Upload
nguyenliem
View
222
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012
Parroċċa San Bastjan, Qormi
Laqgħa mat-tfal u Quddiesa
L-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012
Parroċċa Kristu Salvatur, Lija
Quddiesa
Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 2012
Katidral tal-Imdina fis-6.30 p.m.
Pussess bħala kanonku tal-Katidral
Mumenti ta’ talb
Tberik tal-Insinji Pontifikali
Baklu rigal mill-parroċċa ta’ Ħal-Lija
Ċurkett rigal mill-Arċidjoċesi ta’ Malta
Mitra rigal minn komunità ta’ sorijiet
li tagħhom kien kappillan f’Ruma
Salib rigal tal-familja
Ħinijiet tal-wasla fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
9.15 a.m. Wasla tal-E.T. Mons. Pawlu Cremona o.p. u
Monsinjur Charles J. Scicluna
9.20 a.m. Wasla tal-Prim Ministru
9.25 a.m. Wasla tal-E.T. il-President tar-Repubblika
L-Em. Tiegħu Prospero Kardinal Grech
L-Em. Tiegħu Cormac Kardinal Murphy O’Connor
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Gerhard Ludwig Mueller
Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Tommaso Caputo
Nunzju Appostoliku għal Malta
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Ġużeppi Mercieca
Arċisqof emeritu ta’ Malta, Isqof ko-ordinanti
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex, Isqof ko-ordinanti
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċ. Luis F. Ladaria Ferrier
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċ. Joseph Augustine di Noia
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċ. Arthur Roche
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċ. Salvatore Cordileone
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Robert Deeley
L-Eċċ. Tiegħu Mons. Silvestru Magro
Ir-rit tal-Ordinazzjoni jibda wara l-qari tal-Evanġelju bil-kant
tal-Veni creator.
L-isqof-elett, assistit minn żewġ saċerdoti jitwassal quddiem Monsinjur Arċisqof Paul Cremona u jitolbu biex jordna
lill-Monsinjur Charles J. Scicluna bħala Isqof.
Interessanti l-kliem li jgħid dan is-saċerdot: “Ommna l-Knisja Mqaddsa titolbok tordna lil dan huna għall-ħidma
tal-episkopat.” L-għażla hi esklussivament tal-knisja. Sa qabel il-konċilju Vatikan II kien hemm xi nazzjonijiet li kellhom privileġġi biex jagħżlu jew jinnominaw, kandidati għall-uffiċċju Episkopali.
Monsinjur Arċisqof jitlob biex jinqara l-mandat appostoliku,
jiġifieri ittra iffirmata mill-Papa li tinnomina lill-Monsinjur
Charles J. Scicluna, Isqof titulari ta’ San Leone u Isqof
Awżiljarju ta’ Malta. F’din l-ittra Monsinjur Scicluna jingħata
wkoll il-permess li jiġi ordnat barra l-belt ta’ Ruma.
Benedittu Isqof Qaddej tal-Qaddejja ta’ Alla lill-iben għażiż Charles Jude Scicluna, mill-kleru tas-sede metropolitana ta’ Malta, s’issa Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, maħtur Awżiljarju tal-istess Arċidjoċesi Maltija u fl-istess ħin magħżul Isqof titulari ta’ San Leone, saħħa u benedizzjoni appostolika.
Il-Venerabbli Ħuna Pawlu Cremona Dumnikan, Arċisqof Metropolita ta’ Malta, minħabba l-ħtiġijiet pastorali tal-Knisja afdata lilu, dan l-aħħar talab Isqof Awżiljari. Aħna mela, ir-Ragħaj Suprem tal-Merħla tal-Mulej, ħsibna li nilqgħu bil-qalb it-talba tal-istess Arċisqof ħabrieki.
U għalhekk għażiż Iben tagħna, billi int, li int imżejjen bid-doti meħtieġa tal-moħħ u tal-qalb u li inti espert, fost l-oħrajn, fil-materji ekkleżjali, u li, kif nafu tajjeb aħna stess, s’issa ħdimt b’ġieħ fis-Sede Appostolika ta’ Pietru fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, ġejt misjub idoneju biex tħaddan dan l-uffiċċju għall-ġid tal-Komunità li evanġelizza l-Appostlu San Pawl, wara li smajna l-parir tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, bis-Setgħa tagħna Appostolika naħtruk Awżiljarju tas-Sede Metropolitana Maltija u fl-istess ħin ninnominawk Isqof titulari ta’ San Leone bid-drittijiet u d-dmirijiet kollha marbuta mad-dinjità episkopali u ma’ dan l-inkarigu.
Nagħtuk permess li tircievi l-ordinazzjoni barra l-Belt ta’ Ruma
mingħand Isqof Kattoliku skont il-Liġijiet liturġiċi wara li tkun għamilt il-professjoni tal-Fidi u tkun ħadt il-ġurament tal-fedeltà lejna u lejn is-suċċessuri tagħna, skont il-kanoni qaddisa.
Għażiż iben tagħna, ħu ħsieb li waqt li ssegwi l-eżempju ta’ qdusija ta’
San Pawl u ta’ San Ġorġ Preca, u magħqud b’komunjoni fraterna
mar-Ragħaj tal-Arċidjocesi ta’ Malta, taqdi dmirek ta’ Awżiljarju billi
tħaddan bil-qawwa l-imħabba, is-sultana tal-virtujiet kollha.
Id-doni tal-Ispirtu Paraklitu, bl-interċessjoni tal-Beata Verġni Marija,
ikunu għalik ta’ għajnuna u jibqgħu dejjem iferrħuk biex tkun tista’ ssir
Qaddej dehen ta’ Kristu li hu “Fidil u Veru” (Apok. 19,11).
Mogħti f’Ruma, minn San Pietru, fis-sitt jum ta’ Ottubru tas-sena
tal-Mulej elfejn u tnax, it-tmin sena tal-Pontifikat tagħna.
Benedittu Papa XVI.
Franciscus Bruno, Protonotarju Appostoliku.
Sede veskovili f’Kalabrija li twaqqfet fis-seklu XIV u ġiet soppressa fl-1571.
Fost l-Isqfijiet li kellhom it-titlu ta’ San Leone nsibu
lis-Segretarju tal-Beatu Ġwanni Pawlu II, il-Kardinal Stanislaw Dziwisz (mis-7 ta’ Frar 1998 sat-3 ta’ Ġunju 2005, meta kien innominat Arċisqof ta’ Krakovja) u l-Kardinal Malti Prospero Grech (mis-18 ta’ Jannar 2012 sat-18 ta’ Frar 2012).
• Archbishop Paul Cremona, O.P. (2007) • Archbishop Joseph Mercieca (1974) • Archbishop Michael Gonzi † (1924) • Archbishop Mauro Caruana, O.S.B. † (1915) • Rafael Cardinal Merry del Val y Zulueta †
(1900) • Mariano Cardinal Rampolla del Tindaro †
(1882) • Edward Henry Cardinal Howard † (1872) • Carlo Cardinal Sacconi † (1851) • Giacomo Filippo Cardinal Fransoni †(1822) • Pietro Francesco Cardinal Galeffi † (1819) • Alessandro Cardinal Mattei † (1777) • Bernardino Cardinal Giraud † (1767)
• Pope Carlo della Torre Rezzonico † (1743) • Pope Prospero Lorenzo Lambertini † (1724) • Pope Pietro Francesco (Vincenzo Maria)
Orsini de Gravina, O.P. † (1675) • Paluzzo Cardinal Paluzzi Altieri Degli
Albertoni † (1666) • Ulderico Cardinal Carpegna † (1630) • Luigi Cardinal Caetani † (1622) • Ludovico Cardinal Ludovisi † (1621) • Archbishop Galeazzo Sanvitale † (1604) • Girolamo Cardinal Bernerio, O.P. † (1586) • Giulio Antonio Cardinal Santorio † (1566) • Scipione Cardinal Rebiba †
Wara l-omelija, quddiem il-Knisja, l-Isqof elett iwiegħed:
• li bl-għajnuna ta’ Alla jixtieq jaqdi dan il-ministeru sal-mewt;
• irid ixandar b’fedeltà l-Evanġelju;
• iħares it-tagħlim tal-Knisja;
• jibni l-Knisja f’għaqda mal-Isqfijiet;
• fedeltà u ubbidjenza lejn il-Papa;
• jaħdem flimkien mas-saċerdoti u d-djakni għall-ġid
tal-poplu ta’ Alla biex imexxih fit-triq tal-qdusija;
• li jkun ħanin u twajjeb mal-fqar;
• li jkun ragħaj tajjeb li jfittex in-nagħga l-mitlufa;
• li jitlob għall-poplu ta’ Alla u li jaqdi l-ħidma ta’ Isqof bla għajb.
L-Isqof-elett jinxteħet wiċċu fl-art għall-kant tal-Litanija. Hawnhekk il-knisja fuq l-art tingħaqad mal-Knisja fis-sema biex issejjaħ il-grazzja divina fuq l-elett.
Il-qofol tar-rit tal-Ordinazzjoni jikkonsisti fit-tqegħid tal-idejn u fit-talba tal-konsagrazzjoni. L-Isqof elett imur quddiem l-Arċisqof Paul Cremona, u dan fis-skiet iqiegħed idejh fuq ras Monsinjur Charles Scicluna. Warajh jagħmlu l-istess l-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca u l-E.T. Mons. Mario Grech u l-Isqfijiet u l-Kardinali kollha preżenti.
Il-ġest tat-tqegħid tal-idejn hu antik
ħafna. Għandu l-għeruq tiegħu fit-Testment il-Qadim. Mosé, fuq
ordni ta’ Alla, għażel lil Ġozwé bħala suċċessur tiegħu. Iċ-ċerimonja kienet sempliċi ħafna - tqegħid tal-idejn. L-effetti tar-rit huma kbar. Naqraw li wara l-mewt ta’ Mosé “deher Ġożwé mimli bl-Ispirtu tal-għerf, għax Mosé kien qiegħed idejh fuqu.”
F’dan il-ġest naraw il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li tingħata għall-qadi tal-ministeru episkopali.
L-Arċisqof Cremona
jieħu l-ktieb tal-Evanġelju u
jqiegħdu miftuħ fuq ras il-magħżul.
Dan il-ġest ifisser:
• L-Isqof irid jisma’ b’attenzjoni l-Kelma
• L-Isqof hu qaddej umli tal-Evanġelju.
It-talba hi maqsuma f’4 partijiet:
Invokazzjoni – jiġifieri insejħu lil Alla l-Missier.
Anamnesis - jiġifieri nfakkru ġrajjiet kbar li Alla għamel
magħna fil-passat. Sa mit-Testment il-Qadim Alla ta lill-poplu tiegħu mexxejja u saċerdoti biex flimkien joffru lill-Missier tas-sema foħrija u tifħir.
Epiklesis - Tingħad mill-isqfijiet kollha. Hawnhekk nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jinżel fuq il-magħżul.
Interċessjoni - talb biex l-Isqof jaqdi l-missjoni tiegħu kif jixraq.
L-Arċisqof Pawlu Cremona jidlek ras l-Isqof il-ġdid biż-żejt tal-griżma. Sa miż-żmien it-Testment il-Qadim dawk kollha
magħżula minn Alla biex jaqduh fit-twettiq tal-pjan tas-salvazzjoni kienu jiġu midluka biż-żejt. Iż-żejt ifuħ tal-griżma jfisser il-ġmiel tal-konsagrazzjoni u tas-sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu.
L-Isqof il-ġdid jingħata l-ktieb tal-Evanġelju – għax hu xandar
per eċċellenza tal-Kelma.
Fl-antik iċ-ċurkett kien
jingħata għal tliet raġunijiet:
a. b’sinjal ta’ ġieħ b. biex jimmarka d-dokumenti
uffiċċjali c. b’sinjal tal-għerusija tal-Isqof mad-djoċesi tiegħu.
Il-formula liturġika li tintuża
llum tesprimi l-fedeltà tal-Isqof lejn il-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu.
Il-Mitra tfisser il-ħerqa li għandu jkollu l-Isqof biex jimxi ’l quddiem fit-triq tal-qdusija.
Il-baklu jfakkar u jfisser li
l-Isqof hu ragħaj li jrid jieħu
ħsieb il-merħla.
L-Isqof il-ġdid, bl-ordinazzjoni sar jagħmel parti mill-Kulleġġ
Episkopali, għalhekk
l-Arċisqof Cremona jistieden
lill-Isqof Charles J. Scicluna
biex isib postu fost l-isqfijiet
l-oħra.
Il-bewsa tfisser l-għaqda li teżisti bejn
l-isqfijiet, l-aktar fit-talb, fil-fidi, u fi Kristu li
sejħilhom għal dan il-ministeru u riedhom bħala suċċessuri tal-appostli jkunu maqgħuda miegħu u bejniethom, u mal-isqof ta’ Ruma.
Fl-aħħar tal-Quddiesa, qabel il-barka tal-aħħar, l-Isqof il-ġdid, waqt li jitkanta t-Te Deum, jinżel ibierek lin-nies.