50

Click here to load reader

IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES

  • Upload
    chaim

  • View
    203

  • Download
    9

Embed Size (px)

DESCRIPTION

IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES. Dr Adrian Grima Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta 23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat. Ir -Rapport tal-Eżaminaturi R iżultati (Mejju 2011). www.um.edu.mt/matsec. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

IL-KOMPONIMENT LETTERARJUfl-eżami taċ-ĊES

Dr Adrian GrimaDipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta

23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat

Page 2: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi Riżultati (Mejju 2011)

www.um.edu.mt/matsec

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Grad 1 2 3 4 5 6 7 U Ant Total

GħaddKarta A 112 418 490 760 471 - - 332 16 2599

% 4.3 15.1 18.8 29.3 18.1 - - 12.8 0.6 100

B’kollox kien hemm 4940 student u studenta li applikaw għall-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES. 2341 għamlu karta B waqt li 2599 għamlu karta A:

Page 3: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi Mejju 2011

www.um.edu.mt/matsec

Nota importanti

Dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin huma meħudin tista’ tgħid kelma b’kelma minn żewġ rapporti tal-eżaminaturi tal-MATSEC u jirrflettu l-fehmiet tagħhom u mhux tiegħi.

Adrian Grima

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 4: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar ir-Referenza għall-Kuntest (Mejju 2011)

www.um.edu.mt/matsec

Żbalji komuni:Xi kandidati rreferew għall-poeta b’ismu

biss.Uħud minnhom m’għamlux distinzjoni bejn

poeżija u silta ta’ proża.Kien hemm min irrefera għall-poeta bħala

awtur jew kittieb.Oħrajn irrepetew it-tweġibiet tagħhom

mill-ewwel għall-aħħar mistoqsija: (a) il-ħsieb u (d) ir-rabta mat-tema.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 5: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)Kummenti ġenerali:Fl-introduzzjoni kien hemm xi kandidati li kitbu l-

ismijiet tax-xogħlijiet li kienu se jiktbu dwarhom matul il-komponiment letterarju, fejn suppost fl-introduzzjoni qatt m’għandek tikteb l-ismijiet tax-xogħlijiet letterarji imma tagħti indikazzjoni dwar dak li bi ħsiebek tikteb dwaru biex lill-qarrej tistiednu jkompli jaqra.

Instabu komponimenti miktubin bis-sottotitli jew għal kull biċċa xogħol bl-isem. Eż: Introduzzjoni, Analiżi tas-siltiet u Konklużjoni.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 6: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

F’xi ftit każijiet issemmiet il-metrika tal-poeżiji. (Eż. Din hija poeżija moderna b’vers ħieles.)

Xi kwotazzjonijiet ta’ aktar minn vers wieħed meħudin minn poeżiji ma nkitbux taħt xulxin, iżda nkitbu fl-istess linja, daqslikieku sentenza.

Ħafna kienu dawk li kitbu l-istorja fil-qosor milli l-kritika.Xi kandidati rreferew għall-awturi ta’ siltiet bħala poeti,

għall-poeti bħala kittieba, filwaqt li kien hemm każijiet fejn il-kandidati rreferew għall-awtur ta’ silta bħala attur.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 7: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

Kien hemm min ħawwad it-tip ta’ xogħlijiet, bħal ngħidu aħna, poeżija jsejħilha silta u silta jsejħilha poeżija jew poe-proża.

F’ħafna mill-każijiet lanqas biss kitbu x’kienu x-xogħlijiet. Mill-banda l-oħra kien hemm min lanqas biss kiteb l-

isem tax-xogħlijiet fil-virgoletti, u aktar gravi, kien hemm min kiteb fuq xi xogħlijiet partikolari mingħajr ma kiteb fuq liema xogħol letterarju qiegħed jikteb.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 8: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

Xi wħud taw l-isem ħażin tal-poeta jew tal-awtur jew ma semmew xejn.

Mill-banda l-oħra kien hemm min irrefera għall-poeta jew għall-awtur b’ismu biss.

Nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat u rabta bejn paragrafu u ieħor.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 9: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

B’mod ġenerali:1. Tqassim ħażin ta’ paragrafi u nuqqas ta’ sekwenza ta’

ideat2. L-ismijiet ta’ karattri ma jissemmewx, jew agħar minn

hekk, tal-kittieba!3. Introduzzjoni u Konklużjoni li ma jagħmlux sens4. Xogħol qasir, u ma jingħatax in-numru ta’ kliem

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 10: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

5. Ftit jiktbu l-Komponiment Letterarju fit-Temp Imperfett, dak li fl-Ingliż ngħidulu l-historic present. Għalhekk jgħidu “Oliver Friggieri qal …” minflok, u hawn tkun aħjar, “Oliver Friggieri jgħid …” Il-letteratura hija ħaġa ħajja u ma tmut qatt, għalhekk aħjar jekk jintuża t-temp Imperfett għal Komponiment Letterarju

6. Ħafna narrazzjoni u ftit argumenti b’rabta mas-suġġett tal-mistoqsija

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 11: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2011)

7. Il-mod kif tikteb komponiment letterarju. Il-kandidati jiktbu isem il-poeżija, u jibdew jgħidu x’fiha. Ilestuha, paragrafu ieħor, poeżija oħra …u jibqgħu sejrin l-istess. Lista sħiħa! M’hemm l-ebda kontinwità u uniżjoni fil-kitba meta jagħmlu hekk. Il-biċċa hi li din is-sena ftit kienu dawk li għamlu hekk ħdejn is-snin l-imgħoddija, u dan jawgura tajjeb.

Chairman tal-Bord tal-EżaminaturiMejju 2011

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 12: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi dwar il-Komponiment Letterarju (Mejju 2010)Żommu mal-erba’ mitt kelmaTgħallmu l-ismijiet tax-xogħlijiet, tal-

kittieba u tat-temi sew: “L-Għanja tar-Rebħa” (mhux “tar-Rebħ”); fis-sillabu m’hemmx “It-tema tal-Familja” imma t-tema “Ir-Rispett fil-Familja”

Għadd kbir ta’ Komponimenti Letterarji kienu superfiċjali għall-aħħar

Ħafna kandidati kemm qabdu u taw parafrażi tal-poeżija jew silta ta’ proża mingħajr ma taw kas tal-kliem kif inhu mqiegħed eżatt fil-mistoqsija

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 13: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi Kien hemm xi wħud li saħansitra qabdu u

taw parafrażi tat-tmien siltiet tat-Taqsima, kollha kemm huma, tkun xi tkun il-mistoqsija jiġifieri, u jgħidu x’ġara fil-poeżija fi kliemhom.

Kulma taw hija biss narrazzjoni tas-siltiet. Għalhekk, ma jkun hemm l-ebda relevanza għat-titlu.

Dan jgħodd ukoll għall-mistoqsija fuq il-ħsieb jew it-tema ċentrali tar-Referenza għall-Kuntest.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 14: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-Eżaminaturi Jekk tikkwotaw (u donnhom l-eżaminaturi

jippretendu li jaraw xi kwotazzjonijiet) kunu preċiżi, inkella tużawx il-virgoletti doppji u xorta turu li l-poeżija tafuha sew.

Araw li kull paragrafu jkollu argument wieħed prinċipali u li kull paragrafu jintrabat ma’ ta’ qablu u ta’ warajh.

Ħafna kandidati jidhru li jsibuha diffiċli biex jiktbu introduzzjoni xierqa. Fil-fatt, numru konsiderevoli fl-introduzzjoni tagħhom jiktbu l-mistoqsija kelma b’kelma.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 15: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Ir-Rapport tal-EżaminaturiJidher li l-eżaminaturi ma jridux li l-

kandidati fl-eżami jsemmi xogħlijiet letterarji ’l barra mit-tema tagħhom. Ikkummentaw b’mod negattiv, ngħidu aħna, fuq persuna li semmiet “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” f’mistoqsija dwar it-tema tal-“Karattri.”

Fil-komponimenti letterarji tal-istudenti, l-eżaminaturi jidher li jridu jaraw tqabbil (identifikazzjoni tax-xebh u l-kuntrasti) bejn xogħlijiet letterarji f’dik it-tema.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-Ċ ES

Page 16: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Spunti u proposti għall-kitba tal-komponiment letterarju

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-Ċ ES

Page 17: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Qisu dawn l-affarijietIl-kitbiet kif qed jużaw il-letteratura, il-

lingwa biex jiżviluppaw dawn it-temi?L-emozzjonijiet li jesprimu Ix-xbihat li jinqdew bihom Importanti li l-introduzzjonijiet u l-

konklużjonijiet ma jkunux l-istess għax jagħtu impressjoni ħażina lill-eżaminaturi

Introduzzjoni u konklużjoni għandhom jiffukaw fuq is-sustanza tal-mistoqsija li titwieġeb, fuq aspetti importanti u rilevanti tat-tema tal-mistoqsija.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 18: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Il-VetrinaNgħidu aħna, fl-introduzzjoni tista’ tniżżel

l-aspetti ewlenin tat-tema li fuqhom se tfassal il-paragrafi tal-komponiment letterarju

Il-konklużjoni (li m’għandhiex tirrepeti d-diskors tal-mistoqsija jew tal-introduzzjoni) tista’ tiffoka fuq aspett li tqisu partikolarment importanti u rappreżentattiv tal-komponiment kollu: b’dan il-mod tagħmel punt partikulari imma fuq argument ġenerali

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 19: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Il-VetrinaNgħidu aħna, tista’ tikteb dwar kif għall-

kittieba Maltin l-ilsien Malti jirrappreżenta l-identità Maltija kollha kemm hi, bl-istorja u l-uniċità kulturali tagħha; jew dwar emozzjoni jew reazzjoni komuni fil-kitbiet tat-tema tal-“Protesta;” jew tagħmel kumment ġenerali dwar id-differenza fil-mod kif il-kittieba jħarsu lejn ir-relazzjonijiet fil-familja fil-każ tat-tema “Ir-Rispett fil-Familja”.

Inkella tista’ tagħlaq il-komponiment b’osservazzjoni ġenerali dwar il-mistoqsija li tkun weġibt imma li ma tkunx ripetizzjoni ta’ dak li insistejt fuqu diġà.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 20: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponiment

Page 21: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentPROTESTA | kumment tal-eżaminaturi

“San Niklaw,” “Jum ir-Rebħ,” “Malta Ġenna tal-Art,” “Tradiment,” “Ir-Raba' ta' Samwel,” “Ħitan tas-Sejjieħ,” “Iż-Żabra,” “Ir-Ribelli”

Ħaġa li l-Eżaminaturi ltaqgħu magħha spiss kienet li l-kandidati ma jagħmlux distinzjoni bejn ironija u sarkażmu meta jirreferu għal “Ħitan tas-Sejjieħ” jew “Malta Ġenna tal-Art.”

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 22: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentPROTESTA | tifsira

IRONIJA: kliem li jgħid mod u jfisser il-maqlub; imma wkoll, “l-ironija tal-ħajja”: tistenna mod u jiġri mod ieħor, jew bil-maqlub. Eż. X’ironija! Iktar ma ħadt ħsiebu iktar tani bil-ħarta.

SARKAŻMU: tingiż fil-kitba jew it-taħdit; kliem offensiv u iebes; rimarki jew ċajt li jweġġa’, li għandu l-ħsieb li jkisser. Ħafna drabi s-sarkażmu fih l-ironija, imma l-ironija mhux bilfors ikun fiha s-sarkażmu. Is-sarkażmu ħafna drabi jesprimi rabja.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 23: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentPROTESTA | proposta għall-paragrafiL-awturi Maltin jipprotestaw kontra qawwiet, imġiba u sitwazzjonijiet li jxekkluhomkontra l-ħakkiema barranin li ma

jirrispettawx id-dinjità tal-Maltinkontra s-soċjetà li tagħmel minn kollox

biex tikkontrolla u ssikket lill-individwu kontra l-mod kif il-poplu Malti stess

qiegħed jeqred l-ambjent naturali tiegħuJużaw l-ironija u s-sarkażmu biex jesprimu

l-protesta ħarxa tagħhomDr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 24: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentPROTESTA | proposta għall-paragrafi

L-awturi jesprimu l-protesta tagħhom permezz ta’ għodod letterarji bħall-anafora (ħafna drabi għall-insistenza jew l-ironija) u l-apostrofi, l-indirizz

Il-protesta sikwit tinqeda bl-ironija jew saħansitra bis-sarkażmu; dan it-ton jaf jinħass kważi komiku imma taħtu jaħbi rabja u frustrazzjoni kbira.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 25: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES
Page 26: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentTIFKIRIET | skont Oliver Friggieri

“Żjara lil Ġesù,” “L-Għajn fil-Misraħ,” “Il-Vapur tal-Art,” “Mal-Ewwel Qtar,” “Tifkiriet ta’ Tfuliti,” “L-Ewwel Darba li Ltqajt Magħha,” “Niftakar,” “Darba waħda għad-dawl tal-lampa”

Skont Oliver Friggieri, tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tal-letteratura Romantika Maltija huma:

“il-gost tan-nostalġija hienja u mnikkta”“It-tiftixa ta’ kulma hu sabiħ u veru fl-

imgħoddi”Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 27: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentTIFKIRIET | proposta għall-paragrafi

Lill-poeti u l-prożaturi l-memorji jagħtuhom sens ta’ identità, jagħtuhom individwalità, jagħmluhom persuni uniċi bi storja unika

Meta jiftakru fl-imgħoddi, il-kittieba sikwit jikkuntrastaw memorji sbieħ ma’ oħrajn koroh; kultant il-passat jarawh bħala ħafna isbaħ mill-preżent imwiegħer

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 28: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentTIFKIRIET | proposta għall-paragrafiWaħda mit-tema ewlenin tat-Tifkiriet hija

t-tfulija: il-kittieba Maltin sikwit jidealizzawha, jarawha bħala żmien mill-aqwa, isbaħ minn kull żmien ieħor. Jagħmlu hekk għax għadda ż-żmien minn fuqha? Għax hekk iridu jiftakruha?

It-tfulija jirrakkontawha b’ton pożittiv u b’metafori li juru sliem u n-nuqqas ta’ inkwiet u ħsibijiet tqal

Karatteristika ewlenija oħra ta’ dawn it-tifkiriet tat-tfulija hija l-enerġija, il-ħeffa u l-libertà individwali

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 29: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentTIFKIRIET | proposta għall-paragrafi

Imma hemm ukoll tifkiriet oħrajn:Ta’ pajsaġġ Malti romantiċizzatTa’ relazzjonijiet li spiċċaw, ta’ nies

deskritti bħala għeżież li issa mietu.Ta’ relazzjonijiet ta’ mħabbaTa’ kultura u drawwiet qodma li jidhru

aktar awtentiċi, aktar “veri” minn tal-preżent

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 30: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES
Page 31: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi

“Qasba,” “Mananni,” “Il-Ġlieda,” ““Laqgħa Ma' Poeta,” “Mill-Ġdid Poeta,” “Mass Meeting,” “Dak it-Taraġ,” “Jien Siġra Kbira”

F’din it-tema jidher li l-eżaminaturi jistennew li l-kandidati jagħmlu analiżi tal-karattri (u mhux rakkont, x’aktarx twil ħafna, tal-istorja).

Jistennew li jkun hemm enfasi fuq il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-karattri.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 32: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi

Jistennew ukoll li l-kandidati jqabblu (jaraw ix-xebh u d-differenzi) bejn il-karattri u x-xogħlijiet letterarji differenti

Għall-eżaminaturi, tweġiba tajba f’din it-tema tal-“Karattri” tagħmel enfasi fuq l-analiżi tal-karattru aktar milli fuq ir-rakkont tal-istorja, imma jkun fiha wkoll referenza għall-istorja sabiex il-karattru jitpoġġa f’kuntest u mhux ikun iżolat u vag.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 33: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi

Uħud mill-kandidati li għażlu l-komponiment letterarju fuq din it-tema ma għarfux jiktbu fuq il-karattri nfushom li niltaqgħu magħhom fis-siltiet jew poeżiji. Minflok kitbu l-ħsieb tal-poeżija jew rakkont fil-qosor tal-ġrajja ta’ proża. Ngħidu aħna, minflok ma kitbu dwar x’tip ta’ karattru kellha Mananni, kien hemm min semma li Mananni hija waħda mill-karattri u kompla billi kiteb il-ħsieb tal-poeżija bl-istess isem. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 34: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi

L-istess għamel meta semma lil Caroline li hija karattru li niltaqgħu miegħu fis-silta “Dak it-Taraġ,” u mbagħad qagħad jirrakkonta x’ġara fit-taraġ tal-flat, kif qabbdu lil min jaħslu, u l-bqija. Kien hemm ukoll min semma lill-Avukat Gatt bħala karattru li jimbuttak, imbagħad kiteb rakkont ta’ “Mass Meeting” fil-qosor.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 35: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | proposta għall-paragrafi

ir-relazzjoni tal-individwu mal-bqija tas-soċjetà, diffikultà fil-komunikazzjoni

karattri solitarji kontra qalbhom; ritratt malikoniku ta’ nisa waħedhom, donnhom abbandunati

is-sens ta’ avventura fiż-żgħażagħil-bniedem li jkun jixtieq jinqata’ għalih

waħdu imma s-soċjetà tħares lejh bl-ikrah

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 36: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentKARATTRI | proposta għall-paragrafi

il-karattru tal-poeti; x’tip ta’ bnedmin huma l-poeti, kif iħarsu lejhom in-nies

minn naħa karattri ġenwini li kapaċi jikkomunikaw ma’ ħaddieħor, jiftiehmu b’mod naturali; min-naħa l-oħra karattri indifferenti jew ġellieda, imqabbdin ma’ xulxin

karattri foloz, li juru wiċċ b’ieħor, fi ġlieda għall-poter, li jaraw biss l-interessi tagħhom; li l-interess tagħhom f’ħaddieħor huwa falz  Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 37: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES
Page 38: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | kumment tal-eżaminaturi

“F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna”

Ta’ min isemmi li, fit-tweġiba tagħhom, xi kandidati jagħmlu l-iżball li jsemmu s-siltiet kollha tat-tema, anki dawk li huma irrelevanti għall-mistoqsija.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 39: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | kumment ta’ Oliver Friggieri

“F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna”

Għal Oliver Friggieri waħda mill-karatteristiċi tar-Romantiċiżmu fil-letteratura Maltija hija “t-twemmin fin-nazzjon bħala jedd ta’ kull ċittadin u bħala dmir ċivili.”

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 40: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi

Il-kittieba Maltin kif jirrappreżentaw lil Malta, lill-identità Maltija, dak li skont huma jagħmilna Maltin?

Jiġifieri hawnhekk dejjem qed tikteb dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-identità Maltija skont il-kittieba Maltin; il-ġrajjiet ta’ Malta huma skont kif jinterpretawhom huma.

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 41: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi

Il-poeti u l-prożaturi Maltin jippreżentaw sensiela ta’ ġrajjiet storiċi li f’għajnejhom juru l-istorja unika tal-ġens Malti, l-identità kulturali komuni, il-qlubija, il-ġens Malti bħala “familja” waħda, ulied l-omm nazzjonali

Għalhekk il-kitbiet jippreżentaw l-eroj Maltin, kultant persuni partikulari, kultant komunità sħiħa

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 42: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi

Għal dawn il-kittieba r-reliġjon Kattolika tinsab fil-qalba tal-ġrajja u l-identità tal-ġens Malti

Iċ-ċentralità tal-lingwa Maltija bħala simbolu u fl-istess ħin rappreżentazzjoni konkreta tal-identità u l-ġrajja tal-ġens Malti

Il-karattru tal-Maltin joħroġ l-iżjed fil-mumenti ta’ prova, bħal fi żmien il-gwerra u meta Malta tkun mhedda minn għedewwa barranin

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 43: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi

Minkejja l-idealizzazzjoni tal-Maltin, speċjalment tal-imgħoddi, kittieba minn perjodi differenti kitbu dwar in-nuqqasijiet fil-ħajja tal-ġens Malti, il-faqar, in-nuqqas ta’ skola, il-problemi soċjali

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 44: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES
Page 45: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentIR-RISPETT FIL-FAMILJA | kumment tal-eżaminaturi

“Lullaby. Lil Yevgeny,” “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti,” “Ir-Raġel tal-Klieb,” “Missier u Iben,” “Mur Orqod Binti,” “Demgħat tas-Silġ,” “Sentiment”

Skont l-eżaminaturi, f’din it-tema l-kandidati għandhom jiktbu dwar rabtiet tajbin u ħżiena li jistgħu jeżistu f’familja

Ir-relazzjonijiet mhux pożittivi jidhru fil-poeżija “Demgħat tas-Silġ” u r-rakkont “Ir-Raġel tal-Klieb” (b’enfasi fuq ir-relazzjoni diffiċli, jew in-nuqqas ta’ relazzjoni, bejn ir-raġel u martu)

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 46: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentIR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi

Il-poeti u l-prożaturi Maltin sikwit jiffukaw fuq l-ulied u r-relazzjoni tagħhom mal-ġenituri li ħafna drabi tkun pożittiva, imma mhux dejjem

kultant naraw din ir-relazzjoni min-naħa tal-missier, kultant min-naħa tal-wild

Kif iġibu ruħhom l-ulied mal-ġenituri, u l-ġenituri mal-ulied

X’tip ta’ xbihat jew metafori huma assoċjati mal-familja f’dawn il-kitbiet letterarjiDr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 47: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

It-temi tal-komponimentIR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi

X’tip ta’ emozzjonijiet jesprimu dawn il-poeżiji u s-siltiet ta’ proża

X’tip ta’ sitwazzjonijiet li jirrakkontawX’tip ta’ relazzjonijiet jirrakkontaw bejn il-

ġenituri, bejn l-aħwa

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 48: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES
Page 49: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Kif tħejji ruħek għall-komponiment letterarju | proposta tal-aħħar

Biex tistudja u fl-istess ħin ma tongħosx

Oħloq tabella bil-kaxxi għal kull tema, fuq ix-xellug agħmel il-lista tal-kitbiet taħt xulxin; u fuq niżżel l-aspetti differenti ta’ dik it-tema partikulari

Fassal l-aspetti differenti ta’ kull tema li se tikteb fin-naħa ta’ fuq skont dak li ssib fil-kitbiet ta’ dik it-tema

F’kull kaxxa ħdejn kull waħda mill-kitbiet immarka jekk dak l-aspett jidhirx f’dik il-kitba

Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

Page 50: IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami  taċ-ĊES

Nota tal-aħħar

Dawn in-noti huma osservazzjonijiet maħsuba biex jgħinu lill-istudenti jorganizzaw l-istudju u jagħmlu l-analiżi tagħhom tal-kitbiet letterarji bi tħejjija għall-kitba tal-komponiment letterarju fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2013.

L-aspetti li nsemmi tat-temi differenti biex fuqhom jitfasslu l-paragrafi tal-komponiment letterarji huma biss proposti li permezz tagħhom tistgħu tidentifikaw l-aspetti tagħkom. Naturalment, kull komponiment irid jorbot sew mal-mistoqsija li titwieġeb.

Dr Adrian Grima