21
Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju L-istress relatat max- xogħol u l-evalwazzjoni tar-riskju

L-istress relatat max-xogħol u l- e valwazzjoni tar- r iskju

  • Upload
    mervin

  • View
    67

  • Download
    2

Embed Size (px)

DESCRIPTION

L-istress relatat max-xogħol u l- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. L-istress relatat max-xogħol – kwistjoni maġġuri. L-istress huwa t-tieni l-aktar problema tas-saħħa relatata max-xogħol irrappurtata - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Kampanja Ewropea dwar

l-evalwazzjoni tar-riskju

L-istress relatat max-xogħol u

l-evalwazzjoni tar-riskju

Page 2: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-istress relatat max-xogħol – kwistjoni maġġuri

• L-istress huwa t-tieni l-aktar problema tas-saħħa relatata max-xogħol irrappurtata

• L-istress jaffettwa kważi wieħed minn kull erba’ ħaddiema ta’ l-UE

• L-istudji jissuġġerixxu li bejn 50% u 60% tal-ġranet tax-xogħol kollha mitlufa huma relatati miegħu

• L-ispiża ekonomika ta’ l-istress relatat max-xogħol (WRS) fl-UE-15 kienet ta’ madwar 20,000 miljun euro fl-2002

• In-numru ta’ persuni li jsofru mill-istress relatat max-xogħol x’aktarx li jkompli jiżdied.

Għal aktar tagħrif ara: http://osha.europa.eu/topics/stress

Page 3: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Għaliex din hija kwistjoni daqstant kbira?

Aktar u aktar nies huma affettwati mill-istress relatat max-xogħol, minħabba:

• Bidliet fid-disinn, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol

• Kuntratti prekarji• Inċertezza fl-impjieg• Żidiet fl-ammont tax-xogħol u fil-veloċità tax-xogħol • Domandi emozzjonali kbar li jsiru lill-ħaddiema• Vjolenza u turment psikoloġiku• Bilanċ fqir bejn ix-xogħol u l-għajxien.

Page 4: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

X’inhu l-istress relatat max-xogħol?

• In-nies jesperjenzaw l-istress meta jsiru konxji ta’ żbilanċ bejn:►Id-domandi mitluba minnhom u

►Ir-riżorsi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex ilaħħqu ma’ dawk id-domandi

• L-istress isir riskju għas-saħħa u s-sigurtà meta jiġbed fit-tul

• L-istress jista’ jwassal għal nuqqas ta’ saħħa fiżika u mentali.

Page 5: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Min jiġi affettwat?

• L-istress fuq ix-xogħol jista’ jaffettwa:►Lil kwalunkwe persuna fi kwalunkwe livell►Fi kwalunkwe settur ►Fi kwalunkwe daqs ta’ organizzazzjoni. 

• L-istress jaffettwa:►Is-saħħa u s-sigurtà ta’ l-individwi ►Is-saħħa ta’ l-organizzazzjonijiet►Is-saħħa ta’ l-ekonomiji nazzjonali.

• L-istress jista’ jikkomprometti s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u jikkontribwixxi għal problemi tas-saħħa oħrajn relatati max-xogħol, bħalma huma d-disturbi muskuloskeletali.

• L-istress jaffettwa b’mod sinjifikanti lill-ħaddiema ta’ kumpanija.

Page 6: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Sintomi ta’ l-istress relatat max-xogħol (1)

Fuq il-livell ta’ l-organizzazzjoni: •  Assentejiżmu•  Turnover għoli ta’ ħaddiema• Problemi dixxiplinarji • Vjolenza u turment psikoloġiku • Tnaqqis fil-produttività • Żbalji u aċċidenti• Żieda fl-ispejjeż mill-kumpens jew mill-kura tas-

saħħa

Page 7: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Sintomi ta’ l-istress relatat max-xogħol (2)

Fuq il-livell individwali:• Reazzjonijiet emozzjonali (irritabilità, ansjetà,

problemi fl-irqad, dipressjoni, ipokondrija, aljenazzjoni, għejja kbira, problemi relatati ma’ relazzjonijiet familjari)

• Reazzjonijiet konoxxittivi (issibha diffiċli biex tikkonċentra, tiftakar, titgħallem affarijiet ġodda, tieħu deċiżjonijiet)

• Reazzjonijiet ta’ mġiba (abbuż mid-drogi, alkoħol u tabakk, imġiba distruttiva)

• Reazzjonijiet fiżjoloġiċi (problemi fid-dahar, immunità mdgħajjfa, ulċeri fl-istonku, problemi fil-qalb, tensjoni emozzjonali kbira).

Page 8: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Il-Liġi – ir-responsabbiltajiet ta’ dawk li jħaddmu

• Legalment, dawk li jħaddmu huma obbligati li jiġġestixxu l-istress relatat max-xogħol sewwasew bħal kull riskju ieħor għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

• L-istress relatat max-xogħol jista’ jiġi evitat billi tittieħed azzjoni xierqa

• Iċ-ċavetta għal dan hija l-Evalwazzjoni tar-Riskju (RA)

• Dawk li jħaddmu huma obbligati legalment biex iwettqu Evalwazzjonijiet tar-Riskju regolari fuq il-post tax-xogħol.

Page 9: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

X’inhi l-Evalwazzjoni tar-Riskju?

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mill-perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:►X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara

►Jekk il-perikli jistgħux jitneħħew u, jekk le,

►X’miżuri preventivi jew protettivi għandu jkun hemm biex jikkontrollaw ir-riskji.

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-bażi għal ġestjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol li tirnexxi.

Page 10: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress (1)

• Ikun min ikun li jwettaqha (dak li jħaddem innifsu, impjegat innominat minn dak li jħaddmu u evalwatur estern), huwa essenzjali li ssir konsultazzjoni ma’ l-impjegati u li dawn jiġu involuti fil-proċess. L-impjegati:►Jafu l-post tax-xogħol tagħhom

►Huma dawk li jridu jimplimentaw kwalunkwe bidla fil-prattiċi/kondizzjonijiet tax-xogħol.

• M’huwiex possibbli li tiddetermina mis-sitwazzjoni weħidha l-ammont ta’ stress li din tista’ tikkawża.

Page 11: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress (2)

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju għall-istress tinvolvi l-istess proċessi u prinċipji bażiċi bħal dawk għal riskji oħrajn relatati max-xogħol

• Hemm diversi metodi disponibbli. Iżda għal bosta negozji, approċċ sempliċi f’ħames stadji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għandu jaħdem tajjeb u jkun biżżejjed:1. Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju2. Evalwa u agħti prijorità lir-riskji3. Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva 4. Ħu azzjoni 5. Immonitorja u irrevedi

Page 12: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (1)

Il-fatturi li wieħed għandu jfittex fir-rigward ta’ l-istress jinkludu:

• Ammont ta’ xogħol eċċessiv jew espożizzjoni għal perikli fiżiċi

• Kemm għandhom kontroll il-ħaddiema fil-mod ta’ kif iwettqu xogħolhom

• Jekk il-ħaddiema jifhmux l-irwoli tagħhom• Relazzjonijiet, li jkopru kwistjonijiet bħall-fastidju u l-

vjolenza• X’appoġġ hemm mill-kollegi u l-maniġers, u• X’tip ta’ taħriġ għandhom bżonn il-ħaddiema biex

iwettqu l-kompiti tagħhom.

Page 13: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (2)

• Aħna lkoll vulnerabbli, jiddependi mill-pressjoni li nkunu taħtha fi kwalunkwe ħin partikolari

• Il-fatturi li ġejjin jistgħu jgħinu biex jiġi ddeterminat min jew liema gruppi ta’ ħaddiema huma l-aktar fir-riskju:►Assentejiżmu, turnover għoli ta’ ħaddiema,

komunikazzjoni aggressiva, aċċidenti, problemi psikoloġiċi, problemi ta’ saħħa u ilmenti mill-ħaddiema eċċ.

• Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju miżjud, eż. ħaddiema b’diżabilitajiet, ħaddiema emigranti, ħaddiema żgħar u dawk akbar fl-età.

Page 14: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 2: Evalwa u agħti prijorità lir-riskji

• Evalwa r-riskji li jitfaċċaw mill-perikli identifikati billi tikkunsidra:►Kemm huwa probabbli li tali periklu jikkawża ħsara

►Kemm huwa probabbli li tkun serja dik il-ħsara

►Kemm spiss (u kemm bħala ammont) il-ħaddiema jkunu esposti għar-riskju

• Poġġi r-riskji f’ordni ta’ importanza • Uża l-lista biex tfassal pjan ta’ azzjoni.

Page 15: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (1)

• Il-prevenzjoni tal-konsegwenzi ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol hija aħjar mir-reazzjoni għalihom ladarba dawn jokkorru.

• Iċ-ċavetta għall-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol tinsab fl-organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol.

• Il-miżuri effettivi fil-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol jinkludu:►Li l-ħaddiema jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu l-

kompiti tagħhom►Li jiġu pprovduti deskrizzjonijiet ċari ta’ l-impjiegi►Li l-ħaddiema jiġu ppremjati għal prestazzjoni tajba►Li l-ħaddiema jitħallew jagħmlu l-ilmenti tagħhom u li dawn

jiġu kkunsidrati b’mod serju►Li l-ħaddiema jingħataw kontroll fuq il-ħidma tagħhom.

Page 16: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (2)

Il-miżuri effettivi fil-prevenzjoni ta’ l-Istress Relatat max-Xogħol jinkludu wkoll li:

• Jitnaqqsu r-riskji fiżiċi• L-ħaddiema jitħallew jipparteċipaw f’deċiżjonijiet li

jaffettwawhom• L-ammonti tax-xogħol jitqabblu mal-kapaċitajiet u r-riżorsi ta’

kull ħaddiema• Ix-xogħlijiet jiġu ddisinjati b’tali mod li jistimulaw lill-ħaddiema• Ir-responsabbiltajiet u l-irwoli tax-xogħol jiġu definiti b’mod ċar• Jiġu pprovduti opportunitajiet għal interazzjoni soċjali, u• Tiġi evitata l-ambigwità fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-impjieg u

ta’ l-iżvilupp tal-karriera.

Page 17: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 4: Ħu azzjoni

• Implimenta miżuri preventivi u protettivi.

• L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: ►Min jagħmel x’hiex

►Sa meta għandha titlesta biċċa xogħol

►Il-mezzi allokati sabiex jiġu implimentati l-miżuri.

Page 18: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Stadju 5: Immonitorja u irrevedi

• Għandha tiġi mmonitorjata l-effettività tal-miżuri preventivi meħuda biex jipprevjenu jew inaqqsu l-Istress Relatat max-Xogħol

• L-evalwazzjoni għandha tiġi riveduta:►Kull meta jokkorru bidliet sinjifikanti fid-disinn, l-

organizzazzjoni u l-ġestjoni tax-xogħol

►Jekk il-miżuri preventivi fis-seħħ ikunu insuffiċjenti jew mhux aktar adegwati

►Fuq bażi perjodika biex tassigura li r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju għadhom rilevanti.

Page 19: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Irreġistra l-Evalwazzjoni

• L-Evalwazzjoni tar-Riskju għandha tiġi rreġistrata

• Tali reġistru jista’ jintuża sabiex:►L-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-persuni konċernati

(ħaddiema, rappreżentanti tas-sigurtà, maniġers eċċ)

►Jiġi evalwat jekk ġewx introdotti l-miżuri meħtieġa

►Tiġi prodotta evidenza għall-awtoritajiet superviżorji

►Jiġu riveduti l-miżuri f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

Page 20: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

Minn fejn tista’ tikseb l-għajnuna?

• Fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli li jistgħu jservu ta’ għajnuna: ►Sezzjoni fuq l-internet ta’ WRS, inklużi pubblikazzjonijiet u

eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-UE: http://osha.europa.eu/topics/stress

►Sezzjoni fuq l-internet ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju, inklużi għodda u checklists ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju:

http://osha.europa.eu/topics/riskassessment►Tagħrif dwar l-Istress Relatat max-Xogħol speċifikament

għall-SMEs:

http://sme.osha.europa.eu/products/stress_at_work►Tagħrif dwar il-kampanja ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju:

http://hw.osha.europa.eu

Page 21: L-istress relatat max-xogħol  u  l- e valwazzjoni tar- r iskju

http://hw.osha.europa.eu

Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija

Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju