax il-ħeġġa għal
darek fnietni,u t-tagħjir ta’ dawk li jgħajru
lilek waqa’ fuqi.
R/.
Fil-kobor ta’ tjubitek
weġibni, O Alla.
Imma jien it-talba tiegħi lejk nerfagħha
f’ħin tajjeb Mulej.Fil-kobor ta’ tjubitek weġibni,
O Alla.Weġibni, Mulej,
għax tjubitek mill-aħjar,fil-kobor tal-ħniena tiegħek dur lejja.
R/.
Fil-kobor ta’ tjubitek
weġibni, O Alla.
Jaraw hekk l-imsejkna u jifirħu;
u qalbkom tgħix, intom li tfittxu lil Alla.
Għax jisma’ l-fqajrin il-Mulej,u ma jistmellx
l-imjassrin tiegħu.Ifaħħruh is-sema u l-art,
l-ibħra u kull ma jitħarrek fihom.
R/.
Fil-kobor ta’ tjubitek
weġibni, O Alla.
IT-2 QARI
Qari mill- Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lir-Rumani
Rum 5, 12-15
Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-
dinja daħal id-dnub u
permezz tad-dnub,
il-mewt, u hekk il-mewt
laħqet il-bnedmin
kollha, għax kollha dinbu.
Għax sakemm kienet għadha ma wasletx il-
liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja; imma d-dnub
ma kienx meqjus,
ladarba liġi ma kienx hemm.
Madanakollu l-mewt saltnet
ukoll minn Adam sa Mosè, imqar fuq dawk li ma
waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’
Adam, li kien xbieha ta’ dak li
kellu jiġi.
Imma d-don mhuwiex
bħall-ħtija. Għax jekk
permezz ta’ ħtija waħda mietu kotra, aktar u aktar il-grazzja ta’
Alla u
d-don mogħti bil-grazzja ta’
bniedem wieħed, li hu Ġesù Kristu, xterdu bil-
bosta fuq il-kotra.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah. Halleluljah.
Fi tjubitek żommni ħaj, Mulej,
u nħares l-ordnijiet ta’ fommok.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 10, 26-33
F’dak iż-żmien: Ġesù
qal lill-Appostli
tiegħu: “La tibżgħux
mill-bnedmin.
Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u
xejn ma hu moħbi li ma
jsirx magħruf.
Dak li jien ngħidilkom
fid-dlam għiduh fid-
dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom
xandruh minn fuq il-
bjut.
U tibżgħux minn dawk li joqtlu lill-ġisem bla ma
jistgħu joqtlu lir-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li
jista’ jeqred kemm lir-ruħ u kemm lill-ġisem fl-infern.
Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’xejn jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ Missierkom.
Intom imbagħad sax-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud. Mela xejn tibżgħu: intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.
Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.
Iżda min jiċħad lili
quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu
fis-smewwiet.”
Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu
IL-ĦAŻEN U T-
TBATIJA FID-DINJA
12-il Ħadd matul is-Sena A
ofm.org.mt