2
Xitwa 2016 Óar©a 30 TAL-ISTILLA Le˙en l-G˙aqda KaΩin Banda San Filep A.D. 1851 www.bandasanfilep.com.mt www.facebook.com/KBSFAD1851 Design & Printing: Bestprint Co. Ltd. • Tel: 21 680 789 Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015 saret serata mużikali li matulha kien imfakkar l-artist Żebbuġi Francesco Saverio Sciortino kif ukoll ġie inawgurat il-proġett kbir ta’ rinnovament totali tas-Sala Mayfair (ara Paġna 4). Is-soiree kien imżewwaq b’mużika mill-Banda San Filep li daqqet dawn is-siltiet: il-Grand March mill-Aida ta’ Giuseppe Verdi, Ammerland ta’ Jacob de Haan, il-fanfarra Alzo Sprach Zarathustra-fanfare ta’ Richard Strauss, Tritsch-Tratsch Polka ta’ Johann Strauss Jr., żewġ siltiet mill-musical ‘Ir-Rebbieħ’ Allelujah-Apoteosi u L-Għid ta’ San Filep kompożizzjonijiet ta’ Chan Vella, b’arranġament ta’ Joe Brown, u żewġ kompożizzjonijiet ta’ Adeodato Gatt, Omaggio alla Banda San Filep u l-Innu tal-Banda San Filep. Iddiriġew il-banda Mro Richard Bugeja u Mro Michael Ciantar. Ir-rendiment tajjeb ta’ dawn is-siltiet li tat il-banda u l-akustika kkoreġuta tas- sala ippermettiet li l-mużika titgawda sewwa. L-udjenza li mliet is-sala sabet jistenniha mhux biss il-programm ta’ dan is-soiree imma wkoll ktejjeb fuq Francesco Saverio u x-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Dan il-ktejjeb ġie mitbugħ mill-Għaqda Każin Banda San Filep għall-okkażjoni tal-wirja li kienet inawgurata fi tmiem is- serata u li kienet miftuħa għall-pubbliku bla ħlas sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015 bl-iskop li dan l-arkitett u skultur ta’ ħila jsir magħruf aħjar kif jixraqlu. Intwera feature fuq Francesco Saverio Sciortino u x-xogħlijiet artistiċi tiegħu li jinsabu mxerrdin kemm f’Malta (fl-Addolorata, Birkirkara, il-Belt, tas-Sliema, Ħaż-Żabbar, Ħaż- Żebbuġ…) u kemm f’pajjiżi oħra (Kanada, New York, Ruma, Milan, Londra, Ippona fl- Afrika…). Saru diskorsi mill-Onor Dr Ian Borg, is-sur Michael Bonnici, il-Perit Conrad Thake u Dr Philip Sciortino. Il-comperes tas-serata kienu Tanya Agius Borg u Brian Bonnici. Fi tmiem is-serata, l-Onor Dr Ian Borg, Dr Philip Sciortino u s-sur Michael Bonnici fetħu l-wirja fis-sala tal-linfa. In-nies li ġew għas-serata kellhom il-ħin li jduru l-wirja li kien fiha erbgħin ritratt ta’ xogħlijiet ta’ FS Sciortino kif ukoll busti u abbozzi ta’ statwi tiegħu. Imfakkar Francesco Saverio Sciortino (1875 – 1958) Dan kollu sar bis-saħħa tal-għajnuna finanzjarja minn fondi Ewropej taħt il-miżura għall-għajnuna kapitali għall-Arti u Soċjetajiet Kulturali li kienu taħt il-ħarsien tal-Fundazzjoni imsejjħa l-Grupp tal-Majjistral. Il-proġett li dam għaddej sena u nofs, tmexxa minn sotto-kumitat magħmul minn Dr Philip Sciortino, president u project leader, Tarcisio Mifsud, segretarju, Agnes Pirotta, viċi-president, Saviour Chetcuti, kaxxier, Keith Cutajar, assistent segretarju u Philip Balzan, pro. Dawn kienu megħjuna minn tekniċi u esperti fosthom il-Perit Philip Mifsud, id-disinjatur Claude Perini, l-inġinier Edward Magro, il-bennej Philip Zammit. Dawn u oħrajn għamlu studji tekniċi ta’ tħejjija u assistew fit-twettiq b’pariri siewja. Matul it-twettiq tal-proġett inqalgħu problemi li ma kienux previsti u li minħabba fihom kellhom isiru xogħlijiet żejda bi spiża li laħqet mas-sitt elef ewro aktar milli kien previst. Fost dawn kien hemm: • il-ħajt appoġġ mal-Bank HSBC li minħabba li kien imqammar kellu jinkesa bil-folji tal-gipsum • bdil fid-disinn tas-suffett u tad-dwal tiegħu minħabba dislivelli bejn it-travi tal-konkos li saru fl-1955 • saljatura tal-gallerija kellha ssir ġdida għax kienet maqsuma Fil-bidu tas-serata, li saret fis-27 ta’ Novembru 2015, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Dr Ian Borg u Dr Philip Sciortino kixfu rħama kommemorattiva li tfakkar il-proġett tas-Sala Mayfair li sar bl-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea waqt li l-banda daqqet Fanfare for a solemn occasion ta’ Richard Bugeja. Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Sala Mayfair u Ċentru għat-Tagħlim tal-Mużika Sei Garage Spray Painting Omar Said 9, Carmel Yard, Vjal il-Óelsien, Ûebbu© - Malta • Mob: 99294763 Sciortino Street, Żebbuġ • Tel: 2146 5915 Il-Banda San Filep tilqa l-applaws tal-udjenza Il-qoxra tal-ktejjeb. Kopja tiegħu tista’ tinkiseb mill-Każin Banda San Filep Xeni mill-wirja ta’ Novembru 2015 Minn sala li darba kienet ċinema issa għandna waħda attrezzata biex isservi għal għanijiet differenti u li tista’ sservi lir-reġjun li nagħmlu parti minnu. Il-proġett kien jinvolvi: l-installazzjoni ta’sistemi ġodda ta’ dwal, sound, projezzjoni, skrin u data access tal-IT suffett ġdid palk magħmul min 24 biċċa siġġijiet ġodda purtieri trattament akustiku tiswijiet tal-bejt u tal-gallerija kisi tal-ħitan b’materjal apposta faċilitajiet sanitarji ġodda apparat ta’ kontroll tal-arja kundizzjonata fil-kamra fejn isir it-tagħim tal-mużika biex fis-sajf l-istudenti jkunu jistgħu ikomplu bit-taħriġ fil-kumdità

Imfakkar Francesco Saverio Sciortino (1875 – 1958) · Fl-aħħar ftit ġimgħat tas-sena 2015, Ħaż-Żebbuġ qala’ għadd ta’ rigali mingħand l-Għaqda Każin Banda San Filep

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Imfakkar Francesco Saverio Sciortino (1875 – 1958) · Fl-aħħar ftit ġimgħat tas-sena 2015, Ħaż-Żebbuġ qala’ għadd ta’ rigali mingħand l-Għaqda Każin Banda San Filep

Xitwa 2016 Óar©a 30

TAL-ISTILLALe˙en l-G˙aqda KaΩin Banda San Filep A.D. 1851www.bandasanfilep.com.mt www.facebook.com/KBSFAD1851

Des

ign

& P

rintin

g: B

estp

rint C

o. L

td. •

Tel

: 21

680

789

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2015 saret serata mużikali li matulha kien imfakkar l-artist Żebbuġi Francesco Saverio Sciortino kif ukoll ġie inawgurat il-proġett kbir ta’ rinnovament totali tas-Sala Mayfair (ara Paġna 4).

Is-soiree kien imżewwaq b’mużika mill-Banda San Filep li daqqet dawn is-siltiet: il-Grand March mill-Aida ta’ Giuseppe Verdi, Ammerland ta’ Jacob de Haan, il-fanfarra Alzo Sprach Zarathustra-fanfare ta’ Richard Strauss, Tritsch-Tratsch Polka ta’ Johann Strauss Jr., żewġ siltiet mill-musical ‘Ir-Rebbieħ’ Allelujah-Apoteosi u L-Għid ta’ San Filep kompożizzjonijiet ta’ Chan Vella, b’arranġament ta’ Joe Brown, u żewġ kompożizzjonijiet ta’ Adeodato Gatt, Omaggio alla Banda San Filep u l-Innu tal-Banda San Filep. Iddiriġew il-banda Mro Richard Bugeja u Mro Michael Ciantar. Ir-rendiment tajjeb ta’ dawn is-siltiet li tat il-banda u l-akustika kkoreġuta tas-sala ippermettiet li l-mużika titgawda sewwa.

L-udjenza li mliet is-sala sabet jistenniha mhux biss il-programm ta’ dan is-soiree imma wkoll ktejjeb fuq Francesco Saverio u x-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Dan il-ktejjeb ġie mitbugħ mill-Għaqda Każin Banda San Filep għall-okkażjoni tal-wirja li kienet inawgurata fi tmiem is-serata u li kienet miftuħa għall-pubbliku bla ħlas sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru 2015 bl-iskop li dan l-arkitett u skultur ta’ ħila jsir magħruf aħjar kif jixraqlu.

Intwera feature fuq Francesco Saverio Sciortino u x-xogħlijiet artistiċi tiegħu li jinsabu mxerrdin kemm f’Malta (fl-Addolorata, Birkirkara, il-Belt, tas-Sliema, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ…) u kemm f’pajjiżi oħra (Kanada, New York, Ruma, Milan, Londra, Ippona fl-Afrika…). Saru diskorsi mill-Onor Dr Ian Borg, is-sur Michael Bonnici, il-Perit Conrad Thake u Dr Philip Sciortino. Il-comperes tas-serata kienu Tanya Agius Borg u Brian Bonnici. Fi tmiem is-serata, l-Onor Dr Ian Borg, Dr Philip Sciortino u s-sur Michael Bonnici fetħu l-wirja fis-sala tal-linfa. In-nies li ġew għas-serata kellhom il-ħin li jduru l-wirja li kien fiha erbgħin ritratt ta’ xogħlijiet ta’ FS Sciortino kif ukoll busti u abbozzi ta’ statwi tiegħu.

Imfakkar Francesco Saverio Sciortino (1875 – 1958)

• Dan kollu sar bis-saħħa tal-għajnuna finanzjarja minn fondi Ewropej taħt il-miżura għall-għajnuna kapitali għall-Arti u Soċjetajiet Kulturali li kienu taħt il-ħarsien tal-Fundazzjoni imsejjħa l-Grupp tal-Majjistral.

• Il-proġett li dam għaddej sena u nofs, tmexxa minn sotto-kumitat magħmul minn Dr Philip Sciortino, president u project leader, Tarcisio Mifsud, segretarju, Agnes Pirotta, viċi-president, Saviour Chetcuti, kaxxier, Keith Cutajar, assistent segretarju u Philip Balzan, pro. Dawn kienu megħjuna minn tekniċi u esperti fosthom il-Perit Philip Mifsud, id-disinjatur Claude Perini, l-inġinier Edward Magro, il-bennej Philip Zammit. Dawn u oħrajn għamlu studji tekniċi ta’ tħejjija u assistew fit-twettiq b’pariri siewja.

• Matul it-twettiq tal-proġett inqalgħu problemi li ma kienux previsti u li minħabba fihom kellhom isiru xogħlijiet żejda bi spiża li laħqet mas-sitt elef ewro aktar milli kien previst. Fost dawn kien hemm: • il-ħajt appoġġ mal-Bank HSBC li minħabba li kien imqammar kellu jinkesa bil-folji tal-gipsum • bdil fid-disinn tas-suffett u tad-dwal tiegħu minħabba dislivelli bejn it-travi tal-konkos li saru fl-1955 • saljatura tal-gallerija kellha ssir ġdida għax kienet maqsuma

Fil-bidu tas-serata, li saret fis-27 ta’ Novembru 2015, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Dr Ian Borg u Dr Philip Sciortino kixfu rħama kommemorattiva li tfakkar il-proġett tas-Sala Mayfair li sar bl-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea waqt li l-banda daqqet Fanfare for a solemn occasion ta’ Richard Bugeja.

Proġett ta’ Riabilitazzjoni tas-Sala Mayfair u Ċentru għat-Tagħlim tal-Mużika

Sei Garage Spray PaintingOmar Said

9, Carmel Yard, Vjal i l-Óelsien, Ûebbu© - Malta • Mob: 99294763Sciortino Street, Żebbuġ • Tel: 2146 5915

Il-Banda San Filep tilqa l-applaws tal-udjenza

Il-qoxra tal-ktejjeb. Kopja tiegħu tista’ tinkiseb mill-Każin Banda San Filep

Xeni mill-wirja ta’ Novembru 2015

Minn sala li darba kienet ċinema issa għandna waħda attrezzata biex isservi għal għanijiet differenti u li tista’ sservi lir-reġjun li nagħmlu parti minnu. Il-proġett kien jinvolvi: • l-installazzjoni ta’sistemi ġodda ta’ dwal, sound, projezzjoni, skrin u data access tal-IT • suffett ġdid• palk magħmul min 24 biċċa• siġġijiet ġodda• purtieri

• trattament akustiku • tiswijiet tal-bejt u tal-gallerija• kisi tal-ħitan b’materjal apposta• faċilitajiet sanitarji ġodda

• apparat ta’ kontroll tal-arja kundizzjonata fil-kamra fejn isir it-tagħim tal-mużika biex fis-sajf l-istudenti jkunu jistgħu ikomplu bit-taħriġ fil-kumdità

Page 2: Imfakkar Francesco Saverio Sciortino (1875 – 1958) · Fl-aħħar ftit ġimgħat tas-sena 2015, Ħaż-Żebbuġ qala’ għadd ta’ rigali mingħand l-Għaqda Każin Banda San Filep

Fl-aħħar ftit ġimgħat tas-sena 2015, Ħaż-Żebbuġ qala’ għadd ta’ rigali mingħand l-Għaqda Każin Banda San Filep – uħud li jingħataw kull sena u oħrajn partikulari għal dis-sena.

Bħalma sar fi snin oħra, il-kumitat ċentrali organizza quddiesa għall-erwieħ tal-membri mejtin b’mod speċjali dawk li mietu fil-kamra tan-nar, kif ukoll il-Laqgħa Ġenerali; grupp ta’ membri ħadu sehem fil-mixja tal-president b’risq il-Community Chest Fund, is-Sezzjoni Żgħażagħ għamlet pasta night f’Novembru u f’Diċembru party sabiħ għat-tfal komplut b’divertiment varjat u rigali, il-Kummissjoni tan-nar u armar tal-festa organizzat majjalata, is-Sezzjoni Nisa organizzat ikla fil-Lukanda Bella Vista, Buġibba, il-Kummissjoni Banda bil-koperazzjoni tas-Sezzjoni Nisa u l-Kummissjoni Kultura tellgħet kunċert mill-isbaħ li fih ħadu sehem kemm il-bandisti żgħażagħ u kemm uħud mill-aljievi. Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru, il-banda għamlet servizz mużikali fil-pjazza u t-toroq ta’ madwar fejn daqqet għanjiet tal-Milied u ftit jiem wara bosta bandisti tal-Banda San Filep ħadu sehem fil-purċissjoni tal-Milied li jagħmel il-qasam tal-Mużew ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-Kummissjoni Festa tal-każin organizzat ikla lejlet il-Milied u s-sezzjoni Nisa baqgħet għaddejja bil-coffee mornings sa nofs Diċembru. Partikulari għal dis-sena kienu l-ħarġa għall-akwarju nazzjonali mill-Klabb Tfal tal-Istilla, it-turnament tal-futbol organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ.

Tagħrif fuq l-attivitajiet ippjanati jinsabu fuq il-website www.bandasanfilep.com.mt.

Ir-Rigali ta’ tmiem is-sena

Żewġ attivitajiet għat-tfal - party tal-Milied u żjara lill-akwarju nazzjonali

• Is-Sezzjoni Nisa torganizza coffee mornings bit-tombla kull ħmistax f’dawn id-dati: 21 ta’ Jannar, 4 u 18 ta’ Frar, 3 ta’ Marzu, 14 u 28 t’April, 12 u 26 ta’ Mejju. Id-dħul huwa bla ħlas u jkunu servuti kafè u sandwiches.

• Il-Klabb Tfal tal-Istilla jorganizza ħarġiet għall-akwarju nazzjonali fil-5 ta’ Jannar u oħra fiċ-ċentru tal-bowling fid-29 ta’ Marzu, il-purċissjoni ta’ San Filep iż-żgħir fl-1 ta Ġunju li tibda fil-5.30pm bil-quddiesa fil-Kappella tal-Anġli u wara purċissjoni sal-pjazza.

• Ikliet mill-Grupp tan-nar: fit-22 ta Jannar, 20 ta’ Frar, 16 t’April, 14 ta’ Mejju, 4 u 13 ta’ Ġunju.• Iż-żgħażagħ jorganizzaw pizza night fl-4 ta’ Marzu u mejda b’ikel tradizzjonali Malti fl-24 u 25 ta’ Marzu.• Il-Banda San Filep tagħmel servizz fil-ftuħ tal-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-każin fis-16 ta’ Marzu u ieħor fil-purċissjoni tal-Irxoxt

fis-27 ta’ Marzu. Bi tħejjija għal dawn, ikun hemm kunċerti tal-banda f’dawn il-jiem: 14 ta’ Marzu, 18, 20, 23, 26, 30 ta’ Mejju u 3 ta’ Ġunju.

• Il-Kummissjoni tal-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa tibda tarma l-wirja minn tmiem Jannar. Jitħejja wkoll ktejjeb li jitqassam lil dawk li jżuru l-wirja li tkun miftuħa għall-pubbliku bejn is-17 u l-25 ta’ Marzu, fil-5.30pm sat-8.30pm, għalkemm f’Ħadd il-Palm tiftaħ ukoll filgħodu mid-9.00am sa nofsinhar, f’Ħamis ix-Xirka tibqa’ miftuħa sa nofsillejl u fil-Ġimgħa l-Kbira tiftaħ mid-9.00am sas-13.00 u mis-18.00 sal-22.00. Il-wirja fiha sitt taqsimiet mifruxa fuq erbgħa livelli: li jinkludu kantina u xelter taħt l-art. Ix-xena kbira tal-Kruċifissjoni hija unika f’Malta. L-istatwi lifesize fi tlieta mit-taqsimiet huma xogħol il-Kav Alfred Camilleri Cauchi.

• Ir-Radju tal-każin FM 103.6 jibda jxandar fl-10 ta’ Mejju u jibqa’ sal-festa l-12 ta’ Ġunju 2016. • Marċ mill-Banda San Filep fit-12 ta’ Mejju, il-jum liturġiku ta’ San Filep. Jibda minn fuq iz-zuntier u jgħaddi minn dawn it-

toroq: Sciortino sal-Golden Lion, Misraħ San Filep, il-Kbira, Muxi, Qolla, Mikielang Sapiano, il-Kbira, Penit, il-Mitħna, Francesco Farrugia, Tal-Grazzja, il-Kbira sa quddiem il-Każin.

• Tagħlim tal-mużika minn għalliema professjonali għat-tfal. Isiru tliet lezzjonijiet kull ġimgħa. L-Għaqda tislef bla ħlas ukoll l-istrument lill-istudent li jżommu għal kemm ikollu bżonn.

• Ħajr lill-Kumitat tal-IT tal-Għaqda Każin Banda San Filep għar-ritratti li jidhru f’din il-ħarġa, għall-website tal-każin u għas-servizz ta’ wi-fi li joffri bla ħlas fil-bini tal-każin. Ħajr ukoll lil Riccardo Flask għal uħud mir-ritratti li jidhru f’din il-ħarġa.

Il-Kunċert tal-Milied mill-Iskola tal-Mużika tal-Banda San Filep

li sar fit-18 ta’ Diċembru 2015 fis-Sala Mayfair, presedut mis-Sindku Sarah Agius

Is-siltiet mużikali li ndaqqu mill-banda taħt it-treġija in parti ta’ Mro R Bugeja u ta’ Mro M Ciantar kienu jinkludu: The Nutcracker March, ta’ Peter Ilyich Tchaikovsky, Believe (minn The Polar Express) ta’ Glen Ballard u Alan Silvestri, Mary’s Boy Child, ta’ Jester Hairston, Jurrasic Park (Main Theme) ta’ John Williams, Harry Potter & the Goblet of Fire ta’ Patrick Doyle/John Williams, Triton Fanfare ta’ Robert W. Smith, Trumpet Voluntary (The Prince of Denmark’s March) ta’ Jeremiah Clarke, E Pluribus Rockum ta’ Jerry Williams li fiha Francesco Mousù kien Solo Trumpet, Sinfonia Pastorale ta’ Emanuele Galea u We Wish You A Merry Christmas.

Barra minn hekk daqqew siltiet oħra, solo, Hayley Aquilina bil-flawt, Simona Gauci u Filippa Cutajar bil-klarinet. Indaqqu wkoll l-għanja tradizzjonali Good King Wenceslas mir-Recorder Choir u Banana Split ta’ Andy Clerk mill-Junior Band.

Il-prietka tal-Milied saret minn Daniela Axisa filwaq li saru diskorsi mis-Sindku Sarah Agius, Dun Salvinu Chircop, Tarcisio Mifsud (Ċermen tal-Kummissjoni

Banda) u minn Dr Philip Sciortino (President tal-Għaqda). Kienu ppremjati l-aħjar aljievi tas-sena: Simona Gauci mit-taqsima injam u Helena Gatt mit-taqsima Ram. Il-compere kien Brian Bonnici. Fi tmiem il-kunċert is-Sezzjoni Nisa kellha lesti qagħaq tal-għasel u imbuljuta għal dawk kollha li attendew u li pparteċipaw.

Xi Attivitajiet tul l-ewwel xhur tas-sena 2016

ST. PHILIP’S BAR & RESTAURANTP i z z a , g r i l l s , Pa s ta d i s h e s & s O U t h e r N F r i e s

F r e e D e l i v e r i e s i n Ż e b b u ġ , S i ġ ġ i e w i , A t t a r d & Q o r m iS c i o r t i n o S t r e e t , Ż e b b u ġ Ż B Ġ 1 9 6 4 • Te l : 2 1 4 6 6 4 7 2 / 2 1 4 6 2 1 0 7

Il-Bar tal-KaΩin Banda San FilepG˙al xarba ©enwina mal-˙bieb u mal-familja b’appetizers mill-aqwa.

Ikliet f’kull ˙in f’post komdu.Il-Barman il-©did Andrè Vella jawgura lill-membri tal-KaΩin u liΩ-Ûebbu©in kollha.

Uħud mill-attivitajiet tas-sezzjoni Żgħażagħ

Lemin: parti mill-udjenza; Fuq xellug: Mro Richard Bugeja jidderieġi l-banda;

Lemin: il-Junior Band;Aktar ’il fuq: Mro Michael Ciantar idaħħal ir-Recorder

choir fis-sala

Minn fuq għal isfel: Is-solisti Hayley Aquilina u

Filippa Cutajar.

Helena Gatt Simona Gauci

Minn fuq għal isfel: Is-Sindku Sarah Agius,

Fr Salvinu Chircop u Daniela Axisa

Lemin: ir-Recorder

choir

Daniela Axisa tingħata rigal mingħand Agnes Pirotta u Dr Philip Sciortino