12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba L-Għaxar Sena – Rotta 3 Frar 2018 Paġna 1 minn 12 L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: ________________ GĦALL-ISTUDENTI: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. GĦALL-GĦALLIEMA: L-Iskema tal-Marki Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B Total Marka 10 4 8 8 20 15 15 80 Marka tal- istudent/a Kummenti: ______________________________________________________________________________ ______________________________________________________________________________ ______________________________________________________________________________ L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN Il-MARKI MIĠJUBA It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Rotta 3

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN...jieqfu t-torturi l-massakri tal-għasafar tal-irġiel. Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018

  • Upload
    others

  • View
    32

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 1 minn 12

L-isem u l-kunjom: ________________________________ Il-klassi: ________________

GĦALL-ISTUDENTI:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar.

GĦALL-GĦALLIEMA:

L-Iskema tal-Marki

Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B Total

Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Marka tal-

istudent/a

Kummenti:

______________________________________________________________________________

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN

Il-M

AR

KI

MIĠ

JU

BA

It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Rotta 3

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 2 minn 12

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (50 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Is-Sabar

L-istennija, iktar u iktar l-istennija fit-tul, donnha mhix fin-natura tagħna. Ilkoll nippretendu kollox

mill-ewwel, fl-inqas żmien possibbli; tagħfas buttuna u jkollok ir-riżultat. (par. 1)

Forsi għalhekk ħafna jippruvaw jaqbżu f’kull tip ta’ kju; forsi għalhekk jitilgħulna malajr u nimtlew

rabja li kultant twassal għal vjolenza u aggressjoni tant li ma nibqgħux nirraġunaw u għalhekk

niżvogaw ir-rabja fuq ħaddieħor. (par. 2)

L-għerq tar-rabja mhux biss it-traffiku kull meta nsibu ruħna f’karozza fit-triq; mhijiex biss l-

effiċjenza li nippretendu minn ħaddieħor u ma nsibux; mhix biss il-mentalità li għandna li ninqdew

mill-koxxa qabel kulħadd. Ir-rabja għandha għeruq fil-fond, fl-egoiżmu tagħna. Dawn l-għeruq tant

jinsabu ankrati fil-qalba tagħna nfusna li jwassluna biex nirraġunaw li kollox għandu jdur magħna

u kulħadd jagħmel li rridu aħna. (par. 3)

Iżda hemm sitwazzjonijiet oħra li jnisslu r-rabja fina li mhux bilfors ġejjin mill-egoċentriżmu

tagħna. Tista’ tkun is-saħħa jew in-nuqqas tagħha, jistgħu jkunu l-inkwiet jew l-azzjonijiet ħżiena

li nirċievu, in-nuqqas ta’ rażan jew l-għira għax il-borma tal-ġar tfuħ aktar minn tad-dar. U din ir-

rabja ddaħħalna f’ċirku vizzjuż li ma jħalliniex ingawdu lilna nfusna u lill-oħrajn. (par. 4)

Għalina li ngħixu flimkien f’familja, fi gruppi, f’komunitajiet,

f’soċjetà, dan hu għadu kbir. Għalkemm ngħixu flimkien u neħtieġu

lil xulxin, il-ħsieb li aħna aqwa minn kulħadd jaqtagħna mill-oħrajn,

inissel fina rabja li tneħħilna l-paċi minn qalbna u żżommna f’tensjoni

kontinwa. (par. 5)

Is-sabar u l-paċenzja jgħinuna nikkalmaw u nirraġunaw aħjar; jgħinuna biex, filwaqt li nagħrfu u

naċċettaw ir-rabja, nesprimuha b’mod tajjeb, bi kliem li ma jkabbarhiex. Meta nistabru u nieħdu

paċenzja biex nikkontrollaw mill-ġdid lilna nfusna u nieħdu r-riedni f’idejna jkollna l-qawwa biex

ninżlu fil-qalba ta’ din l-emozzjoni qawwija fina u naraw x’inhi l-kawża tagħha. Il-vjolenza u l-

aggressività jkabbru r-rabja mhux inaqqsuha. Xi ħadd għaref qal li min jimxi fuq il-ħass jissogra li

jiżloq bil-kbir! Is-sabar u l-paċenzja, imqanqlin minn rispett lejna nfusna u lejn l-oħrajn, huma l-

għodda biex nirraġunaw aħjar u niddeċiedu tajjeb anke f’sitwazzjonijiet sempliċi. Ma ninsewx li

ħajjitna hija mibnija mid-deċiżjonijiet żgħar jew kbar li nieħdu. Ikun ħafna aħjar għalina u għal

kulħadd li kieku d-deċiżjonijiet li nieħdu, neħduhom b’aktar sabar u paċenzja. (par. 6)

(Addattament ta’ artiklu meħud minn Flimkien ta’ Novembru 2016)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 3 minn 12

1A. Fehim it-Test

10

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt.

1. Skont l-ewwel paragrafu x’nuqqas għandu l-bniedem?

____________________________________________________________________________ (1)

2. Liema huwa l-fattur ewlieni li jikkawża r-rabja? (par. 3)

____________________________________________________________________________ (1)

3. Semmi żewġ sitwazzjonijiet li jnisslu r-rabja. (par. 4)

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (2)

4. X’jirrabjana u jnaqqsilna l-paċi f’qalbna? (par. 5)

____________________________________________________________________________ (1)

5. Agħti żewġ raġunijiet biex turi kif is-sabar u l-paċenzja jgħinuna nħossuna aħjar. (par. 6)

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (2)

6. Liema mġiba tkompli tkabbar ir-rabja? (par. 6)

____________________________________________________________________________ (1)

7. Agħti żewġ sitwazzjonijiet li ma jissemmewx fis-silta fejn il-bniedem jista’ juri aktar paċenzja u

sabar.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (2)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 4 minn 12

1B. Għarfien il-Lingwa

4

1. Fisser dan il-kliem skont kif inhu użat fis-silta:

a. ankrati (par. 3) - __________________________________________________________ (1)

b. egoċentriżmu (par. 4) - ____________________________________________________ (1)

2. Fisser il-qawl li jinsab fir-raba’ paragrafu “il-borma tal-ġar tfuħ aktar minn tad-dar” skont kif

inhu użat fis-silta.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (1)

3. Il-pronom mehmuż -ha fil-kelma nesprimuha (par. 6) għal xiex qiegħed jirreferi?

____________________________________________________________________________ (1)

1Ċ. Il-Grammatika

8

Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet kollha dwarha.

Moħħ Imxerred

Meta jiġi t-tifel biex ikun jista’ jkellmek, għandek tħares f’għajnejh u tieqaf biex tisimgħu. F’dak

il-mument, it-tifel ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni tiegħek. Aktar

minn hekk, taċċetta li tisma’ mingħajr ġudizzju, b’ġentilezza,

kompassjoni, kurżità ġenwina, fiduċja u paċenzja, imma

bl-attenzjoni kollha. Inkella inti tkun qed tinjora lil ibnek.

F’dan il-każ, jekk it-tifel jgħidlek li weħel f’xi eżami, ma tibdiex

tgħajru injorant u għażżien. Minflok, tgħannqu, u taċċetta li

l-marka li ġab hi dik li hi. Imbagħad, tesplora b’imħabba għalfejn

mar daqshekk ħażin. Hekk, it-tifel iħoss li inti jimpurtak minnu

ġenwinament.

(Addattament minn Moħħ Imxerred ta’ Janet Falzon mir-rivista

RM2000, Jannar 2017)

1. Aqleb din il-frażi mill-ewwel sentenza fil-perfett, “tħares f’għajnejh”.

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 5 minn 12

2. Mis-silta kollha sib:

a. Konġunzjoni magħżula li turi kuntrast: _________________________________________ (1)

b. Konġunzjoni magħquda: ____________________________________________________ (1)

3. Aqleb fil-passiv il-frażi inti tkun qed tinjora lil ibnek.

____________________________________________________________________________ (1)

4. Poġġi ħdejn it-tweġiba t-tajba: Il-verb taċċetta huwa verb:

(1)

5. Mit-tieni paragrafu, sib eżempju ta’ verb reċiproku: __________________________________ (1)

6. Qiegħed din is-sentenza fil-Futur Kontinwu: “tesplora b’imħabba għalfejn mar daqshekk ħażin”

______________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

7. Mill-ewwel paragrafu sib eżempju ta’ verb awżiljarju: _______________________________ (1)

1D. Il-Kitba Komunikattiva

8

Kitba ta’ ittra formali

Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

Ikteb bejn 60 u 80 kelma fuq wieħed minn dawn is-suġġetti li ġejjin. Niżżel l-indirizz meħtieġ u

semmi dak li huwa mitlub minnek fil-mistoqsija. Tinsiex tindika n-numru tal-mistoqsija magħżula.

Ismek: Mario/Maria Borg

L-indirizz tiegħek: 50, Triq il-Kbir, Ħal Tartan TRT 1045

L-indirizz tal-gazzetta: Ħajjet il-Malti, Triq l-Ifran, Il-Belt Valletta VLT 1454

L-indirizz tal-Kunsill Lokali: Kunsill Lokali, Triq il-Kbira, Ħal Tartan TRT 1454

a. passiv

b. riflessiv

ċ. impersonali

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 6 minn 12

(i) Jinħass il-bżonn li fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta, l-istudenti u l-għalliema tagħhom, joħolqu

xi attivitajiet biex jużaw il-Malti b’mod kreattiv. Ikteb ittra lill-editur tal-gazzetta Ħajjet il-

Malti sabiex fiha tissuġġerixxi modi differenti kif jista’ jsir dan.

JEW

(ii) Ħafna huma dawk li qed igergru dwar is-sitwazzjoni li hemm fi Triq it-Tiżwiqa. Ikteb ittra

lis-Sindku tar-raħal tiegħek sabiex tispjega x’inhi din is-sitwazzjoni u tagħti xi suġġerimenti

dwar kif tista’ tissolva din il-problema li hemm f’din it-triq.

Ikteb in-numru tal-mistoqsija li għażilt:

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 7 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 8 minn 12

1E. Il-Komponiment

20

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata.

1. Ikteb rakkont li jispiċċa b’dan il-kliem: “... u dan is-sigriet ma sar jaf bih ħadd aktar”.

2. Kull ritratt għandu storja. Agħżel ritratt li tidher fih int u rrakkonta l-istorja ta’ warajh.

3. Il-ħbieb: barka jew saħta?

4. L-internet jgħaqqad jew jifred lill-bnedmin?

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija (Bejn Ħaltejn)

15

Agħżel WAĦDA: (i) jew (ii).

(i) Aqra din is-silta mill-poeżija Refuġjata ta’ Mario Azzopardi u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Il-mara tat-tined

dik li f’idejha toħlom żerriegħa

dik li l-jiem tagħha

lkoll

eklissati

dik li tittama fis-siġar taż-żebbuġ

u ważi

fejn tħobb lil Samih tagħha

xi darba

meta f’Jenin u Hebron u Kafir

jieqfu l-interrogatorji

jieqfu t-torturi

l-massakri tal-għasafar

tal-irġiel.

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 9 minn 12

Mistoqsijiet:

1. Dwar liema problema soċjali ta’ żmienna qed jitkellem il-poeta f’din il-poeżija?

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (1)

2. Il-poeta jirreferi għar-refuġjata bħala Il-mara tat-tined. Għal liema raġuni jagħmel dan?

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (1)

3. Fiex qed tittama r-refuġjata f’din is-silta?

(i)_____________________________________________________________________________

(ii)_________________________________________________________________________ (2)

4. Fisser il-metafora eklissati fil-ħames vers.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2)

5. Liema figura tad-diskors juża l-poeta f’dawn il-versi? Spjegaha fi kliemek.

l-massakri tal-għasafar

tal-irġiel

a. Il-figura tad-diskors: __________________________________________________________ (1)

b. L-ispjegazzjoni: ________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (1)

6. X’inhi l-emozzjoni li qed iġġarrab ir-refuġjata f’din is-silta tal-poeżija? Ikkwota frażi li turi dan.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (2)

7. Fl-aħħar strofa l-poeta jagħmel indenzjoni sabiex jamplifika l-ħsieb tal-aħħar. Ikkummenta dwar

dan il-ħsieb.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (2)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 10 minn 12

8. Ikkummenta dwar il-metrika ta’ din is-silta.

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(3)

JEW

(ii) Aqra din il-poeżija Lill-Qamar Kwinta ta’ Rena Balzan u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Naf li int fqajjar mingħajr ħjiel ta’ ħajja

w li d-dawl li tarmi lewn il-fidda msawwar

lilek misluf minn ħliqa aktar setgħana;

l-ebda illużjoni ma baqagħli dwarek

għax issa nafek sewwa w m’għadnix narak

tilma u tħuf fid-dawl tal-fantasija;

’mma kif fil-għoli nilmħek qamar kwinta

issebbaħ is-smewwiet f’lejla sajfija,

ninsa dak kollu li kont għedtlek qabel

u terġa’ qalbi tfur bil-poeżija.

1. a. Liema hi l-figura tat-taħdit li l-poetessa tħaddem tul il-poeżija kollha?

____________________________________________________________________________(1)

b. Ikteb eżempju ta’ din il-figura tat-taħdit mill-poeżija.

____________________________________________________________________________ (1)

ċ. X’inhu l-effett ta’ din il-figura tat-taħdit?

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2)

2. F’din il-poeżija, Rena Balzan tbiddel l-opinjoni tagħha dwar il-qamar. Ikkummenta kif il-ħsieb u

t-ton qegħdin juru din il-bidla.

a. Il-ħsieb:

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2)

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 11 minn 12

b. It-ton:

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2)

3. Ikkummenta dwar il-metrika ta’ din il-poeżija.

______________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(3)

4. Ikkwota żewġ frażijiet/kliem negattiv/i li tuża l-poetessa fil-konfront tal-qamar.

a._____________________________________________________________________________

b.___________________________________________________________________________(2)

5. a. Sib u ikteb alliterazzjoni: ____________________________________________________ (1)

b. X’inhu l-iskop li l-poetessa għamlet użu minn dan il-mudell tal-ħoss?

______________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(1)

2B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

15

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq KARTA SEPARATA.

i. “Lil Rużann tibqa’ dejjem tħossha fik, u bil-ħarsa tagħha f’għajnejk hi tibqa’ turik u

tnebbħek, il-ħin kollu”.

Waħda mit-temi li nsibu fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann hija dik tal-kontinwità. Iddiskuti

kif din il-katina bdiet mill-imħabba ta’ bejn Mark Antonin u Rużann b’referenza għal

Karmenu.

JEW

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Għaxar Sena – Rotta 3 – Frar 2018 Paġna 12 minn 12

ii. “U l-poplu tagħna fejn kien? Fil-kotba żgur li le! Il-kotba – storja jew bijografija – kienu

tista’ tgħid, kollha fuqna, il-klassi għolja”.

Dan il-kliem qalu Mark Antonin. Tkellem dwar kif il-viżjoni tiegħu ta’ Malta f’dawk iż-

żminijiet li tikkuntrasta mal-mentalità ta’ missieru.

Ikteb in-numru tal-komponiment letterarju magħżul:

Tmiem il-Karta