9
Informazzj oni Personali Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt

Informazzjoni Personali

  • Upload
    morgan

  • View
    168

  • Download
    0

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Informazzjoni Personali. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt. S kont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l -istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu ji ġu eżaminati fuqu. - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Informazzjoni Personali

Informazzjoni Personali

Tagħrifa għall-għalliema

http://malti.skola.edu.mt

Page 2: Informazzjoni Personali

Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja.

Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Page 3: Informazzjoni Personali

Xi ħadd jista’ jistaqsik tkellmu jew tiktiblu dwarek innifsek

Page 4: Informazzjoni Personali

Wieħed jista’ jitlob l-informazzjoni personali fuq xi ħadd għax għandu bżonn isir jafha minħabba sħubija f’xi għaqda, jew f’xi grupp, jew f’xi tim sportiv.

Meta taqbeż is-16-il sena jibdew jitolbuk CV, biex tapplika għal xogħol jew inkella biex tapplika fi skejjel oħra.

Hemm xi skopijiet oħrajn?

Page 5: Informazzjoni Personali

Wieħed jista’ jikteb informazzjoni fuqu fuq xi sit elettroniku.

Tista’ ssib informazzjoni fuq il-president ta’ Malta, u fuq presidenti oħra Maltin, billi tidħol f’dan is-sit.http://president.gov.mt/biography_dr_george_abela?l=2

Tista’ ssib informazzjoni fuq kittieba Maltin billi tidħol f’dan is-sit.http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9034&l=1

Page 6: Informazzjoni Personali

Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom.

Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.

Page 7: Informazzjoni Personali

Xi suġġerimenti għall-għalliema (1)

- Tista’ tqabbad lill-istudenti jiktbu informazzjoni fuqhom stess, billi jistħajluhom xi persunaġġ importanti, jew xi ħadd fittizju.

- Tista’ tqabbadhom ifittxu f’gazzetti jew fuq l-internet u jaraw eżempji ta’ bijografiji mogħtija waqt intervisti, iqabbluhom u jaraw jekk kienx hemm l-informazzjoni kollha li kienu jixtiequ.

Page 8: Informazzjoni Personali

Xi suġġerimenti għall-għalliema (2)

- Tista’ tħejji diversi tipi ta’ formoli u tqabbad lill-istudenti jimlewhom.

- Tista’ tħejji tip ta’ ċensiment u tqabbad lill-istudenti jimlewh.

- Tista’ tgħallem lill-istudenti biex jimlew is-CV personali tagħhom.

Page 9: Informazzjoni Personali

http://malti.skola.edu.mt

Saħħa!