24
Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel bin-numru ta’ SILLABI. Dawn huma l-ismijiet tal-versi: BINARJU: vers ta’ 2 sillabi KWATERNARJU: vers ta’ 4 sillabi KWINARJU: vers ta’ 5 sillabi SENARJU: vers ta’ 6 sillabi SETTENARJU: vers ta’ 7 sillabi OTTONARJU: vers ta’ 8 sillabi NOVENARJU: vers ta’ 9 sillabi DEKASILLABU: vers ta’ 10 sillabi ENDEKASILLABU: vers ta’ 11-il sillaba TERNARJU: vers ta’ 3 sillabi

Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

bin-numru ta’ SILLABI. Dawn huma l-ismijiet tal-versi:

BINARJU: vers ta’ 2 sillabi

KWATERNARJU: vers ta’ 4 sillabi

KWINARJU: vers ta’ 5 sillabi

SENARJU: vers ta’ 6 sillabi

SETTENARJU: vers ta’ 7 sillabi

OTTONARJU: vers ta’ 8 sillabi

NOVENARJU: vers ta’ 9 sillabi

DEKASILLABU: vers ta’ 10 sillabi

ENDEKASILLABU: vers ta’ 11-il sillaba

TERNARJU: vers ta’ 3 sillabi

Page 2: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

U l-aħwa lill-aħwa, u l-omm lill-ulied, taw ħarsa mbikkija xħin telqu għall-ġlied.

S

Page 3: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Rajtek, kewkba ċkejkna, msaħħra, Dawlek jaqta’ d-dlam kemm kemm, Skiet madwarek, ħajja ħiemda, La taf niket, la taf hemm.

O

Page 4: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Benninni ħa norqod, benninni bil-ħlewwa, kull diqa nessini, nessini kull dnewwa.

S

Page 5: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Bajda bħall-ġilju, ħamra bħad-demm, tirbaħ kull għadu tirbaħ kull hemm.

K

Page 6: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Malta ma tintrebaħx: għalxejn l-għedewwa, Bil-għatx tad-demm, jaħbtu bla ħniena għaliha. Hi qed titqabad għall-ħelsien w għas-sewwa Bit-tama f’Alla – w Alla r-rebħ jagħtiha.

E

Page 7: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

O siġra tal-liedna imxabbta mat-tieqa, li miegħek kont nilgħab fil-hena u fid-dieqa;

S

Page 8: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Fost l-ilsna kollha, ja lsien pajjiżi, isbaħ u bħalek jien ma narax; ruħi mingħajrek bħal fomm imbikkem li jrid jitkellem u ma jistax.

D

Page 9: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

U l-Kotra qamet f’daqqa U għajtet: “Jien Maltija! Miskin min ikasbarni, Miskin min jidħak bija!”

S

Page 10: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Għaliex tarmih l-ilsien li tatek ommok, U titlef għaqlek wara lsien barrani? Maltija kienet l-ewwel kelma f’fommok, U bil-Malti tkellimt tifel daħkani.

E

Page 11: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

U niġri bla nieqaf lejn baħar

T

Page 12: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Xofftejk lewn il-ħbub tar-rummiena, Għajnejk kbar u suwed tutiet Tant jaqblu mal-bjuda ta’ snienek Li jnisslu mitt għira fil-bniet.

N

Page 13: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Tiftakar ħi, meta fuq bejt weħidna F’għaxja sbejħa tar-rebbiegħa tagħna, Waqt li fix-xefaq rajna x-xemx tgħid siekta, U ż-żiffa bierda kienet tfewweġ magħna.

E

Page 14: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Ħsiebi bħal għama; biex isib it-trejqa Itektek bil-għasluġ kull pass li jagħti; Jimxi qajl qajl u qatt ma jaf fejn wasal.

E

Page 15: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Int sabiħa, Malta tagħna! Mhux għax Malti nfaħħrek jien; Issemmik id-dinja kollha, Magħruf ġmielek kullimkien.

O

Page 16: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Bi rjushom imgħaddsa L-Imdina deħlin Kemm ħarġu qalbiena! Għala issa mnikktin?

S

Page 17: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Kienet lejla ta’ difa li jgħaxxaq, Qamar jiddi mill-isbaħ smewwiet; Kollox sieket mal-plajja, fuq wiċċi Fewġa ħelwa mill-oħla fewġiet.

D

Page 18: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Reġa’ Mejju, kollu ħlejju, mela l-ġonna f’qasir żmien ma’ kullimkien ward tal-Madonna.

K

Page 19: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Ir-riħ qed jonfoħ iktar minn qabel, minn ħin għal ieħor dejjem iżid:

K

Page 20: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Sabiħa t-tektika w qawwija Ta’ qalbek, għażiż żveljarin! Nistħajlek xi vrus f’poeżija Qed tqejjes bis-sengħa għall-bnedmin.

N

Page 21: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

U hekk rajt lil din l-art li nisslitni, rasha mdawra bil-qawwa tas-swar, idha mqiegħda fuq maqbad ix-xabla, S’dirha mwettaq ġol-ifrem azzar.

D

Page 22: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Għaliex immela tiċħad Malti ħija, Lil dan il-lsien li bih int Malti sewwa? Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija, Iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa.

E

Page 23: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Wara mewti Intom ħbieb, Jekk qatt fikom Jiġi l-ħsieb.

K

Page 24: Kull line tal-poeżija jissejjaħ VERS. Kull vers jitkejjel

Inti l-omm tal-akbar tjieba, Inti l-għajn ta’ kull imħabba; Fik il-qawwa, fik il-ħniena, Fik il-għerf li l-qalb ixabba’.

O