96
Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija tat-Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa Bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea 2016

Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

  • Upload
    others

  • View
    14

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

Manwal EJTN

dwar il-Metodoloġija

tat-Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa

Bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea

2016

Page 2: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

2

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

DAĦLA

Dan il-Manwal huwa sforz konġunt biex jiġbor fil-qosor is-sejbiet dwar l-aħjar prattiċi

Ewropej fil-metodoloġija għat-taħriġ ġudizzjarju u qed jipprova jgħin kollegi f’istituzzjonijiet

ta’ taħriġ nazzjonali fil-ħidma tagħhom fl-ippjanar ta’ programmi ta’ taħriġ

metodoloġikament. Huwa għandu wkoll l-għan li jagħti parir lil min iħarreġ dwar it-tfassal u

l-għotja ta' sessjonijiet ta’ taħriġ b’varjetà kbira ta’ metodi ta' taħriġ, biex b’hekk

effettivament u effiċjentement jintlaħqu l-għanijiet ta’ taħriġ.

Ma sar l-ebda studju dwar xi aspetti interni speċifiċi (xi kultant jintużaw in-noti ta' qiegħ il-

paġna sabiex tingħata deskrizzjoni qasira f'dan ir-rigward), għaliex ġie meqjus illi ma kienx

se jkun ta' għajnuna biex jiġu trattati kwistjonijiet li ma jippreżentaw l-ebda valur miżjud

għall-maġġoranza tal-ħarrieġa ġudizzjarji u organizzaturi tat-taħriġ fil-35 istituzzjonijiet

membri tal-EJTN. L-aħjar prattiċi deskritti hawn jistgħu jservu biss bħala linja gwida utli

għall-oħrajn jekk l-isfida metodoloġika partikulari teżisti mill-inqas f’numru kbir ta’ Stati

Membri.

Sa mill-bidu tal-attivitajiet tiegħu, l-EJTN kellu mandat wiesa’ biex iħarreġ il-persuni li

jħarrġu fil-qasam ġudizzjarju. Intlaħaq qbil, irrispettivament minn kulturi ġudizzjarji differenti

fost l-Istati Membri tal-UE, li “t-taħriġ fil-qasam ġudizzjarju” jfisser it-taħriġ ta’ imħallfin kif

ukoll tal-prosekuturi pubbliċi.

Kien hemm fehma komuni li t-taħriġ ġudizzjarju jinkludi taħriġ inizjali għall-imħallfin u

prosekuturi futuri, taħriġ ta' introduzzjoni għall-imħallfin u prosekuturi li jkunu għadhom

kemm inħatru u taħriġ kontinwu fuq il-post tax-xogħol għall-imħallfin u l-prosekuturi bl-

esperjenza.

Fl-aħħar nett, instab li huwa prerekwiżit li “t-taħriġ ġudizzjarju” ma jinkludix biss għarfien

legali u ġudizzjarji, iżda wkoll kull tip ta’ għarfien (multidixxiplinari), bil-ħiliet u abbiltajiet

tajba li għandu jkollhom imħallef u prosekutur għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tagħhom. Dan

l-approċċ wiesa’ kien mifhum bħala konsegwenza naturali tal-fatt li l-EJTN għandu l-għan li

jippromwovi u jxerred metodoloġiji ta’ taħriġ ġudizzjarju modern, u mhux biss il-kontenut ta’

programmi ta’ taħriġ jew attivitajiet ta’ taħriġ.

Fir-rigward tal-aspett ta’ min iħarreġ, kien hemm ukoll l-inċentiv komuni li din il-kategorija

tinftiehem f’sens wiesa’. L-ewwel u qabel kollox, il-“ħarrieġa” huma l-lekċerers, il-kelliema,

il-prattikanti, l-esperti, l-għalliema tal-imġiba, eċċ. li jippjanaw, ifasslu u jwettqu s-

sessjonijiet ta’ taħriġ.

Iżda minħabba l-istrutturi organizzattivi differenti ħafna ta' taħriġ ġudizzjarju tal-35

istituzzjonijiet membri tal-EJTN , l-irwol importanti ħafna tat-taħriġ tal-

organizzaturi/amministraturi — kemm ġewwa u barra l-istituzzjonijiet nazzjonali tat-taħriġ

ġudizzjarju — ma jistax jiġi injorat. Ir-responsabbiltà ta' dawn il-persuni fl-ippjanar

kunċettwali tajjeb ta’ programm ta’ taħriġ komprensiv fuq ċertu perjodu ta’ żmien, u għall-

organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ individwali, neċessarjament timplika l-ħtieġa għal

Page 3: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

3

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

għarfien fil-fond ta’ metodoloġija ta’ taħriġ ġudizzjarju moderna. Fil-fatt, dawn il-kompiti ta’

spiss jikkoinċidu.

Instab ili l-isfidi fl-implimentazzjoni ta' metodoloġija moderna ta’ taħriġ ġudizzjarju huma-

indipendentement mill-istrutturi u l-kulturi differenti ta’ taħriġ ġudizzjarju fl-istituzzjonijiet

membri tal-EJTN- l-istess kullimkien. Irriżulta li l-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ

ġudizzjarju kollha qiegħdin, pereżempju, jiffaċċjaw id-diffikultà li jaħarbu minn sempliċi

lekċers tradizzjonali u l-isfida minflok li jiġu promossi l-interattività u l-varjazzjoni fil-metodi.

Ħarrieġ ġudizzjarju tajjeb bil-ħiliet didattiċi meħtieġa jara r-rwol tiegħu fuq kollox ikun

sabiex jiffaċilità l-iskambji orjentati lejn il-prattika bejn il-parteċipanti u biex jippromwovi t-

tagħlim permezz tat-trasferiment ta’ esperjenzi. It-trainees ikunu jistgħu jtejbu l-għarfien

professjonali tagħhom, il-kapaċitajiet u l-ħiliet fuq inizjattiva tagħhom stess. Għaldaqstant,

ħarrieġ ġudizzjarju tajjeb jeħtieġ li jkollhu għarfien u esperjenza vasta fl-implimentazzjoni

ta’ varjetà ta’ ħtiġijiet ta’ taħriġ moderni.

L-użu adegwat ta’ għodod ta’ tagħlim elettroniku f’ambjenti ta’ tagħlim adattati huwa sfida

oħra fejn bħalissa l-Ewropa għadha xi ftit jew wisq fil-bidu.

Hija x-xewqa u l-intenzjoni tal-EJTN li tkompli u tintensifika aktar din it-triq lejn strateġija

koerenti u fit-tul, li hija ċentrali għall-iżvilupp u t-titjib ta’ taħriġ ġudizzjarju ta’ kwalità għolja

fl-Ewropa.

Brussell, Jannar 2016

Page 4: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

4

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

DAĦLA 2

Kapitolu 1: IR-RWOLI U L-KOMPETENZI TAL-ĦARRIEĠ MAL-ĠUDIKATURA 6

IR-RWOL TA' MIN IĦARREĠ IL-ĠUDIKATURA 8

KOMPETENZI ........................................................................................................................................................................................ 9

Kapitolu 2: L-IPPJANAR TA PROGRAMM TA' TAĦRIĠ 12

PRINĊIPJU Nru 1. Kull programm ta’ taħriġ għandu jkun orjentat lejn il-ħtiġijiet. 15

I.1. Valutazzjoni Kontinwa tal-Ħtiġijiet ................................................................................................................................. 15

I.2. L-involviment tal-partijiet konċernati affetwati fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ............................................ 16

I.3. L-użu ta’ dejta ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-ippjanar fil-ħin.......................................................................... 17

I.4. Rispons għal Ħtiġijiet Urġenti ta’ Taħriġ ...................................................................................................................... 18

PRINĊIPJU Nru 2: Kull programm ta’ taħriġ għandu jagħmel użu minn varjetà ta’ formati ta’ taħriġ. L-

approċċ għandu jkun “imfassal apposta” 18

II.1. Taħriġ Inizjali għall- Imħallfin jew Prosekuturi li għadhom kif ġew maħtura ................................... 19

II.2. Taħriġ Marbut mal-Liġi ................................................................................................................................................. 20

II.3. Approċċ Multidixxiplinari u Interdixxiplinari għat-Taħriġ .......................................................................... 20

II.4. Taħriġ Interattiv ibbażat fuq il-Ħiliet...................................................................................................................... 21

II.5. It-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew .................................................................................................................................. 21

II.6. Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni .................................................................................................................................. 22

PRINĊIPJU Nru 3 L-integrazzjoni ta’ ppjanar orjentat lejn il-ħtiġijiet f'qafas kunċettwali ġenerali. 22

Kapitolu 3: TFASSIL U METODI MODERNI TA' TAĦRIĠ 24

I. Ħarsa ġenerali lejn il-prinċipji ta' tagħlim parteċipatorju, fuq stili differenti ta' tagħlim għall-adulti,

dwar il-prinċipji tal-andragoġija. 26

I.1. Paragun bejn approċċi ta’ taħriġ tradizzjonali u parteċipattiv.................................................................. 26

I.2. Il-Mudell Kolb għall-Istili ta' Taħriġ għall-Adulti .............................................................................................. 27

I.3. Il-Prinċipji tat-Tagħlim għall-Adulti ........................................................................................................................ 28

II. Spjegazzjoni dettaljata ta’ varjetà ta’ metodi ta’ taħriġ partikolarment adatti għat-taħriġ ġudizzjarju.

30

II.1. L-iskambju ta’ ideat (brainstorming) ...................................................................................................................... 31

II.2. L-akkumulazzjoni tal-ideat (pyramiding) ............................................................................................................. 32

II.3. Tekniki li jibdew id-diskussjoni (Icebreakers) ..................................................................................................... 33

II.4. Preżentazzjonijiet ............................................................................................................................................................. 33

II.5. L-alternanza bejn Lekċers u Ħidma fi grupp ........................................................................................................ 37

II.6. Dibattitu ................................................................................................................................................................................ 38

II.7. Seduti ta’ Smigħ Simulati u Eżerċizzji ta’ Logħob ta' Rwol ........................................................................... 39

II.8. WIRJIET PrattiĊI ................................................................................................................................................................ 40

II.9. Is-Soluzzjoni tal-Problemi: Is-Seba’ Stadji ta’ Analiżi tal-Problema ........................................................ 41

II.10. Studji ta' Każijiet ............................................................................................................................................................... 41

II.11. Eżerċizzji Esperjenzjali ................................................................................................................................................... 42

II.12. Feedback ................................................................................................................................................................................ 43

II.13. Tagħrif minn qabel ........................................................................................................................................................... 44

Eżempju: Qafas għal Kors Imfassal fi Tmien Stadji ......................................................................................................... 45

III. Training in the Workplace 46

III.1. L-Ambjent tax-Xogħol tal-Imħallfin u Prosekuturi Moderni ........................................................................ 46

Page 5: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

5

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

III.2. Tutoring jew Mentoring ................................................................................................................................................. 47

III.3. Superviżjoni ......................................................................................................................................................................... 48

III.4. Intervision (Superviżjoni minn Kollegi) .................................................................................................................. 49

IV. L-Użu tat-Teknoloġija Moderna 50

IV.1. Taħriġ ibbażat fuq it-Teknoloġija u t-Tagħlim Imħallat ................................................................................ 50

IV.2. Il-Metodu ta' Laqgħat Virtwali ................................................................................................................................... 51

V. It-Tfassil Modern tat-Taħriġ fit-Taħriġ inizjali 51

V.1. Tagħlim fi Gruppi .............................................................................................................................................................. 52

V.2. Tutoring / Mentoring ...................................................................................................................................................... 52

V.3. It-Tagħlim Elettroniku u t-Tagħlim Imħallat ...................................................................................................... 53

V.4. Esperjenzi barra l-pajjiż għall-Iskopertà tar-Realtà Esterna hekk kif tirrelata mal-Ġudikatura

(Externships) ...................................................................................................................................................................................... 53

Konklużjoni 54

Kapitolu 4: L-ORGANIZZAZZJONI TA' AVVENIMENT TA' TAĦRIĠ 56

Il-Passi li Għandhom Jiġu Segwiti mill-Organizzaturi tat-Taħriġ. ............................................................................ 57

Il-Preparazzjoni ta’ Avveniment ta’ Taħriġ; 60

I.1. L-għażla u t-tħejjija tal-ħarrieġa ............................................................................................................................... 60

I.1.1. Studju ta' Każ .......................................................................................................................................................................... 61

I.2. Tħejjija ta’ Materjal ta’ Taħriġ.................................................................................................................................... 62

I.3. L-Għażla tal-Parteċipanti .............................................................................................................................................. 65

Il-Fażi ta' Implimentazzjoni ta' Programm ta' Taħriġ 66

II.1. L-Ewwel Impressjoni Tgħodd! ..................................................................................................................................... 66

II.2. L-Ambjent tat-Tagħlim ................................................................................................................................................... 67

II.3. Tagħmir ................................................................................................................................................................................. 67

II.4. Avvenimenti Kulturali ..................................................................................................................................................... 68

II.5. L-Avveniment ta' Taħriġ u d-"Dinja Esterna" ...................................................................................................... 68

II.6. Dokumenti Uffiċċjali......................................................................................................................................................... 69

III. Wara l-avveniment ta' Taħriġ 70

III.1. Kompiti għall-Organizzatur tat-Taħriġ.................................................................................................................. 70

III.1.1.Għoti ta' informazzjoni preliminari ........................................................................................................................... 70

III.1.2. Il-Kwestjonjaru tal-Evalwazzjoni. ..................................................................................................................... 70

III.1.3.Ir-Rapport. ........................................................................................................................................................................... 71

III.1.4.Iċ-Ċirkolazzjoni tar-Riżultati ........................................................................................................................................ 71

III.1.5. In-Networking fil-Komunità Professjonali ............................................................................................................. 72

Kapitolu 5: AVVENIMENTI STORIĊI FL-EVALWAZZJONI 73

I.1. L-inkwadrar tal-kunċett ta' evalwazzjoni għal ambjent li jdur madwar il-parteċipant .............. 76

I.2. Il-Kit ta' evalwazzjoni ................................................................................................................................................. 82

TAQSIMA II 87

II.1. Aspetti speċifiċi għall-Valutazzjoni tat-Taħriġ Inizjali u l-Evalwazzjoni .............................................. 87

II.2. Tipi ta' Valutazzjonijiet .................................................................................................................................................. 87

RIKONOXXIMENTI 92

GLOSSARJU 95

Page 6: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

6

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kapitolu 1:

IR-RWOLI U L-KOMPETENZI

TAL-ĦARRIEĠ MAL-ĠUDIKATURA

Il-prattika hija l-aktar parti iebsa fit-taħriġ,

u t-taħriġ huwa l-essenza tat-trasformazzjoni

Ann Voskamp

Dan il-kapitolu huwa intiż għal dawk kollha li huma interessati fit-taħriġ u l-qsim ta’ prattiki

tat-taħriġ, professjonisti involuti fit-taħriġ, il-ħarrieġa, l-organizzaturi tat-taħriġ u dawk kollha

li jieħdu d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam.

Il-mistoqsijiet li dan il-Kapitolu għandu l-għan li jwieġeb huma:

X’inhu r-rwol tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju fit-trawwim tal-

kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ tal-UE?

X’inhu r-rwol ta’ min iħarreġ lill-ġudikatura?

Liema kompetenzi għandu jkollhu prattikant biex ikun ħarrieġ?

F'din il-gwida hemm prattiċi tajba u promettenti?

In-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN): It-Trawwim tal-Kooperazzjoni fost l-

Istituzzjonijiet Nazzjonali ta’ Taħriġ tal-UE u l-Kondiviżjoni ta' Prattiċi ta’ Taħriġ

Minn mindu twaqqaf bħala entità legali privata (organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ)

taħt il-liġi Belġjana fl-2003, l-għan tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

kien li jirrifletti fuq standards u kurrikula ta’ taħriġ għall-membri tal-ġudikatura tal-pajjiżi tal-

UE, jikkoordina skambji u programmi konġunti ta’ taħriġ ġudizzjarju u biex irawwem il-

kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali tal-istati Membri tal-EJTN. L-EJTN

jaħdem fi tliet oqsma prinċipali: l-iskambji u l-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu stess, attivitajiet

nazzjonali koordinati min-netwerk, u attivitajiet li jiffukaw fuq it-trawwim tal-kooperazzjoni fl-

iżvilupp ta’ metodoloġija ta’ taħriġ.

Fuq il-livell Ewropew, diversi istituzzjonijiet transfruntiera ta’ taħriġ direttament

jamministraw taħriġ legali u ġudizzjarju, pereżempju l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA) fi

Trier, jew iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati fil-Lussemburgu, fergħa tal-Istitut

Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, l-EIPA. Madankollu, dan huwa pjuttost parti żgħira

tat-taħriġ ġudizzjarju fl-Ewropa kollha. Il-biċċa l-kbira tat-taħriġ jingħata mill-istituzzjonijiet

nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju tal-35 istituzzjonijiet membri tal-EJTN (u minn xi

universitajiet). Barra minn hekk, l-EJTN, il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Kunsill tal-

Ewropa (KtE)1 itejbu, jippromwovu u jrawmu l-kooperazzjoni u n-netwerking bejn l-

istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju.

Il-Kunsill tal-UE tenna li l-EJTN "jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jikkoordina, permezz tal-

1 Fil-qasam ta’ netwerking fuq livell legali u ġudizzjarju, il-Kunsill tal-Ewropa jaġixxi pereżempju permezz tal-Kunsill

Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej (CCJE), il-Kunsill Konsultattiv ta’ Prosekuturi Ewropej (CCPE), in-Netwerk ta’

Lisbona - illum inkorporat fil-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) - u permezz tan-Network

għall-Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-Professjonisti Legali (HELP).

Page 7: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

7

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

membri tiegħu, attivitajiet nazzjonali ta’ taħriġ u biex jiżviluppa opportunità ta’ taħriġ

transfruntier għall-imħallfin u l-prosekuturi" (2014/C 443/04).

Il-mira tradizzjonali ta’ dan in-netwerking fuq diversi livelli huwa li trawwem sinerġiji bejn l-

attivitajiet li jseħħu f’pajjiżi differenti, biex jinqasmu l-prattiċi ta’ taħriġ, u b’hekk tipprovdi

qafas għal imħallfin u prosekuturi - u l-ħarrieġa tagħhom - biex joħolqu proġetti konġunti. Il-

viżjoni hija li tippermetti lill-imħallfin u l-prosekuturi minn sfondi legali, kulturali u lingwistiċi

differenti sabiex jiksbu kapaċitajiet,ħiliet u għarfien permezz ta’ ambjent fejn jingħata taħriġ

ta’ kwalità għolja.

Hemm dimensjoni oħra ta’ kooperazzjoni, madankollu, li saret aktar u aktar importanti tul

dawn l-aħħar għoxrin sena: L-istrumenti tal-liġi tal-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’

deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji ċivili u kummerċjali, u d-deċiżjoni qafas dwar il-Mandat ta’

Arrest Ewropew huma indikaturi ċari li l-ġejjieni tal-ġudikaturi Ewropej huwa li jiffurmaw

spazju Ewropew wieħed ta’ libertà u ġustizzja bbażat fuq il-fiduċja reċiproka. Dan kien

ikkonfermat espliċitament mill-Programm ta’ Stokkolma tal-2010 ambizzjuż tal-Kunsill

Ewropew dwar “Ewropa miftuħa u Sigura għas-Servizz u l-Protezzjoni taċ-Ċittadini”.2

Huwa ċar fil-Programm ta’ Stokkolma li l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri hija

prerekwiżit indispensabbli għall-ħolqien ta’ dan l-ispazju miftuħ. Il-Komunikazzjoni tal-2011

tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma3

enfasizzat b’mod ċar li l-mira ta' "Inkattru l-fiduċja fil-ġustizzja Ewropea” tagħti “dimensjoni

ġdida lit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew”. U l-Opinjoni tal-2011 tal-Parlament Ewropew dwar

“It-taħriġ Ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea””4 ssegwi eżattament l-istess

mudell. Wieħed mill-għanijiet ambizzjużi ħafna u konkreti tal-Programm ta’ Stokkolma

huwa li nofs il-professjonisti legali (l-avukati nklużi) jkunu mħarrġa fil-liġi Ewropea sal-2020.

Jekk allura hemm qbil li t-taħriġ ġudizzjarju huwa fattur kruċjali għall-implimentazzjoni ta’

spazju komuni Ewropew ta’ ġustizzja u libertà msejjes fuq il-fiduċja reċiproka, allura l-

kwalità tal-ħarrieġ ġudizzjarju awtomatikament tidħol fis-seħħ, bil-ħarrieġ naturalment parti

konċernata ewlenija fil-garanzija tal-kwalità tat-taħriġ ġudizzjarju. Madankollu, ma jidhirx

eċċessiv li jingħad li hemm dubji serji li l-istrumenti Ewropej “tradizzjonali” ta’ kooperazzjoni

u netwerking fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju bħal pereżempju l-organizzazzjoni regolari ta’

konferenzi intergovernattivi, il-kitba ta' għodod ta’ tagħlim elettroniku liġi esklussivament

ibbażati fuq l-għarfien (mhux sempliċiment kotba elettroniċi), eċċ. tassew saħħew il-fiduċja

reċiproka fost il-professjonisti legali tal-Ewropa fuq skala wiesgħa.

Konsegwentement, forsi l-akbar kisba u mertu tal-EJTN sa mill-ħolqien tiegħu fl-2000

2 Il-Kunsill Ewropew (2010), Il-Programm ta’ Stokkolma: Ewropa Miftuħa u Sigura għas-Servizz u l-Protezzjoni taċ-

Ċittadini, KE (2010/C 115/1), Brussell.

3 Kummissjoni Ewropea (2011), Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Inkattru l-

fiduċja fil-ġustizzja Ewropea: Dimensjoni ġdida għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew”, COM (2011) 511 final, Brussell.

4 Parlament Ewropew — Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni (2011), Taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-Unjoni

Ewropea, PE 453.198, Brussell. Ara wkoll l-Opinjoni tal-CCJE Nru. 4, para. 16. Hija tiddikjara b’mod espliċitu li t-

taħriġ ġudizzjarju huwa “ ta' interess pubbliku”.

Page 8: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

8

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

huwa li, permezz ta’ għadd ta’ testi u attivitajiet, prodotti minn gruppi ta’ ħidma u gruppi

tematiċi ta’ esperti, żviluppa serje ta’ attivitajiet li — filwaqt li jħarsu l-“indipendenza” tat-

taħriġ mill-politika partiġjana u l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-

konfront ta’ netwerk li jorganizza ruħu għal rasu ta’ partijiet ikkonċernati nazzjonali rilevanti

fil-qasam — jiffokaw kompletament fuq it-trawwim u l-promozzjoni tal-fiduċja reċiproka fost

dawk li jeżerċitaw il-professjoni ġudizzjarja, inkluż min iħarreġ, fl-Istati Membri. Id-diversi

programmi ta’ skambju individwali u kollettivi għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-ħarrieġa

ġudizzjarji li fihom ħadu sehem eluf ta’ parteċipanti mit-28 pajjiż fil-frattemp huma storja ta’

suċċess.

U taħt il-patroċinju tal-Grupp ta’ Ħidma “Programmi”, diversi sottogruppi ta' ħidma

pproduċew u għadhom jipproduċu ħafna formati ta’ taħriġ interattiv ta' suċċess dwar diversi

suġġetti relatati ma’ kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera f’każijiet ċivili, kriminali u

amministrattivi (inkluż il-liġi kostituzzjonali).

Dawn jinkludu l-eks Sottogrupp “Ħarreġ lil min Iħarreġ” iffukat fuq l-approċċi ffukati fuq il-

parteċipanti, li jħares lejn ir-rwol u l-kompetenzi tal-ħarrieġ ġudizzjarju fl-Ewropa. Bħalissa

l-Grupp ta' Ħidma “Metodi ta' Taħriġ Ġudizzjarju”, li beda l-mandat tiegħu fl-2015, żamm il-

metodoloġija tat-taħriġ bħala l-għan prinċipali tiegħu. Il-membri tiegħu huma konvinti li

għarfien modern tar-rwol u l-kompetenzi tal-ħarrieġa fit-trattament ta’ metodoloġiji ta’ taħriġ

huwa l-qofol għal aktar titjib u għall-bini ta’ fiduċja reċiproka fost dawk l-Ewropej li

jeżerċitaw il-professjoni ġudizzjarja.

IR-RWOL TA' MIN IĦARREĠ IL-ĠUDIKATURA

Il-prinċipji magħrufa u ġeneralment aċċettati ta’ tagħlim għall-adulti huma t-trejqa li twassal

għall-għarfien tar-rwol tal-ħarrieġ ġudizzjarju.

Minflok jaffronta jew anki jitfa piż żejjed fuq parteċipanti purament passivi u reattivi

b’ammont sostanzjali ta’ għarfien teoretiku, il-ħarrieġ għandu jiffaċilità l-iżvilupp

professjonali ta’ mħallfin u prosekuturi (futuri) b'mezzi prattiċi li juru r-rilevanza tal-

kwistjonijiet mgħallma. Dan l-approċċ jintuża l-aktar biex jidentifika l-ħtiġijiet tal-istudenti

adulti biex itejjeb sostanzjalment il-kapaċitajiet professjonali, il-ħiliet u l-għarfien tagħhom.

Dan għandu jkun mifhum b’mod wiesa’, peress li jmur sew lil hinn minn kwistjonijiet legali u

ġudizzjarji.

Il-kunċett rikorrenti ta’ “Tagħlim tul il-Ħajja” jeħtieġ illi l-imħallfin u l-prosekuturi jisfidaw

kontinwament l-għarfien professjonali, il-ħiliet u l-imġiba tagħhom. F’dinja ġudizzjarja li

tinbidel malajr, mhemm xejn li wieħed jista' jaħlef fuqu. Għalhekk, rwol importanti ħafna ta'

min iħarreġ lill-ġudikatura huwa li jgħin lill-parteċipanti “jinsew dak li tgħallmu u jerġgħu

jitgħallmuh” kif ipoġġiha Alvin Toffler (ara l-kwotazzjoni sħiħa fil-bidu ta’ Kapitolu 3).

Huwa konsegwenza naturali tal-ideat u kunċetti msemmija hawn fuq li fl-għażla ta’ min

iħarreġ, għandhom jiġu vvalutati l-ħiliet ta' tagħlim u didattiċi tagħhom, u mhux biss l-isfond

professjonali, l-anzjanità, il-pubblikazzjonijiet, eċċ tagħhom. L-imħallef jew prosekutur bi

sfond xjentifiku u professjonali stabbiliti sew mhux bilfors ikun ħarrieġ tajjeb.

Page 9: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

9

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Għaldaqstant, il-ħarrieġa għandhom jiġu vvalutati minn qabel skont il-kompetenzi meħtieġa

għat-taħriġ attwali fil-qasam ta’ kompetenza ġuridika. Wieħed irid jammetti li valutazzjoni

xierqa minn qabel ma tistax teskludi kompletament ir-riskju li ħarrieġa xierqa jinstabu

permezz ta’ “prova”, iżda tista’ tnaqqas il-fattur ta' inċertezza għolja li tinsab fl-għażla

każwali ta’ ħarrieġ fuq il-bażi tal-informazzjoni li għadha suġġettiva.

Dwar il-pożizzjoni professjonali u statutorja ta’ dawk li jipprovdu t-taħriġ meħuda mill-

ġudikatura, huwa importanti li jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol normali. It-taħriġ huwa

strument fundamentali għall-indipendenza u l-awtonomija tal-ġudikatura. Ħiliet

professjonali, kapaċitajiet u għarfien żviluppati tajjeb ħafna huma essenzjali mhux biss biex

jingħataw deċiżjonijiet tajba u korretti, iżda wkoll għall-pożizzjonament korrett tal-imħallfin u

l-prosekuturi fis-soċjetà.

KOMPETENZI

Meta ssir analiżi tal-kompetenza ta’ ħarrieġ fil-ġudikatura, għandhom jitqiesu l-

għarfien, il-ħiliet, l-attitudnijiet u l-valuri promossi fil-ġudikatura. Ħarrieġ ġudizzjarju

tajjeb - li jista’ jkun prattikant mill-ġudikatura, kemm jekk ikun xi ħadd minn fost l-

akkademiċi jew minn dixxiplina jew professjoni oħra- għandhu ċertament ikollu mill-

inqas għarfien bażiku dwar kif l-imħallfin u l-prosekuturi “jaħdmu u jaħsbu”, jiġifieri li

jrid ikun jaf l-istandards u l-valuri etiċi professjonali tagħhom.

Konsegwentement, ħarrieġ ġudizzjarju tajjeb l-ewwel u qabel kollox għandu jkollu

kompetenzi metodoloġiċi minbarra ħakma tajba tas-suġġett u attitudni xierqa lejn il-

professjoni.

Mingħajr l-integrazzjoni xierqa ta' sessjoni ta’ taħriġ f’dan l-ambjent ġuridiku speċifiku -

indipendenza, grad għoli ta’ professjonaliżmu, l-obbligazzjoni ta’ riżerva u kunfidenzjalità

— il-messaġġ tal-ħarrieġ jirriskja li jitqies bħala artifiċjali u b'hekk jiġġenera kritika min-naħa

tal-parteċipanti. Iżda minbarra din il-karatteristika importanti tal-ġudikatura, l-imħallfin u l-

prosekuturi jikkondividu bżonnijiet speċifiċi li l-andragoġija identifikat għat-tipi kollha ta’

studenti adulti. Għaldaqstant, ħarrieġ ġudizzjarju tajjeb għandu jkollu l-kompetenzi

metodoloġiċi, soċjali u psikoloġiċi li ġejjin:

Ħiliet ta' interazzjoni ma’ mħallfin u prosekuturi bħala persuni kapaċi u

indipendenti;

Kapaċi joħoloq ambjent ta’ tagħlim pjaċevoli u pożittiv li fih l-apprendisti jħossu li

huma l-protagonisti;

B’mod attiv jinvolvi l-apprendisti kemm jista’ jkun, inkluż li b’sottilità jiġbed b’mod

partikolari l-parteċipanti mhux konvinti jew imwarrba;

Li jfassal strateġiji ta’ tagħlim u tgħallim individwalizzati li jippermettu taħriġ

imfassal apposta għal kull Imħallef;

Juża varjetà wiesgħa ta’ metodi u tekniki interattivi, orjentati lejn il-prattika u

sperimentali (diskussjonijiet, gruppi żgħar, simulazzjonijiet, attivitajiet għas-

soluzzjoni tal-problemi, jew studji ta’ każijiet eċċ);

Page 10: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

10

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Irawwem u jsaħħaħ il-kapaċità ta’ ħidma f’tim;

Jara illi l-apprendisti jkunu kapaċi jġibu ruħhom b’mod effettiv f'sitwazzjonijiet

reali;

Iqajjem il-potenzjal sħiħ ta’ kull parteċipant;5

Jagħti feedback kostruttiv u ffukat tajjeb li jippermetti reazzjoni immedjata; kif

ukoll

Biex jagħti spinta lill-motivazzjoni tal-apprendisti permezz ta' stimoli interni

(pereżempju x-xewqa għal żieda fis-sodisfazzjon fix-xogħol, l-istima personali).

Madankollu, tibqa’ l-mistoqsija prinċipali. Kif nistgħu niżguraw, fl-ambjent speċifiku ta’

istituzzjoni nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju, illi l-kriterji għall-għażla ta’ min iħarreġ bl-aqwa

kompetenzi metodoloġiċi li jiggarantixxu l-ogħla kwalità possibbli ta’ taħriġ huma

implimentati sew u b’mod sostenibbli? X'aktarx illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija

marbuta mal-ambjent ġuridiku kkonċernat u konsegwentement mal-perspettiva nazzjonali

dwar ir-reklutaġġ u l-proċeduri tal-għażla.

Għalhekk, dan il-manwal huwa opportunità biex tkompli tinqasam l-esperjenza fost

dawk li jipprovdu t-taħriġ u l-esperti minn skejjel u istituzzjonijiet differenti.

L-approċċ ta’ dan il-Manwal huwa ta’ natura empirika, jiġifieri huwa ffokat fuq prattiki

Ewropej f’dan il-qasam.

Fi ħdan l-I“studju dwar l-Aħjar Prattiki fit-Taħriġ tal-Imħallfin u l-Prosekuturi” (Lot Nru 1),

proġett iffinanzjat mill-UE, Laboratorju ta’ Esperti tal-EJTN fassal definizzjoni tal-aqwa

prattiki fit-taħriġ ġudizzjarju fl-Ewropa. Iktar milli diskussjoni dwar l-aħjar prattiki f’sens

strett, il-Laboratorju ta’ Esperti jissuġġerixxi li jintuża l-kunċett ta’ “prattiki tajba jew

promettenti”, kunċett li huwa adattat ħafna għall-approċċ li jinsab fil-Manwal.

Id-definizzjoni ta’ “prattika tajba jew promettenti” fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju tinkludi:

1. Il-kapaċità tagħha li effettivament tiġi trasferita lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn;

2. Il-punt sa fejn twassal għall-innovazzjoni jew iġedded (anki tispira) prattiki ta’

taħriġ eżistenti u stabbiliti biex issaħħaħ l-esperjenza ta' tagħlim tal-imħallfin u l-

prosekuturi;

3. Il-kapaċità tal-prattika biex tadatta għaċ-ċirkostanzi kulturali, soċjali, ekonomiċi u

reliġjużi differenti li fihom joperaw is-sistemi ġudizzjarji differenti madwar l-UE;

dan jimxi id f’id ma’ fehim tal-approċċi u s-soluzzjonijiet ta’ pajjiż ieħor mhux

bħala theddida għas-sistema propja tal-pajjiż konċernat, iżda verament bħala

“valur miżjud”;

4. L-eżistenza ta' provi ċari li din tissodisfa ħtieġa ta’ taħriġ artikulat.

Dawn il-karatteristiċi huma utli għall-finijiet ta’ dan il-manwal. Huwa għandu l-għan li jagħti,

5 Dan skont il-metodu filosofiku maieutics kif żviluppat minn Socrates aktar minn 2,000 snin ilu. Bħal qabla li tgħin biex

twelled tarbija, il-kompitu tal-ħarrieġ huwa li jiffaċilita l-preżentazzjoni ta’ ideat minn moħħ apprendist b’serje ta’

mistoqsijiet pertinenti jew inċentivi oħra.

Page 11: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

11

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

b’mod prattiku, ħafna eżempji prattiċi għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, dawk li jħarrġu, l-

organizzaturi tat-taħriġ, id-diretturi tal-korsijiet, eċċ., il-metodi moderni għal:

ippjanar;

l-għoti ta’ taħriġ,

l-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ taħriġ,

l-evalwazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ ġudizzjarju.

Għandu jiġi nnutat ukoll li prerekwiżit għall-implimentazzjoni xierqa tal-aħjar prattiki ta'

pajjiż ieħor fis-sistema proprja ta' pajjiż ieħor huma diskussjonijiet interni minn qabel u

taħriġ personalizzat dwar is-suġġett inkwistjoni. L-implimentazzjoni individwalizzata ħafna

drabi ma tagħmilx sens.

Kif muri permezz tal-mappa bil-kulur fil-bidu ta’ kull kapitlu, ibda bl-ewwel kapitolu, hemm

kronoloġija involuta u din hija orjentata miċ- “iċ-ċiklu tal-ħajja tat-taħriġ”.

Għalhekk:

l-ippjanar ta’ kurrikulu ibbażat fuq valutazzjoni tal-bżonnijiet (Kapitolu 2),

permezz ta' tfassil modern ta’ avvenimenti ta’ taħriġ u sessjonijiet individwali

(Kapitolu 3)

l-organizzazzjoni tal-avveniment (Kapitolu 4),

sal-kwistjoni ta' evalwazzjoni xierqa li għandha tagħti wkoll ideat dwar taħriġ futur

(Kapitolu 5),

Dan huwa l-vjaġġ professjonali li għalih qed nistiednuk.

Page 12: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

12

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kapitolu 2:

L-IPPJANAR TA

PROGRAMM TA' TAĦRIĠ 6

"Agħtini sitt siegħat biex inqatta' siġra,

u l-ewwel erba' siegħat inqattahom insonn il-mannara".

Abraham Lincoln

Dan il-Kapitolu huwa maħsub għal dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet li huma involuti fl-

ippjanar ta’ skola, organizzazzjoni jew istituzzjoni ta’ taħriġ. TIl-maniġers, l-amministraturi u

l-organizzaturi tat-taħriġ huma partikolarment fil-mira tal-awturi. TIl-ħarrieġa u l-prattikanti

jistgħu jibbenefikaw ukoll minn din l-informazzjoni ta’ sfond iżda l-Kapitolu mhuwiex

orjentat lejn il-kompiti speċifiċi tagħhom.

Il-mistoqsijiet li dan il-Kapitolu għandu l-għan li jwieġeb huma:

Għalfejn l-ippjanar huwa daqshekk dipendenti fuq il-bżonnijiet tal-benefiċjarji, l-

imħallfin u l-prosekuturi?

Program ta’ taħriġ iddisinjat apposta (għażla ta’ formati differenti ta’ taħriġ) huwa

ta' interess fl-istadju ta’ ppjanar? Kif nistgħu norbtu l-ħtiġijiet identifikati bil-format

xieraq ta' taħriġ?

X’inhuma l-benefiċċji tal-formati ta' taħriġ deskritti?

Liema huma l-varjabbli prinċipali fit-tfassil ta’ kurrikulu ta’ taħriġ f’istituzzjoni?

It-twettiq ta' programmi ta’ taħriġ intern kontinwu għal aktar minn 150,000 imħallef u

prosekutur f’attwalment 28-il Stat Membru tal-UE u għal imħallfin u prosekuturi futuri

mhuwiex għan fih innifsu. Ammont dejjem jiżdied ta’ xogħol, riformi leġiżlattivi frekwenti, u

l-kumplessità dejjem tikber tal-proċeduri ġudizzjarji minħabba (r) evoluzzjonijiet tekniċi u

bidliet soċjali kbar jfissru illi l-islogan “Tagħlim tul il-Ħajja” huwa okkorrenza normali għall-

membri kollha tal-korp ġudizzjarju.

L-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju reġjonali, nazzjonali u Ewropej għandhom ir-

responsabbiltà importanti tal-ippjanar u l-organizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’

taħriġ. M’għandhomx biss jiġu ppjanati iżda jaqblu mal-bżonnijiet ta’ mħallfin u prosekuturi

futuri jew dawk li huma diġa mħallfin u prosekuturi. L-iffaċilitar tat-tagħlim fl-edukazzjoni

tal-adulti bl-aħjar mod possibbli jiddependi ħafna fuq l-ippjanar u l-iddisinjar tat-taħriġ.

Il-proċess ta’ ppjanar f’istituzzjoni ta’ taħriġ moderna għandu jsegwi tliet prinċipji:

L-EWWEL PRINĊIPJU: Kull programm ta’ taħriġ għandu jkun orjentat lejn il-

ħtiġijiet;

IT-TIENI PRINĊIPJU: Kull programm ta’ taħriġ għandu jagħmel użu minn varjetà

6 It-terminu Programm ta' Taħriġ huwa użat wkoll għal Kurrikulu ta' Taħriġ

Page 13: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

13

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

ta’ formati ta’ taħriġ. L-approċċ għandu jkun “imfassla apposta” 7

IT-TIELET PRINĊIPJU: Ippjanar orjentat lejn il-ħtiġijiet għandu jiġi inkorporat

f’qafas kunċettwali ġenerali kif muri fid-dijagramma8 t’hawn taħt:

7 Programm imfassal apposta jirreferi għall-għażla ta’ format ta’ taħriġ skont il-bżonnijiet tal-parteċipanti. Fl-istess ħin,

dan jirreferi għall-kontenut u l-metodu magħżul skont il-profil tal-grupp ta' apprendisti.

8 It-tabella għandha kodiċi tal-kulur differenti f’kull kapitolu. Il-kodiċi tal-kulur jirreferi għall-karatteristiċi analizzati f’kull

kapitolu. L-“aħmar” huwa l-kulur li juri liema elementi qed jiġu analizzati u ppreżentati b’mod dettaljat għal skopijiet

speċifiċi.

Page 14: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

14

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

It-tnax-il stadju ppreżentat fit-tabella ta’ hawn fuq għandhom diversi saffi li jinvolvi partijiet

1. Id-definizzjoni tal-Għan tat-Tagħlim u t-Taħriġ

2. L-iffissar tal-Għanijiet Ewlenin tat-Taħriġ

3. L-Analiżi tal-Kompiti

4. It-Twaqqif tal-Programm ta' Taħriġ / L-Objettivi Ġenerali tal-Kurrikulu

5. It-Twaqqif ta' Kriterji ta' Evalwazzjoni

6. L-Għażla tal-Istrumenti ta' Evalwazzjoni

7. Il-Klassifika tal-Objettivi tal-Programm ta' Taħriġ

(importanza/kumplessità)

8. It-Tfassil tal-Korsijiet

L-għażla u t-taħriġ tal-Ħarrieġa

Tfassil tal-Kors: a. Stabbilixxi l-Objettivi

tal-Kors b. Għażel il-Kontenut tal-

Kors

c. Iffinalizza l-Kontenut tal-Kors

d. Għażel il-Metodi ta' Taħriġ

e. Ippjana għall-Feedback

(Evalwazzjoni tal-objettivi tal-kors)

9. L-Għażla u l-Kitba tal-Materjal tal-Kors

10. L-Irfinar tal-Kors (skeda ta' ħin, eċċ.)

L-għażla tal-parteċipanti

11. L-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu/Programm ta' Taħriġ

12. L-Evalwazzjoni tal-Proċess u tar-Riżultati

Page 15: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

15

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

konċernati differenti: amministraturi tat-taħriġ, l-organizzaturi, il-ħarrieġa jew il-benefiċjarji

tal-programm ta’ taħriġ. Din hija r-raġuni għaliex se jiġi analizzat minn perspettivi differenti

permezz ta' kapitoli differenti.

PRINĊIPJU NRU 1.

KULL PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦANDU JKUN ORJENTAT

LEJN IL-ĦTIĠIJIET.

Huwa importanti li l-korpi tal-ippjanar jiżviluppaw l-aħjar prattiki rigward l-isfidi ewlenin tal-

proċess tal-ippjanar relatati ma’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet9. Dawn huma:

1. valutazzjoni kontinwa tal-ħtiġijiet;

2. konsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti, bħas-soċjetà ċivili, l-akkademja u

gruppi ta’ interess speċjali dwar il-benchmarking ta’ kriterji ta’ żvilupp tal-

kurrikulu;

3. proċess ta’ ppjanar effiċjenti ikun skont l-iskadenzi;

4. il-ħtieġa urġenti għal rispons rapidu għal ħtiġijiet ta’ taħriġ.

I.1. VALUTAZZJONI KONTINWA TAL-ĦTIĠIJIET

Kompitu importanti ta’ kwalunkwe istituzzjoni tat-taħriġ ġudizzjarju huwa li tidentifika u

tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ taħriġ reali tal-Imħallfin fil-kariga.

Kif turi t-tabella organizzazzjonali fil-bidu ta’ dan il-Kapitolu “fiċ-ċiklu tal-ħajja tat-taħriġ”, l-

ippjanar ta’ programm ta’ taħriġ li jikseb l-għanijiet neċessarjament jirrikjedi valutazzjoni u

analiżi profonda u minn qabel tal-ħtiġijiet imwettqa minn diversi angoli. Dan huwa

importanti għaliex:

objettivi konkreti ta’ taħriġ jistgħu jiġu definiti biss jekk jiġu identifikati minn qabel

l-ambjent u l-isfond ġudizzjarju speċifiku tal-grupp fil-mira potenzjali.

kriterji ta’ evalwazzjoni għal programm ta’ taħriġ — jew ta' avveniment ta’ taħriġ

speċifiku fi ħdan il-programm ta’ taħriġ — jistgħu jiġu definiti sewwa biss meta l-

għanijiet realistiċi tat-taħriġ — li jirriflettu l-ħtiġijiet reali ta’ mħallfin jew

prosekuturi — jiġu stabbiliti minn qabel.

evalwazzjoni xierqa (li tmur lil hinn minn sempliċi “folji ta' sodisfazzjoni”)

tippermetti li jsiru konklużjonijiet dwar il-ħtiġijiet reali tat-taħriġ ta’ dawk li

attendew għal avveniment ta’ taħriġ.

9 Kwistjonijiet baġitarji / finanzjarji (tariffi tal-ispiker, ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ.) tħallew barra bi skop, anki

jekk dawn huma naturalment ta’ importanza essenzjali fil-bini ta’ kurrikulu xieraq. Fil-fatt, dawn il-fatturi tant

jiddependu fuq l-ambjent domestiku rispettiv illi jidher li huwa prattikament impossibbli li jiġu stabbiliti standards

Ewropej komuni. Sponsorjar minn donaturi pubbliċi jew privati — mifruxa f’xi partijiet tal-Ewropa — u l-impatt

potenzjali tagħhom fuq il-kontenut tat-taħriġ ikompli jżid mal-kumplessità. Barra minn hekk, kwistjonijiet finanzjarji u

baġitarji huma diffiċilment fl-isfera ta’ influwenza tal-organizzaturi tat-taħriġ u l-ħarrieġa, li jiġġustifika t-tneħħija ta’ dan

is-suġġett f’Manwal dwar l-aħjar prattiki fit-“Taħriġ għal min iħarreġ”.

Page 16: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

16

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

IL-METODI TA' VALUTAZZJONI. Għalhekk, huma rakkomandati firxa ta' metodi ta'

valutazzjoni tal-ħtiġijiet,

bħal pereżempju:

L-istħarriġ li jsir fil-qrati u s-servizzi tal-prosekuzzjoni;

Kwestjonarji ppreżentati matul avveniment ta’ taħriġ;

L-osservazzjonijiet u l-identifikazzjoni ta’ kompiti tipiċi fi ħdan il-ġudikatura u l-

iżvilupp sussegwenti ta’ profili tal-impjiegi;

Diskussjonijiet regolari dwar l-iżvilupp tal-karriera mal-prim imħallfin/kapijiet tal-

prosekuzzjoni f’intervisti ma’ imħallfin/prosekuturi.

Stħarriġ u kwestjonarji huma għodod utli biex jinkiseb fehim inizjali tal-ħtiġijiet tat-taħriġ fi

ħdan il-ġudikatura. Madankollu, ma jkoprux l-istampa kollha. Ftehim komprensiv u

affidabbli ta’ valutazzjoni u analiżi tal-ħtiġijiet jirnexxi jew le skont l-involviment ta’ dawk

responsabbli għall-iżvilupp tal-persunal f’amministrazzjonijiet ġudizzjarji u/jew

f’istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali, u — iktar importanti — fil-qrati u fis-servizzi tal-

prosekuzzjoni.

Fil-fatt, amministrazzjonijiet ġudizzjarji u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ li l-ewwel jidentifikaw il-

kompiti potenzjalment differenti ħafna tal-imħallfin u l-prosekuturi tat-tipi kollha, u li

mbagħad ifasslu kunċett ta’ żvilupp professjonali (“profil tax-xogħol”) għal kull wieħed minn

dawn il-kompiti (għarfien meħtieġ, kapaċitajiet meħtieġa, ħiliet meħtieġa), jagħtu kontribut

siewi għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ kemm tal-gruppi kif ukoll tal-individwi.

I.2. L-INVOLVIMENT TAL-PARTIJIET KONĊERNATI AFFETWATI FIL-VALUTAZZJONI TAL-ĦTIĠIJIET

Minn perspettiva formali, l-ippjanar ta’ programmi fl-istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju

Ewropej, nazzjonali u reġjonali jaqa’ taħt il-mandat ta’ kumitat ta’ tmexxija, bord ta' tmexxija

(maniġerjali), bord tad-diretturi, jew simili. Dawn il-korpi jiddeċiedi fuq kurrikulu li jkun:

ta' kull sitt xhur,

annwali,

darbtejn f’sena.

Dawn normalment jinkludu membri minn diversi livelli u speċjalizzazzjonijiet tal-ġudikatura

domestika, kif ukoll membri mill-ministeri jew dipartimenti tal-ġustizzja u - fejn dawn jeżistu

- ta’ kunsilli ġudizzjarji superjuri maħtura ex officio.

APPROĊĊI DIFFERENTI FL-IPPJANAR. Fl-istadju attwali tal-ippjanar, skejjel differenti

għandhom approċċi differenti:

1. F’ċerti każijiet, il-korp jivvalida biss għadd ta’ miżuri ta’ taħriġ maħsuba minn

qabel minn grupp pjuttost żgħir ta' esperti fl-organizzazzjoni tat-taħriġ u ħarrieġa

(jekk ikun hemm ħarrieġa full time).

2. Jista’ jkun hemm sitwazzjoni fejn il-membri tal-korp għandhom ukoll rwol deċiżiv

u sostanzjali fl-ippjanar konkret tal-kontenut u l-metodi tal-kurrikulu li jmiss.

Page 17: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

17

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

3. F’xi każijiet, min iħarreġ full-time jiġġestixxi t-tfassil u l-ippjanar tat-taħriġ.

RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL PROĊESS TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET.

Indipendentement mill-proċessi attwali tat-tfassil u t-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kompożizzjoni

“ċċentrata fuq il-ġustizzja" tal-korpi involviet riskji li ppromovew ċerta agħma meta ġew biex

jiġu identifikati nuqqasijiet inerenti tas-sistema ġudizzjarja u l-ħtiġijiet korrispondenti ta’

taħriġ. Għalhekk:

il-kontribut tas-soċjetà ċivili

u l-akkademiċi

jista’ jkun sors ta’ riflessjoni partikolarment utli hekk kif it-tfassil tal-programm ta’ taħriġ

jimxi ‘l quddiem.

Jekk, f’ċirkostanzi domestiċi partikolari, huwa diffiċli li jsir djalogu bħal dan, allura stħarriġ

jew stħarriġ tal-opinjoni pubblika mwettaq fuq il-kwalità tal-ġustizzja u l-livell ta’ fiduċja li

huma mogħnija biha l-imħallfin u l-prosekuturi jista’ jikkostitwixxi sors indirett ta' valur għall-

ippjanar ta’ kurrikuli.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet professjonali tal-imħallfin u l-prosekuturi

(ibbażati fuq sħubija volontarja) jistgħu jikkontribwixxu ideat importanti,

speċjalment fir-rigward tat-taħriġ fuq kunċetti ta’ riforma (de legeferenda) għall-

ġudikatura. Il-perspettiva infurmata ta' ġewwa tagħhom, iżda minn pożizzjoni

barra l-politika u l-politiki ta’ amministrazzjoni(jiet) ġudizzjarja/i — dwar suġġetti

bħal dik tal-awtogovernanza ġudizzjarja, l-etika ġudizzjarja jew proċedimenti

dixxiplinarji — jistgħu jgħinu b’mod sinifikanti biex issaħħaħ il-possibilità ta’

taħriġ.

I.3. L-UŻU TA’ DEJTA TA’ VALUTAZZJONI TAL-ĦTIĠIJIET U L-IPPJANAR FIL-ĦIN

IL-ĦIN BĦALA RIŻORSA FL-IPPJANAR. L-ippjanar ta' programm ta’ taħriġ koerenti,

komprensiv u varjat jeħtieġ ammont sinifikanti ta’ ħin. Il-ħtiġijiet ta’ taħriġ identifikati jridu

jiġu rikonċiljati ma’ realtajiet finanzjarji u infrastrutturali, jiġifieri iridu jsiru għażliet, iridu jiġu

definit suġġetti speċifiċi u l-gruppi destinatarji ta’ avvenimenti ta’ taħriġ (sew jekk korsijiet

residenzjali jew webinars jew sempliċement sessjonijiet ta’ tagħlim elettroniku individwali),

il-kontenut tal-kurrikulu irid jiġi adottat mill-korp kompetenti msemmi qabel, u jridu jiġu

allokati ħinijiet għal kull avveniment ta’ taħriġ.

Il-kurrikulu għandu jiġi ffinalizzat fi żmien raġonevoli qabel l-ewwel avveniment ta’ taħriġ,

għaliex l-ippjanar dettaljat ta’ attivitajiet ta’ taħriġ speċifiċi — sew jekk f’forma ta’ tagħlim

mill-bogħod jew residenzjali- jieħu ħafna ħin. L-ġħodod ta’ taħriġ ibbażat fuq l-internet

għandhom jitfasslu minn esperti, u normalment ħafna kelliema jew ħarrieġa mpenjati

mmens li huma mfittxija ħafna jeħtieġ li jiġu reklutati għal korsijiet residenzjali. Barra minn

hekk, is-sejħa għall-applikazzjonijiet mill-grupp xieraq l-aħjar tiġi mnedija mhux aktar tard

minn erba’ jew ħames xhur qabel is-sessjoni ta’ taħriġ, minħabba li l-imħallfin u l-

prosekuturi għandhom it-tendenza li jkollhom skeda ta’ żmien stretta ħafna b'seduti ta'

smigħ il-qorti ħafna drabi ffissati minn bosta xhur qabel.

Page 18: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

18

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

I.4. RISPONS GĦAL ĦTIĠIJIET URĠENTI TA’ TAĦRIĠ

GĦALFEJN SITT XHUR BIL-QUDDIEM? Il-qofol sostanzjali ta’ kurrikulu għandu jiġi ffissat tal-

anqas sitt xhur qabel iseħħ l-ewwel avveniment ta’ taħriġ sabiex:

ikun hemm tnedija kif suppost tas-sejħa għall-applikazzjonijiet

isir ir-reklutaġġ tal-ħarrieġa għal avvenimenti.

Barra minn hekk, minħabba riformi importanti leġiżlattivi u żviluppi soċjali ewlenin, l-għotja

ta' malajr ta’ avvenimenti ta’ taħriġ “imfassla apposta” — inklużi għodod ibbażati fuq l-

internet — hija neċessità assoluta. Dawn il-ħtiġijiet ta’ spiss ikunu relatati ma’ għarfien

ġdid, iżda jistgħu jikkonċernaw ukoll l-iżvilupp tal-ħiliet.

RIŻORSI. Il-konsegwenza tas-sejbiet imsemmija hawn qabel hija li kull istituzzjoni ta’

taħriġ ġudizzjarju moderna għandu jkollha d-dehen li tirriserva biżżejjed fondi, ir-riżorsi

umani meħtieġa, slots ta’ ħin miftuħa matul is-sena kollha u kapaċità tal-infrastuttura għal

korsijiet ta’ taħriġ residenzjali ad hoc, eċċ. sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw avvenimenti ta’

taħriġ dedikat urġenti fi żmien qasir. F’xi każijiet, jista’ jkun aħjar li jibgħat tim ta’ ħarrieġa

f’qorti speċifika jew uffiċċju tal-prosekuzzjoni sabiex jiġi offrut taħriġ verament prattiku u

mfassal apposta dwar il-ġestjoni ta’ fajl partikolarment komplessi jew ta’ piż partikolarment

kbir fil-proċess ta’ bidla fl-istituzzjoni.

PRINĊIPJU NRU 2: KULL PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ

GĦANDU JAGĦMEL UŻU MINN VARJETÀ TA’ FORMATI

TA’ TAĦRIĠ.

L-APPROĊĊ GĦANDU JKUN “IMFASSAL APPOSTA”

FORMATI TA’ TAĦRIĠ. Istituzzjoni moderna ta' taħriġ ġudizzjarju tuża firxa ta’ formati ta’

taħriġ minħabba d-diversità tal-ħtiġijiet. Dawn jistgħu jinkludu:

1. Approċċ imħallat ta' taħriġ residenzjali u tagħlim mill-bogħod;

2. Format speċifiku għal taħriġ inizjali għall-professjonisti l-ġodda;

3. Format li jipprovdi taħlita ta’ ħiliet ibbażati fuq l-għarfien, multi- jew interdixxiplinarju

u sessjonijiet ta’ taħriġ orjentati fuq il-ħiliet;

4. Format li jakkomoda avvenimenti ta’ taħriġ speċifiċi li jittrattaw metodi prattiċi u

orjentati lejn il-prattika fil-liġi Ewropea bħala parti integrali tal-liġi nazzjonali;

5. Format imfassal għall-iżvilupp tal-ħiliet ta’ ġestjoni u tmexxija.

PRINĊIPJI U METODI TA’ TAĦRIĠ ASSOĊJATI. F’dak li jirrigwarda l-metodi ta’ taħriġ

użati minn ħarrieġa f’xi wieħed minn dawn il-formati, huwa fatt li hemm tradizzjoni twila ta’

lekċers statiċi bi ftit jew l-ebda parteċipazzjoni. Madankollu, f’dawn l-aħħar ħamsa u

għoxrin sena, dan l-approċċ ġie mmodifikat sostanzjalment. Sejbiet importanti fil-qasam

tal-edukazzjoni adulta- l-andragoġija — dwar il-mod ta’ kif jitgħallmu l-adulti professjonali

ħolqu l-ħtieġa għal disinn ġdid ta’ avvenimenti ta’ taħriġ u sessjonijiet b’livell għoli ta’

interattività u varjetà ta’ metodi. Dan l-aspett għandu jiġi rifless ukoll fl-ippjanar makro

minħabba li huwa bbażat fuq il-bżonnijiet tal-parteċipanti u l-mod ta' kif jitgħallmu.

Page 19: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

19

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Skont bżonnijiet identifikati ta’ taħriġ, li jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli fost il-gruppi

professjonali differenti f’waħda u l-istess ġudikatura, l-istituzzjoni nazzjonali tat-taħriġ

ġudizzjarju għandha tipprovdi — fi programm wieħed — formati differenti ta’ avvenimenti

ta’ taħriġ, bħal konferenzi, simpożji, seminars, workshops, webinars, għodod ta’ tagħlim

elettroniku, skambji, eċċ.

Eżaminazzjoni ulterjuri ta’ formati possibbli ta’ taħriġ jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal

kwalunkwe amministratur/organizzatur jew ta' min jieħu d-deċiżjonijiet tat-taħriġ b’mod

ġenerali.

II.1. TAĦRIĠ INIZJALI GĦALL-

IMĦALLFIN JEW PROSEKUTURI LI GĦADHOM KIF ĠEW MAĦTURA

Il-programm ta’ taħriġ għandu jirrifletti l-professjoni.

Skont il-kriterji tal-għażla biex wieħed isir imħallef jew prosekutur pubbliku, il-

programm ta’ taħriġ jista’ jkun modulari jew mod ieħor.

Jekk nibbażaw il-filosofija tagħna fuq l-għarfien li huwa diġà disponibbli u l-ħiliet tal-

apprendist imħallef, il-kors modulari ta’ taħriġ isir possibbli. Dan ifisser ukoll li l-

apprendisti huma responsabbli biex jiktbu huma stess il-pjanijiet għall-iżvilupp tat-

talenti tagħhom;

Il-fatturi fundamentali għal edukazzjoni b'suċċess huma:

il-mod li bih il-programm jirrifletti l-professjoni;

il-mod li bih il-programm huwa maħsub għall-għarfien li diġà jkollhom il-parteċipanti;

ambjent stimulanti ta’ tagħlim fil-klassi kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.

L-għan ta’ ambjent stimulanti ta’ tagħlim huwa primarjament li l-apprendisti ġenwinament

jiffokaw l-attenzjoni u l-enerġija tagħhom fit-tagħlim u mhux dwar dwarhom infushom. L-

apprendisti għandhom iħossuhom liberi u jiġu mħeġġa biex jindikaw x’qed isibu diffiċli u

dak li jridu jittejbu. Dan jirrikjedi, b’mod partikolari, li l-persuna li tissorvelja l-apprendisti ma

hijiex (il-ħin kollhu) tivvalutahom.

PUNTI TA’ ATTENZJONI. Bħalma huwa l-każ għal imħallfin u prosekuturi apprendisti, il-

ħtiġijiet ta’ taħriġ ta’ mħallfin u prosekuturi maħtura ġdida huma parzjalment differenti minn

dawk tal-imħallfin u l-prosekuturi b'aktar esperjenza. Għalhekk, dik il-parti tal-programm ta’

taħriġ dedikata lejn il-ħtiġijiet tat-taħriġ ta’ induzzjoni probbabilment ser ikun fiha

karatteristiċi partikolari li jikkonċernaw:

Il-kontenut- il-programm ta’ taħriġ għandu jittratta suġġetti li huma importanti

ħafna mill-bidu nett tal-prattika professjonali; iż-żmien jista' jintuża biex jiġu

żviluppati ħiliet bil-miktub ta’ abbozzi u sessjonijiet prattiċi l-qorti (potenzjalment

permezz ta’ simulazzjoni), “s-sengħa tal-imħallef”, l-etika u l-integrità, eċċ.

Il-metodi magħżula Il-ħolqien ta’ netwerk li fih l-imħallef apprendist jista’ jistudja,

jirrefletti u jitgħallem f’kooperazzjoni ma’ oħrajn. Metodu ta’ taħriġ orjentat lejn il-

ħtiġijiet speċifiċi għal dan l-għan jinvolvi t-tqabbil tal-imħallef jew prosekutur li

għadu kif laħaq ma' tutur individwali jew ma’ tim ta’ tagħlim bejn il-pari.

Page 20: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

20

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

II.2. TAĦRIĠ MARBUT MAL-LIĠI

It-taħriġ dwar kwistjonijiet relatati mal-liġi huwa importanti u dejjem se tibqa’ importanti għal

imħallfin u prosekuturi. L-għarfien legali huwa tabilħaqq il-qofol tal-ħidma ta’ kuljum tal-

imħallef jew prosekutur. Madankollu, li wieħed iżomm ruħu aġġornat dwar kwistjonijiet

legali huwa essenzjalment kompitu personali għall-imħallfin u l-prosekuturi. L-istħarriġ

ġudizzjarju fil-midja stampata, kif ukoll bażijiet ta’ dejta onlajn u għodod ta’ tagħlim

elettroniku jippermetti lill-imħallfin u l-prosekuturi li jżommu ruħhom informati permezz ta'

studju awtonomu. Għalhekk kull taħriġ relatat mal-liġi għandu jaqdi rwol sinifikanti fil-

programm ta’ kull istituzzjoni ta’ taħriġ ġudizzjarju. Imwettaq b'mod xieraq, jiġifieri b’mod

interattiv (flimkien ma’ studji ta’ każijiet, kawżi fittizji, dibattiti bil-kelliema, sessjonijiet

permezz ta' webinars, eċċ.), dan it-taħriġ mhux biss jippermetti lil persuni ġodda f’qasam

kumpless ta’ speċjalizzazzjoni biex jiksbu fehim inizjali ta’ prattika professjonali fl-oqsma

rispettivi tagħhom, imma fuq kollox it-taħriġ interattiv marbut mal-liġi jagħti lill-imħallfin u l-

prosekuturi ikkonċernati informazzjoni rilevanti ta' sfond dwar l-istatuti l-ġodda u fl-istess

ħin itejjeb l-iskambju ta’ esperjenzi professjonali personali.

II.3. APPROĊĊ MULTIDIXXIPLINARI10 U INTERDIXXIPLINARI11 GĦAT-TAĦRIĠ

Dejjem kien żball li naħsbu li l-imħallfin u l-prosekuturi jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom

abbażi ta’ raġunament purament ġuridiku biss. L-applikazzjoni tal-liġi hija ċentrali għas-

soċjetà u qiegħda kontinwament tiffaċċja sfidi soċjali, ekonomiċi, politiċi u kwistjonijiet u

sfidi xjentifiċi.

EŻEMPJI:

L-imħallfin u l-prosekuturi fil-qasam kriminali, l-imħallfin fil-qasam tal-kustodja u l-

imħallfin tas-sigurtà soċjali jeħtieġu bażi tajba ta’ għarfien ta’ mediċina u l-

psikjatrija (forensika).

Il-kriminalità ekonomika u finanzjarja tista’ tiġi miġġielda biss jekk l-imħallef jew

il-prosekutur kkonċernat jkun kapaċi jaqra karta tal-bilanċ.

Imħallef fil-qasam ċivili jista’ jifhem il-kumplessitajiet tal-kuntratti ta' eBay biss

jekk ikun raġonevolment informat dwar il-funzjonament tal-internet.

Xi drabi, jista’ jkun hemm konflitt apparenti bejn id-deċiżjoni legalment soda u d-

deċiżjoni etikament tajba. Għalhekk l-imħallfin u l-prosekuturi għandhom ikunu

mħarrġa regolarment dwar ir-regoli ta’ kondotta etika.

Komunikazzjoni xierqa u imparzjali fl-awla f’soċjetajiet multikulturali moderni

tirrikjedi taħriġ ta’ mħallfin u prosekuturi dwar sfondi kulturali u reliġjużi kif ukoll

dwar proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tipiċi biex ikunu jistgħu jevitaw kull

preġudizzju u nuqqas ta’ ftehim.

10 Approċċ multidixxiplinari jinvolvi l-użu ta' riżorsi minn diversi dixxiplini biex jerġgħu jiġu definiti mill-ġdid problemi barra

l-konfini normali u jinstabu soluzzjonijiet ibbażati fuq fehim ġdid ta’ sitwazzjonijiet kumplessi.

11 L-approċċ interdixxiplinari jgħaqqad jew jinvolvi tnejn jew iktar dixxiplini akkademiċi jew oqsma ta’ studju.

Page 21: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

21

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Għal dawn ir-raġunijiet hija kundizzjoni sine qua non li jkun hemm proporzjon deċenti ta’

avvenimenti ta’ taħriġ multidixxiplinari u interdixxiplinari fil-kurrikulu. Varjeta ta’ prattikanti

ġudizzjarji u professjonisti mhux ġudizzjarji bħala ħarrieġa jew kelliema wriet li hija

partikolarment utli biex tiġi enfasizzata l-interazzjoni bejn il-liġi u dixxiplini oħra.

II.4. TAĦRIĠ INTERATTIV IBBAŻAT FUQ IL-ĦILIET

ĦILIET MHUX ĠUDIZZJARJI Minbarra l-għarfien legali u mhux legali tagħhom, l-imħallfin

u l-prosekuturi prattikanti jeħtieġu firxa wiesgħa ta’ ħiliet psikoloġiċi, soċjali u metodoloġiċi

biex jwettqu r-rwol tagħhom sewwa, ħiliet miġbura kollha fil-frasi maħluqa dan l-aħħar "is-

sengħa tal-imħallef".12 Taħriġ ibbażat fuq il-ħiliet għandu jiġi organizzat għal gruppi żgħar13

ta’ parteċipanti għax dan jgħin lill-imħallfin u lill-prosekuturi biex:

jikkomunikaw aħjar fuq il-post tax-xogħol;

jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi xierqa f’seduti ta’ smigħ;

jużaw leħinhom sew fl-awla tal-qorti;

jaffaċċjaw l-ammont kbir ta’ xogħol bl-użu ta’ kapaċitajiet tal-memorja imtejba kif

ukoll tnaqqis ta’ stress u titjib fis-saħħa;

jiffaċċjaw il-mezzi tax-xandir, u l-ħtieġa tagħhom għal informazzjoni, mingħajr

biża’;

jevalwaw aħjar l-affidabbiltà tax-xhieda;

jassumi r-rwol ta’ medjatur;

jirrisolvi kunflitti fi ħdan l-unità; eċċ.

Għalhekk it-taħriġ dwar ħiliet interpersonali għandu jingħata post prominenti fi kwalunkwe

programm ta’ taħriġ ġudizzjarju.

II.5. IT-TAĦRIĠ ĠUDIZZJARJU EWROPEW

Il-liġi Ewropea ħadet preċedenza fuq il-liġi nazzjonali. Ir-Regolamenti u d-direttivi ta'

implimentazzjoni jew deċiżjonijiet qafas huma parti integrali mil-liġi nazzjonali kważi f’kull

qasam. Kull imħallef nazzjonali jeħtieġ li jifhem il-proċedura għal deċiżjoni preliminari skont

l-Art. 267 tat-TFUE, kif ukoll l-interpretazzjoni speċifika tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni. L-

applikazzjoni tar-regoli ta’ assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali jew ċivili

transfruntiera u l-akkwist ta' għarfien tas-sistemi legali oħra — inkluż tal-lingwa ġuridika —

huma ta’ importanza kbira wkoll.

Madankollu, stħarriġ riċenti wera illi l-imħallfin u l-prosekuturi għadhom iżommu lura milli

japplikaw sewwa l-liġi Ewropea. Fid-dawl ta’ dan il-fenomenu u r-rabta li ma tistax tinħall

bejn id-dritt nazzjonali u d-dritt Ewropew, dan tal-aħħar għandu jifforma parti minn kull

taħriġ għall-imħallfin u prosekuturi bbażat fuq l-għarfien.

12 Xi wħud saħansitra jużaw il-kelma “is-sengħa tal-prosekuzzjoni” biex jiddeskrivu l-ħiliet speċifiċi tal-prosekuturi.

13 Minn lat didattiku, gruppi b’massimu ta’ 12–14 imħallef u prosekutur huma ideali.

Page 22: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

22

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Iżda barra minn hekk, il-programm ta’ taħriġ għandu jipprovdi sensiela ta’ miżuri ta’ taħriġ

(kemm residenzjali jew mod ieħor) li jittrattaw speċifikament l-interfaċċji bejn il-liġi

nazzjonali u l-liġi Ewropea fid-diversi oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tal-imħallfin u l-

prosekuturi. Lezzjonijiet prattiċi dwar il-proċedura għal deċiżjoni preliminari għandhom

ikunu parti minn kull avveniment simili ta’ taħriġ. Fejn xieraq, żjarat lill-Qorti tal-Ġustizzja

tal-UE fil-Lussemburgu jew lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, żjarat

ta’ studju fi Stat Membru ieħor tal-UE kif ukoll l-iskambji individwali jew personali jistgħu

jikkumplimentaw it-taħriġ offrut.

II.6. TAĦRIĠ FIT-TMEXXIJA U L-ĠESTJONI

L-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali tal-imħallfin u l-prosekuturi huma mmirati b’mod partikolari

lejn it-teħid ta’ deċiżjonijiet ġuridiċi tagħhom. Madankollu, f’ġudikatura moderna, l-imħallfin

u l-prosekuturi f’pożizzjonijiet ta’ ġestjoni iridu jwettqu firxa wiesgħa ta’ kompiti ta’ ġestjoni.

Irrispettivament mid-dettalji, dan jgħodd għal kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE.

Il-kompiti ta’ ġestjoni jistgħu pereżempju jinkludu:

L-amministrazzjoni ta’ baġit, il-promozzjoni ta’ żvilupp professjonali — il-

“karriera” — tal-imħallfin, prosekuturi u l-persunal (permezz ta’ intervisti

strutturati dwar il-prospetti fil-professjoni, valutazzjoni regolari ta’ persunal, eċċ.),

L-implimentazzjoni ta’ bidliet profondi fl-istrutturi ta’ qorti jew ta' uffiċċju tal-

prosekuzzjoni, u simili.

Dan it-tip ta’ kompitu jista' jitwettaq biss b’suċċess jekk l-għarfien u l-ħiliet tal-qorti jew tal-

mexxejja tal-uffiċċju tai-prosekuzzjoni huma kkombinati ma’ ħiliet ta’ tmexxija. Il-mod li bih

mexxej jimmotiva l-membri tal-organizzazzjoni tiegħu sabiex biex jaħdmu lejn miri komuni

identifikati huwa ta’ importanza vitali. Korsijiet ta’ taħriġ dwar is-“soft skills” tal-ġestjoni tal-

bidla u l-ġestjoni tal-proġetti huma essenzjali għal dan l-għan. Mexxej il-qorti jew fl-uffiċċju

tal-prosekuzzjoni għandu jkun imħarreġ ukoll fl-użu adegwat ta’ għodod rilevanti tal-IT, kif

ukoll fuq l-iżvilupp tal-metodi ta’ ħidma. Konsegwentement, programm tat-taħriġ ġudizzjarju

tajjeb jinkludi serje ta' sessjonijiet ta’ taħriġ tal-ġestjoni u t-tmexxija (modulari).

PRINĊIPJU NRU 3 L-INTEGRAZZJONI TA’ PPJANAR

ORJENTAT LEJN IL-ĦTIĠIJIET F'QAFAS KUNĊETTWALI

ĠENERALI.

Kull istituzzjoni ta’ taħriġ għandha tkun konxja tal-qafas kunċettwali ta’ programm ta’ taħriġ.

Id-definizzjoni tal-iskop tat-taħriġ u l-edukazzjoni fil-ġudikatura hija relatata mill-qrib mal-

kultura ġudizzjarja speċifika għall-pajjiż, iżda fl-istess ħin tinkludi żviluppi riċenti mal-

Page 23: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

23

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Ewropa kollha. Studji reċenti jindikaw14 li mħallef tajjeb jeħtieġ diversi ħiliet addizzjonali

apparti l-konoxxenza tradizzjonali tad-dritt sostantiv. L-imħallfin u l-prosekuturi jeħtieġu:

Li jkunu esposti għal aktar tagħrif dwar il-kuntest soċjali tal-liġi u l-proċessi

ġudizzjarji,

Ħiliet relatati mal-attività fil-qorti, għall-ġestjoni tal-qrati u tal-persunal,

Jikkomunikaw mal-pubbliku u mal-midja, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, ġudizzjarja

etika, eċċ.

Għalhekk, id-definizzjoni tal-għan tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-imħallfin u l-prosekuturi

għandha tkun preokkupazzjoni kostanti minħabba bidliet mgħaġġla fis-soċjeta u l-imġiba

tal-bniedem, u l-ħtiġijiet li jiġu ġġenerati.

IT-TWAQQIF TA' GĦANIJIET ĠENERALI hija deċiżjoni istituzzjonali li għandha impatt fuq

l-attività ta’ taħriġ kollha u r-riżultati mistennija. Dawn jitqiesu aktar tard fil-qrati u fl-uffiċċji

tal-prosekuturi. Il-proċess ta’ analiżi tax-xogħol jgħin aktar fit-tfassil prattiku tal-għanijiet

differenti li għalih għandhom jimmiraw il-korsijiet u s-seminars.

L-GĦAŻLA TAL-METODOLOĠIJA TA’ TAĦRIĠ. Huwa biss wara dan l-istadju, li jinvolvi lil

dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell istituzzjonali u l-partijiet konċernati msemmija hawn

fuq, li jidħol il-ħarrieġ professjonali li joħloq kors ta’ taħriġ/sessjoni, jistabbilixxi objettivi

speċifiċi, jagħżel il-metodi ta’ taħriġ u l-istrumenti xierqa ta’ valutazzjoni.

IL-METODOLOĠIJA TAL-VALUTAZZJONI. Fil-livell istituzzjonali għandu jkun ċar x’tip ta’

metodoloġija ta’ evalwazzjoni se jiġI applikat, sabiex il-ħarrieġa u l-benefiċjarji jkunu jistgħu

jikkoordinaw dwar dan l-aspett ukoll.

Madankollu, l-analiżi l-aktar importanti għandhom isiru skont il-ħtiġijiet identifikati fi ħdan il-

ġudikatura.

14 C. Thomas, It-taħriġ ġudizzjarju u l-edukazzjoni f’ġurisdizzjonijiet oħrajn, Londra, Bord ta’ Studji Gudizzjarji 2006

Page 24: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

24

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kapitolu 3:

TFASSIL U METODI MODERNI TA' TAĦRIĠ

“Il-persuni illitterati tas-seklu 21 mhux ser ikunu dawk li ma jafux jaqraw u jiktbu, iżda dawk

li ma jistgħux jitgħallmu, iħassru minn moħħhom u jerġgħu jitgħallmu.”

Alvin Toffler

Dan il-kapitolu huwa intiż għall-ħarrieġa u d-disinjaturi tal-kors. Madankollu, huwa ta’

benefiċċju wkoll għal pjanifikaturi u l-organizzaturi biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ dan il-

kontenut.

Il-mistoqsijiet li dan il-Kapitolu għandu l-għan li jwieġeb huma:

Kif jitgħallmu l-adulti professjonali?

Liema metodi ta’ taħriġ għall-adulti huma rakkomandati għall-użu ma’

professjonisti adulti?

X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jiġu kkombinati lekċers tradizzjonali ma

metodi ta' taħriġ oħra, interattivi?

X’inhi l-proċedura għal kull wieħed mill-metodi deskritti fil-Kapitolu?

Hemm xi kriterji li għandhom jiġu adottati fl-għażla tal-metodu ta’ taħriġ? Kif

nistgħu nikkombinaw metodi ta’ taħriġ?

X'firxa ta’ metodi ta’ soluzzjoni tintuża għall-problemi reali?

Għaldaqstant, dan il-Kapitolu jagħti:

Ħarsa ġenerali tal-prinċipji ta’ tagħlim bil-parteċipazzjoni, stili ta’ tagħlim għall-

adulti differenti, u l-prinċipji ta’ andragoġija;

Spjegazzjoni dettaljata ta’ varjetà ta’ metodi ta’ taħriġ partikolarment adatti għat-

taħriġ ġudizzjarju;

Xi linji gwida dwar it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol;

Introduzzjoni għat-tagħlim ibbażat fuq it-teknoloġija;

Xi kwistjonijiet speċifiċi relatati mat-taħriġ inizjali.

Page 25: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

25

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kif juri l-kodiċi tal-kulur, l-aspetti analizzati f’dan il-kapitolu huma dawk bl-aħmar, jiġifieri

1. Id-definizzjoni tal-għan tal-Tagħlim u t-Taħriġ

2. L-Iffissar tal-Objettivi Ewlenin tat-Taħriġ

3. L-Analiżi tal-Kompiti

4. It-Twaqqif tal-Programm ta' Taħriġ / L-Għanijiet Ġenerali tal-Kurrikulu

5. L-Għażla tal-Kriterji ta' Evalwazzjoni

6. L-Għażla tal-Istrumenti ta' Evalwazzjoni

7. Il-Klassifika tal-Objettivi tal-Programm ta' Taħriġ (importanza/kumplessità)

8. It-Tfassil tal-Korsijiet

L-għażla u t-taħriġ tal-Ħarrieġa

It-Tfassil tal-Kors: a. Stabbilixxi l-Objettivi

tal-Kors b. Għażel il-Kontenut tal-

Kors

c. Iffinalizza l-Kontenut tal-Kors

d. Għażel Metodi ta' Taħriġ

e. Ippjana għall-Feedback

(Evalwazzjoni tal-objettivi tal-Kors)

9. L-Għażla u l-Kitba tal-Materjal tal-Kors

10. L-Irfinar tal-Kors (skeda tal-ħin, eċċ.)

L-għażla tal-parteċipanti

11. L-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu/tal-Programm ta' Taħriġ

12. L-Evalwazzjoni tal-Proċess u tar-Riżultati

Page 26: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

26

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

speċifitajiet tat-tfassil tal-kors.

Wara li jkunu ġew stabbiliti l-objettivi ġenerali u wara l-ippjanar ta' programm ta’ taħriġ/

kurrikulu orjentati lejn il-ħtiġijiet, l-organizzaturi/ħarrieġa tal-kors jingħataw l-opportunità

biex jippjanaw is-sessjonijiet ta’ taħriġ skont dan.

Huwa kompitu ta’ min iħarreġ u min ifassal li jagħżel il-metodi ta' taħriġ xierqa għal:

Kull għamla ta’ taħriġ bħal konferenza, simpożju, seminar, workshop, webinar,

eċċ.,

Kull kontenut ta’ taħriġ b’temi relatati mal-liġi, l-etika, l-imħallfin u l-prosekuturi

fis-soċjetà, il-kapaċitajiet u l-ħiliet metodoloġiċi u ta’ mġiba, eċċ.,

Kull grupp fil-mira tat-taħriġ inizjali, taħriġ ta' tmexxija, eċċ.

It-tfassil xieraq tal-kors huwa possibbli biss jekk id-disinjatur ikun konxju tar-rekwiżiti tat-

teorija tat-tagħlim għall-adulti.

I. ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PRINĊIPJI TA' TAGĦLIM

PARTEĊIPATORJU, FUQ STILI DIFFERENTI TA' TAGĦLIM

GĦALL-ADULTI, DWAR IL-PRINĊIPJI TAL-

ANDRAGOĠIJA.

I.1. PARAGUN BEJN APPROĊĊI TA’ TAĦRIĠ TRADIZZJONALI U

PARTEĊIPATTIV.

L-approċċ tradizzjonali fit-taħriġ jirreferi għat-trasferiment ta’ għarfien u

kompetenzi mill-ħarrieġ lill-parteċipant kif iseħħ f’ambjent ta’ tagħlim klassiku. Il-

ħarrieġ kien jiddefinixxi liema sett partikolari ta’ għarfien u kompetenzi kien

jeħtieġ jakkwista l-apprendist. Dan l-approċċ għat-taħriġ ta lil min iħarreġ is-

setgħa li jkun jaf kollox, bl-apprendist meqjus bħala parteċipant passiv,

metaforikament bħala kontenitur li jrid jimtela mill-ħarrieġ. Għal żmien twil, l-

edukazzjoni kienet isseħħ bħallikieku kien qed isir depożitu15, fejn l-apprendisti

kienu d-depożitarji u l-għalliem jew il-ħarrieġ id-depożitant.

B’kuntrast, it-tfassil ta’ arkitettura ta’ taħriġ madwar l-istudent ifisser tfassil ta’

attivitajiet ta’ taħriġ madwar il-ħtiġijiet u l-interessi tal-istudenti, li huwa approċċ

ta’ tagħlim parteċipattiv għat-taħriġ.

X’inhu approċċ parteċipattiv għat-taħriġ? L-arkitettura ta' taħriġ parteċipattiv tiffaċilita t-

tkabbir u l-iskoperta individwali. Hija mmirata mhux biss lejn “iżjed għarfien” iżda l-użu tal-

għarfien ġudizzjarju fix-xogħol. L-arkitettura tat-taħriġ parteċipattiv hija bbażata fuq:

il-ħsieb kritiku ta' dak li jkun,

15 Il-kunċett bankarju fl-edukazzjoni kien ġie żviluppat minn Paolo Freire.

Page 27: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

27

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

l-eżaminazzjoni tal-valuri, l-attitudnijiet u orjentazzjonijiet professjonali,

“ir-rilaxx” ta' nozzjonijiet u mudelli ta’ mġiba stabbiliti.

Hija dwar l-interrogazzjoni, ir-reviżjoni u t-tagħlim mill-ġdid.

Bl-użu ta’ metodi ta’ taħriġ li jinvolvu l-parteċipazzjoni attiva hija strateġija ta’ edukazzjoni

għall-adulti li fiha l-parteċipanti fil-ġudikatura jkunu involuti skont il-bżonnijiet u l-mistoqsijiet

tagħhom, ir-riflessjoni u analiżi tagħhom, u l-interess li jġibu l-quddiem il-proċess ta’ żvilupp

professjonali tagħhom stess.

Il-karatteristiċi tal-metodoloġija parteċipattiva. Hija:

1. imsejsa fuq min qed jitgħallem;

2. ibbażata fuq l-esperjenza;

3. u spiss bla limitu.

Ir-riżultati huma mistennija li jidhru fuq il-post tax-xogħol.

Dan it-tip ta’ disinn u arkitettura tat-taħriġ jibni l-kunfidenza tal-prattikanti, billi jirrikonoxxi u

jikkapitalizza fuq l-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Hija toħloq opportunitajiet

iġġenerati mill-esperjenza għal tagħlim personali u kollettiv.

Għalhekk, metodi ta’ taħriġ parteċipattiv iħeġġu lin-nies biex:

jistaqsu dwar dak li jkunu dejjem aċċettaw,

jeżaminaw b’mod kritiku l-esperjenzi tagħhom stess fil-qrati u l-uffiċċji tal-

prosekuzzjoni, biex jiksbu l-għarfien permezz ta’ analiżi ġudizzjarja.

Il-proċess ta' rilaxx tal-fakultajiet kritiċi tan-nies iħallihom jiskopru is-setgħa moħbija

tagħhom għal azzjoni kostruttiva indipendenti fil-ġudikatura.

Il-prattiċi tajba jiġu lokalizzati. Huwa importanti li wieħed jirrealizza li l-metodi ta' taħriġ

parteċipatorju mhumiex biss sett ta’ interventi standardizzati. Dawn jaħdmu f'kuntest

partikolari storiku u soċjo-politiku. Dan jispjega għaliex f’ċerti pajjiżi prattiċi tajba huma

relatati ma’ ċerti metodi ta’ taħriġ, filwaqt li f’pajjiżi oħra huma relatati ma’ metodi oħra ta’

taħriġ.

I.2. IL-MUDELL KOLB GĦALL-ISTILI TA' TAĦRIĠ GĦALL-ADULTI

Il-prinċipji edukattivi wara d-diversi metodi ta’ taħriġ li se jiġu deskritti għandhom jiġu

mifhuma bir-reqqa sabiex jiġu applikati b’mod effiċjenti. Teorija li tagħti idea tajba tal-

adegwatezza tal-metodi ta’ taħriġ ġiet żviluppat minn David Kolb. Huwa ppubblika l-mudell

ta' stili ta’ tagħlim għall-adulti tiegħu fl-1984.16 Il-messaġġ ewlieni wara din it-teorija huwa:

“It-tagħlim huwa l-proċess li bih jinħoloq l-għarfien permezz tat-trasformazzjoni tal-

esperjenza.”

16 Kolb, D. A. (1984) Experiential Learning, Englewood Cliffs, N.J.: Prentice Hall (1984). Ara wkoll Kolb, D. A. and Fry, R., Towards

an Applied Theory of Experiential Learning, in: Theories of Group Process, C. Cooper (ed.), London: John Wiley (1975).

Page 28: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

28

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Fil-fehma tiegħu, it-tagħlim effettiv jidher meta persuna timxi ‘l quddiem permezz ta’ ċiklu

ta’ erba’ fażijiet:

(1) esperjenza konkreta segwita mill- (2) osservazzjoni u r-riflessjoni fuq dik l-esperjenza li

twassal għall- (3) formazzjoni ta’ kunċetti astratti (analiżi) u ġeneralizzazzjonijiet

(konklużjonijiet) li mbagħad jiġu (4) użati biex ikunu ttestjati ipoteżi f’sitwazzjonijiet futuri, li

jirriżultaw f’esperjenzi ġodda.

Għal Kolb it-tagħlim huwa proċess integrat. Kull stadju jservi ta' sostenn reċiproku għal u

jikkontribwixxi għal dak li jmiss. Huwa possibbli li tidħol fiċ-ċiklu fi kwalunkwe stadju u

ssegwi s-sekwenza loġika tiegħu, skont il-professjoni. Madankollu, it-tagħlim effettiv iseħħ

biss meta student jista’ jeżegwixxi l-erba’ stadji tal-mudell. Għalhekk, l-ebda stadju wieħed

taċ-ċiklu mhuwa effikaċi bħala proċedura ta’ tagħlim waħdu.

I.3. IL-PRINĊIPJI TAT-TAGĦLIM GĦALL-ADULTI

It-teorija ta’ tagħlim għall-adulti tagħti kontribut interessanti għall-ħarrieġa, billi tipi differenti

ta’ tagħlim jistgħu jissaħħu permezz ta’ metodi differenti ta’ taħriġ. Jekk l-arkitettura tat-

taħriġ hija orjentata lejn l-apprendist, huwa rakkomandabbli li wieħed jaħseb dwar metodi

ta’ taħriġ minn din il-perspettiva.

Orjentazzjoni minima dwar is-suġġett tista’ tkun kif ġej:

a. It-tagħlim minn esperjenzi konkreti jista' jinkiseb bl-użu ta' logħob ta’ rwol

simulazzjonijiet jew kawżi finti, eżerċizzji sperimentali, eżerċizzji ta' soluzzjoni

tal-problemi u studji ta’ każijiet.

b. It-tagħlim permezz ta’ osservazzjoni u riflessjoni huwa faċilment miksub permezz

ta’ osservazzjoni strutturata, feedback, informazzjoni minn qabel, diskussjonijiet

strutturati fi gruppi żgħar jew kbar wara kull attività interattiva.

c. It-tagħlim permezz ta' kunċetti astratti jista' jinkiseb permezz ta’ lezzjonijiet jew

preżentazzjonijiet flimkien mal-iskambju ta' ideat, l-akkumulazzjoni tal-ideat, l-

interrogazzjoni tal-ħidma fi grupp, dibattiti u forom oħra ta’ interattività.

Żviluppa l-kunċett

Riflessjoni

Esperjenza

Ittestja

Page 29: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

29

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

d. L-ittestjar f'sitwazzjonijiet ġodda: skont it-teorija, l-apprendisti jivvalutaw jekk

sovlewx il-problema, identifikawx il-karatteristiċi ewlenin fl-istudju tal-każ, u l-

bqija.

Fi ħdan dan l-approċċ kontinwu u ta’ żvilupp, kull individwu jista’ jsib il-ħin u kompiti biex

jinvolvi ruħu b’mod sħiħ. Dawn huma xi rakkomandazzjonijiet għall-allinjament tal-għanijiet

tat-tagħlim mal-metodi u tekniki ta’ taħriġ użati:17

Nr. L-GĦANIJIET TAT-TAĦRIĠ

IL-PROĊESSI TA’ TAGĦLIM GĦALL-ADULTI METODI TA’ TAĦRIĠ

1. Għarfien Perspettivi multipli Sessjoni ta’ skambju ta’

ideat;

Lekċer interattiva;

Studju individwali;

Ħidma fi grupp; gruppi żgħar

u pari;

Tagħlim elettroniku

2. Fehim L-użu tal-għarfien preċedenti biex jintegra l-għarfien ġdid

Eżerċizzji;

Akkumulazzjoni ta' ideat;

Ħidma fi grupp; gruppi żgħar

u pari;

Taħditiet/dibattiti;

Mistoqsijiet:

Tagħlim imħallat

3. Applikazzjoni Is-soluzzjoni tal-problemi Studju ta' każ;,

qorti simulata; kawżi finti;

Is-soluzzjoni tal-problemi

eżerċizzji sperimentali

4. Analiżijiet L-organizzazzjoni tal-ideat f'kuntesti ġodda

Analiżi tal-każ;

Simulazzjonijiet;

Dibattiti

5. Sinteżi Riflessjonijiet kritiċi biex jiġġeneraw ideat ġodda

Grupp ta’ ħidma;

Proġetti individwali jew fi

grupp

6. Evalwazzjoni Orjentazzjoni awtonoma Awtovalutazzjoni; Xogħol;

Proġetti ta’ studju

indipendenti

17 Ir-rakkomandazzjonijiet fit-tabella ġew żviluppati minn Prof. Dr. Otilia Pacurari, ħarrieġ, NIM, Bukarest.

Page 30: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

30

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Il-ħsieb ewlieni huwa li l-adulti jitgħallmu l-aħjar meta kienu qegħdin jipparteċipaw bis-sħiħ

fit-taħriġ. Dan għandu mnejn jidher ovvju, imma l-attendenza għal avveniment ta’ taħriġ ma

tfissirx parteċipazzjoni. It-tfassil ta' taħriġ parteċipattiv ifisser li kulħadd ikun involut u attiv.

Huwa utli li wieħed jiftakar il-prinċipji li ġejjin fl-għoti tat-taħriġ għall-adulti:

L-adulti jridu jkunu jafu għaliex jeħtieġ li jitgħallmu xi ħaġa.

Sir af il-kuntest li fih jaħdmu l-apprendisti tiegħek. Ifhem id-diffikultajiet li jaffaċċjaw

fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Orbot dawn il-ħiliet ġodda ma dawn id-diffikultajiet.

Jekk il-parteċipanti ma jifhmux għaliex jeħtieġ li jitgħallmu ħiliet ġodda,

probabbilment mhux se jużawha wara t-taħriġ.

L-adulti jridu jitgħallmu bl-użu tal-esperjenzi proprji tagħhom.

Ħeġġeġ lil kull parteċipant biex joffri l-esperjenzi tiegħu waqt it-taħriġ. L-adulti jridu

jaraw ir-rilevanza tat-taħriġ. L-użu ta' esperjenzi attwali li jistgħu japplikaw għal

numru ta’ parteċipanti oħra jfisser li t-tagħlim isir aktar rilevanti.

L-approċċ tal-adulti għat-tagħlim huwa s-soluzzjoni tal-problema.

Enfasizza d-dinja reali. Ikkonċentra fuq l-applikazzjoni tal-kontenut tal-kors biex

tgħinhom isolvu problemi reali li qed jaffaċċjaw.

L-adulti jitgħallmu l-aħjar meta s-suġġett ikun ta’ valur immedjat.

Għal darb’ oħra din hija marbuta mal-idea li t-tema trid tkun rilevanti. Jekk il-

parteċipanti jmorru lura lejn il-post tax-xogħol tagħhom wara t-taħriġ u jibdew jużaw

minnufih il-ħiliet ġodda, x’aktarx li jkomplu jużawhom. Jekk hemm distakk bejn it-

tmiem tas-sessjoni ta’ ħidma u l-ewwel darba li jippruvaw il-ħiliet ġodda, jista’ jkun li

jkunu nsew xi aspetti u jsibuha aktar diffiċli biex jissoktaw bihom.

It-tagħlim għall-adulti huwa proċess attiv ta’ riflessjoni u diskussjoni.

Agħti lill-parteċipanti żmien biex jirriflettu dwar kunċetti ġodda u għaqqadom mal-

esperjenza tagħhom stess. Il-proċess fejn wieħed jitkellem dwar u jiddiskuti l-ideat

jgħin lin-nies biex jiċċaraw dak li jaħsbu u jħossu dwar xi ħaġa. Id-diskussjoni ta’

ideat bħala grupp jesponi lil kulħadd għal modi ġodda ta’ kif wieħed jaħseb.

II. SPJEGAZZJONI DETTALJATA TA’ VARJETÀ TA’

METODI TA’ TAĦRIĠ PARTIKOLARMENT ADATTI GĦAT-

TAĦRIĠ ĠUDIZZJARJU.

Kif jissuġġerixxi l-isem stess, it-taħriġ parteċipatorju jfisser persuni li jipparteċipaw b’mod

attiv fl-avveniment ta’ taħriġ.

Page 31: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

31

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Mudell tradizzjonali ta’ taħriġ Taħriġ parteċipattiv

L-arkitettura tat-taħriġ18 toħloq opportunitajiet għall-iskambju ta’ esperjenza, ta’

interrogazzjoni, u l-parteċipazzjoni sħiħa f’attivitajiet prattiċi mfassla għal skopijiet ta’

tagħlim. Il-ħarrieġ jiffaċilita l-avvenimenti ta' taħriġ bl-użu ta’ tekniki differenti biex jattira l-

attenzjoni sħiħa tal-parteċipanti adulti.

Hemm metodi disponibbli għal kull ħarrieġ biex jimmotiva lill-individwi u l-gruppi ta’ studenti

fi ħdan il-kultura ġudizzjarja speċifika tagħhom. Dan jispjega għaliex il-prattiki tajba xi

kultant ma jistgħux jiġu impurtati u mhux neċessarjament ikunu trasferibbli. Madankollu,

jekk it-tagħrif u l-għarfien tal-metodi huwa ċar, jista’ jibda d-disinn mentali tal-arkitettura ta’

taħriġ. Fil-fatt dan huwa l-għan ewlieni tal-kapitolu: biex jagħti l-ġebla tax-xewka li kull

prattika li kienet suċċess. Tista’ titqies bħala lista ta' kontroll tal-metodi ta’ taħriġ.

L-aktar metodi effettivi ta’ taħriġ kif esperjenzati fil-ġudikatura huma:

II.1. L-ISKAMBJU TA’ IDEAT (BRAINSTORMING)

L-iskambju tal-ideat huwa l-isem ta’ metodu li jista’ jintuża meta grupp ta’ professjonisti jrid

jiġġenera ideat għal qasam ta’ interess speċifiku. Il-vantaġġ prinċipali ta’ dan l-approċċ

huwa li l-apprendisti jkunu involuti b’mod attiv mill-bidu nett tas-sessjoni ta’ taħriġ. Bl-użu

ta’ regoli li jneħħu l-inibizzjonijiet, in-nies ikunu jistgħu jaħsbu b’mod liberu u jidħlu f’oqsma

ġodda ta’ riflessjoni.

Deskrizzjoni tal-metodu Il-parteċipanti huma mistiedna jiġġeneraw ideat jew

soluzzjonijiet għal problemi diffiċli. Il-parteċipanti jesprimu l-ideat kif iseħħu lilhom. L-

ideat kollha jiġu nnotati fuq flipchart mill-ħarrieġ u ma jiġux ikkritikati. Wara li t-

tweġibiet kollha jiġu rreġistrati jkun hemm analiżi sussegwenti jew kategorizzazzjoni, u

diskussjoni dwar l-adegwatezza ta’ dawn l-ideat.

18 Il-kunċett ta’ arkitettura ta’ taħriġ jintuża mill-Prof. Dr Otilia Pacurari meta fit-taħriġ hija tirreferi għall-mod li bih il-

parteċipanti huma organizzati fi gruppi u pari biex isolvu problema speċifika.

Page 32: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

32

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

II.2. L-AKKUMULAZZJONI TAL-IDEAT (PYRAMIDING)

Dan il-metodu ġie adottat bħala mezz biex jikkonsolida t-tagħlim jew sabiex iħeġġeġ il-

kollaborazzjoni fl-iżvilupp ta’ ideat ġodda. Dan il-metodu jista jkun użat sabiex titħeġġeġ il-

kreattività, l-iskambju tat-tagħlim ujissaħħu l-parteċipanti. Ir-rekwiżiti huma kamra kbira

biżżejjed għall-gruppi żgħar biex jaħdmu flimkien u materjali għalihom sabiex joħorġu l-

ideat tagħhom (flipcharts, whiteboards, karta). Faċilitatur tajjeb iħeġġeġ lill-grupp sabiex

jaħdem b’mod kollaborattiv.

Deskrizzjoni tal-metodu Is-snow balling u jew il-pyramiding jinvolvi lil-parteċipanti fl-

arkitettura ta' grupp li ġejja:

1. il-parteċipanti jaħdmu waħedhom;

2. imbagħad f’pari;

3. imbagħad fi gruppi ta’ erbgħa;

4. imbagħad fi gruppi ta’ tmienja.

Il-kompiti għall-parteċipanti jistgħu ikunu li:

jagħtu risposta għal domanda speċifika;

jagħmlu lista ta’ kliem ewlieni relatat ma’ tema;

jaqblu jew ma jaqblux ma’ ċertu idea.

Il-ħarrieġ jistieden rappreżentant minn kull grupp sabiex jippreżenta r-riżultati tad-

dibattiti tagħhom lill-gruppi oħra billi jippreżenta s-sejbiet tagħhom fuq il-flipcharts.

Il-vantaġġi prinċipali ta’ dan il-metodu huma li:

Jippromwovi livell tajjeb ta’ analiżi kondiviża tal-problema, inkluż is-smigħ tal-

fehmiet tal-parteċipanti l-iżvilupp tal-kapaċità li jsir sommarju tal-fehmiet espressi

biex tinkiseb viżjoni komuni.

Huwa jitlob lill-parteċipanti biex juru kreattività u immaġinazzjoni billi joħlqu qafas

għal diskussjoni dinamika.

L-isnowballing jaqsam il-gruppi kbar f'gruppi żgħar u l-apprendisti kollha jkollhom l-

opportunità li jitkellmu. Din it-teknika taħdem ma’ udjenzi ta’ 4 sa 40 persuna. Hija faċli biex

torganizzaha, u taħdem ma’ kważi kull suġġett. Madankollu, l-apprendisti għandhom bżonn

struzzjonijiet ċari. Din it-teknika teħtieġ ukoll “feedback” f'sessjoni plenarja.

Page 33: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

33

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

II.3. TEKNIKI LI JIBDEW ID-DISKUSSJONI (ICEBREAKERS)

Deskrizzjoni tal-metodu. Dawn it-tekniki huma eżerċizzji qosra li jistgħu jintużaw fil-

bidu ta’ avveniment ta’ taħriġ biex jippermettu lill-apprendisti li jsiru jafu lil xulxin qabel

ma jibda x-xogħol ewlieni tal-avveniment.

Huma jippermettu wkoll lill-ħarrieġ biex jivvaluta l-membri tal-grupp fuq livell ta' mġiba.

Uħud minn dawn it-tekniki jistgħu jintużaw biex jisseparaw dawk li diġà jkunu jafu lil

xulxin u jħeġġu lill-grupp biex jitħallat.

Karatteristiċi Tekniki li jibdew id-diskussjoni (Icebreakers):

jagħmlu użu mill-isfond personali jew professjonali tal-parteċipanti.

mhumiex relatati mas-suġġett;

huma marbuta mal-parteċipanti.

Eżempji.

Mistoqsijiet frekwenti jħarsu lejn il-kondiviżjoni ta' interessi u attivitajiet ta' rikreazzjoni,

personali u professjonali eċċ.

I.D. Anonimu Agħti lil kull persuna biċċa karta b'istruzzjonijiet biex tikteb kliem

jew tpinġi xi ħaġa li tiddeskriviha mingħajr ma titkellem. Imbagħad iridu jwaħħlu l-

karta ma' sidirhom, jduru mal-kamra, u jħarsu lejn xulxin. L-istampi jinġabru u

jitħalltu u l-parteċipanti jridu jippruvaw jidentifikaw ta' min hi kull stampa.

Il-Qsim f’Par. Saqsi lill-parteċipanti biex jiċċaqalqu madwar il-kamra u jsibu lil xi

ħadd li ma jafux, jew li jafu verament ftit dwaru. Meta kulħadd ikun f’pari, il-

faċilitatur iħabbar it-tema li jistgħu jitkellmu dwarha, u jindika ammont ta’ żmien

biex jagħmlu dan.

Min hu? Il-parteċipanti jiktbu xi ħaġa dwarhom infushom li jaħsbu li ħadd ma jaf

bih. Il-mexxej jaqra dak li jkun hemm fuq il-karta u l-oħrajn iridu jaqtaw min hi l-

persuna. Huma tassew interessanti l-affarijiet li xi nies jiddeċiedu li jiżvelaw

dwarhom infushom.

Bażi Komuni. Fi gruppi żgħar, il-parteċipanti jridu jaħsbu f'sitt affarijiet li hemm

komuni bejniethom u jridu jaqsmuhom mal-bqija tal-grupp.

II.4. PREŻENTAZZJONIJIET

Il-preżentazzjonijiet flimkien ma’ grupp ta' ħidma huma żewġ metodi ta’ taħriġ fl-

edukazzjoni ġudizzjarja li jiffaċilitaw il-ksib ta’ għarfien ġdid. Minħabba li l-parteċipazzjoni

hija fattur importanti li tiżgura s-suċċess fit-tagħlim, huwa rrakkomandat li jingħata biżżejjed

żmien għal diskussjonijiet fi grupp jew individwali immedjatament wara l-preżentazzjonijiet,

kemm sabiex jekk ikun hemm inċertezzi u konfużjoni, dawn jiġu ċċarati, u wkoll biex iħarsu

kontra kull periklu ta’ tagħlim “sempliċement didattiku” (pereżempu tagħlim bl-imgħarfa”).

Page 34: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

34

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Meta nużawhom il-preżentazzjonijiet? Il-preżentazzjonijiet jistgħu jintużaw f’varjetà ta’

sitwazzjonijiet u għal varjetà ta’ kompiti:

Kontribut minn prattikant ewlieni biex jiġu enfasizzati kwistjonijiet prattiċi;

Kontribut mill-membri tal-Bord biex jiftħu approċċ komparattiv jew interdixxiplinari

għas-suġġett li qed jiġi diskuss;

Preżentazzjonijiet qosra minn gruppi fuq kompiti allokati, biex b’hekk jippermettu

l-identifikazzjoni ta’ approċċi ġodda jew differenti għal tema.

L-iskop tal-preżentazzjonijiet mhuwiex il-kontenut innifsu iżda t-twaqqif ta’ pjattaforma għal

diskussjonijiet u skambju ta’ opinjonijiet dwar suġġetti ġodda li jeħtieġu kontribut

informattiv.

L-isfidi ewlenin huma:

L-attenzjoni ta’ udjenza iddum massimu ta’ 20–30 minuti;

L-istili differenti ta’ tagħlim tal-udjenza jistgħu jaffettwaw it-trasferiment ta’

informazzjoni;

L-interazzjoni mal-udjenza teħtieġ lingwa u lingwaġġ tal-ġisem xieraq;

L-istruttura tal-preżentazzjoni;

Il-materjali viżwali, l-islajds tal-PowerPoint mfassla skont standards xierqa.

L-istadju tal-preparazzjoni: pariri għall-ħarrieġ

Irrispettivament mill-qosor tal-preżentazzjoni, din għandha tkun orjentata lejn il-pubbliku.

Huwa importanti li wieħed jibda billi jara l-udjenza x'inhi interessata li tisma u/jew qed

tistenna mill-preżentatur. Il-kompożizzjoni tal-udjenza tiddetermina kemm għandha tkun

formali jew informali il-preżentazzjoni.

Aħdem fuq bażi ċara u struttura loġika. Għandu jkun hemm:

1. Introduzzjoni,

Fl-introduzzjoni, għandek tinforma lill-udjenza dwarha xiex se tkun qed titkellem,

forsi b’mistoqsija li għandek il-ħsieb li jwieġbu.

2. Test prinċipali,

Fit-test prinċipali, għandek tespandi fuq is-suġġett tiegħek, taqsam id-diskussjoni

f’numru ta’ suġġetti sekondarji li jsegwu b’mod loġiku minn xulxin.

3. Konklużjoni.

Fl-aħħar nett, dak li tgħid fil-konklużjoni jiddependi fuq dak li trid tikseb. Jekk int

sempliċiment qed tiddeskrivi xi ħaġa, allura sommarju tal-punti prinċipali għandu

jkun biżżejjed. Jekk qed tipprova tiddefendi xi ħaġa, min-naħa l-oħra, allura

dikjarazzjoni mill-ġdid ta’ argument prinċipali tiegħek, jew tweġiba għall-mistoqsija li

għamilt fil-bidu, jistgħu jkunu iktar xierqa. L-istruttura għandha tiġi indikata lill-

udjenza.

L-għażla ta’ kliem u stil ta’ taħdit tiżgura t-trasferiment ta’ messaġġ. Forsi trid tgħid li,

pereżempju, “L-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa [...]”, “D’din it-taqsima se nitkellem

dwar [...]”, “Bħala konklużjoni [...]”. Bl-istess mod, waqfa bejn il-punti, jew ġesti, bħalma

Page 35: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

35

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

mhuma ż-żamma ta’ saba’ wieħed biex tagħmel l-ewwel punt, tnejn għat-tieni punt, eċċ.,

jistgħu jgħinu biex tenfasizza rabtiet importanti.

Huwa importanti ħafna li tikkalkula tajjeb il-ħin peress li persuni oħra jistgħu jkunu qed

jiddependu fuqek biex titkellem għal ċertu tul ta’ żmien, u xejn iktar u xejn inqas. Fil-fatt,

għandek tara li l-preżentazzjoni tiegħek x’aktarx tkun kemxejn iqsar mill-ħin allokat lilek

minħabba li huwa probabbli ħafna li, dakinhar, sa ċertu punt, inti żżewwaq jew titbiegħed

mid-diskors imħejji tiegħek.

L-istadju tal-konsenja: pariri għall-ħarrieġ

Ikkunsidra l-modalità ta’ twassil li se tuża: X’tip ta’ indikazzjonijiet bi ħsiebek tuża? Liema

għajnuniet viżwali jistgħu jkunu utli? Se jkun bilqiegħda jew bilwieqfa? X’tip ta’ ġesti

għandu juża ħarrieġ?

Ikkunsidra l-veloċità, l-volum, l-espressjoni u t-ton tal-vuċi.

Veloċità tajba mhix biss importanti biex tara li tosserva l-limitu ta’ żmien tiegħek. Jekk

titkellem malajr wisq, l-udjenza ma tkunx tista' tlaħħaq miegħek; jekk titkellem bil-mod,

x'aktarx li ddejjaqhom. Madankollu, il-veloċità xierqa tvarja skont, pereżempju, jekk l-

udjenza tiegħek hi tistenna li tieħu nota ta' dak li qed tgħid, jekk hijiex tisma’ l-lingwa

nattiva tagħha, u l-familjarità tagħha ma jew il-kumplessità tal-kwistjonijiet li qed tirreferi

għalihom.

Il-volum xieraq ivarja skont id-daqs tal-kamra li fiha tkun qed titkellem u l-kwalita akustika

tagħha; Tista' dejjem issaqsi lill-udjenza jekk jistgħux jisimigħuk. Jekk ma tistax issemma’

leħnek mingħajr ma tgħajjat, għandek titlob li tuża mikrofonu, inkella l-vuċi tiegħek tagħmel

ħoss sfurzat.

Dejjem kun konxju tat-ton tal-vuċi tiegħek. Meta n-nies qed jagħtu preżentazzjonijiet

(b’mod partikolari jekk ikunu qed jaqraw minn test), ta’ spiss jinstemgħu ħafna aktar

monotoni (u b'hekk ħafna inqas interessanti) milli waqt konversazzjoni ta’ kuljum. Sabiex

iżżomm l-attenzjoni tal-udjenza probabbilment trid tinstema aktar animat u trid tuża varjeta

vokali akbar milli tuża normalment.

Lista ta’ kontroll tal-ħiliet meħtieġa biex tkun preżentatur tajjeb

Il-kelliem jinstema' min-naħa ta' wara tas-sala?

Il-kuntatt bl-għajnejn ġie użat biex jinvolvi lill-udjenza?

L-għajnuniet awdjoviżivi ġew użati b’mod xieraq?

Il-materjal miktub fuq blackboards, whiteboards jew projetturi tal-vidjo kien

viżibbli minn kull naħa tas-sala?

Il-ħarrieġ għamel użu xieraq mill-materjal li qassam lill-udjenza?

Il-vuċi, l-għajnejn, it-teknoloġija u l-materjali ta’ taħriġ kollha għandhom jitħejjew minn qabel

u anke ssir prattika qabel l-avveniment.

Page 36: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

36

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Eżempju

Dan li ġej huwa eżerċizzju li jista' jintuża fil-programm “ħarreġ lil min iħarreġ” biex isiru

tas-sengħa fit-tħejjija u t-twettiq u jippreżentaw preżentazzjoni tajba.

Għanijiet:

Esperimenta billi tapplika l-mudell ta' analiżi didattika waqt il-

preparazzjoni u t-twettiq ta' lekċer qasira.

Ipprattika l-ħiliet fil-preżentazzjoni, aħdem ma’ tagħmir edukattiv.

Ikseb rispons strutturat dwar il-l-ħiliet ta' preżentazzjoni tiegħek.

Istruzzjoni

jiet għat-

timijiet:

Se nitolbukom tippreparaw, b’żewġ jew tliet persuni, lekċer qasira ta’

mhux aktar minn għaxar minuti. Xi ħadd minnkom jagħti l-lekċer lill-

oħrajn, iżda tista’ tagħżel ukoll li tagħmluha lkoll flimkien u taqsmu l-

kompiti.

Meta tagħti preżentazzjoni irid ikollok suġġett dwar xiex titkellem.

Minħabba ż-żmien qasir ħafna (10 minuti), ikollok bżonn suġġett

sempliċi, qasir, imfassal sew u adattat biex jiġi kopert f’10 minuti.

Tista’ tuża suġġett mill-prattika vokazzjonali tiegħek,

pereżempju l-kostruzzjoni ta’ verdett bil-miktub, is-sekwenza

tal-katina kriminali, eċċ.

Tista' tikkunsidra wkoll suġġett personali li jista’ jkun ta’

interess għall-kollegi tiegħek, pereżempju wieħed mill-

passatempi favoriti tiegħek, jew xi riċetta favorita.

Għaż-żewġ għażliet, huwa importanti li tagħżel suġġett li ma jkunx

ikkumplikat wisq, sabiex ikun tabilħaqq possibbli li twassal il-messaġġ

tiegħek f’10 minuti.

Il-metodu ta’ struzzjoni li għandu jintuża huma l-lekċers.

Kun ċert li tuża mill-inqas wieħed minn dawn it-tipi ta’ apparat li ġejjin:

Whiteboard

Flipchart

Overhead projector u folji

Materjal stampat li tista' tqassam lill-parteċipanti.

Ħin: Se jkollkom 60 minuti għall-preparazzjoni.

Reazzjoni:

Wara li tkun tajt il-lekċer ser tirċievi rispons dwar kif inti:

Żammejt mal-karatteristiċi tal-udjenza tiegħek

Page 37: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

37

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Fassalt il-lekċer tiegħek

Użajt it-tagħmir elettroniku.

II.5. L-ALTERNANZA BEJN LEKĊERS U ĦIDMA FI GRUPP

Il-lekċers huma utli meta jkun se jiġi introdott għarfien ġdid lill-udjenza. Iżda t-tagħlim iseħħ

meta l-parteċipanti jkunu involuti b’mod attiv fil-proċess ta' tagħlim tagħhom stess. Teknika

li tagħti riżultati hija l-alternazzjoni bejn lekċer, bi jew mingħajr Powerpoint, u l-ħidma fi

grupp jew bejn tnejn.

Il-Lekċers

Deskrizzjoni tal-metodu. Il-lekċers huma preżentazzjonijiet strutturati, mmirati lejn it-

trasferiment tal-għarfien. Il-lekċers, bħala metodu ta’ taħriġ dirett, jirrappreżentaw

strument importanti u effiċjenti biex jispjegaw ideat u teoriji f’perjodu ta’ żmien qasir. Il-

lekċers huma l-aktar metodu dirett ta’ taħriġ. Dawn għandhom jintużaw flimkien ma’

wieħed jew aktar metodi parteċipattivi ta’ taħriġ.

Bħala vantaġġ, jistgħu jkunu utli ħafna fil-kuntest ta’ gruppi kbar u flimkien ma’ tekniki oħra

li jkunu aktar adattati għal taħriġ prattiku. Sabiex jittrasferixxi għarfien speċifiku lill-udjenza,

il-kelliem jikkontrolla l-proċess kollu, iżda dan ma jeskludix diskors persważiv li jistimola l-

involviment tal-udjenza.

Dan il-metodu jista’ jkollu ċerti żvantaġġi meta ma jiġix applikat b’mod korrettament, bħal

komunikazzjoni ġejja minn persuna waħda biss, ir-rwol passiv tal-parteċipanti, livell baxx

ta’ assorbiment u, bħala riżultat, assimilazzjoni artifiċjali tal-għarfien. Il-lekċers huma l-aktar

metodu dirett ta’ taħriġ.

Ħidma fi Grupp

Deskrizzjoni tal-metodu. Il-ħidma fi grupp tista’ tiġi organizzata b’tali mod li tnejn jew

tliet persuni jiġu mistiedna jiddiskutu dwar suġġett partikolari flimkien u mbagħad

jirrapportaw lura lil grupp akbar. Normalment ikun biżżejjed li jitolbu l-parteċipanti biex

jiddiskutu dan is-suġġett mal-persuna li tkun ħdejhom. Gruppi żgħar għandhom

jingħataw suġġett ċar li jistgħu jindirizzaw f’qasir żmien biex jiddiskutuh. Dawn huma

effettivi fl-istadji bikrija ta’ kors ta’ taħriġ meta l-parteċipanti jistgħu jkunu għadhom qed

jesperjenzaw xi skumdità jitkellmu ma’ sħabhom.

Wara d-diskussjoni, għadd magħżul ta’ gruppi jista' jintalab jagħti feedback lill-grupp

kollu sabiex l-opinjonijiet jistgħu jiġu kondiviżi u, fejn xieraq, dan jista’ jiġi rreġistrat fuq

Page 38: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

38

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

flipchart. L-istruzzjonijiet huma importanti ħafna. Dawn iwasslu għad-diskussjonijiet.

Jekk l-istruzzjonijiet ma jkunux ċari, jistgħu joħolqu konfużjoni, nuqqas ta’ attenzjoni

jew interess, u joħolqu d-dwejjaq.

Huwa forsi aħjar li nissuġġerixxu li l-lekċers għandhom jikkumplimentaw attività fi grupp, u

mhux bil-kontra. Għalhekk, studju tal-każ, simulazzjoni jew logħba simulata, jew

diskussjonijiet dwar suġġetti differenti jistgħu jitwettqu permezz ta’ ħidma fi gruppi żgħar.

Vantaġġi. Il-parteċipanti jsibu diskussjonijiet fi gruppi żgħir partikolarment utli meta':

Ikollhom ċans jikkontribwixxu;

Huma ċari dwar il-fini tad-diskussjoni u huma mħejjija għaliha;

L-atmosfera hija amikevoli u huma komdi emozzjonalment;

Ikollhom tmexxija tajba;

Iħossu li t-tagħlim huwa rilevanti.

Xi żvantaġġi jistgħu jissemmew ukoll:

In-nies jafu jitkellmu ma uħud iżda mhux ma oħrajn — uħud jitkellmu wisq,

oħrajn ftit wisq; l-apprendisti jiddominaw jew huma ddominati; ikun hemm żvijjar

mill-punt; jitkellmu madwar il-punt; jirrepetu ruħhom; eċċ.

Grupp jista’ jiċħad ċerti ideat u jaċċetta oħrajn mingħajr ma jagħti argumenti

loġiċi.

Il-gruppi jistgħu jispiċċaw jikkonċentraw fuq il-personalitajiet minflok fuq il-kompiti

assenjati.

Il-gruppi jingħataw wisq kompiti fiż-żmien mogħti lilhom.

Il-kap tal-grupp ma jkunx ħejja lilu nnifsu sew jew ma jifhimx il-funzjoni ta’ mexxej

— l-awtorità ta' mexxej tista’ titqies bħala projbittiva.

Pariri għall-ħarrieġ Waħda mill-aktar regoli importanti dwar il-ħidma fi grupp x’aktarx hija

kif jingħataw post bilqiegħda l-parteċipanti. Is-siġġijiet u t-tagħmir iridu jitqiegħdu skont il-

ħtiġijiet tat-taħriġ; dan jista’ mhux dejjem jaqbel mal-arranġamenti li joffri l-post fejn se jsir

it-taħriġ. Kif jiġu mqiegħda s-siġġjiet jgħin biex jiġu ddeterminati r-relazzjonijiet bejn il-

ħarrieġ u l-apprendisti, u bejniet l-apprendisti stess.

II.6. DIBATTITU

Deskrizzjoni tal-metodu. Id-dibattitu huwa metodu formali ta' kif wieħed jippreżenta

argument b’mod dixxiplinat. Għalkemm il-konsistenza loġika, il-preċiżjoni fattwali u xi

tip ta' appell emozzjonali lill-udjenza huma elementi f'dibattitu, ta’ spiss parti waħda

tipprevali fuq il-parti l-oħra meta tippreżenta “kuntest” superjuri u/jew il-qafas tal-

kuntest. L-eżitu tad-dibattitu jista' jiddependi mill-kunsens jew xi mod formali li bih

Page 39: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

39

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

tinstab soluzzjoni, aktar milli l-fatti oġġettivi.

B’kuntrast mal-lekċers, dibattitu juża domandi ipotetiċi li jitlob l-apprendisti fil-ġudikatura

sabiex jaslu għal konklużjonijiet permezz tar-raġunament tagħhom stess. L-għanijiet huma

li jistimulaw il-ħsieb u r-raġunament. Mhemmx tweġiba korretta mill-perspettiva tal-ħarrieġ.

Il-mistoqsija ipotetika toffri lill-apprendisti mekkaniżmu biex jipproċessaw l-ideat li jwasslu

għal konklużjoni biss. Fi tmiem kull sessjoni ta' dibattiti li rnexxew, kull parteċipant jadotta

pożizzjoni dwar il-kwistjoni (kemm volontarjament jew b’ordni).

Example. Id-dibattiti jistgħu jiġu organizzati b’modi differenti.

Il-parteċipanti fi programm ta’ taħriġ (inizjali jew kontinwu) huma mistiedna biex jassumu r-

rwoli ta’ mħallfin, avukati jew prosekuturi. Imbagħad ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom

f’sessjoni ta’ dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ importanza kbira li ser tkun iffiltrata minn dawn

it-tliet perspettivi.

Id-dibattiti jistgħu jiġu organizzati wkoll sempliċement biex ikun hemm kontroll tal-

argumenti u jindara raġunament korrett fit-taħriġ inizjali. Il-parteċipanti jiġu maqsuma

f’żewġ gruppi ta’ kelliema li jressqu argumenti favur u kontra, u permezz ta' konsistenza

loġika u preċiżjoni fattwali jinkwadraw il-perspettiva. Id-dibattitu huwa mportanti mil-lat

didattiku jekk il-ħarrieġ ikun qed iħares lejn it-tfassil tal-kunċett u l-motivazzjoni loġika fil-

proċess ta' raġunament.

II.7. SEDUTI TA’ SMIGĦ SIMULATI U EŻERĊIZZJI TA’ LOGĦOB TA' RWOL

Dawn huma użati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ għoti ta’ taħriġ għall-imħallfin u l-

prosekuturi. Firxa ta’ metodi hija użata biex jiżguraw li l-“esperjenza reali” ta’

aġġudikazzjoni simulata ssaħħaħ il-ħiliet tal-apprendisti parteċipanti.

Deskrizzjoni tal-metodu. Il-logħob ta' rwol jinvolvi l-għoti ta’ rwol partikolari lil grupp jew

subgrupp (pereżempju, prosekutur, id-difiża u l-qorti; jew uffiċjal tal-pulizija, awtur ta'

reat, xhud u vittma). Il-parteċipanti mbagħad jiġu mistiedna jwettqu kompitu (bħalma hi

problema ipotetika) minn perspettivi differenti. L-użu ta’ logħob ta’ rwol u/jew problemi

ipotetiċi jġib element ta’ applikazzjoni prattika fil-korsijiet. Huwa teknika tat-taħriġ li jew

turi t-teorija jew tgħin lil-apprendisti jpoġġu fil-prattika dak li jkunu tgħallmu u biex isibu

l-“evidenza”: It-teorija qed taħdem kif suppost? Dawn it-tekniki għandhom bosta

vantaġġi, peress li dan it-tip ta’ xogħol fi gruppi jinvolvi xogħol fi grupp kooperattiv u t-

tfassil kollettiv a’ strateġiji, joħroġ sitwazzjonijiet realistiċi, u jagħti l-ħajja lill-kunċetti.

Page 40: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

40

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Eżempju:

Is-simulazzjoni: il-ħarrieġ sostitut

F’tim ta’ ħarrieġa, il-kompiti jinqasmu għas-sena li jmiss. Sfortunatament, wieħed minnhom

ma jistax jattendi ċ-ċentru ta’ taħriġ għal diversi xhur. Fortunatament, jinstab kollega ġdid.

Huwa jieħu f’idejh is-sessjonijiet bħala ħarrieġ sostitut, u huwa espert għal dak li għandu

x’jaqsam mal-kontenut, iżda m’għandu l-ebda esperjenza fit-tagħlim jew taħriġ. Huwa lest li

jagħti korsijiet iżda jeħtieġ parir.

Assenjazzjoni:

Il-mistoqsija: Kif tagħti parir lil kollega tiegħek?

Metodu ta- taħriġ: logħob ta’ rwol ma' osservaturi.

Wara ssegwi sessjoni ta’ feedback.

Pariri għall-ħarrieġ. Madankollu hemm ċerti notifiki importanti x’isiru. Il-ħarrieġ għandu jkun

ċert li indirizza il-lista ta' kontroll ta' kwistjonijiet li ġejjin:

Il-kompiti individwali għandhom ikunu speċifiċi;

Informazzjoni bir-reqqa hija essenzjali;

Huma meħtieġa limiti ta’ żmien realistiċi;

Il-kompiti għandhom ikunu mfassla biex jinvolvu lill-parteċipanti kollha anki jekk

ikunu osservaturi;

Il-qsim tal-kompiti għandu jkun ġust;

Ir-rwol tal-ħarrieġ għandu jiġi ċċarat.

II.8. WIRJIET PRATTIĊI

Dan il-metodu huwa partikolarment adattat f’taħriġ multidixxiplinari biex b’mod effiċjenti u

sostenibbli jitwessgħu l-għarfien u l-kapaċitajiet tal-imħallfin u/jew prosekuturi parteċipanti

f’materji legali jew le.

Deskrizzjoni tal-metodu. F’taħriġ ibbażat fuq il-ħiliet, meta jkun qed juża l-metodu ta'

turija, il-ħarrieġ juri l-proċeduri loġiċi pass pass ta' kif isir ix-xogħol, tal-prinċipji

applikabbli, u kwalunkwe informazzjoni relatata.

Xi problemi jinqalgħu meta kelliem mingħajr kwalifiki ġuridiċi jew ħarrieġ ma jmurx tajjeb

mal-udjenza fil-mira, minħabba li juża l-lingwaġġ tekniku tiegħu mingħajr spjegazzjonijiet

ulterjuri. B’kuntrast ma’ dan, il-parteċipanti jaraw l-effetti fit-tul meta perit juri nuqqasijiet

tekniċi tipiċi ta’ binja lil imħallfin ċivili b'mudell ta' dar, meta psikjatra forensiku juri lill-

imħallfin u/jew lill-prosekuturi kif jagħmel it-testijiet fuq il-kwistjoni tal-ġenn potenzjali tal-

konvenut, jew meta psikologu jagħti eżempju lill-imħallfin fil-qasam tal-familja jew kriminali

kif jivvaluta l-kredibbiltà tax-xhieda ta’ minuri.

Page 41: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

41

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

II.9. IS-SOLUZZJONI TAL-PROBLEMI:

IS-SEBA’ STADJI TA’ ANALIŻI TAL-PROBLEMA

Is-soluzzjoni ta’ problemi tista' tiġi indirizzata fi ħdan qafas ta’ ppjanar jew tista' tkun

reazzjoni spontanja jew dibattitu li qed isir meta tali sitwazzjoni sseħħ.

Deskrizzjoni tal-metodu. Dan il-metodu taż taħriġ jintuża biex jiġu identifikati l-

problemi, jiġu analizzati u jinstabu modi adatti biex jiġu riżolti. Il-mod li bih jissolvew il-

problemi jvarja minn problema għal oħra. Jista’ jiġi applikat fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma

jew fil-qafas ta’ diskussjonijiet informali.

L-użu ta’ approċċ organizzat ta' seba’ passi fl-analiżi ta' problema jew każ iwassal għal

proċess aktar faċli u jista’ jżid il-benefiċċji tat-tagħlim.

1. Aqra l-każ bir-reqqa. Sabiex wieħed jifhem bis-sħiħ dak li qed jiġri f’każ, irid

jinqara bir-reqqa u kollhu kemm hu. It-teħid ta' noti huwa vantaġġ.

2. Fisser il-kwistjoni prinċipali. Ħafna każijiet jinvolvu bosta kwistjonijiet jew

problemi. Identifika l-aktar problemi importanti u sseparawhom mill-kwistjonijiet l-

inqas importanti.

3. L-oqsma funzjonali. Wara li tidentifika dik li tidher li hija l-kwistjoni sottostanti

ewlenija, eżamina l-problemi relatati mal-oqsma funzjonali (pereżempju, tqegħid

fis-suq, finanzi, persunal, eċċ.). Il-problema fl-oqsma funzjonali jistgħu jgħinuk

tidentifika l-problemi b’għeruq fondi li huma r-responsabilità tal-maniġment

superjuri.

4. Fisser il-kuntest ġuridiku: stabbilixxi l-liġi rilevanti, regolamenti, eċċ.

5. Identifika r-restrizzjonijiet għall-problema Ir-restrizzjonijiet jistgħu jillimitaw is-

soluzzjonijiet disponibbli.

6. Il-alternattivi rilevanti kollha. Il-lista għandha tinkludi l-alternattivi rilevanti kollha li

jistgħu isolvu l-problema (i) li ġew identifikati fl-istadju 2.

7. Għażel l-aħjar alternattiva. Evalwa kull alternattiva fid-dawl tal-informazzjoni

disponibbli. Jekk ħadt l-aħħar ħames passi bir-reqqa, soluzzjoni deċenti għall-

każ għandha tkun evidenti.

II.10. STUDJI TA' KAŻIJIET

Faċli ssir konfużjoni bejn il-metodu ta' Studju ta’ Każ ul-Metodu permezz ta' Każ,

partikolarment għaliex jirrigwarda l-edukazzjoni legali. Il-Metodu permezz ta' Każ fit-tagħlim

legali ġie vvintat minn Christopher Columbus Langdell, Dekan ta’ Skola tal-Liġi ta’ Harvard

mill-1870 sal-1895. Langdell ħareġ b’mod kif tista' tiġi sistemizzata u ssimplifikata l-

edukazzjoni legali billi tiffoka fuq ġurisprudenza preċedenti li ġġib il-quddiem il-prinċipji jew

duttrini ta' sottogruppi tal-liġi. Għal dak l-għan, Langdell kiteb l-ewwel ktieb dwar il-każijiet,

bl-isem “Ġabra ta’ Każijiet dwar il-Liġi tal-Kuntratti",19 ġabra ta' każijiet riżolti li laħqu l-

19 Langdell, C.C., A Selection of Cases on the Law of Contracts with References and Citations...Prepared for Use as a

Page 42: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

42

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

aspettativi tiegħu li jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni attwali tal-liġi kuntrattwali. L-istudenti kienu

jaqraw il-każijiet u jiġu ippreparati sabiex janalizzawhom matul sessjonijiet stil Socrates ta’

mistoqsija u tweġiba fil-klassi.

Deskrizzjoni tal-metodu. L-istudji tal-każijiet jipprovdi lill-qarrejja b’ħarsa lejn il-kwistjoni

prinċipali, l-isfond tal-każ, il-persuni involuti, u l-avvenimenti li wasslu għal din il-

problema jew deċiżjoni inkwistjoni. Il-każijiet huma użati biex juru sett partikolari ta’

għanijiet tat-tagħlim, u (bħal fil-ħajja reali) ftit li xejn hemm tweġibiet eżatti għad-

dilemma inkwistjoni. Fil-preżent, il-metodu tal-istudju tal-każ jikkonsisti fil-

preżentazzjoni ta’ inċident speċifiku, jew xenarju, b'informazzjoni rilevanti ta’ sfond, li

tiġi analizzata fid-dettall bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. Dan joħloq l-opportunità li

jinftehmu u jiġu applikati prinċipji, regoli u regolamenti għal xenarju reali jew

immaġinarju.

L-istudju tal-każijiet normalment ma jipprovdix tweġibiet ċari. Huma maħsuba biex iqajmu

kwistjonijiet u jippermettu lill-parteċipanti biex jaħdmu tul il-proċess ta’ teħid tad-

deċiżjonijiet biex isibu s-soluzzjonijiet preferuti tagħhom. Studju ta’ każ jista' jieħu sessjoni

sħiħa matul avveniment ta’ taħriġ jew jista’ jitwettaq fuq bażi wiesgħa, jiġifieri jinħadem

matul it-taħriġ.

L-arkitettura tal-istudju ta’ każ. L-istudji tal-każijiet huma iktar effettivi meta jintużaw fi

gruppi żgħar, fejn il-parteċipanti, li normalment ikunu bilqiegħda għalihom jew jaħdmu għal

rashom, jew iktar rarament, ma’ mħallef ieħor, jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi u l-metodi

analitiċi ta’ xulxin u b’hekk jirriflettu dwar l-approċċ tagħhom stess. Jistgħu jintużaw ukoll fi

gruppi akbar.

Is-suġġetti li jistgħu jiġu koperti. L-istudji tal-każijiet jistgħu jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti:

il-liġi sostantiva, kwistjonijiet proċedurali u dwar il-provi, ġestjoni tal-każijiet, ġestjoni tal-

imġiba, trattament ġust jew taħlita ta’ dawn. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ xenarju ipotetiku

qasir, problema, logħba ta' rwol, jew jużaw materjali li normalment jikkostitwixxu dokumenti

għal seduta ta’ smigħ.

Pariri għall-ħarrieġ. Huwa importanti li meta ssir il-proposta biex jintużaw studji tal-każijiet li

l-kontenut ikun imfassal biex jintlaħqu għanijiet definiti b’mod ċar u riżultati tat-tagħlim. Kun

af li atmosfera ipotetika u nuqqas ta’ dettall tal-isfond jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet

mhux prattiċi.

II.11. EŻERĊIZZJI ESPERJENZJALI

Dan it-taħriġ jista’ jkun partikolarment utli f’avvenimenti ta’ taħriġ li jiffukaw fuq il-

kapaċitajiet u l-ħiliet metodoloġiċi. Fit-taħriġ dwar maniġment u tmexxija dwar il-maniġment

tal-proċess u l-bidla, pereżempju, ġie ppruvat li huwa bil-bosta l-aktar metodu istruttiv fejn

Text-Book in Harvard Law School, Boston: Little Brown (1870).

Page 43: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

43

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

il-parteċipanti jgħaddu mill-esperjenza reali ta’ xenarju ta' każ reali, jiġifieri biex

jakkumpanjaw il-proċess ta’ bidla konkreta f’qorti partikolari jew f'uffiċċju tal-prosekuzzjoni.

Deskrizzjoni tal-metodu. It-tagħlim mill-esperjenza huwa tagħlim permezz ta' riflessjoni

dwar dan, li ħafna drabi jitqabbel mat-tagħlim didattiku. Huwa jiffoka fuq il-proċess tat-

tagħlim tal-individwu li għaddej minn esperjenza simili ħafna għal dak li jiġri

f’sitwazzjonijiet ta’ ħajja reali.

Għal dan it-tip ta’ approċċhemm xi rekwiżiti li jridu jiġu kkunsidrati:

L-istudent għandu jkun lest jipparteċipa b’mod attiv fl-esperjenza.

L-istudent għandu jkun jista' jirrifletti fuq l-esperjenza.

L-istudent għandu jkollhu u juża ħiliet analitiċi biex jifforma kunċetti tal-

esperjenza.

U l-istudent għandu jkollhu ħiliet ta' teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ riżoluzzjoni tal-

problemi sabiex juża dawn l-ideat ġodda miksuba mill-esperjenza.

Dan il-metodu ta' taħriġ jista’ jkun partikolarment utli f’avvenimenti ta’ taħriġ li jiffukaw fuq il-

kapaċitajiet u l-ħiliet metodoloġiċi. Fit-taħriġ dwar maniġment u tmexxija dwar il-maniġment

tal-proċess u l-bidla, pereżempju, ġie ppruvat li huwa bil-bosta l-aktar metodu istruttiv fejn

il-parteċipanti jgħaddu mill-esperjenza reali ta’ xenarju ta' każ reali, jiġifieri biex

jakkumpanjaw il-proċess ta’ bidla konkreta f’qorti partikolari jew f'uffiċċju tal-prosekuzzjoni.

II.12. FEEDBACK

Il-feedback huwa essenzjali meta jintużaw dawn il-metodi ta’ taħriġ u tekniki fejn il-

parteċipanti huma involuti b’mod attiv fil-proċess tat-tagħlim.

Definizzjoni. Il-feedback huwa parti essenzjali tal-edukazzjoni u l-programmi ta’ taħriġ.

Huwa jgħin lill-istudenti biex isiru konxji tal-potenzjal tagħhom fi stadji differenti ta’

taħriġ, iqajjem sensibilizzazzjoni tal-ħiliet tagħhom u l-oqsma għat-titjib, u jidentifika l-

azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex titjieb il-prestazzjoni.

Il-feedback jista’ jiġi ttrattat b’mod informali, bħal f’laqgħat ta’ kuljum bejn min iħarreġ u

dawk li qed jitħarrġu, bejn is-sħab jew bejn kollegi jew formalment bħala parti minn

valutazzjoni bil-miktub.

Il-feedback għandu jkun:

Kostruttiv;

Huwa speċifiku għall-informazzjoni, iffukat fuq il-kwistjoni informati u bbażat fuq

osservazzjonijiet. Jinvolvi kemm tifħir u kritika sabiex jipprovdi pariri siewja għal titjib.

Page 44: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

44

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Oġġettiv;

Huwa bbażat fuq il-fatti, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jiġu osservati.

Konkret;

Dan jirreferi għal imġiba eżistenti f’realtà. Il-ħarrieġ ma jweġibx għal xi ħaġa astratta.

L-imġiba osservata mhix kwistjoni ta’ interpretazzjoni.

Speċifiku:

Huwa jenfasizza l-punti b’saħħithom u dawk dgħajfin, u jagħti eżempji speċifiċi jew

spjegazzjonijiet.

Fil-pront

Għandu jingħata immedjatament jew fiż-żmien miftiehem minn qabel.

Il-feedback għandu dejjem ikun komunikazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

L-apprendist huwa parti konċernata ewlenija mistieden għas-sessjoni ta' informazzjoni: L-

apprendisti jitħallew jgħidu jekk humiex sodisfatti, x'kien sinifikanti għalihom, x'jaraw bħala

ostakoli meta jkunu lesti biex japplikaw dak li tgħallmu, u kif ħassewhom waqt il-logħob ta'

rwol (simulat il-qorti). Għandu jkun hemm ħin ukoll għal feedback mingħand il-ħarrieġa.

II.13. TAGĦRIF MINN QABEL

Kwalunkwe proċedura li tinvolvi ħidma fi grupp għandha tiġi ffinalizzata b’tagħrif dwar x'se

jsir. Il-ħarrieġ għandu jipprovdi opportunitajiet lil gruppi biex jirrapportaw lura lil oħrajn u

mbagħad jagħtu kontribut finali konklużiv.

Deskrizzjoni tal-metodu. Dan huwa aspett importanti tal-ħidma fi grupp: l-għoti ta'

tagħrif minn qabel jipprovdi analiżi tal-attività, jidentifika l-opinjonijiet differenti, u huwa

opportunità biex jinqasmu l-ideat. Huwa kruċjali li r-rappurtar jirrifletti l-opinjonijiet tal-

grupp, aktar milli l-opinjoni tal-kelliem għall-grupp. L-użu ta’ flipchart matul id-

diskussjonijiet tal-grupp huwa rakkomandat.

Hemm żewġ passi importanti li jridu jittieħdu sabiex dak it-tagħrif minn qabel jikseb l-

għanijiet tiegħu:

Il-gruppi għandhom ikunu jafu minn qabel li se jkun hemm sessjoni plenarja ta’ feedback, u

li kull grupp irid jaħtar "rapporteur" li l-kompitu tiegħu għandu jkun li jirrapporta fi żmien

partikolari dwar il-konklużjonijiet tal-grupp.

Ladarba r-rapport ikun seħħ, il-ħarrieġ li jkun qed imexxi s-sessjoni plenarja għandu

jistimula diskussjonijiet u riflessjonijiet kritiċi dwar il-koerenza l-fehmiet espressi u l-kwalità

tal-evidenza.

Aspett importanti, madankollu, huwa l-użu xieraq ta’ metodi ta’ taħriġ skont il-profil tal-

parteċipanti u l-objettivi jew l-għanijiet mixtieqa. Id-dijagramma li ġejja turi l-karatteristiċi

Page 45: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

45

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

prinċipali ta’ pjan ta’ taħriġ.

EŻEMPJU:

QAFAS GĦAL KORS IMFASSAL FI TMIEN STADJI

Stabbilixxi l-għanijiet tal-kors.

Twieġeb mistoqsijiet bħal:

"Kif ikunu nbiddlu l-parteċipanti meta jispiċċaw dan il-kors?" (Attitudni);

"X'għandhom ikunu jafu jew jafu jagħmlu wara dan il-kors?" (Għarfien u ħiliet,

attitudnijiet).

Iddeskrivi l-għanijiet f’termini ta’ mġiba (uża l-verbi!).

Ikkunsidra l-karatteristiċi ta' student u s-sitwazzjoni:

L-isfond u l-għarfien eżistenti dwar is-suġġett

Il-motivazzjoni tagħhom biex jieħdu l-kors

Profil tal-grupp

Post

Tagħmir tekniku

Il-loġistika

Agħżel il-kontenut tal-kors

Aċċerta ruħek illi l-aktar suġġetti importanti huma inklużi. Oħloq bilanċ: għandu jkun

hemm biżżejjed kontenut biex il-kors jippreżenta sfida, iżda mhux daqshekk kuntent

li jkollok tgħaġġel minn suġġett għal ieħor .

Agħżel metodu u teknika għat-taħriġ

L-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ metodi ta’ taħriġ jiddependi ħafna fuq l-għanijiet tal-kors u

l-profil tal-istudenti adulti.

Ippjana l-kors. Uża l-istruttura: Introduzzjoni, kontenut prinċipali, evalwazzjoni

Meta tippjana l-kors, għandek tikkunsidra dawn li ġejjin:

L-Introduzzjoni

I = Introduċi lilek innifsek

N = (Needs) Bżonnijiet, l-għanijiet/objettivi, l-aspettattivi

Għanijiet / Objettivi Karatteristiċi ta' Studenti Adulti

Tfassil tal-kors Kontenut Metodu ta' Taħriġ Istruttiv

Evalwazzjoni

Page 46: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

46

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

T = (Time) Ħin (ippjanar)

R = Reazzjonijiet, meta l-parteċipant jistaqsu mistoqsijiet

O = Oħrajn (loġistika, telefowns, waqfiet, eċċ.)

Kontenut prinċipali

Ippreżenta l-kontenut tal-kors skont il-metodi ta’ taħriġ magħżula

Ikseb il-parteċipazzjoni tal-parteċipanti

Ħallihom japplikaw l-għarfien

Ivverifika, evalwa l-proċess ta’ tagħlim

Konklużjoni

Il-feedback, it-tagħrif minn qabel u s-sommarji huma utli

Segwitu tal-iskeda, appuntament, eċċ.

Għażel u ħejji qari u attivitajiet (midja, tagħmir)

Aħseb f'kombinazzjoni ta’ kotba, artikoli u midja oħra rigward materjal tal-qari.

Ikteb il-materjal tal-kors u l-xogħol għall-istudenti

Ara x'għandek bżonn matul il-kors: karti, noti, materjali stampat biex tqassmu,

estratti, xogħol għad-dar, tweġibiet għax-xogħol għad-dar, appendiċi, eċċ

Ipprepara biex tirċievi feedback mill-parteċipanti u pprepara għodod ta’ evalwazzjoni.

Trid tkun taf jekk il-parteċipanti laħqux l-għanijiet u kif jaħsbuha dwar il-kors. Din l-

informazzjoni hija meħtieġa għal reviżjoni. L-indikaturi li ġejjin jistgħu jgħinu biex

tiġbor l-informazzjoni:

Eżamijiet u kwiżiż

Osserva l-uċuħ tal-istudenti u l-lingwaġġ tal-ġisem

Issorvelja l-parteċipazzjoni u l-attendenza

Immonitorja l-frekwenza tad-diskussjoni barra mill-klassi jew l-użu ta’ ħinijiet

tax-xogħol

Issorvelja t-tlestija tax-xogħol għad-dar

Analizza l-kitbiet/artikoli fil-ġurnali tal-istudenti

Eżamina l-evalwazzjonijiet tal-kors

Saqsi lill-parteċipanti direttament

III. TRAINING IN THE WORKPLACE

III.1. L-AMBJENT TAX-XOGĦOL TAL-IMĦALLFIN U PROSEKUTURI MODERNI

Il-kariga ta’ mħallef jew prosekutur illum hija aktar diffiċli minn qatt qabel fil-pajjiżi tagħna.

Mhux biss minħabba li s-sett ta’ regoli ta’ dritt li l-qrati jridu japplikaw qed isir aktar

teknikament kumpless, u r-relazzjonijiet soċjali li jiġu stabbiliti qiegħdin kulma jmur iżidu t-

talba għall-intervent ta’ ġustizzja, iżda wkoll għax fis-soċjetajiet miftuħa u demokratiċi

tagħna, l-aspettattivi u d-drittijiet multipli u ħafna drabi konfliġġenti li jesiġu li jiġu

Page 47: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

47

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

rikonoxxuti u ggarantiti, l-influwenza pubblika dejjem tikber ta’ individwi u gruppi soċjali, il-

ħtieġa ta’ sigurtà u ordni soċjali, l-aspettattivi ta’ nondiskriminazzjoni u inqas inugwaljanza,

ta’ ekwità soċjali u ridistribuzzjoni ġusta, u l-limiti tar-riżorsi disponibbli, jistgħu joħolqu

tensjonijiet u b’hekk jagħmluha aktar diffiċli u delikata biex jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ fil-

prattika.

Din hija r-raġuni għaliex it-taħriġ inizjali ta’ mħallfin u prosekuturi futuri -kif ukoll taħriġ ta'

induzzjoni għal imħallfin u prosekuturi maħtura ġodda — huwa, illum aktar minn qatt qabel,

kompitu kruċjali u diffiċli, li ma jistax jiġi sodisfatt biss permezz ta’ sempliċi trażmissjoni tal-

kunċetti legali, u l-anqas permezz ta’ repetizzjoni mekkanika tad-drawwiet u l-prattiki fl-

esperjenza ġudizzjarja. Dan jirrikjedi l-abilità li wieħed jifhem l-ambjent li fih joperaw l-

imħallfin u l-prosekuturi. Il-kompetenza, l-imġiba etika, ir-rispett lejn l-indipendenza tal-

ġudikatura, l-imparzjalità, riżerva u fehim adegwat tar-realtajiet soċjali u umani li magħhom

taħdem is-sistema ġudizzjarja huma kollha rekwiżiti għal imħallef jew prosekutur tajjeb.

Dan kollu jispjega għaliex huwa preferibbli li t-taħriġ inizjali inizjali u ta’ induzzjoni tal-

imħallfin u l-prosekuturi ma jkunx il-kompitu esklużiv ta’ strutturi interni fi ħdan l-istess

sistema ġuridika, biex b’hekk jinbeda proċess awtoreferenzjali. It-taħriġ ta’ induzzjoni u

inizjali ta' persunal ġdid għandu jiġi stabbilit fl-intersezzjoni bejn l-apparat ġudizzjarju u s-

soċjetà “esterna”.

Huwa ovvju li dan it-taħriġ, fl-aspetti kollha tiegħu (u mhux biss fl-aspett strettament legali

relatat mal-oqsma tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew), jista' jikseb l-akbar

benefiċċju permezz ta' paragun, skambju u kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tat-taħriġ

f’pajjiżi differenti fl-Ewropa u lil hinn mill-Ewropa. Kulturi legali differenti — u mhux biss

sistemi ġuridiċi differenti — jistgħu u għandhom jiġu mqabbla u jarrikkixxu lil xulxin.

F’sitwazzjonijiet xierqa, taħriġ imfassal apposta fuq il-post tax-xogħol jista’ jkun metodu

partikolarment prattiku u effiċjenti fir-riżorsi li jsaħħaħ il-ħiliet u l-kapaċitajiet professjonali

tal-imħallfin u l-prosekuturi. Filwaqt li tuturi jew konsulenti esperti kienu kunċett magħruf

sew għal ċertu tul ta’ żmien, is-sorveljanza u l-intervenzjoni kienu tradizzjonalment ristretti

għal ambjenti soċjopsikoloġiċi professjonali għal għexieren ta’ snin, u ġew introdotti lill-

ġudikatura riċentement.

III.2. TUTORING JEW MENTORING

Definizzjoni. Dan il-metodu jikkonsisti fit-tlaqqigħ ta' apprendist individiwali ma'

prattikant bl-esperjenza u b'ħiliet didattiċi biex jitgħallem dwar ħtiġijiet professjonali

f’qasam speċifiku ta’ għarfien, kapaċitajiet u ħiliet b’mod prattiku ħafna f’sitwazzjoni ta’

“peer-to-peer”. Dan il-metodu ta’ taħriġ fil-post tax-xogħol huwa primarjament użat fit-

taħriġ inizjali u taħriġ ta’ induzzjoni.

Il-mentors għandhom ir-responsabbiltà primarja biex jassistu lill-imħallfin ġodda billi

jiffamiljarizzawhom ma' suġġetti pertinenti, inklużi l-parametri tal-programm ta’ mentoring

Page 48: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

48

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

ġudizzjarju, id-dettalji tal-għeluq ta’ uffiċċju tal-avukati, il-proċeduri u l-politiki tal-impjieg,

konsiderazzjonijiet etiċi, u pariri għal ħajja f’komunità ġudizzjarja. L-approċċ tal-mentor

għandu jinbidel skont id-diversi tipi ta’ personalitajiet u stili ta’ tagħlim ta’ dawn l-imħallfin

ġodda.

Programm b’suċċess ta’ mentoring jippromwovi l-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità u l-

imparzjalità tal-ġudikatura.

III.3. SUPERVIŻJONI

Is-superviżjoni hija forma speċifika ta’ counselling professjonali li jieħu l-forma ta’ intervent

fuq il-post tax-xogħol. Jiġbor flimkien tliet partijiet:

min iħaddem,

is-superviżur

u l-persuna(i) sorveljat (i).

L-għan huwa li jtejjeb sostanzjalment il-kapaċitajiet professjonali u l-ħiliet tal-persuna

sorveljata, sew jekk tkun organizzazzjoni sħiħa, gruppi jew individwi. Billi s-sorveljanza

tista’ tiswa ħafna flus — bħala regola s-superviżuri huma professjonisti mħarrġin apposta

— mhix maħsuba biex tkun komprensiva. Għalhekk, hija ta’ importanza kbira li t-tliet

partijiet kkonċernati jidentifikaw b’mod xieraq u preċiż l-bżonnijiet ta’ taħriġ tal-persuna

sorveljata, u mbagħad jilħqu ftehim konkret dwar l-iskop, il-frekwenza, prezz u l-għanijiet

tal-intervent.

Il-kompitu ta’ min iħaddem regolarment jintemm meta jintlaħaq il-ftehim fil-mira. Hu jista’

jipparteċipa aktar tard fil-valutazzjoni jew l-evalwazzjoni tas-superviżjoni, iżda dan ikun

kemxejn diffiċli f’funzjoni ġudizzjarja għaliex, l-ewwel nett, il-kunfidenzjalità hija fattur

ewlieni ta’ superviżjoni li tiffunzjona, u min-naħa l-oħra, l-indipendenza ġudizzjarja tal-

persuna(i) sorveljata (i) m’għandu qatt tkun inkwistjoni.

X’inhu l-kompitu tas-superviżur? Is-superviżur jakkumpanja lill-persuna(i) sorveljata(i)

matul ix-xogħol professjonali ta’ kuljum tagħha sabiex jiskopri d-dinamika tar-rwoli kif ukoll

disfunzjonijiet potenzjali bejn il-persuna(i) sorveljata(i), min naħa, u fir-relazzjonijiet bejn il-

persuna(i) sorveljata (i) u partijiet terzi, min-naħa l-oħra. B’hekk, l-evalwazzjoni tas-

sitwazzjoni hija l-punt tat-tluq. Approċċ orjentat lejn il-fiduċja, awtentiku u enfatiku mis-

superviżur jgħin biex tibda r-relazzjoni ta' fiduċja. Il-kunfidenzjalità hija garantita, u s-

superviżur b’mod partikolari qatt ma jista jissostitwixxi lill-persuna(i) sorveljata(i) fil-kuntatt

mad-“dinja esterna” (jiġifieri barra s-sistema ta’ superviżjoni).

Mill-perspettiva tal-persuni sorveljati, l-għan tas-superviżur huwa li jgħinhom jiskopru modi

prattiċi biex itejjbu huma stess il-kapaċitajiet u l-ħiliet professjonali tagħhom. Is-suċċess jiġi

ċċekkjat b’mod regolari fi ħdan is-sistema ta’ superviżjoni. Fuq medda twila ta’ żmien, l-

għan huwa li jkun hemm bidliet fit-tul fl-imġiba tal-persuna(i) sorveljata(i), u b’hekk tiżdied l-

indipendenza tagħhom mis-superviżur.

Metodi tipiċi ta' superviżjoni r-riflessjoni analitika, l-interattività iffukata fuq suġġett permezz

Page 49: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

49

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

ta' logħob ta' rwol jew bħalu, l-analiżi ta' filmat, xogħol tad-dar, eċċ.

Forom tipiċi ta’ superviżjoni f’kuntesti ġudizzjarji huma:

Is-superviżjoni fi grupp jew f'tim: Numru ta’ persuni taħt sorveljanza minn diversi

organizzazzjonijiet differenti (pereżempju l-pulizija, is-servizz tal-prosekuzzjoni, u

qorti kriminali), jew minn diversi unitajiet (fil-qorti jew fis-servizzi tal-prosekuzzjoni),

jew minn unità waħda (fi ħdan il-qorti jew l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni) jirriflettu fuq l-

esperjenzi u l-problemi f’ambjent professjonali komuni tagħhom.

Il-mira hawnhekk hija ħafna drabi biex twassal għal titjib fit-tul fil-proċessi ta’

ġestjoni tal-bidla u ġestjoni organizzattiva tal-kwalità.

Is-superviżjoni tal-każ: Dan huwa metodu ta’ taħriġ partikolarment utli fuq il-post tax-

xogħol meta każ speċifiku jew sitwazzjoni mhux tas-soltu tippreżenta sfidi partikolari

li jinvolvu għadd kbir ta’ “impjegati” ta’ qorti jew mis-servizzi tal-prosekuzzjoni

(imħallfin, prosekuturi u persunal) għal tul ta’ żmien.

Il-mira hija li tiftaħ mogħdijiet għal immaniġġar tal-kwalità u effiċjenti fi ħdan il-

kuntest partikolari tal-każ, li tista’ mbagħad isservi bħala mudell għal każijiet simili

futuri.

Superviżjoni individwali: Dan it-tip ta' superviżjoni wiċċ imb’ wiċċ huwa

partikolarment utli meta l-għan huwa li mħallef jew prosekutur “f’diffikultà”

(irrispettivament mir-raġunijiet għalfejn seħħew dawn id-diffikultajiet) jerġa’ jqum fuq

saqajh billi jiġi megħjun jiskopri mill-ġdid il-kapaċitajiet u l-ħiliet midfuna għal żmien

twil minħabba r-rutina ta’ kuljum tiegħu. Is-superviżjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn ta’

spiss tissejjaħ “coaching”, iżda peress li dan it-terminu ftit oskur ma għandux tifsira

uniformi xjentifika u ċara, huwa preferibbli li jintuża l-kunċett ta’ superviżjoni

individwali.

Vantaġġ sinifikanti ta’ din il-forma tas-superviżjoni huwa l-livell ogħla ta’

kunfidenzjalità. Imħallef jew prosekutur jista' jiftaħ qalb aktar faċilment fuq bażi

individwali milli fi grupp.

III.4. INTERVISION (SUPERVIŻJONI MINN KOLLEGI)

Intervision, imsejħa wkoll superviżjoni bejn kollegi, hija essenzjalment forma ta’

superviżjoni tal-grupp mingħajr superviżur. Il-“persuni taħt superviżjoni” reċiprokament

jissorveljaw lilhom infushom. Ftehim b'mira ma’ min iħaddem mhuwiex prerekwiżit għal din

il-forma ta’ gwida professjonali fuq il-post tax-xogħol. L-intervision hija għalhekk ħafna

aktar informali u wkoll orħos mill-forom ta’ sorveljanza deskritti hawn fuq. Vantaġġ ċar

għall-apprendisti huwa l-ambjent partikolarment kunfidenzjali. Il-grupp ta’ intervision huwa

strettament limitat għall-kollegi.

Vantaġġ ieħor ta’ intervision — għall-inqas f'ambjent ġudizzjarju — hija n-natura

strettament volontarja tal-counseling. Filwaqt li fis-settur privat, fejn ikum hemm

sitwazzjonijiet fejn intervision hija sempliċiment mitluba minn min iħaddem, l-aktar li jista'

jagħmel prim imħallef jew prosekutur huwa li jinċentiva l-intervision billi jispjega l-effetti

benefiċjali tagħha.

Page 50: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

50

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Fil-prattika, il-forom ta’ intervision jinstabu b’mod partikolari fost l-imħallfin jew prosekuturi

ż-żgħar li jkun għadhom kemm inħatru. Fejn applikabbli, il-forom ta' intervision huma wkoll

parti minn evalwazzjoni bejn il-pari tal-mekkaniżmi għar-rapporti tal-prestazzjoni. Iżda l-

esperjenza turi li mħallfin jew prosekuturi b'esperjenza wkoll jistgħu jibbenefikaw ħafna

mis-superviżjoni bejn kollegi. L-ispezzjoni ta', pereżempju, il-mod kif kollega tal-esperjenza

jmexxi smigħ jista’ jgħin biex jinqerdu l-idjosinkrasiji personali li ilhom jeżistu li ma kienx jaf

bihom l-imħallef.

IV. L-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA MODERNA

L-użu tat-teknoloġija moderna għandu jkun kwistjoni ta’ teħid ta' deċiżjonijiet bir-reqqa. L-

adegwatezza ta’ metodi tat-tagħlim elettroniku għandha tiġi determinata b’kont meħud tal-

profil tal-apprendisti, l-għanijiet ta’ taħriġ, u l-kontenut innifsu.

Vantaġġi. It-teknoloġija moderna hija strument importanti li għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ. L-

għarfien, il-fehim tal-għarfien u l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ttrasferiti b’suċċess permezz

ta’ metodi tat-tagħlim elettroniku. Approċċ wiċċ imb wiċċ żgur li jaħdem fuq l-iżvilupp tal-

ħiliet u l-imġiba iżda huwa effikaċi f’sens ta’ nfiq li jintużaw moduli ta’ tagħlim elettroniku

għat-trasferiment ta' għarfien ġdid.

Żvantaġġi: Għandu jiġi nnutat, madankollu, li l-potenzjali għat-tagħlim ta’ tagħlim

elettroniku f'ambjent ġudizzjarju huwa limitat anke meta huwa limitat għat-trasferiment ta'

għarfien ġdid. L-informazzjoni bbażata fuq l-internet tista’ fuq kollox tipprovdi informazzjoni

bażika dwar tema partikolari. Iżda l-fehim ta' kunċetti legali kumplessi u l-ġurisprudenza

tal-qrati superjuri fuq dawn il-kunċetti jeħtieġ interazzjoni bejn il-partijiet rilevanti. Ta' min

iżomm f’moħħu wkoll li t-tagħlim elettroniku huwa xi ftit jew wisq għali meta jsir kif xieraq.

L-għodod ta’ tagħlim għandhom ikunu preparati, u jiġi organizzat ukoll segwitu wara l-fażi

ta’ tagħlim elettroniku. L-għarfien trasferit jkun eżatt jekk isiru d-dispożizzjonijiet

istituzzjonali għall-aġġornamenti regolari tal-kontenut f’għodod ibbażati fuq l-internet u l-

metodoloġija użata.

IV.1. TAĦRIĠ IBBAŻAT FUQ IT-TEKNOLOĠIJA U T-TAGĦLIM IMĦALLAT

Taħriġ ibbażat fuq it-teknoloġija ħareġ bħala alternattiva għal taħriġ immexxi minn

għalliem. Il-vantaġġ ewlieni li dan l-approċċ għat-tagħlim joffri huwa n-numru ta’ persuni li

jistgħu jiġu mgħallma. It-tagħlim elettroniku huwa wkoll aktar kosteffettiv, peress li

jippermetti lill-imħallfin li jikkombinaw il-funzjonijiet tagħhom ma’ proċess ta’ tagħlim

kontinwu.

Il-benefiċċji tat-tagħlim elettroniku huma fil-preżent stabbiliti sew jekkjiġu meqjusa r-riżorsi.

Iżda jibqa’ l-fatt li approċċ prattiku għat-taħriġ jmur lil'hinn minn interventi onlajn fit-tagħlim

mill-bogħod.

Din hija r-raġuni għaliex it-tagħlim imħallat huwa riżorsa siewja ħafna fit-taħriġ. Hemm

bosta definizzjonijiet ta’ tagħlim imħallat, iżda għad m’hemmx definizzjoni unika aċċettata.

Page 51: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

51

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Waħda mid-definizzjonijiet komuni ta’ tagħlim imħallat tirreferi għal opportunitajiet

strutturati ta’ tagħlim, li jużaw aktar minn metodu wieħed ta’ tagħlim jew taħriġ, fi jew barra

mill-iskola. Din id-definizzjoni tinkludi:

Metodi differenti biex jiffaċilitaw it-tagħlim (lekċer, diskussjoni, prattika gwidata, qari,

logħob, studju ta’ każ, simulazzjoni);

Diversi metodi ta’ twassil (klassijiet reali jew bil-medjazzjoni tal-kompjuter);

Skedar differenti (sinkrona jew asinkrona);

Livelli differenti ta’ gwida (individwali, immexxija minn għalliem jew espert, jew

tagħlim fi grupp jew soċjali).

It-tagħlim imħallat joffri l-potenzjal li jinħoloq taħriġ effettiv, biex l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ

jiffrankaw kemm ħin u flus, sabiex it-taħriġ isir aktar attraenti u konvenjenti għall-istudenti,

u joffri lill-professjonisti tat-tagħlim l-opportunità biex ikunu innovattivi. Dawk favur it-

tagħlim imħallat jenfasizzaw l-opportunità għall-ġbir tad-dejta u l-ispeċifikazzjoni ta’

struzzjoni u valutazzjoni bħala żewġ benefiċċji ewlenin ta’ dan l-approċċ.

Iżda m’għandniex ninsew li t-tagħlim imħallat jiddependi ħafna fuq ir-riżorsi tekniċi li

permezz tagħhom titwassal l-esperjenza tat-tagħlim imħallat. Dawn l-għodod għandhom

ikunu affidabbli, faċli biex jintużaw u aġġornati sabiex l-użu tal-Internet ikollu impatt

sinifikanti fuq l-esperjenza tat-tagħlim.

Il-vantaġġi ewlenin ta’ din il-kombinazzjoni ta’ metodi ta’ taħriġ tal-ġudikatura huma dawn li

ġejjin:

Il-faċilitaturi ta’ korsijiet ta' tagħlim mill-bogħod jistgħu jaċċertaw li l-parteċipanti

jirċievu l-istess livell ta’ għarfien ġudizzjarju sabiex matul il-laqgħat individwali

jistgħu jkunu aktar attivi f’applikazzjonijiet prattiċi u l-iskambju ta’ esperjenza.

Il-materjali u l-ambjent diġitali tat-tagħlim jibqgħu aċċessibbli għal konsultazzjoni

fuq medda twila ta’ żmien.

Il-kors jista' jsir b’mod awtonomu skont l-iskedi individwali.

IV.2. IL-METODU TA' LAQGĦAT VIRTWALI

L-użu ta’ vidjokonferenzjar u podcasting onlajn wkoll jista' jiżgura t-tixrid ta’ informazzjoni

fuq skala kbira jekk it-tagħmir tekniku ikun disponibbli. L-imħallfin u l-prosekuturi mill-pajjiż

kollu jistgħu jikkollegaw u jiksbu kjarifiki dwar kwistjonijiet ta’ interess kbir. Il-

vidjokonferenzjar iqarreb lill-komunità professjonali. Minbarra dan l-aspett, dawn il-metodi

ta' taħriġ joffru possibilitajiet oħrajn ukoll, bħal meta ħarrieġ, prattikant, imħallef jew

prosekutur minn istituzzjoni ta’ taħriġ jitqabbad mal-qorti matul is-seduti orali. Dan huwa

magħruf bħala l-Metodu ta' Laqgħat Virtwali.

V. IT-TFASSIL MODERN TAT-TAĦRIĠ FIT-TAĦRIĠ

INIZJALI

Il-lekċers, il-ħidma fi gruppi, is-seminars, il-kawżi ipotetiċi u fittizji, l-analiżi tal-

Page 52: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

52

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

ġurisprudenza, l-intervisti, it-tagħlim elettroniku, il-korsijiet, l-apprendistati prattiċi bi tutoring

wiċċ imb wiċċ jew mentoring, eċċ jikkostitwixxu l-aktar metodoloġija użata għat-taħriġ

inizjali u l-programmi ta’ taħriġ ta’ induzzjoni.

V.1. TAGĦLIM FI GRUPPI

Bħala regola, il-prinċipji stipulati f’dan il-kapitolu dwar it-tfassil modern ta’ tagħlim fi gruppi

japplikaw bl-istess mod għal għat-tagħlim fi gruppi fit-taħriġ inizjali. Madankollu, il-format

tat-tagħlim fi gruppi fit-taħriġ inizjali juri ċerti fatturi speċifiċi meta mqabbla ma’ tagħlim fi

gruppi fit-taħriġ intern kontinwu.

Billi wieħed mill-objettivi ewlenin tat-taħriġ inizjali huwa li jiffamiljarizza lill-apprendisti mal-

immaniġġjar tal-fajls tal-każijiet, it-tagħlim fi gruppi fit-taħriġ inizjali għandu jkollu natura

għal kollox prattika u interattiva.

Pariri għal min iħarreġ. Konsegwentement, il-logħob ta' rwoli, il-proċessi ipotetiċi u l-istudji

ta’ każijiet ibbażati fuq każijiet “reali” huma għodod ta’ taħriġ partikolarment adattati f’dan il-

każ.

Barra minn hekk, jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir jekk l-apprendisti jiġu mitluba jlestu

preżentazzjonijiet qosra għal sħabhom, speċjalment dwar suġġetti proċedurali magħżula.

F’xenarju ideali, ir-riżultat ta' għażla xierqa ta’ suġġetti jkun li kull membru tal-grupp ta’

tagħlim jkun attivament involut fil-proċess.

Id-daqs tal-gruppi. Dawn is-sejbiet jagħmluha ċara li t-tagħlim fi grupp fit-taħriġ inizjali jista’

jkun effettiv biss jekk il-grupp ikun żgħir, b'20 apprendist l-aktar. Gruppi ta’ 12 sa 18

apprendisti jkunu preferibbli.

V.2. TUTORING / MENTORING

Imħallef jew prosekutur futur li għaddej mill-programm ta' taħriġ inizjali, kif ukoll imħallef

jew prosekutur li għadu kif ġie maħtur li qiegħed fil-fażi ta' induzzjoni tiegħu, ikun

partikolarment inklinat li jadotta l-aħjar prassi minn prattikanti bl-esperjenza, bl-

internalizzazzjoni ta’ valuri u ħiliet li kieku ma jinkisbux mill-kotba.

Għalhekk, it-tutoring u mentoring individwali bejn il-kollegi huwa metodu tajjeb ħafna għat-

taħriġ inizjali u ta’ induzzjoni. Madankollu, biex dawn l-apprendistati individwali ikunu ta'

suċċess għall-ħarrieġ fil-prattika kif ukoll għall-apprendist, iridu jiġu osservati diversi regoli:

Mhux kull prattikant bl-esperjenza huwa wkoll tutur jew mentor tajjeb. Għandhom

jintagħżlu biss dawk l-imħallfin u l-prosekuturi li jiksbu benefiċċju personali minn kuntatt

professjonali qawwi ma' kollega żagħżugħ u neċessarjament mingħajr esperjenza. Barra

minn hekk, it-tutur jew il-mentor irid ikollu ħiliet didattiċi biex jimmotivaw u jħeġġu lill-

apprendist, jiġifieri biex jiżguraw li jaħdem b’mod attiv fuq fajls mingħajr il-biża’ ta’ feedback

personali, negattiv, li jiddemoralizzak, anki jekk isiru l-iżbalji, kif inevitabbilment se jseħħu.

Huwa ovvju wkoll li mħallef jew prosekutur li diġà qed ibati biex jimmaniġġja l-piż ta' xogħol

Page 53: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

53

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

“normali” tiegħu mhux adattat biex ikun tutur jew mentor. Il-gwida tal-apprendist matul

diversi ġimgħat, jew saħansitra diversi xhur, fl-intriċċi ta’ regoli proċedurali u kwistjonijiet ta’

amministrazzjoni ġudizzjarja tesiġi investiment sinifikanti f’termini taż-żmien u riflessjoni. Ir-

remunerazzjoni għat-tutoring jew mentoring m’għandha qatt tkun l-inċentiva prinċipali

għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol.

U fl-aħħar nett, tutur jew mentor tajjeb fit-taħriġ inizjali u ta’ induzzjoni għandu jkollu

kompetenzi u kapaċitajiet tajba għall-valutazzjoni oġġettiva tal-prestazzjoni tal-apprentist

f’rapport bil-miktub fi tmiem l-apprendistat, peress li dawn ir-rapporti ser ikunu — fejn

applikabbli — parti importanti mill-evalwazzjoni globali tal-prestazzjonijiet ta’ mħallef jew

prosekutur futuri. Għalhekk id-deċiżjoni finali dwar il-ħatra tul il-ħajja tista’ tiddependi, fost

affarijiet oħra, fuq valutazzjoni xierqa minn tuturi jew mentors matul apprendistat (ara hawn

taħt sub III għal spjegazzjonijiet fil-fond ta’ valutazzjoni xierqa tal-prestazzjoni fit-taħriġ

inizjali).

V.3. IT-TAGĦLIM ELETTRONIKU U T-TAGĦLIM IMĦALLAT

L-esperjenza minn Seminar ta’ Taħriġ tal-EJTN "Ħarreġ lill-Ħarrieġa" wriet li tagħlim

elettroniku mfassal tajjeb jista' jservi ta’ għodda metodoloġika utli fit-taħriġ inizjali, li jġib

valur miżjud reali. Madankollu, taħriġ ibbażat fuq l-internet ma jista qatt u ma għandu qatt

jieħu post tagħlim residenzjali fi gruppi u gruppi bejn kollegi fit-taħriġ inizjali (jew ta'

induzzjoni). Iżda moduli tat-tagħlim elettroniku tajba jistgħu iwasslu għal standard iktar

omoġenju fi ħdan grupp ta’ apprendisti qabel ma jibda t-taħriġ propju fi gruppi. Il-kunċett fir-

realtà huwa wieħed ta’ tagħlim imħallat, għaliex it-tagħlim ibbażat fuq l-internet u t-tagħlim

residenzjali għandhom rabtiet.

Fil-prattika, l-għodod tat-tagħlim elettroniku jistgħu jwasslu b'mod effikaċi informazzjoni

bażika dwar ir-regoli proċedurali u regoli ta’ kondotta u jagħtu trattament adatt lill-fajl tal-

każ, jekk il-programm jagħmel użu xieraq mill-vantaġġi ta’ sistemi teknoloġiċi moderni ta’

ġestjoni tal-kontenut. Testijiet u eżerċizzji (għażla multipla; għażel u kkonferma; cloze)

b’mekkaniżmi ta’ valutazzjoni proprja jistgħu jikkompletaw il-proċess. Jekk meqjus utli, iċ-

ċertifikati li jkunu ngħataw wara t-tlestija b'suċċess ta' stadju tal-programm e-tagħlim

jistgħu jsiru rekwiżit sabiex l-apprendist ikun jista' jkompli bil-kurrikulu ta’ taħriġ sħiħ tal-

apprendist.

V.4. ESPERJENZI BARRA L-PAJJIŻ GĦALL-ISKOPERTÀ TAR-REALTÀ

ESTERNA HEKK KIF TIRRELATA MAL-ĠUDIKATURA (EXTERNSHIPS)

Huwa daqstant importanti li imħallef/prosekutur jsir midħla tal-organizzazzjoni, l-ambjent

ġudizzjarju u l-mod tax-xogħol ta’ prattikanti oħrajn li jikkooperaw mal-awtoritajiet

ġudizzjarji. Tkun inizjattiva siewja jekk il-pajjiżi Ewropej kollha jipprovdu perijodi ta’ taħriġ

Page 54: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

54

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

obbligatorju f'istituzzjonijiet esterni.20

L-EJTN ħadet pass importanti lejn it-trawwim u t-titjib ta’ dawn it-tipi ta’ externships f’pajjiżi

barranin permezz tal-Programm AIAKOS il-ġdid għall-imħallfin u l-prosekuturi żgħażagħ.

Għall-ewwel darba fl-2013 (matul il-fażi pilota), għadd kbir ta’ mħallfin u prosekuturi

apprendisti kif ukoll mħallfin u prosekuturi maħtura ġodda mill-Istati Membri tal-UE

pparteċipaw fi skambji ta' gruppi li spjegaw is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż l-ieħor.

Karatteristika partikolari tal-metodoloġija hija li kull parteċipant fil-programm AIAKOS huwa

obbligat jipparteċipa f’żewġ sessjonijiet ta’ ġimgħa l-waħda, darba biex jospita f’pajjiżu

stess, u l-ġimgħa l-oħra barra mill-pajjiż.

KONKLUŻJONI

Bħala konklużjoni, min iħarreġ lill-ġudikatura għandu jkun kompletament mgħammar bil-

kapaċità li juża l-metodi ta’ taħriġ ippreżentati, u fuq kollox biex jaħdem fuq l-istruttura ta’

taħriġ tiegħu b’mod professjonali. Minkejja li m’hemm l-ebda formola unika biex ikun

iggarantit is-suċċess, l-edukazzjoni u t-taħriġ joffru ħafna ingredjenti li jiġu kkombinati.

Madankollu, sabiex id-disinn tal-kors ta’ taħriġ ikun prattiku u utli, kull unità tal-kontenut

għandha tkun ta’ benefiċċju biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-parteċipanti, u kull kumbinazzjoni

ta’ metodi għandha taqbel mal-profil tal-grupp u d-dinamika tal-grupp. Il-multimodalità21

hija strateġija rrakkomandata ħafna ta’ taħriġ. Il-kombinament tal-metodi tat-taħriġ huwa l-

aspett ewlieni fit-tfassil ta’ taħriġ.

Eżempju:

l-iskambju ta’ ideat (brainstorming)

lekċer qasira

ħidma fi grupp sabiex jissolvew il-problemi

20 Dawn jistgħu jinkludu perjodu ta' externship għall-futur mħallef f’uffiċju ta’ prosekutur, u viċi versa. Esperjenzi ma’

professjonisti oħrajn fil-qasam legali (avukati privati; nutara; id-dipartiment legali, ta' impriżi privati; fl-amministrazzjoni

jew il-gvern) jistgħu jgħinu biex jitlesta l-qafas. Esperjenza mwettqa f’ċerti pajjiżi, f’penitenzjarji, jissuġġerixxu li jiġi

offruti mhux biss lil apprendisti żgħażagħ, iżda wkoll għall-ġudikatura kollha. L-għan huwa li l-ambjent tal-ħabs isir

magħruf, hekk kif l-apprendisti jsegwu l-passi tal-ħabsin minn meta jidħlu l-ħabs għall-ewwel darba, sal-integrazzjoni

tagħhom mill-ġdid fis-soċjetà. L-għan huwa li wieħed jifhem ir-rwol li għandhom diversi professjonisti meta joperaw fil-

fażi eżekuttiva, jiġifieri il-fażi ta' wara s-sentenza (dan jinvolvi d-direttur tal-istituzzjoni ta’ taħriġ, is-servizz tal-ħabs, l-

edukaturi u l-qorti tal-probation). Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni importanti lill-imħallfin u l-prosekuturi żgħażagħ

biex jevalwaw l-impatt tad-deċiżjonijiet futuri tagħhom. L-imħallfin u l-prosekuturi ż-żgħażagħ kollha Ewropej

għandhom ikunu konxji tal-importanza ta’ detenzjoni għal finijiet ta’ riabilitazzjoni, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-

Qorti Ewropea fi Strasburgu.

21 Fl-iktar sens bażiku, il-multimodalità hija teorija ta’ komunikazzjoni u semiotika soċjali. Il-multimodalità tiddeskrivi

prattiki tal-komunikazzjoni f’termini tar-riżorsi testwali, tas-smigħ, lingwistiċi, spazjali u viżwali — jew modi — użati

biex jiffurmaw messaġġi. Prof.Dr. Otilia Pacurari tuża dan il-kunċett fis-sessjonijiet ta’ taħriġ tagħha tal-EJTN biex

tiddefinixxi strateġija ta’ taħriġ li tikkombina diversi metodi ta’ taħriġ f'arkitettura ta' taħriġ xierqa, biex ikun possibb li t-

tagħlim individwali u fi gruppi.

Page 55: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

55

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

feedback

u lekċer li tiġbor fil-qosor ir-riżultati jew l-għoti ta' informazzjoni minn qabel.

Din il-kronoloġija hija possibiltà waħda biex jiġu kkoordinati l-metodi jekk il-kontenut u daqs

tal-grupp jippermettu dan.

Il-vantaġġ ta’ tali strateġija ta’ taħriġ hija li l-imħallfin u l-prosekuturi jingħataw l-opportunità

li jiskambjaw l-esperjenza u jipprovdu tagħrif dwar l-esperjenza tagħhom bħala

professjonisti, filwaqt li hemm ukoll biżżejjed żmien sabiex ikunu jistgħu jinżammu infurmati

dwar l-elementi ġodda jew aspetti fil-qasam tas-suġġett mill-ħarrieġ espert. Għandu

jintlaħaq bilanċ biex iseħħ it-tagħlim.

Page 56: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

56

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kapitolu 4:

L-ORGANIZZAZZJONI TA' AVVENIMENT TA'

TAĦRIĠ

"L-importanti mhux li tagħti prijorità lil dak li għandek fl-iskeda tiegħek,

iżda li tagħmel skeda tal-prijoritajiet tiegħek".

Stephen Covey

Dan il-kapitolu huwa intiż għall-organizzaturi tat-taħriġ fi skola ta’ taħriġ, organizzazzjoni

jew istituzzjoni. L-amministraturi, id-diretturi tal-korsijiet jew il-ħarrieġa jistgħu jkunu involuti

f'dan ir-rwol.

Għalhekk, il-mistoqsijiet li dan il-kapitolu għandu l-għan li jwieġeb huma:

X'inhuma l-kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-fażi ta' tħejjija ta’ avveniment ta’ taħriġ

bħal:

o Kif jintgħażlu u jiġu ppreparati l-ħarrieġa?

o Kif jiġi ppreparat il-materjal ta’ taħriġ?

o Kif u meta jsir pubbliku?

X’inhuma l-isfidi tal-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ avveniment ta’ taħriġ?

Kif għandek tiġġestixxi l-attivitajiet ta' wara t-taħriġ?

Kif diġà ssemma fl-introduzzjoni għall-Kapitolu 3, id-diversi metodi ta’ taħriġ mfissra fid-

dettal f’dan il-kapitolu jistgħu jkunu kompletament effettivi f’ċerti xenarji ta’ taħriġ biss jekk:

il-metodoloġija hija implimentata minn ħarrieġa adatti,

il-metodoloġija tissodisfa u tmur mal-format magħżul ta' taħriġ (konferenza,

simpożju, seminar, workshop, webinar, eċċ.),

il-kontenut tat-taħriġ huwa prattiku (b’temi relatati mal-liġi, l-etika, l-imħallfin u l-

prosekuturi fis-soċjetà, il-kapaċitajiet u l-ħiliet metodoloġiċi u ta’ mġiba, eċċ.),

u l-aspettattivi u l-kapaċitajiet tal-grupp fil-mira kkonċernati jiġu kkunsidrati.

Page 57: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

57

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Il-kulur aħmar fit-tabella ta’ hawn taħt juri l-aspetti analizzati f’dan il-kapitolu.

1. Id-Definizzjoni tal-għan tat-Tagħlim u tat-Taħriġ

2. L-Iffissar tal-Objettivi Ewlenin tat-Taħriġ

3. L-Analiżi tal-Kompiti

4. It-Twaqqif ta' Programm ta' Taħriġ / tal-Objettivi Ġenerali tal-Kurrikulu

5. L-Istabbiliment tal-Kriterji ta' Evalwazzjoni

6. L-Għażla tal-Istrumenti ta' Evalwazzjoni

7. Il-Klassifika tal-Objettivi tal-Programm ta' Taħriġ

(importanza/kumplessità)

8. It-Tfassil tal-Korsijiet

L-għażla u t-taħriġ tal-Ħarrieġa

Tfassil tal-Kors: a. Stabbilixxi l-Objettivi

tal-Kors b. Għażel il-Kontenut

tal-Kors

c. Iffinalizza l-Kontenut tal-Kors

d. Għażel il-Metodi ta' Taħriġ

e. Ippjana għall-Feedback

(Evalwazzjoni tal-Objettiv i tal-Kors)

9. L-Għażla u l-Kitba tal-Kontenut tal-Kors

10. L-Irfinar tal-Kors (skeda tal-ħin, eċċ.)

L-għażla tal-parteċipanti

11. L-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu/tal-Programm ta' Taħriġ

12. L-Evalwazzjoni tal-Proċess u tar-Riżultati

Page 58: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

58

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

IL-PASSI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI MILL-ORGANIZZATURI TAT-

TAĦRIĠ.

Il-kompiti ċentrali tal-organizzatur ta’ avveniment ta’ taħriġ huma:

Li jiddefinixxi sew l-objettivi tal-kors skont il-grupp fil-mira,

li jiddeċiedi dwar post adattat

Li jiddeċiedi dwar it-tul xieraq tal-format tat-taħriġ.

Imbagħad, għandha tiġi determinata l-varjetà xierqa ta’ metodi għas-sitwazzjoni

speċifika. Din hija t-tifsira ta’ “rfinar tal-kors” fl-organigramma.

Madankollu, il-kompiti tal-organizzatur tat-taħriġ ma jieqfux hawn. Hemm diversi passi

ulterjuri li għandhom jittieħdu.

L-ewwel pass: L-organizzatur, li jista’ jkun amministratur, direttur tal-korsijiet jew ħarrieġ,

għandhom jieħdu deċiżjonijiet konġunti dwar:

is-selezzjoni:

it-tħejjija,

it-tixrid tal-materjali tal-korsijiet ta’ taħriġ,

l-għażla ta’ parteċipanti adattati,

l-għażla ta’ numru xieraq għall-format ta' taħriġ magħżul.

Jista’ jkun hemm mill-inqas żewġ sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom meta jkunu qed

jorganizzaw avveniment ta’ taħriġ:

a. Jekk l-objettivi qed jiġu stabbiliti mir-rappreżentanti ta' skola ta’

taħriġ/organizzazzjoni/istituzzjoni, il-ħarrieġa għandhom jiġu familjarizzati minn

qabel bl-oġġettivi konkreti tal-kors, il-metodoloġija u - fejn applikabbli - il-materjali.

Eżempju: Jista’ jkun hemm każijiet meta l-involviment tal-organizzatur tat-taħriġ, il-

ħarrieġ, l-esperti ġudizzjarji, edukatur, eċċ jkun ta' benefiċċju fl-ippjanar. Dan l-

eżempju juri l-erba’ stadji rrakkomandati fl-ippjanar għall-iżvilupp ta’ aġenda ta’

taħriġ għat-taħriġ kontinwu.

L-EWWEL STADJU: Il-formazzjoni tat-tim tal-iżvilupp

It-tim għandu jinkludi esperti ġudizzjarji, ħarrieġa, edukatur u koordinatur

(organizzazzjoni).

IT-TIENI STADJU: Ħidma bħala bħala tim għall-iżvilupp tal-aġenda tal-kors

Punti ta’ diskussjoni:

L-isfond tal-kors;

Objettiv ġenerali:

Konnessjonijiet ma’ korsijiet oħra;

Il-grupp speċifiku fil-mira;

Rekwiżiti bażiċi għall-parteċipanti;

L-għażla tal-kontenut;

Objettivi speċifiċi (l-għarfien, il-ħila, l-attitudni/valuri);

Stabbiliment tal-aġenda;

L-investiment (ħin għall-istudju).

Page 59: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

59

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

STADJU 3: L-iżvilupp ta’ materjal tal-kors bħala tim

Materjal li jintużaw fit-taħriġ;

Kompiti (tweġibiet korretti);

Materjal tat-tagħlim elettroniku (jekk inklużi);

Formoli ta’ feedback, skedi ta’ osservazzjoni;

Il-formoli ta’ evalwazzjoni.

STADJU 4: L-iżvilupp tal-materjal tal-kors

Struzzjonijiet għall-ħarrieġa;

Struzzjonijiet għal parteċipanti;

Informazzjoni dwar korsijiet.

b. Jekk il-ħarrieġa nfushom jistabbilixxu l-objettivi speċifiċi tal-kors, il-metodi ta’ taħriġ u

l-materjal ta’ taħriġ, għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni u jippreżentaw kull

materjal għat-taħriġ lest għal fażi ta’ rfinar.

Eżempju: Meta l-ħarrieġ waħdu huwa responsabbli għat-tħejjija ta’ sessjoni ta’

taħriġ, għandhom jiġu segwiti l-passi li ġejjin:

Id-definizzjoni tal-għan tas-sessjoni ta’ taħriġ;

Jiġu stabbiliti l-objettivi speċifiċi;

L-għażla tal-kontenut tat-taħriġ (dak li huwa l-aktar importanti u x’tista’

tgħallem jew tħarreġ fiż-żmien li għandek);

Id-deċiżjoni dwar kif wieħed jista’ jirranġa l-kontenut skont il-livell tal-

apprendisti u l-karatteristiċi tagħhom;

L-għażla ta’ metodi ta’ taħriġ xierqa: II-mezz li l-aktar jaqdi l-għanijiet, kif l-

apprendisti jitgħallmu l-aħjar eċċ.;

L-iżvilupp ta’ materjal ta’ taħriġ xieraq;

Kunsidrazzjoni tal-introduzzjoni, il-kontenut prinċipali u l-fażi ta’ evalwazzjoni

tas-sessjoni ta’ taħriġ.

It-tieni stadju: Il-pass importanti li jmiss hija l-implimentazzjoni attwali tal-avveniment ta’

taħriġ u l-ġestjoni ta’ sfidi f’“ħin reali”. Skont il-prinċipji tat-tagħlim għall-adulti kif deskritt fil-

Kapitolu 3, l-ambjent ta’ tagħlim għandu jkun:

Ambjent li jilqak;

Pjaċevoli;

Pożittiv.

Dawn il-karatteristiċi huma importanti jekk irridu li l-parteċipanti iħossuhom komdi. Dan l-

aspett jinkludi t-tip ta' akkomodazzjoni offruta kif ukoll kwalunkwe attivitajiet

extrakurrikulari. Huwa essenzjali li jkun hemm infrastruttura xierqa (teknika) li tippermetti li

jaħdmu bis-sħiħ il-metodi magħżula kollha. Barra minn hekk, l-organizzatur tat-taħriġ (l-

istituzzjoni ospitanti) għandu jipprovdu dokumentazzjoni xierqa għall-avveniment ta' taħriġ

u jikkontrolla - f’ċerti każijiet - il-kuntatt tal-grupp tat-taħriġ mad-“dinja esterna”, pereżempju

fil-midja, eċċ.

It-tielet stadju: L-akbar sfida organizzattiva fl-immedjat u fit-tul wara xi avveniment ta’ taħriġ

hija l-evalwazzjoni.

Page 60: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

60

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Hemm il-ħtieġa li jiġu vvalutati b’mod strutturat il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kors. L-

informazzjoni miġbura permezz ta’ dokumenti ta’ evalwazzjoni tiġi ċentralizzata u

interpretata. Il-Kapitolu 5 huwa kompletament iddedikat għal dawn il-kwistjonijiet għaliex it-

titjib mhux possibbli mingħajr metodoloġija xierqa għall-evalwazzjoni.

Meta tispiċċa l-parti propja tat-taħriġ, l-organizzatur tat-taħriġ għandu jagħti bidu għal

sessjoni immedjata ta' feedback ma’ dawk kollha involuti sabiex jiġu evitati żbalji fil-futur.

Ir-raba' stadju: Is-segwitu ta’ avveniment ta’ taħriġ joħloq ukoll domandi dwar il-

pubblikazzjoni xierqa ta’ riżultati adatti (materjali ta' taħriġ) tal-kors ta’ taħriġ, u dwar it-titjib

u l-promozzjoni ta’ netwerks tal-parteċipanti meta dan ikun xieraq.

Id-deskrizzjoni dettaljata li ġejja ta’ prattiki tajbin fit-twettiq tal-kompiti kollha msemmija

hawn fuq, fl-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ taħriġ individwali ssegwi ordni kronoloġiku li

se jkompli jiġi analizzat minn perspettivi differenti:

il-fażi ta’ preparazzjoni ta’ avveniment ta’ taħriġ;

l-implimentazzjoni tal-avveniment ta’ taħriġ;

il-konsegwenzi immedjati u fit-tul tal-avveniment ta’ taħriġ

IL-PREPARAZZJONI TA’ AVVENIMENT TA’ TAĦRIĠ;

I.1. L-GĦAŻLA U T-TĦEJJIJA TAL-ĦARRIEĠA22

Irfinar: L-ispjegazzjonijiet fid-dettall fil-Kapitolu 3 dwar metodi ta’ taħriġ partikolarment

xierqa għat-taħriġ ġudizzjarju semmew ukoll, fejn xieraq, kontenut ta’ taħriġ adegwat li bih

liema jista' jintuża b'suċċess metodu partikolari. Xi metodi huma partikolarment effettivi

għal suġġetti relatati mat-tagħlim tal-liġijiet, u metodi oħrajn jistgħu jservu prinċipalment

biex itejbu l-kapaċitajiet u l-ħiliet soċjali, metodoloġiċi jew psikoloġiċi tal-parteċipanti.

Għodda ta’ taħriġ speċifiku wriet li setgħet kienet partikolarment ta’ suċċess ma’ mħallfin

jew prosekuturi żgħażagħ (apprendisti jew maħtura ġodda), filwaqt li metodu ieħor jista’

jeħtieġ l-involviment attiv ta' mħallfin jew prosekuturi b’aktar esperjenza.

Ladarba l-irfinar kunċettwali ta’ avveniment ta’ taħriġ ikun tlesta, il-pass importanti u diffiċli

li jmiss huwa biex jinstab/u l-aħjar ħarrieġ/a possibbli biex ikun suċċess. L-organizzatur tat-

taħriġ ovvjament jipprova jqabbad l-aħjar ħarrieġ/a, assistent/i u kelliem/a didattiċi, jiġifieri

ħarrieġa li jkollhom kemm għarfien tajjeb tas-suġġett u huma familjari mar-rekwiżiti

moderni ta’ tagħlim għall-adulti, u li għandhom l-għan li jintlaħaq l-ogħla grad possibbli ta’

interattività u varjetà ta’ metodi.

SIB LIL MIN IĦARREĠ: Idealment, l-organizzatur tat-taħriġ jaf jew anke għandu l-

esperjenza li għandu jkollu ħarrieġ partikolari li jkun diġà wettaq b’suċċess avveniment ta'

taħriġ paragunabbli. L-evalwazzjoni xierqa ta’ avvenimenti ta’ taħriġ preċedenti jistgħu

22 Dan jiddependi fuq il-format tat-taħriġ. Jista’ jkun hemm kemm kelliem jew lekċerers.

Page 61: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

61

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

jipprovdu informazzjoni siewja f’dan ir-rigward. Jekk dak ma jkunx il-każ, prevalutazzjoni

bir-reqqa tal-għarfien u l-kompetenza tal-ħarrieġ fuq il-bażi ta’ standards oġġettivi hija

indispensabbli. Dan jista’ jinkludi konsultazzjoni xierqa tal-bażijiet tad-dejta ta' ħarrieġa

adatti, jew bl-użu ta’ kuntatti personali fin-netwerks tal-organizzaturi tat-taħriġ. Proċess ta’

għażla bi kriterji xierqa wkoll huwa proċedura effettiva jekk ikun hemm bosta ħarrieġa

jikkompetu għal ċertu suġġett.

IR-REALTÀ TURI: Madankollu, ir-realtà turi li l-proċess tal-għażla jista’ madankollu —

minkejja l-aħjar intenzjonijiet — ikun instabbli u bbażat fuq “trial and error”. Fil-fatt ma

teżisti l-ebda garanzija li espert fil-qasam huwa wkoll preżentatur u komunikatur li

jikkonvinċik mil-lat didattiku. Kull organizzatur tat-taħriġ jista’ jiftakar sitwazzjonijiet fejn

ħarrieġ spiċċa jitkellem biss b'mod statiku mingħajr ebda interazzjoni mal-apprendisti u

b’hekk mingħajr adattament għall-perspettiva tal-apprendisti, b'dawn tal-aħħar jiffurmaw

biss tip ta’ “folla silenzjuża”.

SABIEX DAN JIĠI EVITAT: Sabiex dawn l-iżbalji jiġu evitati jew tal-inqas imnaqqsa, l-

organizzaturi tat-taħriġ ġudizzjarju għandhom:

Ifasslu proċedura ta’ selezzjoni xierqa bbażata fuq sett ta’ kriterji speċifiċi;

Ifasslu u jimplimentaw kors ta’ taħriġ għall-ħarrieġa;

Jorganizzaw laqgħat preparatorji bejn l-organizzatur, id-direttur tal-korsijiet (jekk

ikun hemm), ħarrieġa, eċċ.

IL-KOMPITU TAL-ORGANIZZATUR HUWA LI jipprepara adegwatament lill-ħarrieġa,

lekċerers, u facilitators billi jagħti gwida metodoloġika. F’xenarju ideali, laqgħa preparatorja

mal-organizzatur tat-taħriġ, id-direttur tas-sessjoni u l-ħarrieġ(a) sseħħ qabel l-avveniment.

Huma jiċċaraw l-istruttura tal-kontenut, il-metodoloġija ta’ taħriġ u jistabbilixxu l-miri

ġenerali tal-avveniment ta' taħriġ. Fi ħdan l-iskop ta’ dak il-kunċett, il-ħarrieġa jridu

jistabbilixxu objettivi speċifiċi għas-sessjonijiet ta’ taħriġ speċifiċi tagħhom. Jekk ikun

hemm ostakoli sistemiċi għal laqgħa bħal din, kull ħarrieġ għandu fi kwalunkwe każ jintalab

bil-miktub biex jistabbilixxi objettivi speċifiċi ta’ taħriġ biex iwieġeb mistoqsijiet bħal:

Liema kapaċitajiet għandhom jitjiebu fi tmiem is-sessjoni ta’ taħriġ u sa fejn?

Kif jiġi żgurat it-trasferiment tal-ħiliet mgħallma ġodda fuq il-post tax-xogħol? Eċċ.

It-tendenza rikorrenti fejn jingħata wisq kontenut f'sessjoni ta’ taħriġ individwali tista’ tiġi

indirizzata permezz tal-gwida mill-organizzatur tat-taħriġ dwar l-importanza ta’ brejks

suffiċjenti. Jekk il-partijiet konċernati kollha jkunu jafu bir-riżultati mistennija fit-

tagħlim, l-għanijiet jistgħu faċilment jinħolqu u l-metodi magħżula.

I.1.1. STUDJU TA' KAŻ

B’mod ġenerali, il-persuna li tkun ippjanat is-sessjoni tat-taħriġ, l-objettivi speċifiċi, il-

kontenut, il-metodi xierqa u wettqet l-irfinar mar-rappreżentanti tal-istituzzjoni/skola/

organizzazzjoni tkun il-ĦARRIEĠ . Dan huwa x-xenarju ideali. Madankollu, jekk dawn

ikunu inkorporati f’istituzzjoni ta’ taħriġ ġudizzjarju u għalhekk responsabbli mill-ippjanar

Page 62: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

62

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

tad-dettalji għal għadd kbir ta’ avvenimenti ta’ taħriġ, mhux se jkunu preżenti l-ħin kollu

waqt li qed jitmexxa l-avveniment speċifiku.

ALLURA, X'JISTA' JSIR?

Huwa l-kompitu tal-organizzatur tat-taħriġ li jagħżel rappreżentant/i tas-sessjoni (diretturi

tal-korsijiet, persunal amministrattiv, eċċ.) li jservu bħala punt ta’ kuntatt bejn il-grupp ta'

parteċipanti min-naħa waħda u l-ħarrieġa, l-organizzatur tat-taħriġ jew l-istituzzjoni

ospitanti, min-naħa l-oħra. Għalhekk, dan ir-rwol mhux sempliċement “formalità”. Għall-

kuntrarju: minbarra li jintroduċi lill-ħarrieġ, jmexxi d-diskussjonijiet u jżomm mal-iskeda, dan

ir-rappreżentant għandu jġiegħel lill-partijiet konċernati kollha — u speċjalment il-ħarrieġa

u l-apprendisti — jħossuhom komdi fl-ambjent tat-taħriġ, u jkun l-ewwel punt ta’ kuntatt

għal kulħadd meta jkun hemm sfidi organizzattivi jew diffikultajiet mhux previsti li jridu jiġu

indirizzati.

I.1.2. Il-profil ta’ organizzatur ta’ taħriġ

L-organizzatur jista’ jkun direttur tas-sessjoni jew rappreżentant ta' skola u għandu rwol

importanti fl-implimentazzjoni tal-proċess ta’ taħriġ. Għalhekk, huwa għandu:

jkun komunikatur tajjeb;

ikollu attitudni pożittiva;

ikollhu esperjenza/kompetenzi;

jkun faċilitatur tajjeb;

ikunu konxju dwar l-għodod ta’ evalwazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

Idealment, dan id-direttur tas-sessjoni/rappreżentant ta' skola huwa espert jew mill-inqas

għandu għarfien fuq is-suġġett tal-avveniment ta' taħriġ.

Is-Sejbiet Ewlenin. F’każijiet xierqa, ir-rwol ta’ direttur ta' sessjoni jista' jinqaleb għall-

kompitu ta’ faċilitatur, jiġifieri persuna li jgħin lill-parteċipanti jiddefinixxu l-għanijiet komuni

tagħhom u — mingħajr ma jieħdu pożizzjoni partikolari fid-diskussjoni — jgħinhom

jippjanaw kif se jilħqu l-miri tagħhom. Hawnhekk, il-konfini bejn direttur tas-sessjoni,

faċilitatur u ħarrieġ jew għalliem mhumiex ċari. F’dan ix-xenarju, kemm il-ħarrieġa nfushom

u d-direttur tas-sessjoni għandhom jiġu nvoluti fl-għażla u t-tħejjija ta’ materjal ta’ taħriġ.

I.2. TĦEJJIJA TA’ MATERJAL TA’ TAĦRIĠ

hija kruċjali għal attivitajiet interattivi imwettqa mill-ħarrieġa skont metodi parteċipattivi.

I.2.1. It-tipi ta’ materjali.

Xi metodi ta’ taħriġ kif deskritt fil-Kapitolu 3 jeħtieġu fażi ta’ tħejjija ta’ materjal ta’ taħriġ li

ssir b'ħafna reqqa. Eżempji:

il-materjali stampat biex jitqassam;

il-Powerpoints;

il-każ għal proċessi ipotetiċi (simulazzjonijiet ta’ seduti u eżerċizzji ta’ logħob ta'

rwol);

Page 63: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

63

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

studji ta' każijiet:

eżerċizzji esperjenzjali (eż. dwar il-proċess ta’ bidla f’qorti).

folji ta’ osservazzjoni;

Is-sejbiet ewlenin:

Il-ħarrieġa għandhom ifasslu xenarji li huma sodi mil-lat didattiku u istruttivi, u jirriflettu l-

ħajja reali. Kwalunkwe ambjent artifiċjali jagħmilha iktar diffiċli biex jintlaħqu l-għanijiet

stabbiliti. F’ċerti sitwazzjonijiet, il-parteċipanti futuri jistgħu jiġu mistoqsija għal każijiet reali

adattati.

Fi kwalunkwe sitwazzjoni, it-tieni sfida importanti waqt it-tħejjija tal-materjal ta’ taħriġ hija d-

deċiżjoni dwar sa fejn l-informazzjoni dwar il-każ għandha tkun żvelata lid-diversi

“parteċipanti”. Ix-xandir ta' informazzjoni "ffiltrata" biss jista’ jkun partikolarment istruttiv.

Il-Powerpoints għandhom jitfasslu għall-parteċipanti. Għandhom ikunu sempliċi, b’mhux

aktar minn 50 kelma għal kull slajd.

Il-materjal stampat biex jitqassam għandu jkun iddisinjat b’tali mod li ma joħloqx konfużjoni

lill-parteċipanti, u l-għadd korrett iffotokopjat.

Fini: Indipendentement mill-metodi speċifiċi msemmija hawn fuq, jista’ jiġi ddikjarat li,

b’mod ġenerali, it-tqassim ta’ materjal ta’ taħriġ jista jservi skopijiet differenti skont it-taħriġ

speċifiku u skont il-metodoloġija magħżula. Pereżempju:

Il-materjali jistgħu jservu biss ta' tħejjija materjali, jiġifieri li jagħtu lill-apprendisti

kollha bejn wieħed u ieħor l-istess livell ta’ għarfien jew ħiliet fil-bidu tal-

avveniment ta’ taħriġ, jew biex isiru familjari ma’ taħriġ speċifiku għall-

avveniment, jiġifieri, fiż-żewġ każijiet biex il-grupp isir aktar omoġenju.

Materjali oħrajn jgħinu lill-parteċipanti jiskopru u jsolvu problemi matul sessjoni

ta’ taħriġ.

It-tielet tip ta’ materjal ta’ taħriġ jiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ sessjoni ta’ taħriġ u

b’hekk l-aħjar li jingħata fl-aħħar nett.

Għalhekk, iż-żmien magħżul għad-distribuzzjoni ta’ materjali ta’ taħriġ jiddependi fuq l-

iskopijiet didattiċi individwali. Minbarra dan, ċerti forom ta’ tagħlim bbażati fuq l-internet

bħal webinars jeħtieġu ammont ta' ħin dedikat minn qabel mill-apprendisti, li jridu

jiffamiljarizzaw irwieħhom ma’ tekniki speċifiċi ta’ komunikazzjoni u ta’ tagħlim.

Il-kompiti tal-organizzatur tat-taħriġ

1. Fi kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-materjali għandhom jintbagħtu minn qabel, huwa l-

kompitu tal-organizzatur ta’ taħriġ biex jiżgura li l-parteċipanti jingħataw informazzjoni

komprensiva fi żmien xieraq, u li jkun konxji mill-importanza tal-materjali bi tħejjija xierqa

għat-taħriġ.

2. Ħafna drabi, tkun soluzzjoni tajba li l-materjal ta’ taħriġ ikun aċċessibbli fuq il-websajt tal-

istituzzjoni ospitanti.

3. F’xi każijiet, forums (jew fora) tal-parteċipanti ibbażat fuq il-web jistgħu jiġu stabbiliti

Page 64: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

64

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

qabel l-avveniment ta’ taħriġ sabiex jitqassam il-materjal tat-taħriġ. Naturalment, dan

għandu jsir filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-awtur. Huwa l-kompitu tal-organizzatur ta’

taħriġ biex jikseb il-kunsens bil-miktub rilevanti għall-pubblikazzjoni tal-materjali tiegħu.

I.2.2. L-Avveniment ta' Taħriġ jinfetaħ għall-pubbliku

Hekk kif jiġu stabbiliti:

l-għanijiet tat-taħriġ

in-numru eżatt ta’ parteċipanti

it-tul tat-taħriġ

u l-post

wasal iż-żmien biex jinfetaħ għall-pubbliku u ssir sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-Sejbiet Ewlenin Dan jista’ jsir b’mod parallel mal-proċess ta’ irfinar kunċettwali tal-kors.

Peress illi l-imħallfin u prosekuturi huma ġeneralment nies impenjati ħafna b’ammont ta’

xogħol kbir, huwa ta’ importanza kbira li s-sejħa għall-applikazzjonijiet sseħħ bl-avviż

dovut.

Xi istituzzjonijiet iħejju l-programm annwali tagħhom sena bil-quddiem u jippubblikaw il-

programm tagħhom is-sajf ta' qabel. Għajr b'rispons għal ħtiġijiet urġenti ta’ taħriġ, l-aħjar

żmien huwa mhux aktar tard minn sitt xhur u mbagħad mhux aktar tard minn tliet xhur

qabel l-avveniment, sabiex l-applikanti jkunu jistgħu idaħħlu d-dati tal-avveniment fil-

kalendarju tax-xogħol tagħhom.

Kif titfassal sejħa għall-applikazzjonijiet tajba?

Il-kontenut ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet adatta tindika:

1. il-grupp fil-mira;

2. l-għanijiet tat-taħriġ;

3. il-metodi tat-taħriġ;

4. il-livell tat-tagħlim, sabiex ma jattendux imħallfin jew prosekuturi li għandhom iktar

jew inqas kwalifiki minn dawk meħtieġa.

5. Jekk il-kunċett tat-taħriġ huwa bbażat fuq livell partikolarment għoli ta' interattività li

jeħtieġ illi l-parteċipanti jkunu lesti jiftħu moħħhom u l-ispirtu tagħhom, dan għandu

jiġi msemmi biċ-ċar fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

6. skadenza xierqa.

7. L-iskadenza ma għandiex tkun inqas minn tmien ġimgħat qabel l-avveniment ta'

taħriġ.

Pariri għall-organizzaturi

Jekk ikun hemm bżonn, is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha ssemmi xi jrid ilesti minn

qabel il-parteċipant (pereżempju qari jew anke abbozzar ta' test), u - għal taħriġ iktar twil -

l-ammont stmat ta' ħidma li dan jeħtieġ. Fil-fatt, il-parteċipazzjoni minn apprendisti infurmati

ħażin mhix ta' piż biss għal dawk l-individwi. L-esperjenza turi illi anke parteċipant wieħed li

Page 65: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

65

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

ma jkun sodisfatt jista' f'każijiet estremi iħassar l-avveniment ta' taħriġ kollhu23. Jekk trid

tevita sitwazzjonijiet bħal dawn, saqsi lill-applikanti biex jiktbu ittra ta' motivazzjoni qasir

flimkien mal-applikazzjoni.

Il-proċeduri ta' disseminazzjoni

Waħda mir-responsabbiltajiet tal-organizzatur tat-taħriġ hija li jassigura disseminazzjoni

sħiħa u ħielsa fi ħdan il-fergħat rilevanti tal-ġudikatura, u li jissorvelja l-proċess biex

jipprevjeni jew jirretifika l-affarijiet li ma jmorrux sew.24

Teknikament, is-sejħiet għall-applikazzjonijiet jitniedu elettronikament, jew b'ittra elettronika

jew permezz ta' għodda speċifika bbażata fuq l-Internet, għar-reġistrazzjoni (intranet).

Sejbiet ewlenin. F'xi pajjiżi l-organizzatur tat-taħriġ għandu l-kompitu li joffri linji gwidi u

pariri lill-qrati domestiċi u/jew lill-uffiċċji tal-prosekuzzjoni dwar l-għażla xierqa tal-

applikanti. Huwa tassew parti mill-maniġment ta' kompetenzi tajba fi ħdan il-qorti jew is-

servizz tal-prosekuzzjoni li jintgħażlu biss applikanti motivati għal min it-taħriġ prattiku

huwa komponent xieraq fl-iżvilupp tal-karriera tagħhom.25

I.3. L-GĦAŻLA TAL-PARTEĊIPANTI

I.3.1. L-għażla tal-parteċipanti għandha tkun ibbażata fuq kriterji.

Aktar l-isfel hemm imniżżla żewġ eżempji ta' kriterji u sotto kriterji, iżda hija responsabbli l-

iskola/istituzzjoni/organizzazzjoni biex tistabbilixxi l-aktar kriterji rilevanti għall-għażla tal-

parteċipanti.

Eżempji:

KRITERJU 1. Il-prinċipju tal-għażla għandu jkun li jintagħżlu l-imħallfin jew il-prosekuturi li

jaqblu mar-rekwiżiti tal-kors. Fil-fatt, anke jekk in-numru ta' applikanti jkun daqs (jew ma

23 Uħud mill-Istati Membri introduċew taħriġ obbligatorju għall-imħallfin u prosekuturi diġà fil-kariga. Oħrajn għadhom

qed jiddiskutu dwar l-introduzzjoni ta' dan it-tip ta' taħriġ. Approċċ differenti huwa li jiġi ggaranti "id-dritt għat-taħriġ".

Dan il-Manwal, maħsub għall-prattikanti fit-taħriġ, mhux il-post adattat biex jiġu diskussi fil-fond il-vantaġġi u l-

iżvantaġġi ta' taħriġ obbligatorju fuq il-post tax-xogħol. Madankolli, ma għandux jiġi injorat għal kollox illi fil-kuntest ta'

sejħiet għall-applikazzjonijiet li xi ħadd li jattendi taħriġ kontra l-volontà tiegħu jista jispiċċa jsarraf ta' apprendist

problematiku.

24 Studju riċenti komprensiv fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju mwettaq b'mod konġunt mill-Akkademja tal-Liġi Ewropea fi

Trier (ERA) u l-EJTN għall-Parlament Ewropew (Parlament Ewropew - Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni

[2011], it-Taħriġ Ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, PE 453.198, Brussell) wera illi perċentwali sinifikanti

ta' mħallfin u prosekuturi jħossu illi ma jiġux infurmati reġolarment u b'mod komprensiv dwar l-offerti ta' taħriġ attwali.

Minħabba li fl-istħarriġ ħadu sehem aktar minn 6,000 imħallef u prosekutur mill-27 Stat Membru tal-UE (ta' dak iż-

żmien), ir-riżultati tiegħu jidhru ġustament rappreżentattivi. Ir-raġunijiet għaliex ma ġewx suffiċjentement infurmati

jistgħu jinkludu ostakoli tekniċi. Madankollu, xi kultant l-attitudni negattiva tal-kapijiet tal-qorti jew tal-uffiċċji tal-

prosekuzzjoni lejn it-taħriġ ġudizzjarju wkoll tista' tkun kawża ta' dan in-nuqqas ta' informazzjoni.

25 Taħditiet regolari dwar il-karriera bejn il-kapijiet tal-qorti/ tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni u l-imħallef/prosekutur (li jseħħu

f'diversi stati membri tal-EJTN) jistgħu jgħinu ħafna biex jiġu identifikati il-ħtiġijiet ta' taħriġ ġenwini.

Page 66: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

66

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

jkunx eżatt bi ftit) in-numru ta' postijiet vakanti, ikun aħjar illi l-post jinżamm vakanti milli jiġi

mistieden applikant mhux xieraq. Mhemmx għalfejn jingħad illi aktar ma jkun żgħir in-

numru ta' parteċipanti, aktar ikun adattat għal approċċi mfassal għalih u l-ogħla grad ta'

interattività.

KRITERJU 2. It-tieni kriterju għandu jkun il-grad li bih il-parteċipazzjoni tal-applikant hija

mmotivata mir-rekwiżiti ta' ħtiġijiet urġenti. Ġestjoni tajba tal-kompetenzi mill-qrati jew

uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-applikanti tgħin fl-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ġenwini ta' taħriġ,

pereżempju il-bżonn ta' speċjalizzazzjoni ta' mħallef. Barra minn hekk, il-motivazzjoni

individwali mogħtija mill-applikanti tgħin lill-proċess tal-għażla jsir aktar trasparenti.

I.3.2. L-ittra ta' motivazzjoni

Wara li ssir l-għażla u tiġi ffinalizzata l-lista ta' parteċipanti, l-organizzatur tat-taħriġ jibgħat

l-istedina. L-istedina tintbgħat b'ittra elettronika jew b'għodda tal-intranet, preferibbilment

mhux aktar tard minn erba' sa sitt ġimgħat qabel l-avveniment ta' taħriġ.

L-ittra tal-istedina għandu jkun fiha:

1. l-aġenda dettaljata;

2. il-lista ta' parteċipanti;

3. informazzjoni dwar l-ivvjaġġar, akkomodazzjoni, eċċ

Pariri għall-organizzatur tat-taħriġ. Sfida reali għall-organizzaturi tat-taħriġ u għall-

applikanti b'applikazzjoni miċħuda huma l-apprendisti li jħassru l-parteċipazzjoni tagħhom

fl-aħħar minuta mingħajr raġuni valida jew li ma jmorrux għat-taħriġ mingħajr ebda avviż.

Gwida ċara fl-ittra ta' stedina dwar l-importanza li wieħed iżomm mal-applikazzjoni u l-

mekkaniżmi bbażati fuq l-Internet li jippermettu r-reġistrazzjoni ta' applikanti fuq lista ta'

riserva fi żmien qasir tista' tgħin fit-tnaqqis iżda mhux fis-soluzzjoni tal-problema. F'xi

każijiet, jkollu jintbagħat ilment formali dwar in-nuqqas ta' aġir tajjeb tal-applikant lill-qorti

jew lill-uffiċċju tal-prosekuzzjoni lokali.

IL-FAŻI TA' IMPLIMENTAZZJONI TA' PROGRAMM TA'

TAĦRIĠ

II.1. L-EWWEL IMPRESSJONI TGĦODD!

Fit-twettiq ta' avveniment ta' taħriġ ftakar illi "l-ewwel impressjoni tgħodd”. Fil-fatt, anke

f'webinar mingħajr kuntatt personali dirett, ir-rimarki tal-bidu tal-organizzatur huma ta'

importanza vitali. L-ewwel u qabel kollox, l-organizzatur tat-taħriġ jrid joħloq ambjent

pjaċevoli fi ħdan il-grupp mill-bidu nett sa fejn ikun possibbli.

Pereżempju huwa jista:

jorganizza l-ewwel laqgħa fuq bażi informali qabel tibda l-aġenda propja

Page 67: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

67

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

(preferibbilment b'xi ħaġa tal-ikel u xorb disponibbli);

iqassam karti bl-ismijiet għal kull persuna;

jibda l-ewwel sessjoni ta' introduzzjonijiet personali biex jgħin lill-parteċipanti jsiru

jafu lil xulxin fost grupp ta' persuni adulti partikolarment kwalifikati u ta' suċċess

li, ovvjament, ma kienux jafu lil xulxin qabel l-avveniment ta' taħriġ.

Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni għandha tkun xierqa, irrispettivament jekk hix interna

(ċentri ta' taħriġ li joffru akkomodazzjoni kollox inkluż) jew esterna.

II.2. L-AMBJENT TAT-TAGĦLIM

L-aħjar prattika. F'xi pajjiżi, l-aħjar prattika tfisser illi l-fażi inizjali, li toħloq ambjent tajjeb

għat-tagħlim, tkun f'idejn l-organizzatur ukoll. Għalhekk, l-organizzatur tat-taħriġ u l-ħarrieġ

għandhom għan komuni fl-appoġġ mogħti lill-parteċipanti biex jegħlbu l-ostakli ġejjin minn

esperjenza ġdida.

Kmamar għat-taħriġ spazjużi, ta' daqs medju u żgħar b'għamara komda li jipprovdu

atmosfera miftuħa u akkoljenti jikkontribwixxu lejn is-suċċess tas-sessjonijiet ta' taħriġ ta'

diversi tipi u li japplikaw diversi metodoloġiji, mid-diskorsi waqt konferenzi għal sessjonijiet

ta' ħidma fi gruppi żgħar.

L-imwejjed tal-klassijiet għandhom jiġu evitati għaliex jista' jkollhom it-tendenza li jsaħħu l-

preferenza għal lekċers statiċi mingħajr interazzjoni.

L-arranġament tal-imwejjed fl-għamla ta' nagħla taż-żwiemel ("u") tista' tgħin ħafna fil-

promozzjoni tal-interazzjoni. Jekk huma preferuti gruppi ta' mwejjed, il-forma ta' plectrum

hija partikolarment adattata għal dan il-għan. L-organizzatur tat-taħriġ irid iżomm dawn il-

kwistjonijiet ta' infrastruttura kollha f'moħħu matul il-fażi preliminari ta' ppjanar.

II.3. TAGĦMIR

Taħriġ modern interattiv li juża varjetà ta' metodi kif previsti mill-Kapitolu 3 jidher li għandu

bżonn tagħmir tekniku modern

Dan ifisser pereżempju:

Page 68: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

68

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

LCD projectors,

laptops b'aċċess għall-Internet,

vidjow kameras, smart boards,

tagħmir meta-plan,

teknoloġija tal-awdjo,

teknoloġija għall-interpretar inkluż kmamar iżolati li minnhom ma jgħaddix il-

ħoss,

flip-charts, eċċ.

Pariri għall-organizzaturi:

1. Il-komunikazzjoni: Huwa l-kompitu tal-organizzatur tat-taħriġ biex jara li t-tagħmir

tekniku jibqa' jaħdem u jkun aġġornat. Barra minn hekk, fejn it-taħriġ jinkludi r-

reġistrazzjoni ta' tejps u analiżi tal-vidjows irid ikun hemm kuntatt kontinwu bejn il-

ħarrieġ, id-direttur tas-sessjoni jew l-organizzatur tat-taħriġ u l-persunal tekniku biex

jevita, u fejn ikun meħtieġ isolvi, l-problemi.

2. L-amministratur tal-web: F'każ ta' sessjoni ta' taħriġ virtwali jew ibbażata fuq l-Internet,

l-isfidi infrastrutturali jidher li huma sostanzjali. Kull parteċipant tal-webinar għandu

jkollu tagħmir tekniku adattat li jħallih mhux biss jisma' lill-kelliem u li jirċievi (u f'xi

każijiet jiddownloadja) l-informazzjoni rilevanti kollha f'ħin reali, iżda biex jagħti kontribut

attiv u f'ħin reali billi jitkellem jew itella' informazzjoni xierqa.

Mill-perspettiva organizzattiva, din il-kumplessità teknika partikolari hija tali li l-involviment

ta' amministratur tal-web fuq stand by permanenti huwa indispensabbli.

II.4. AVVENIMENTI KULTURALI

L-istudenti adulti jagħmlu sforz biex ikollom l-aktar ambjent ta' tagħlim komdu possibbli. L-

imħallfin u l-prosekuturi huma nies abitwalment ta' suċċess u mpenjati ħafna. Sabiex il-

proċess ta' tagħlim tagħhom ikun ta' suċċess u sostenibbli, biex ikunu jistgħu jaqsmu l-

esperjenzi professjonali tagħhom u jissoċjalizzaw ma xulxin b'mod liberu, għandhom

jitqiegħdu f'ambjent organizzat tajjeb ħafna. L-organizzatur tat-taħriġ, id-direttur tas-

sessjoni u l-ħarrieġ għandhom ir-responsabbiltà li joħolqu "atmosfera" ta' appoġġ fost il-

parteċipanti.

Barra minn hekk, programm kulturali - jekk ikun possibbli fl-ambjent organizazzjonali

speċifiku - jikkumplimenta mill-aħjar il-fażijiet tat-taħriġ. Għalhekk il-bżonn għall-varjetà

mhuwiex biss prerekwiżit għall-metodi ta' taħriġ infushom, iżda wkoll għat-twettiq tal-

avveniment ta' taħriġ kollu. Dan huwa importanti aktar ma jieħu żmien l-avveniment ta'

taħriġ.

II.5. L-AVVENIMENT TA' TAĦRIĠ U D-"DINJA ESTERNA"

Xi kultant jingħad illi l-ġudikatura hija dinja insulari. Madankollu, dan qatt ma kienu minnu,

u dikjarazzjoni bħal din hija żbaljata illum minn qatt qabel fis-soċjetajiet tal-midja tagħna. L-

imħallfin u l-prosekuturi ġieli jkollhom jiddeċiedu dwar kwistjonijiet kontenzjużi b'impatt li

jmur lil'hinn mid-domanda legali jew ġudizzjarja. Għal din ir-raġuni organizzatur tajjeb tat-

Page 69: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

69

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

taħriġ jżomm moħħu miftuħ meta jiġu biex ilaqqa' flimkien rappreżentanti tad-dinja

"esterna" u l-parteċipanti f'avveniment speċifiku ta' taħriġ.

Huwa għal kollox possibbli meta wieħed jikkunsidra l-involviment ta' professjonisti li

jaħdmu mill-qrib mal-imħallfin u l-prosekuturi: avukati, uffiċċjali tas-servizzi korrettivi,

uffiċċjali mill-ministeri u simili.26 F'każijiet aktar kumplessi, madankollu, huwa kompitu

importanti tal-organizzatur tat-taħriġ illi jħares lill-grupp li qed iħarreġ minn kull interferenza

esterna li tista' tippreġudika l-għanijiet tat-taħriġ.

II.6. DOKUMENTI UFFIĊĊJALI

Il-parteċipazzjoni f'avveniment ta' taħriġ f'kull rwol:

ħarrieġ,

organizzatur tat-taħriġ,

direttur tas-sessjoni,

jew parteċipant

għandi tiġi ddokumentata kif xieraq. Huwa l-kompitu tal-organizzatur tat-taħriġ li jipproduċi

ċertifikati ta' attendenza bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-avveniment ta' taħriġ. L-

organizzatur tat-taħriġ u d-direttur tas-sessjoni flimkien għandhom jivverifikaw jekk kull

parteċipant kienx tassew preżenti matul it-taħriġ.

Ċertifikati.. Listi biex jiċċertifikaw il-preżenza f'kull sessjoni ta' taħriġ permezz ta' karta

għall-firem jistgħu jkunu għodda utli għal dak il-għan. Jekk ikun meħtieġ, il-ħruġ ta'

ċertifikat ta' attendenza jista' jiġi miċħud. Ovvjament, il-parteċipazzjoni f'avveniment ta'

taħriġ jiġi dokumentat b'mod aħħari jekk tiġi miżjuda kopja taċ-ċertifikat ta' attendenza fil-

fajl personali tal-apprendist konċernat. Idealment, l-organizzatur tat-taħriġ jara illi jibgħat

kopji lill-korpi responsabbli miż-żamma tal-fajls personali.27

Jekk dan ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet tekniċi, l-organizzatur tat-taħriġ għandu

madankollu ifakkar lill-apprendisti bl-importanza li jkollhom kopji taċ-ċertifikati ta'

attendenza nklużi fil-fajls personali tagħhom fuq inizjattiva tagħhom stess. Il-fatt li ċ-

ċertifikati ta' attendenza jiġu miżjuda mal-fajls personali għandhom għan statistiku, iżda fuq

kollox huma aspett mill-iżvilupp xieraq tal-karriera u l-ġestjoni tal-kompetenzi fi ħdan l-

amministrazzjonijiet ġudizzjarji konċernati. F'ħafna stati membri tal-EJTN, ir-rieda ta'

mħallef jew ta' prosekutur biex b'mod attiv iħarrġu lill-kollegi tagħhom u biex ikunu mħarrġa

huma stess illum hija, fattur importanti fil-kunsiderazzjoni ta' avvanz fil-karriera.

26 F'dak il-każ, l-organizzatur tat-taħriġ ikollu jiddeċiedi dwar dak il-każ partikolari jekk il-parteċipazzjoni tal-persuna li

mhix imħallef jew prosekutur hix ta' benefiċċju għat-taħriġ.

27 Skont il-partikolaritajiet tas-sistema ġudizzjarja f'kull Stat Membru, il-fajls personali jistgħu jinżammu mill-Ministeru tal-

Ġustizzja, minn qorti superjuri (jew mis-servizz superjuri tal-prosekuzzjoni) jew minn kunsill tal-ġudikatura maħtur b'mod

awtonomu. Ċertament jista' jintuża wkoll softwer għall-ġestjoni tar-riżorsi umani (kif għandhom attwalment ħafna mill-

amministrazzjonijiet ġudizzjarji fl-istati membri tal-EJTN) li jiffaċilità kwistjonijiet dwar id-dokumentazzjoni tal-attivitajiet ta'

taħriġ tal-imħallef jew prosekutur.

Page 70: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

70

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

III. WARA L-AVVENIMENT TA' TAĦRIĠ

III.1. KOMPITI GĦALL-ORGANIZZATUR TAT-TAĦRIĠ

L-evalwazzjoni normalment hija d-dokumentazzjoni ta' kull segwitu ta' avveniment ta'

taħriġ. Il-Kapitolu 5 ta' dan il-Manwal se ikopri bis-sħiħ din il-kwistjoni. Madankollu,

indipendentement mill-evalwazzjoni, il-kompiti li jrid iwettaq l-organizzatur tat-taħriġ ma

jispiċċawx hekk kif jintemm it-taħriġ. Għandu jkun hemm:

1. Sessjoni ta' għoti ta' informazzjoni preliminari immedjatament wara tgħin biex

ikun hemm l-ewwel bilanċ bejn x'sar tajjeb u x'seta sar aħjar fl-organizzazzjoni

tal-avveniment.

2. Dokumentazzjoni aċċessibbli tal-materjali tat-taħriġ u tar-riżultati tat-taħriġ,

sabiex ikun assigurat is-suċċess fit-tul tat-taħriġ mogħti (2),

3. Titjib fin-netwerks tal-parteċipanti (3).

III.1.1.GĦOTI TA' INFORMAZZJONI PRELIMINARI

Minbarra l-evalwazzjoni bil-miktub dwar il-kontenut u l-aspetti organizzattivi, l-għoti ta'

informazzjoni immedjatament wara taħriġ speċifiku jista' jipprovdi feedback utli dwar

kwistjonijiet organizzattivi.

Dan għandu jsir mill-partijiet konċernati kollha, kif il-memorja tkun għadha friska.

Intwera matul dan il-Kapitolu kollhu illi l-kontenut u l-metodoloġija tat-taħriġ u d-domandi

tal-organizzazzjoni tat-taħriġ marbuta mal-implimentazzjoni huma marbuta ħafna.

Għalhekk f'xenarju ideali, il-ħarrieġa, id-direttur tas-sessjoni u l-organizzatur tat-taħriġ

jiltaqgħu u jivverifikaw b'moħħ miftuħ l-aspetti pożittivi tal-avveniment ta' taħriġ li għadu kif

intemm kif ukoll il-potenzjal għal aktar titjib min-naħa tagħhom.

Aspetti li jridu jiġu diskussi:

L-objettivi tat-taħriġ ġew milħuqa?

Id-diversi metodi ta' taħriġ kienu xierqa?

U rigward il-parteċipanti? Il-parteċipanti qablu mal-profil magħżul tal-apprendist?

(livell ta' skola u l-ħiliet u l-kompetenzi antiċipati)

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ħin?

Kif kien il-proċess ta' tagħlim u b'mod partikolari ir-relazzjoni bejn il-ħarrieġ u l-

parteċipanti?

Kif nistgħu nevalwaw l-organizzazzjoni tal-avveniment rigward l-idoneità tal-

klassi, it-tagħmir tekniku, eċċ.

III.1.2. IL-KWESTJONJARU TAL-EVALWAZZJONI.

Barra minn hekk, huwa utli jekk l-organizzatur tat-taħriġ jinkludi l-kwistjonijiet organizzattivi

fil-kwestjonarji ta' evalwazzjoni. Il-mistoqsijiet dwar il-kontenut u l-organizzazzjoni jistgħu

Page 71: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

71

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

isiru fl-istess kwestjonarju. Jista' jkun ta' benefiċċju jekk jingħataw kwestjonarji separati lill-

apprendisti sabiex ikunu jistgħu iħallu l-kummenti tagħhom b'mod liberu -

indipendentement mill-evalwazzjoni tal-kontenut tal-avveniment ta' taħriġ - dwar il-

kwistjonijiet organizzattivi u infrastrutturali.

III.1.3.IR-RAPPORT.

Rapport bil-miktub mid-direttur tas-sessjoni/organizzatur tat-taħriġ/ħarrieġ dwar il-vantaġġi

tal-avveniment ta' taħriġ kif ukoll dwar id-dgħjufijiet tiegħu jgħin sabiex isir titjib meta jerġa

jsir avveniment simili fil-futur.

Rapport bil-miktub għandu l-vantaġġ li jagħti perspettiva lill-kummenti minħabba l-

kummenti (fil-perjodu ta' żmien).

III.1.4.IĊ-ĊIRKOLAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Avveniment ta' taħriġ li jkun mar tajjeb jagħti riżultati li jistgħu jkunu ta' interess

professjonali mhux biss għall-parteċipanti, iżda wkoll għal firxa akbar ta' mħallfin u

prosekuturi. Il-materjali miġbura jistgħu jiġu dokumentati f'format stampat fil-librerija

(aċċessibbli mill-pubbliku) tal-istituzzjoni ta' taħriġ konċernata.28 Bħala alternattiva, jistgħu

jinħarqu CDs jew DVDs li mbagħad jitqassmu (jew jinbiegħu).

Madankollu, is-soluzzjoni li tidher li hija l-aktar preferuta hija l-pubblikazzjoni elettronika ta'

materjal ta' taħriġ fuq is-sit web tal-istituzzjoni ta' taħriġ.

Il-librerija elettronika

Iridu jiġu indirizzati diversi sfidi sinifikanti, legali u tekniċi, meta tinħoloq librerija elettronika.

Uħud minn dawn l-isfidi huma mniżżla hawn taħt.

SFIDA NUMRU 1. L-ewwel sfida hija l-għażla ta' materjali xierqa. Ikun tassew sforz

inutli u "eċċessiv" li kieku kellu jiġi ppubblikat il-materjali kollu miġbur, u numru

sinifikanti ta' dokumenti xorta ma jkunx ta' rilevanza jew għajnuna għall-qarrejja

esterni.

SFIDA NUMRU 2: It-tieni u l-aktar aspett importanti huwa li jiġi żgurat illi jiġu mħarsa

d-drittijiet tal-awtur.29

SFIDA NUMRU 3: It-tielet sfida hija l-prevenzjoni ta' aċċess mhux xieraq għall-

materjali elettroniċi minn persuni mhux ġuristi. Jista' jkun utli li jsir użu minn logins u

28 Skont is-sitwazzjoni finanzjarja u organizzattiva, u r-riżorsi umani tal-istituzzjoni ta' taħriġ, il-materjali miġbura jistgħu anke jiġu

ppubblikati f'manwal stampat b'layout uniformi. Xi Stati Membri tal-UE għandhom dokumentazzjoni partikolarment

impressjonanti u komprensiva dwar avvenimenti ta' taħriġ preċedenti fil-libreriji tal-istituzzjonijiet ta' taħriġ nazzjonali

tagħhom.

29 Mil-lat organizzattiv, jista' jkun utli jekk il-ħarrieġa/kelliema/lekċerers jiġu mitluba jagħtu l-kunsens bil-miktub tagħhom

mill-ewwel waqt l-ewwel kuntatt qabel it-taħriġ. Dan ma jfissirx illi l-organizzatur tat-taħriġ ikollhu l-obbligu li jippubblika

l-materjali wara t-taħriġ.

Page 72: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

72

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

passwords.

SFIDA NUMRU 4: Ir-raba' punt huwa l-kompitu tal-organizzatur tat-taħriġ li jaġġorna

regolarment il-librerija elettronika, jiġifieri mhux biss li jżid materjali ġdid, iżda wkoll li

jħassar dokumenti qodma.

SFIDA NUMRU 5: U fl-aħħar nett, għandu jsir ħsieb fil-fond dwar il-promozzjoni u d-

disseminazzjoni kif suppost ta' materjali tat-taħriġ partikolarment adattati fil-qrati u fl-

uffiċċji tal-prosekuzzjoni, sabiex il-materjali ikun aċċessibbli għal dawk li ma

pparteċipawx.30 F'xenarju ideali, il-materjali tal-kors jagħtu bidu għal diskussjonijiet

interni f'qorti jew f'uffiċċji tal-prosekuzzjoni dwar l-utilità tal-materjali għall-

organizzazzjoni, u dwar l-iżvilupp ta' prattiki ġodda ispirati mill-materjal.

III.1.5. IN-NETWORKING FIL-KOMUNITÀ PROFESSJONALI

L-Iskambju tal-Indirizzi tal-posta elettronika. F'xi każijiet, il-parteċipanti ta' avveniment ta'

taħriġ individwali jew modulari jkunu interessati li joħolqu u jżommu netwerk fuq terminu

twil wara l-aħħar sessjoni uffiċċjali ta' taħriġ. Dan huwa, pereżempju, ta' rilevanza

partikolari fejn il-parteċipanti jkunu ħadmu fuq xenarji li seħħew verament fi proċessi ta'

bidla tal-ġestjoni dejjiema. Reazzjoni naturali tal-parteċipanti f'dawn il-każijiet hija li

jiskambjaw l-indirizzi tal-posta elettronika tax-xogħol tagħhom. Madankollu, dan jista' forsi

jwassal biss għal kuntatt sporadiku u mhux frekwenti bejn il-parteċipanti tan-netwerk.

Forums fuq l-Internet. Jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tekniċi, tista' tkun utli l-

implimentazzjoni ta' forums għall-parteċipanti fuq l-Internet, fejn ikunu jistgħu jitkellmu f'ħin

reali u fejn jistgħu itellgħu materjali rilevanti għall-benefiċċju tal-utenti l-oħra tan-netwerk.

L-esperjenza wriet, madankollu, illi normalment l-imħallef jew prosekutur ma tantx ikollhu

rieda jieħu sehem attiv u regolari f'dawn il-forums. Għalhekk min-naħa tal-organizzatur tat-

taħriġ, irid jiġi vverifikat minn qabel jekk grupp speċifiku ta' parteċipanti jiġġustifikax l-isforz

kumpless li teħtieġ l-implimentazzjoni ta' forum elettroniku.

Ir-rwol ta' faċilitatur. Faċilitatur għandu jintgħażel biex jidderieġi l-iskambji u jipproponi l-

għeluq tal-forum meta jkun jidher illi ma baqax attiv għal perjodu sinifikanti.

30 L-awturi ta' dan il-manwal ma setgħux, madankollu, jidentifikaw l-aħjar prattiki fir-rigward tal-promozzjoni /

disseminazzjoni sistematika tal-materjali ta' taħriġ xieraq fost il-prattikanti ġudizzjarji kkonċernati. Naturalment, il-

metodi ta' komunikazzjoni jvarjaw b'mod konsiderevoli fl-istati membri tal-EJTN. Minħabba f'hekk l-iżvilupp ta' prattiki

tajba f'dan il-qasam huwa pjuttost diffiċli.

Page 73: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

73

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Kapitolu 5:

AVVENIMENTI STORIĊI FL-EVALWAZZJONI

"L-investiment fl-għerf iħallas l-aħjar interessi".

Benjamin Franklin

Dan il-kapitolu huwa maqsum f''żewġ sezzjonijiet. L-Ewwel Sezzjoni tippreżenta l-aspetti

ewlenin tal-evalwazzjoni li jistgħu jiġu applikati kemm għat-taħriġ inizjali u dak kontinwu. It-

Tieni Sezzjoni titratta l-kwistjonijiet aktar speċifiċi tal-valutazzjoni u evalwazzjoni tat-taħriġ

inizjali.

Il-kapitolu huwa maħsub għal:

dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet waqt it-taħriġ;

L-edukaturi;

Il-ħarrieġa għal taħriġ inizjali u kontinwu;

Faċilitaturi.

Il-mistoqsijiet li dan il-Kapitolu għandu l-għan li jwieġeb huma:

X'inhu l-għan globali tal-evalwazzjoni?

Il-mudell Kirkpatrick huwa strument biex itejjeb il-kapaċità ta' taħriġ ta'

istituzzjoni?

X'japplika b'mod speċifiku għal kull livell tal-mudell f'termini ta' applikazzjoni?

Liema strumenti ta' evalwazzjoni jistgħu jintużaw fit-taħriġ inizjali u kontinwu?

X'japplika b'mod speċifiku għall-valutazzjoni u l-evalwazzjoni fit-taħriġ inizjali?

Ninvestu fit-taħriġ jew le? L-evalwazzjoni tista' tgħidilna, b'mod differenti u fi żminijiet

differenti.

Page 74: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

74

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Il-kulur aħmar fit-tabella ta' hawn taħt turi l-aspetti analizzati f'dan il-kapitolu.

1. Id-Definizzjoni tal-għan tat-Tagħlim u tat-Taħriġ

2. It-Twaqqif tal-Għanijiet Ewlenin tat-Taħriġ

3. L-Analiżi tal-Kompiti

4. It-Twaqqif tal-Programm ta' Taħriġ / tal-Objettivi Ġenerali tal-Kurrikulu

5. L-Istabbiliment tal-Kriterji ta' Evalwazzjoni

6. L-Għażla tal-Istrumenti ta' Evalwazzjoni

7. Il-Klassifika tal-Objettivi tal-Programm ta' Taħriġ

(importanza/kumplessità)

8. It-Tfassil tal-Korsijiet

L-għażla u t-taħriġ tal-Ħarrieġa

It-Tfassil tal-Kors: a. Stabbilixxi l-Objettivi

tal-Kors b. Għażel il-Kontenut tal-

Kors

c. Iffinalizza l-Kontenut tal-Kors

d. Għażel il-Metodi ta' Taħriġ

e. Ippjana għall-Feedback

(Evalwazzjoni tal-Objettivi tal-Kors)

9. L-Għażla u l-Kitba tal-Materjal tal-Kors

10. L-Irfinar tal-Kors (skeda tal-ħin, eċċ)

L-għażla tal-parteċipanti

11. L-Implimentazzjoni tal-Kurrikulu/tal-Programm ta' Taħriġ

12. L-Evalwazzjoni tal-Proċessi u tar-Riżultati

Page 75: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

75

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

SEZZJONI NRU 1

L-għan globali tal-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi u

avvenimenti ta' taħriġ ġudizzjarju mhumiex biss eżerċizzju ta' ttajpar inkonvenjenti. Anzi

bil-kontra: l-evalwazzjoni hija mportanti ħafna fiċ-ċiklu tat-taħriġ biex tidentifika jekk l-

għanijiet tat-taħriġ li ġew stabbiliti fil-bidu (fuq il-livell ta' kurrikulu macro u fil-livell ta' kors

ta' taħriġ micro) ġew milħuqa u sa fejn:

totalment,

parzjalment,

l-anqas xejn.

Fl-istess ħin, evalwazzjoni u valutazzjoni xierqa tat-taħriġ li jħarsu lejn l-impatt immedjat

tat-taħriġ kif ukoll lejn l-effetti fit-tul jipprovdu effett ta' benefiċċju mir-riżultat mistenni ta'

testijiet u informazzjoni dwar il-bżonnijiet ta' taħriġ fil-futur.

Ħarsa minn wara lejn it-teorija. Fid-deċennji ricenti, il-qasam tal-evalwazzjoni ra żviluppi

sostanzjali fit-teorija u l-metodoloġija, iżda fl-istess ħin qed jiġu affaċċjati problemi

fundamentali għaliex l-evalwazzjoni mhix suġġett li ġie żviluppat minn prattikanti. Il-kunċett

ta' evalwazzjoni għandu firxa wiesgħa ta' tifsiriet. Madankollu, fil-prattika ta' kuljum, it-

teorija tal-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tfisser xi ħaġa biss jekk isir xi ħaġa bir-riżultati

miksuba mill-apprendisti, il-ħarrieġa u l-istituzzjoni ta' taħriġ. Jekk ma jkunx hemm segwitu

u l-ebda titjib, l-evalwazzjoni ma għandhiex valur u mhix utli.

Meta jiġi inkwadrat qafas għall-proċess ta' evalwazzjoni, l-ixprun prinċipali mhuwiex il-

kunċett ta' evalwazzjoni, iżda l-professjonisti li jfasslu, japplikaw u jużaw ir-riżultati tal-

evalwazzjoni. Għalhekk, lil'hinn mit-teorija, sett ta' prinċipji huwa kruċjali għall-użu bħala

linji gwida biex jiġu akkomodati l-opinjonijiet nazzjonali differenti, l-għanijiet istituzzjonali u

r-riżultati finali għas-sistemi ġudizzjarji. Peress illi kull istitut nazzjonali tat-taħriġ jipprovdi

taħriġ għall-imħallfin u/jewprosekuturi, u għalhekk għal persuni ggradwati fil-liġi, l-

assunzjonijiet bażiċi għandhom jittieħdu mill-prinċipji tal-edukazzjoni għall-adulti. Fl-istess

ħin, approċċ orjentat lejn il-ħtiġijiet jippermetti lill-istituzzjonijiet tagħna biex iqarrbu aktar

lejn il-prattika u l-prattikanti fil-ġudikatura.

Il-perspettiva "mfassla apposta". Dan huwa għaliex il-perspettiva mogħtija f'dan il-kapitolu

tipprova teżamina proċess ta' evalwazzjoni li jista' jiġi mfassal skont il-karatterisitiċi ta'

diversi kulturi ġudizzjarji, kull kuntest speċidiku għall-pajjiż, ħtiġjiet individwali u

istituzzjonali, u li għandhom komuni bejniethom il-professjonist adult fil-ġudikatura. Fi kliem

ieħor, il-kapitolu għandu l-għan jagħti gwida dwar kif tiġi msawwra metodoloġija tal-

evalwazzjoni.

L-evalwazzjoni bħala proċess li jeħtieġ ir-riżorsi Waħda mid-definizzjonijiet tal-evalwazzjoni

tgħid illi hija applikazzjoni sistematika, rigoruża u preċiża ħafna ta' metodi xjentifiċi biex

tivvaluta t-tfassil, l-implimentazzjoni, it-titjib jew ir-riżultati ta' programm ta' taħriġ. Hija

proċess li jeħtieġ ħafna riżorsi, li jeħtieġ riżorsi speċifiċi, bħall-esperjenza, il-ħin, in-nies u

baġit. Stimi xierqa ta' dawn il-fatturi jagħtu dejta meta titwaqqaf metodoloġija partikolari ta'

evalwazzjoni.

Page 76: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

76

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Għalhekk, kull istituzzjoni li għandha x'taqsam mat-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi, fit-

taħriġ inizjali jew kontinwu jew fit-tnejn, għandu jkollha fehim wiesa' ta' għalfejn huwa

mportanti l-proċess ta' evalwazzjoni, kif għandu jiġi organizzat, u x'għandu jiġi valutat u

evalwat.

Sejbiet Ewlenin. L-iskambju ta' esperjenzi li kien organizzat għall-membri tal-EJTN bejn l-

2011 u l-2013 tefa' dawl fuq id-differenzi fil-proċeduri ta' reklutaġġ, fl-istrutturi ta' taħriġ

inizjali u kontinwu, u fl-organizzazzjonijiet istituzzjonali. Madankollu, l-istess sfidi, l-istess

viżjoni, valuri komuni u kapaċità individwali eċċellenti għall-iskambju ta' esperjenzi

differenti kienu r-raġuni wara dawk id-differenzi. F'dan id-dawl, fost kwistjonijiet importanti

oħra, ġew diskussi b'mod estensiv il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni. Wara l-valur mogħti lill

kull esperjenza u prattiki tajba eżistenti fil-ġudikatura, dan il-kapitolu għandu l-għan

jipprovdi punti ewlenin dwar kif issir metodoloġpija istituzzjonali għall-valutazzjoni u l-

evalwazzjoni abbażi ta' mudell teoretiku.

I.1. L-INKWADRAR TAL-KUNĊETT TA' EVALWAZZJONI GĦAL AMBJENT LI JDUR MADWAR IL-PARTEĊIPANT

It-teorija ta' evalwazzjoni xierqa tat-taħriġ għadha bbażata fil-biċċa l-kbira fuq ir-riċerka

eżawrjenti mwettqa minn Donald L. Kirkpatrick. Il-mudell tiegħu, maħluq oriġinarjament fl-

1959 u rivedut l-aħħar fl-199431, jippromwovi mekkaniżmu awto-regolatorju permezz ta'

feedback mid-diversi benefiċjarji tal-evalwazzjoni; il-merti prinċipali tiegħu huma li ma

jieqafx fil-livell ta' reazzjoni (l-ewwel livell), jiġifieri jqis ukoll livelli ulterjuri li huma mportanti

meta wieħed jiġi biex jivvaluta jekk l-għanijiet tat-taħriġ ġewx milħuqa b'mod sostenibbli.

Barra minn hekk, il-mudell huwa flessibbli biżżejjed biex jiġi użat sew u adattat b'mod

effettiv għat-tfassil ta' metodoloġija tal-evalwazzjoni f'kull istitut ta' taħriġ ġudizzjarju.

Għalhekk huwa ta' għajnuna għall-ħarrieġa u għall-koordinaturi tat-taħriġ biex ikejlu l-

effettività tat-taħriġ mogħti b'mod oġġettiv. Huma mistennija riżultati tajba jekk il-ħtiġijiet

speċifiċi ta' pajjiż jiġu identifikati minn qabel.

Il-mudell ta' evalwazzjoni ta' Kirkpatrick huwa bbażat fuq erba' livelli.

L-erba' livelli huma:

1. reazzjoni,

2. tagħlim,

3. imġiba,

4. riżultati.

Permezz ta' analiżi tal-erba' livelli, jista' jinkiseb fehim komplet ta' kemm kien effettiv it-

taħriġ, jiġifieri jekk intlaħqux l-objettivi u l-għanijiet stabbiliti, u kif jista' jiġi mtejjeb fil-futur.

31 Il-mudell ġie ppubblikat għall-ewwel darba f'serje ta' artikoli fl-1959 fil-Journal of American Society of Training Directors.

Pubblikazzjoni kompluta tar-riċerka li ħadet is-snin ta' Kirkpatrick seħħet għall-ewwel darba fl-1994 bit-titlu Evaluating

training programs: The four levels, San Francisco: Berrett-Koehler.

Page 77: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

77

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Livell 1 tal-Mudell Kirkpatrick

Livell 1 jeżamina r-reazzjoni tal-parteċipanti għall-proċess ta' taħriġ: imħallfin u prosekuturi

jew persuni gradwati fil-liġi, imħallfin u prosekuturi futuri.

L-evalwazzjoni tar-reazzjoni titratta l-perċezzjoni tal-parteċipant tal-esperjenza tat-taħriġ,

jiġifieri l-livell ta' sodisfazzjoni tiegħu.

Kif inkejjluha?

Inkejjlu kif jirreaġixxu l-parteċipanti għat-taħriġ. Ovvjament, kif deskritt fil-Kapitolu 4, l-

organizzaturi tat-taħriġ u l-ħarrieġa jippruvaw mill-aħjar tagħhom biex:

jippjanaw esperjenza ta' taħriġ utli;

jiffaċilitaw ambjent orjentat lejn it-taħriġ;

jaraw li jkun hemm alternattivi effettivi għal suġġetti bbażati fuq l-għarfien u

attivitajiet ibbażati fuq il-ħiliet;

ikollhom materjali utli;

iħalltu preżentazzjonijiet ma' approċċi interattivi;

jipprovdu post xieraq għat-taħriġ.

Meta titkejjel ir-reazzjoni tal-parteċipanti, tkun qed tinġabar id-dejta, orjentata lejn l-

indikaturi kollha li jirriflettu standards tat-taħriġ istituzzjonali fi sfond nazzjonali speċifiku.

Rigward il-kunċett ta' standards, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi fundamentali ta'

taħriġ ta' kwalità:

kemm hu adattat,

l-effettività,

l-utilità, eċċ.

Punt Ewlieni. Dan juri għal darba oħra kemm huwa kruċjali li jiġi żviluppat kunċett ċar ta'

evalwazzjoni mill-bidu nett tal-ippjanar ta' programm ta' taħriġ ibbażat fuq il-bżonnijiet.

Il-karatteristiċi ta' evalwazzjoni li ddur madwar il-parteċipant

1. Għalkemm il-livell ta' reazzjoni tal-proċess ta' evalwazzjoni jista' jiġi ttimbrat

bħala suġġettiv, l-informazzjoni miġbura hija kruċjali f'approċċ ta' taħriġ li jdur

madwar il-parteċipant.

2. Jekk il-parteċipant mhuwiex fiċ-ċentru tal-proċess ta' taħriġ, il-konsegwenza

naturali hija li l-livell ibbażat fuq ir-reazzjoni tal-proċess ta' evalwazzjoni ma

jitqies meta tiġi stabbilita metodoloġija għal avveniment ta' taħriġ futur.

3. L-involviment tal-parteċipanti huwa rakkomandat, għaliex il-paradigma tat-taħriġ

inbiddlet, u fit-tagħlim għall-adulti il-miri huma orjentati fuq il-post tax-xogħol u

bbażat fuq il-kompetenzi.

Sejba Ewlenija. Jekk l-avvenimenti ta' taħriġ ma jkunux tfasslu skont il-bżonnijiet u l-

interessi tal-apprendisti, il-kontenut u t-twassil ta' taħriġ tajjeb jirriskja li ma jagħtix frott.

It-tfassil ta' kwestjonarju ta' evalwazzjoni bbażat fuq ir-reazzjonijiet.

Jekk ikun hemm bżonn li jiġi vvalutat il-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti għandu jiġi

Page 78: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

78

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

mfassal sett ta' domandi rilevanti skont it-tip ta' informazzjoni meħtieġa.

Xi eżempji huma mniżżla hawn taħt:

L-apprendisti ħassew illi t-taħriġ kien użu tajjeb ta' ħinhom?

Ħassew li kien suċċess?

It-taħriġ fejn mar l-aħjar; x'kienu d-dgħjufijiet?

Ogħġobhom il-post?

L-attivitajiet prattiċi sabuhom utli?

L-istil tal-preżentazzjoni kien effettiv?

Is-sessjoni ta' taħriġ akkomodat l-istil ta' tagħlim personali tagħhom?

Il-kontenut ġie magħżul bir-reqqa?

Strumenti ta' valutazzjoni. Imbagħad jiġu identifikati il-mezzi li bihom jitkejjlu dawn ir-

reazzjonijiet u l-aktar strumenti ta' evalwazzjoni effettivi. Biex isir dan, jistgħu jintużaw:

stħarriġ dwar is-sodisfazzjon;

kwestjonarji;

tiġi osservata l-imġiba tal-apprendisti matul it-taħriġ;

feedback verbali permezz ta' mistoqsijiet lill-apprendisti dwar l-esperjenza

tagħhom.

Malli tkun inġabret l-informazzjoni, din għandha tiġi analizzata bir-reqqa. Imbagħad, jistgħu

jittieħdu deċiżjonijiet dwar x'jista jinbidel, skont il-feedback u s-suġġerimenti tal-apprendisti

tiegħek. Inkella l-evalwazzjoni ma jkollix skop.

Livell 2 tal-Mudell Kirkpatrick

Il-livell 2 jikkunsidra l-evalwazzjoni tal-proċess ta' tagħlim.

Dan it-tip ta' kejl jinsab primarjament fl-organizzazzjonijiet nazzjonali tat-taħriġ fejn ikun

hemm programm ta' taħriġ inizjali, għalkemm ovvjament, tista' ssir ukoll evalwazzjoni tal-

programmi u avvenimenti ta' taħriġ kontinwu matul ix-xogħol. L-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba

jistgħu jiġu valutati skont l-iskop u l-għanijiet tad-disinn pedagoġiku/tagħlim.

X'INHI L-VALUTAZZJONI?

Il-valutazzjoni hija l-proċess ta' ġbir ta' dejta. B'mod aktar speċifiku, il-valutazzjoni hija l-

mod li bih il-ħarrieġa jiġbru informazzjoni dwar it-taħriġ li jipprovdu u l-mod ta' kif jitgħallmu

l-parteċipanti tagħhom.32 Id-dejta tagħti stampa ta' firxa ta' attivitajiet li jużaw forom

differenti ta' valutazzjoni, bħal pereżempju: testijiet preliminari, osservazzjonijiet, u

eżamijiet. Hekk kif tinġabar din id-dejta, tista' ssir l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-

parteċipanti.

X'INHI L-EVALWAZZJONI?

L-evalwazzjoni, għalhekk, hija bbażata fuq l-opinjoni personali sabiex tiddetermina l-valur

globali ta' eżitu skont id-dejta ta' valutazzjoni. Huwa matul il-proċess ta' teħid ta'

32 Ara Hanna, G., Dettmer, P., Assessment for Effective Teaching, Toronto, ON: Pearson Education, Inc. (2004).

Page 79: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

79

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

deċiżjonijiet, għalhekk, li nistgħu infasslu modi kif intejbu d-dgħjufijiet, in-nuqqasijiet jew id-

distakki rikonoxxuti.

Livell 3 tal-Mudell Kirkpatrick

Il-livell 3 jeżamina l-evalwazzjoni tal-imġiba fuq il-post tax-xogħol.

Wara li jkun implimenta programm ta' taħriġ inizjali jew avveniment jew kurrikulu ta' taħriġ

kontinwu, ikun utli għall-istituzzjoni ta' taħriġ biex tara jekk il-programm ta' taħriġ issodisfax

il-bżonnijiet tal-imħallfin u l-prosekuturi (maħtura ġodda) u taċ-ċittadini nfushom. Għalhekk,

it-trasferiment ta' kompetenza minn istituzzjoni ta' taħriġ għall-attivitajiet fuq il-post tax-

xogħol jistgħu jiġu mqabbla, jekk ikun hemm bżonn.

F'dan il-livell, l-evalwazzjoni tikkonċerna kemm tkun inbiddlet l-imġiba tal-apprendisti,

abbażi tat-taħriġ li jkunu rċevew. Huwa mportanti li wieħed jirrealizza illi t-tibdil fl-imġiba

jista' jseħħ biss jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli. Pereżempju, jekk il-metodoloġija ta'

evalwazzjoni tonqos milli tanalizza l-livell ta' sodisfazzjoni tal-apprendisti, jew it-tagħlim

innifsu, il-mira tkun l-eżami tal-imġiba tal-eks gradwati bħala grupp, ikun jidher illi l-imġiba

ma nbidlitx.

Għalhekk, jista' jiġi preżunt illi l-apprendisti ma jkunu tgħallmu xejn u li t-taħriġ ma kienx

effettiv. Madankollu, sempliċement għaliex ma nbidlitx l-imġiba sa ċertu żmien, ma jfissirx

illi l-apprendisti ma tgħallmu xejn. Huwa ta' benefiċċju illi jsir eżami tal-livelli 1 u 2 sabiex

jiġi ddeterminat il-punt tat-tluq tal-proċess ta' taħriġ tagħhom u mbagħad l-ambjent tax-

xogħol tagħhom biex tara jekk jiffavorixxix l-applikazzjoni tal-imġiba professjonali fil-mira.

Il-valuri u l-imġiba professjonali jiddependu mill-kundizzjonijiet umani u professjonali ta' dak

iż-żmien fil-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni.

L-aħjar modi kif tiġi mkejjla l-imġiba huma:

1. li jkun hemm osservazzjonijiet;

2. li jsiru intervisti matul iż-żmien.

Il-kejl effettiv tal-imġiba jista' jippreżenta sfida. Huwa attività fit-tul li għandu jsir xhur wara t-

taħriġ inizjali. Jekk l-apprendisti jużawx it-taħglim li jkunu rċevew fil-prattika, jekk ikunux

jistgħu jitkellmu dwar l-għarfien, ħiliet jew attitudnijiet ġodda tagħhom ma' oħrajn, jekk

humiex konxji ta' xi tibdil fl-imġiba tagħhom, eċċ jista' jiġi evalwat permezz ta' kwestjonarji.

Livell 4 tal-Mudell Kirkpatrick

Il-livell 4 jikkonċerna l-evalwazzjoni tar-riżultati, jiġifieri fil-kuntest ġudizzjarju, evalwazzjoni

tal-effett li għandha l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi fuq iċ-ċittadini u fuq il-funzjonament

tal-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni.

Iżda l-impatt dejjiemi ta' programm ta' taħriġ matul ix-xogħol jew avveniment wieħed jista'

jiġi mkejjel ukoll billi jiġi enfasizzati t-tibdil u l-emendi li seħħew f'qorti jew uffiċċju tal-

prosekuzzjoni wara li ngħata t-taħriġ.

Għalhekk, f'dan il-livell, jiġu analizzati l-aħħar riżultati tat-taħriġ. Dan jinkludi l-eżiti li ġew

Page 80: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

80

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

meqjusa bħala pożittivi għall-imħallfin u l-prosekuturi, jew bħala standard. L-informazzjoni

miġbura tikkonċerna l-effett li seħħ fuq ix-xogħol (apprendist, maħtura ġodda jew bl-

esperjenza) li għalih tħarrġu l-imħallfin u l-prosekuturi. Hija valutazzjoni pjuttost twila, meta

u jekk tkun meħtieġa.

Mil-livelli kollha, il-kejl tar-riżultati finali tat-taħriġ x'aktarx li jqum l-aktar flus u jieħu ħin. L-

akbar sfidi huma l-identifikazzjoni ta' liema eżiti, benefiċċji, jew riżultati finali huma l-aktar

marbuta mal-programm ta' taħriġ, u kif jista' jinsab metodu effettiv biex ikejjel dawn l-eżiti

fuq terminu twil.

Eżempju: Hawn huma xi eżiti biex jiġu kkunsidrati, skont l-objettivi tat-taħriġ tiegħek:

Imġiba aħjar fil-kuntatt mal-kollegi u partijiet terzi;

Metodi ta' komunikazzjoni u strutturi aqwa fi ħdan l-organizzazzjoni;

Attivitajiet ta' kwalità ogħla.

Fit-taħriġ kontinwu, ir-riżultati jridu jiġu mkejjla biss jekk il-benefiċċji jkunu ċari, u l-kisba

tagħhom hija mportanti. Pereżempju, meta jkun hemm bidla kbira f'termini ta' regolamenti

ġuridiċi, il-valutazzjoni tar-riżulati hija importanti daqs il-valutazzjoni tal-imġiba.

Vantaġġi u żvantaġġi

Meta wieħed jasal għall-applikazzjoni ta' mudell konkret iridu jitqiesu kemm il-vantaġġi u l-

iżvantaġġi. F'dak li jikkonċerna l-iżvantaġġi, għalkemm il-Mudell ta' Evalwazzjoni tat-Taħriġ

f'Erba' Livelli ta' Kirkpatrick huwa popolari u jintuża ħafna, hemm numru ta'

kunsiderazzjonijiet li jridu jitqiesu meta' jintuża l-mudell.

Jista' jieħu ħafna ħin.

L-użu tal-livelli 3 jew 4 tal-mudell jistgħu iqumu ħafna flus.

Dan huwa partikolarment il-każ għal organizzazzjonijiet li ma għandhomx programm ta'

taħriġ dedikat u b'hekk ma għandhomx metodoloġija ta' evalwazzjoni biex tinkludi dawn it-

tip ta' proċeduri b'mod organizzat.

Bl-istess mod, l-użu ta' riżorsi biex tinġabar dejta bl-uniku skop tal-evalwazzjoni tar-riżultati

tal-imġiba u l-programm jista' jqum ħafna flus u jeħtieġ ħafna riżorsi. Dawn it-tipi ta'

intervenzjonijiet għandhom jintużaw l-aktar meta' l-kuntest ġudizzjarju għandu bżonn

informazzjoni, jew meta' tipi oħra ta' valutazzjonijiet strateġiċi juri illi l-imġiba għandha tiġi

valutata biex tara hekk il-valuri tal-imħallfin u l-prosekuturi, u possibilment il-valuri Ewropej,

humiex riflessi fl-imġiba professjonali.

F'dak li jikkonċerna l-vantaġġi, l-aktar ħaġa importanti hija li l-iskejjel u l-istituti tat-taħriġ

jinbidlu f'ħafna modi u b'pass mgħaġġel ħafna. L-imġiba u r-riżultati jinbidlu b'konsegwenza

ta' dawn il-bidliet, kif ukoll bit-taħriġ. Pereżempju, l-għanijiet komuni tal-imħallfin u l-

prosekuturi fl-Ewropa mill-perspettiva ta' valuri komuni jistgħu iġibu bidla li tista' tiġi

evalwata f'kull pajjiż.

Il-mudell ta' Kirkpatrick huwa eċċellenti biex wieħed jipprova jevalwa t-taħriġ b'mod

xjentifiku. Din hija r-raġuni għaliex huwa utli biss jekk jiġu meqjus bħala mudell li bih

titfassal metodoloġija għall-evalwazzjoni b'objettivi speċifiċi u r-riżultati fiha nfusha.

Page 81: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

81

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Din it-tabella tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura bażika Kirkpatrick33:

Livell X'QED jiġi mkejjel? GĦALFEJN? KIF?

1

Reazzjoni

L-evalwazzjoni tar-reazzjoni

tikkonċerna l-perċezzjoni tal-

imħallfin u l-prosekuturi dwar

il-proċess ta' taħriġ.

Il-livell ta' sodisfazzjoni tal-parteċipanti jagħti

informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-ħarrieġ u l-

apprendist, dwar il-ġestjoni tal-kontenut, l-

idoneità minħabba l-livell ta' preparazzjoni tal-

apprendist, eċċ.

Hija tagħti ħafna informazzjoni dwar l-

apprendisti peress li r-reazzjonijiet tagħhom juru

dawk l-affarijiet li għalihom għandhom valur.

Bl-użu ta:

Kwestjonarji.

Formoli għall-feedback.

Reazzjonijiet verbali.

2

Tagħlim

L-evalwazzjoni tat-tagħlim hija

proċess ċentrali fit-taħriġ

inizjali. Għandu jkollha

struttura tajba biex tikseb kejl

xieraq ta' x'seħħ mil-lat tal-

kontenut mill-input sal-

produzzjoni.

It-tagħlim tal-adulti jikkonċerna l-iżvilupp u l-

bidla individwali. L-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba

jiġu meqjusa waqt it-tfassil tal-proċess ta'

tagħlim.

It-tagħlim fit-taħriġ inizjali għandu jiġi vverifikat

u ttestjat biex juri illi t-taħriġ huwa adattat għall-

bżonnijiet tas-sistema ġudizzjarja u l-individwi.

It-testijiet qabel u wara

t-taħriġ.

Intervisti.

Materjal stampat biex

issir awto-evalwazzjoni.

Karti għall-

osservazzjoni.

3

Imġiba

L-evalwazzjoni tal-imġiba

tikkonċerna t-trasferiment ta'

kompetenzi mill-ambjent ta'

tagħlim għall-ambjent

professjonali.

L-informazzjoni miksuba matul l-evalwazzjoni

tal-imġiba professjonali għandha tintuża biex

jerġa jiġi mfassal il-programm ta' taħriġ inizjali u

jiġu mibdula l-korsijiet ta' taħriġ kontinwu tal-

imħallfin u l-prosekuturi. Ir-riżultati ta' din it-tip

ta' evalwazzjoni huma rilevanti biss u jekk

jintużaw verament biex jerġa jiġi inkwadrat it-

taħriġ meħtieġ għal imġiba professjonali aqwa

tal-imħallfin u l-prosekuturi fuq il-post tax-

xogħol.

L-osservazzjoni u l-

intervisti maż-żmien

huma bżonnjużi biex

jivvalutaw il-bidla, il-

rilevanza tal-bidla u s-

sostenibbiltà tal-bidla.

4

Riżultati

L-evalwazzjoni tar-riżultati

tkejjel l-effett fuq ix-xogħol jew

fuq l-ambjent mill-apprendist.

Il-mod li bih jiġi mħarsa x-xogħol u l-attivitajiet

tal-imħallfin u l-prosekuturi fil-qorti u fl-uffiċċji

tal-prosekuzzjoni hija evalwazzjoni li tqis diversi

opinjonijiet fuq il-livell tal-ħajja professjonali ta'

kuljum.

Ir-rapporti dwar il-

ġestjoni

L-evalwazzjoni tal-

imħallfin u l-prosekuturi

(wara 1/2/3 snin ta'

ħidma)

Dan il-qafas teoretiku jista' jkun utli meta tiġi mfassla metodoloġija ta' evalwazzjoni peress

illi kull istituzzjoni tat-taħriġ trid tkun konformi ma' sett ta' standards u għandha interess fil-

kejl tal-kwalità tal-programmi ta' taħriġ.

Il-metodoloġija tal-evalwazzjoni jista' jkollha erba' saffi jew sempliċement teżamina l-livell

ta' sodisfazzjoni tal-imħallfin u prosekuturi parteċipanti. F'kull każ, madankollu, l-importanti

huwa kif jiġu mfassal u użati l-istrumenti ta' evalwazzjoni.

L-erba' livelli jirrapreżentaw segwenza ta' modi kif jiġu evalwati l-programmi ta' taħriġ. Kif

33 L-informazzjoni fit-tabella ġiet adattata u wżata għal skopijiet didattiċi minn Otilia Pacurari fis-sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-

evalwazzjoni tal-EJTN.

Page 82: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

82

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

timxi minn livell għal li jmiss, il-proċess isir aktar diffiċli u jieħu aktar ħin. Iżda jipprovdi wkoll

aktar informazzjoni prezzjuża. Il-bini ta' din il-katina ta' provi huwa mportanti ħafna. Katina

ta' provi tikkonsisti f'dejta u informazzjoni li jgħaqqdu l-erba' lvielli u juru l-kontribut li ta t-

tagħlim34.

I.2. IL-KIT TA' EVALWAZZJONI

Kit effettiv għall-evalwazzjoni għandu jinkludi l-istrumenti li ġejjin:

Kwestjonarji (li jivvalutaw il-bżonnijiet ta' taħriġ; li jivvalutaw il-proċess ta' taħriġ; li

jivvalutaw ir-riżultati tat-taħriġ; li jivvalutaw lill-ħarrieġ);

Formoli għall-feedback;

Intervisti;

Formoli għall-osservazzjoni;

Metodi ta' awto-valutazzjoni.

1. Kwestjonarji

Dan huwa l-aktar metodu komuni ta' evalwazzjoni użat. Kull istituzzjoni għandha l-“formola

ta' evalwazzjoni”, tagħha stess, li ġeneralment tintuża għall-evalwazzjoni immedjata ta'

avvveniment, li prinċipalment tkejjel il-livell ta' sodisfazzjoni f'dak li jikkonċerna l-kisba ta'

għanijiet/aspettativi fit-tagħlim individwali, il-materjali, l-organizzazzjoni, il-faċilitajiet, id-

direttur tas-sessjoni, il-ħiliet tal-lekċerer/faċilitatur, it-tekniki tat-taħriġ, il-punti b'saħħithom u

d-djugħfijiet tal-avveniment, u rakkomandazzjonijiet.

Jintużaw sabiex tinġabar dejta dwar il-ħarrieġ, l-apprendisti, l-avveniment ta' taħriġ

partikolari, eċ.

F'dak li jikkonċerna l-kontenut, il-kwestjonarju jista' jintuża għal evalwazzjoni ġenerali billi

jiġi vverifikat jekk ġewx milħuqa l-għanijiet tat-taħriġ u jitkejjel it-tagħlim (jekk applikabbli).

Il-grupp fil-mira. Il-kwestjonarji jistgħu ikunu maħsuba għal:

34 Mudell ġdid ibbażat fuq il-mudell Kirkpatrick msemmi aktar il-fuq, huwa l-metodoloġija ROI Philips*. Il-

metodoloġija ROI Philips għandha reazzjoni fuq livell 1 u t-tagħlim fuq il-livell 2. Dr Philips sejjaħ il-Livell 3

Applikazzjoni (Kirkpatrick isejjaħlu Imġiba) u l-livell 4 jismu Impatt fuq in-Negozju (Kirkpatrick isejjaħlu

Riżultati). Il-metodoloġija ROI Philips tnkludi l-ħames livell: ROI (ir-Ritorn fuq l-Investiment) ROI huwa

metrika finanzjarja, li tirrapreżenta l-ogħla kejl tas-suċċess tal-proġett. ROI iqabbel il-benefiċċji monetarji

tal-miżuri ta' impatt fuq in-negozju mal-ispejjeż tal-proġett. Il-proġett ħalla frott? **L-iżvilupp ta' objettivi u l-

iżvilupp ta' pjanijiet ta' evalwazzjoni bħal l-ġbir ta' dejta huma wkoll, bħal fil-mudell Kirkpatrick, kruċjali

għall-evalwazzjoni ta' attività. Id-differenza bejn iż-żewġ mudelli qiegħda fl-iżolament tal-effetti tal-proġett, biex

teqleb id-dejta f'valur monetarju u biex tikkalkula r-ritorn fuq l-investiment. Filwaqt li din l-informazzjoni hija ta'

interess kbir għall-partijiet konċernati, l-analiżi tal-ġbir tad-dejta tieħu ħafna ħin u jkunu meħtieġa speċjalisti jekk din

tkun trid issir sew. L-istudji ROI jsiru b'mod selettiv, normalment jikkonċernaw 5-10% tal-proġett.

Dr Jack Philips. Chairman tal-Istitut ROI. L-esperjenza tiegħu fil-kejl u l-evalwazzjoni hija frott ta' aktar minn 27 sena ta'

esperjenza fil-qasam korporattiv fl-industriji aerospazjali, tessili, tal-metal, tal-materjali tal-kostruzzjoni u tal-banek. Dr

Philips ħadem bħala maniġer tat-taħriġ u l-iżvilupp, bħala uffiċjal anzjan tar-riżorsi umani,l bħala president ta' bank

reġjonali, u bħala professur tal-maniġment f'università ewlenija tal-Istat. Dan l-isfond wassal lil Dr Philips biex

jiżviluppa l-Metodoloġija ROI, ibbażata fuq il-mudell Kirkpatrick oriġinali b'erba' saffi.

* għal aktar informazzjoni www.roiinstitute.net

Page 83: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

83

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

l-apprendisti,

il-lekċeres/faċilitaturi,

id-direttur tas-sessjoni.

Il-kwestjonarji maħsuba għat-tieni u t-tielet kategoriji ta' professjonisti għandhom jiffukaw

aktar fuq eżiti speċifiċi minflok jużaw il-mistoqsijiet ġenerali maħsuba għall-parteċipanti.

Eżempji

1. Il-lekċerers/faċilitaturi għandhom jiġu mitluba jwieġbu mistoqsijiet dwar ir-

relazzjoni mal-istituzzjoni ta' taħriġ (il-persuna responsabbli għall-avveniment, il-

persunal amministrattiv, il-maniġment tan-nofs u dak superjuri); dwar it-tagħmir u

r-riżorsi tekniċi disponibbli (faċilitajiet, kompjuters, posta elettronika, librerija); il-

komunikazzjoni bejn il-ħarrieġa; il-metodi ta' taħriġ użati; il-materjali; il-kisba ta'

objettivi ta' taħriġ; il-kisba tat-tagħlim; il-kwalità tal-parteċipazzjoni tal-apprendisti

(parteċipazzjoni attiva jew passiva, il-livell ta' għarfien fil-bidu, l-interazzjoni bejn

l-apprendisti u mal-ħarrieġa).

2. L-organizzatur tat-taħriġ u/jew id-direttur tas-sessjoni għandhom jintalbu jgħidu

jekk l-avveniment laħaqx l-għanijiet tiegħu, jekk intgħallmux il-lezzjonijiet, u jekk

itteħditx azzjoni ta' segwitu.

It-tfassil ta' kwestjonarju

Mil-lat strutturali, kwestjonarju jista' jiġi mfassal bi:

mistoqsijiet miftuħa,

mistoqsijiet b'diversi tweġibiet,

mistoqsijiet magħluqa (mistoqsijiet li jeħtieġu biss "iva" jew "le").

Mistoqsijiet miftuħa. Permezz ta' mistoqsijiet miftuħa tista' tinkiseb aktar informazzjoni.

Ikkunsidra l-fatt illi l-opinjonjiet jistgħu jvarjaw u li jistgħu jingħataw tweġibiet mhux

mistennija. Analiżi utli tal-mistoqsijiet miftuħa teħtieġ il-ħin, riżorsi u esperjenza. Il-

mistoqsijiet miftuħa għandhom jintużaw biss fil-kwestjonarji għall-ħarrieġa u l-faċilitaturi u

għal dawk li beħsiebhom ikejjlu t-tagħlim (jiġifieri l-effettività tat-taħriġ fit-titjib tal-għarfien

tal-parteċipanti).

Jekk tkun meħtieġa l-kategorizzazzjoni, għandu jkun hemm mistoqsijiet dwar il-

kategorizzazzjoni tal-età, is-sess, il-livell ta' preparazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni.

Mistoqsijiet strutturati. Il-mistoqsijiet strutturati jittestjaw l-għarfien jew il-fatti, u jkejjlu r-

reazzjoni.

Pereżempju: Jekk jogħġbok immarka 1 maġenb l-aktar importanti u 5 maġeb l-inqas

importanti minn dawn id-dikjarazzjonijiet: id-dikjarazzjonijiet imfassla għall-iskop ta'

valutazzjoni.

Jekk ikun jeħtieġ aktar input, jintużaw il-mistoqsijiet miftuħa. Il-parteċipanti huma ħielsa li

jagħtu tweġiba kif iridu.

Pereżempju: Liema informazzjoni għandha tiġi nkluża fi ...?

Page 84: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

84

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Skala. Biex tevalwa ħiliet, imġiba, tkejjel ir-reazzjonijiet, tista' tintuża skala b'7 jew 9 punti.

Pereżempju: Jekk jogħġbok ivvaluta l-ħiliet tal-ħarrieġ, billi tħażżeż cirku madwar il-grad

xieraq:

Kontroll b'saħħtu tad-dinamiċi tal-grupp 1 2 3 4 5 6 7.

Kien jaf jismana ħafna 1 2 3 4 5 6 7 Ma kienx jismana.

Wera flessibiltà matul is-seminar 1 2 3 4 5 6 7 Ma wriex flessibiltà.

Mistoqsijiet tat-tip Likert. Biex tivvaluta l-ħiliet u l-attitudnijiet, jistgħu jintużaw ukoll

mistoqsijiet tat-tip Likert.35

Pereżempju: Jekk jogħġbok indika l-fehma tiegħek dwar il-proċedura dixxiplinarja l-ġdida,

billi tagħżel il-kaxxa x-xierqa: Faċli biex tinftiehem: naqbel ferm / naqbel / ma nafx / ma

naqbilx / ma naqbilx ferm.

RAKKOMANDAZZJONIJIET:

Biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibbli, ir-rakkomandazzjonijiet huma:

1. Il-kwestjonarji għandhom ikunu qosra kemm jista' jkun;

2. Uża lingwaġġ sempliċi;

3. Evita mistoqsijiet li jserħu fuq il-memorja;

4. Evita mistoqsijiet ambigwi;

5. Evita li tuża kliem li jesprimu s-sentimenti (Tħossok...?);

6. Evita mistoqsijiet multipli (Taħseb illi l-imħallfin għandhom bżonn taħriġ aħjar u

aktar spiss?);

7. Evita negattivi doppji (Jekk jogħġbok indika jekk taqbel jew ma taqbilx mad-

dikjarazzjoni li ġejja);

8. Evita mistoqsijiet li jippreżumu xi ħaġa (Kemm il-pjan għal sessjoni ta' taħriġ

ippjanajt?); din għandha tiġi preċeduta minn mistoqsija li tiffiltra - Ippreparajt xi

pjanijiet għal sessjoni ta' taħriġ?);

9. Il-mistoqsijiet għandhom ikunu jistgħu joqgħodu waħedhom dejjem;

10. Evita mistoqsijiet ipotetiċi (fittex fl-esperjenza);

11. Agħti attenzjoni lid-dettall (struzzjonijiet għat-tlestija tal-kwestjonarju).

2. Formoli għall-Feedback

Il-feedback effettiv huwa normalment verbali u jsir malli jispiċċa t-taħriġ, jew malli jkollu

bżonnu l-proċess ta' tagħlim individwali biex jittejjeb. Formola għall-feedback tista' tintuża

wkoll jekk ikun restrizzjonijiet fuq il-ħin. Il-formoli għall-feedback huma bbażati fuq kriterji.

Il-kriterji jiġu stabbiliti mill-fornitur tat-taħriġ jew mill-ħarrieġ innifsu sabiex itejjeb it-taħriġ u

jissodisfa l-bżonnijiet tal-apprendisti.

Fi tmiem is-sessjoni ta' taħriġ ta' kuljum, tista' tintuża formola għall-feedback sempliċi li

35 Dwar il-prinċipju u l-utilità tal-mistoqsijiet tat-tip Likert u l-iskali ara pereżempju: Malhotra, N.K., Marketing Research,

Prentice-Hall: Upper Saddle River/NJ (1999).

Page 85: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

85

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

jkun fiha dikjarazzjonijiet bħal żewġ kwistjonijiet li trid tkun taf aktar dwarhom, xi ħaġa li

għandha bżonn tiġi ċċarata, xi ħaġa li trid tapplika, xi ħaġa li ma kinitx rilevanti, eċċ.

3. Intervisti

Hemm diversi tipi ta' intervisti:

strutturati

semi-strutturati

intervisti mhux strutturati.

Dawn jistgħu isiru wara li jkun seħħ it-taħriġ. Jistgħu jsiru wiċċ imb wiċċ jew fuq it-telefown.

Dan il-metodu huwa partikolarment utli meta l-għan ikun li tinġabar informazzjoni dettaljata

dwar kwistjonijiet ġodda jew kumplessi.

L-evalwatur. L-evalwatur għandu jiġi mħarreġ biex imexxi l-intervisti. Il-grupp fil-mira

għandu jkun limitat (sotto grupp, rappreżentant fost dawk li attendew għat-taħriġ). Jenħtieġ

tagħmir bażiku (bħal pereżempju recorder awdjo). L-analiżi tat-tweġibiet teħtieġ ħin u

riżorsi. L-intervisti huma utli kull meta jkun hemm valutazzjoni fi ħdan proċedura ta'

reklutaġġ. Ir-reklutaġġ ta' kull kandidat jistrieħ primarjament fuq l-intervisti. Bħala l-ewwel

pass, l-intervistaturi jridu jivverifikaw x'qed tfittex l-istituzzjoni tat-taħriġ, il-profil mixtieq.

L-istruttura tal-intervista: Normalment intervista tieħu bejn 30 sa 60 minuta. L-importanti

huwa li l-intervistatur jikkontrolla l-konversazzjoni. Intervista tajba għandha titmexxa

daqslikieku kienet konverzazzjoni (kontrollata), madankollu l-kandidat għandu jkun dak li

jitkellem l-aktar. Il-mistoqsijiet tal-intervista għandu ikunu biss dwar ix-xogħol.

Intervista tista' tkun utli f'kull wieħed mill-erba' livelli tal-metodoloġija ta' evalwazzjoni.

Madankollu, l-intervisti huma aktar faċli biex tużahom peress li jieħdu inqas ħin.

4. Formola għall-Osservazzjonijiet

Formola għall-osservazzjonijiet hija dokument li jintuża biex isiru osservazzjoniiet għall-

iskop ta' analiżi.

Tipi ta' formoli għall-osservazzjonijiet. Il-formoli għall-osservazzjonijiet jistgħu jkunu:

f'forma ta' kwestjonarju

lista ta' kontroll li fiha wieħed irid jikkonferma l-preżenza jew in-nuqqas ta' ċerti

karatteristiċi.

Osservazzjonijiet bejn il-pari. Il-formoli għall-osservazzjonijiet jistgħu jintużaw b'mod effettiv

matul il-proċess ta' tagżlim kemm fit-taħriġ inizjal u dak kontinwu tal-imħallfin u l-

prosekuturi. Għandhom jiġu mfassla bħala osservazzjonijiet bejn il-par.

L-impatt tat-taħriġ fil-ħajja tal-qrati u l-kwalità tal-ġustizzja jista' jiġi vvalutat minn persuni bl-

istess grad u status. Il-"perspettiva esterna" hija mill-iktar importanti sabiex jiġu vverifikati t-

titjib fil-prattika, problemi li jerġgħu jinqalgħu, żbalji serji u kontinwi, u indikaturi tal-kwalità

pożittivi u negattivi.

Eżerċizzju bejn il-pari jista' jinbeda meta jkun saru avvenimenti ġenerali ta' taħriġ li jinvolvu

Page 86: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

86

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

parti kbira mill-ġudikatura f'perjodu speċifiku ta' żmien (pereżempju sena) dwar l-aħjar

prattiċi, il-liġi proċedurali jew liġijiet/proċeduri ġodda.

L-evalwazzjoni minn grupp ta' assessuri esperti għandha tiffoka fuq l-eżiti prinċipali tat-

tagħlim mit-taħriġ (jiġifieri fuq il-proċess - proċedimenti miftuħa u trasparenti, il-garanzija

tad-dritt ta' difiża, l-indipendenza u l-imparzjalità, l-organizzazzjoni xierqa tal-proċedimenti,

l-effettività, il-livell ta' attività, pubbliċità, flessibiltà u dwar it-trattament tal-parti u tal-

pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tiġi organizzata b'tali mod illi r-riflessjoni u l-awto-

riflessjoni jġibu magħhom valur miżjud lill-proċess ta' tagħlim individwali.

5. Il-Formoli għall-Awto-Valutazzjoni

L-awto-valutazzjoni tista' tkun effettiva jew bil-maqlub tista' twaqqaf il-proċess ta' tagħlim

individwali.

X'INHI L-AWTO-VALUTAZZJONI? Hija strument użat għall-evalwazzjoni tal-proċess

ta' tagħlim u l-valutazzjoni tal-apprendist jew tal-ħarrieġ innifsu. L-apprendisti, ir-

rappreżentant tal-grupp kollhu ta' parteċipanti, jistgħu jintalbu jelaboraw dwar l-

esperjenza tat-taħriġ, fuq l-impatt tiegħu fuq il-ħidma ġudizzjarja u l-eżiti tat-tagħlim

b'referenza speċifika għall-prattika professjonali.

ID-DJARJU TAT-TAĦRIĠ. Forma speċjali ta' awto-valutazzjoni hija "d-djarju tat-

taħriġ". F'sitwazzjonijiet fejn it-taħriġ jieħu medda itwal ta' żmien (speċjalment waqt it-

taħriġ inizjali jew waqt laboratorju ta' awto-tagħlim) l-apprendisti jistgħu jintalbu

jżommu djarju li fih iniżżlu l-esperjenzi tat-taħriġ, it-tagħrif ġdid miksub, il-punti tajbin u

l-punti ħżiena, l-osservazzjonijiet personali u r-riflessjonijiet.

Għandu jinżamm amment illi l-analiżi tal-informazzjoni miġbura permezz tad-djarji u r-

rapporti ta' awto-evalwazzjoni jeħtieġu ż-żmien u r-riżorsi.

Rakkomandazzjonijiet Finali

1. It-twaqqif ta' metodoloġija tal-evalwazzjoni hija kwistjoni ta' esperjenza u viżjoni;

il-kisba ta' riżultati ċari tikkonċerna l-ġestjoni u r-riżorsi.

2. L-organizzaturi tat-taħriġ jista' jkollhom bżonn jinvolvu mhux biss lill-ħarrieġa u

lill-apprendisti fil-proċess ta' evalwazzjoni, iżda wkoll lil esperti esterni. L-għaża

hija strateġika u marbuta mat-tip ta' informazzjoni li trid tiġi analizzata u

interpretata.

3. Il-ġbir u l-analiżi tad-dejta u l-informazzjoni hija mportanti ferm minħabba li

jistgħu jittieħdu xi miżuri ibbażati fuqhom. Għalhekk, tkun xi tkun l-azzjoni li

tittieħed, il-prinċipji bħat-trasparenza u l-opportunitajiet indaqs, u l-valuri bħar-

rispett reċiproku għandom jiggwidaw l-approċċ metodoloġiku sħiħ fl-

evalwazzjoni.

Page 87: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

87

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

4. Il-maniġment ta' kull istituzzjoni tat-taħriġ jikkoordina t-twaqqif ta' objettivi ta'

evalwazzjoni, il-livelli ta' intervenzjoni, il-metodi ta' evalwazzjoni, ir-riżorsi u l-

miżuri li jridu jittieħdu.

5. Fl-istess ħin, trid tinqasam viżjoni komuni tal-metodoloġija ta' evalwazzjoni

magħżula fuq il-livell tal-istituzzjoni tat-taħriġ minħabba li l-valutazzjoni u l-

evalwazzjoni jridi jkunu marbuta mal-prattika u mal-prattikanti.

TAQSIMA II

II.1. ASPETTI SPEĊIFIĊI GĦALL-VALUTAZZJONI TAT-TAĦRIĠ INIZJALI U L-EVALWAZZJONI

Diġa' intwera fit-Taqsima 1 illi l-“Livell 2” tal-Mudell ta' Evalwazzjoni ta' Kirkpatrick dwar it-

“Tagħlim” huwa partikolarment addattat għall-għanijiet ta' evalwazzjoni tat-taħriġ inizjali.

Huwa ferm importanti li jiġi mejqus dak li tgħallmu l-futuri mħallfin/prosekuturi:

Mill-espożizzjoni għal għarfien ġuridiku ġdid;

Matul il-proċess ta' żvilupp ta' ħiliet, ġudizzjarji u oħrajn;

Fl-interazzjonijiet organizzati abbażi ta' mudelli ta' imġiba professonali.

It-taħriġ inizjali għandu komponent prattiku importanti; jiġifier, li jivvaluta t-tagħlim ibbażat

fuq il-kompetenzi.

Meta nirreferu għal tagħlim ibbażat fuq il-kompetenzi neżaminaw l-apprendisti dwar:

L-GĦARFIEN IL-ĦILIET L-ATTITUDNI U L-VALURI

(IMĠIBA)

Meta jkun qed jippjana sessjonijiet ta' taħriġ jew programm sħiħ ta' taħriġ, il-ħarrieġ għandu

jkun ċar dwar is-sett ta' objettivi speċifiċi tat-tagħlim, ġejjin mid-deċiżjoni dwar liema

għarfien ġdid/dettaljat, ħiliet jew imġiba professjonali (valuri u attitudnijiet) għandhom

jissawwru.

B'hekk, biex tkejjel it-tagħlim fil-programmi ta' taħriġ inizjali:

L-ewwel nett, identifika x'għandu jiġi evalwat: l-għarfien, il-ħiliet jew l-attitudni.

Huwa utli li dawn l-oqsma jiġu mkejjla kemm qabel u wara t-taħriġ.

Għalhekk, qabel jibda t-taħriġ, l-apprendisti għandhom joqgħodu għal test inizjali

sabiex jiġu ddeterminati l-għarfien, il-livell ta' ħila u l-attitudnijiet tagħhom.

Meta jispiċċa t-taħriġ, agħti test finali biex ikejjel dak li jkunu tgħallmu, jew kejjel

it-tagħlim permezz ta' intervisti jew valutazzjonijiet verbali.

II.2. TIPI TA' VALUTAZZJONIJIET

Dan kollu juri l-importanza partikolari ta' tipi ta' valutazzjonijiet xierqa fit-taħriġ inizjali. Fil-

fatt, il-valutazzjoni tal-apprendisti trid tkun partikolarment effettiva sabiex tkun tista' teskludi

Page 88: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

88

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

lil dawk kollha li nstabu li ma kienux preparati u insensittivi għall-ħtieġa li jaġġornaw

regolarment l-għarfien dixxiplinari, proċedurali u esperjenzali tagħhom, iżda wkoll

minħabba l-imġiba u l-etika mhux adattati biex iwettqu kompiti delikati mogħtija lilhom mill-

Istat, bħar-responsabbiltà mogħtija lil imħallef biex jiddeċiedi dwar l-imġiba ta' persuna

umana oħra, biex jirrestrinġu l-libertà personali ta' persuna u biex iċaħħdu lil xi ħadd mid-

drittijiet fundamentali tiegħu.

Huwa aktar diffiċċli li wieħed jivvaluta l-kwalità, l-kondotta etika u l-konformità mar-rekwiżiti

li jagħmlu lil persuna mħallef jew prosekutur tajjeb. Tipi differenti ta' valutazzjoni jistgħu

jkunu adattati għal tipi differenti ta' kontenut tat-taħriġ.

Hemm żewġ tipi ta' valutazzjoni:

Kontinwa;

Sommarja.

Il-Valutazzjoni Kontinwa hija l-politika edukattiva fejn il-parteċipanti jiġu eżaminati

kontinwament matul il-biċċa l-kbira tal-edukazzjoni tagħhom, u fejn ir-riżultati jiġu meqjusa

wara li jkunu ħallew l-istituzzjoni. Issir fuq medda ta' żmien. Fi kliem ieħor, persuna tiġi

valutata matul il-proċess ta' tagħlim kollhu u mhux biss wara dak il-proċess. Il-valutazzjoni

kontinwa tista' tieħu nota tal-progress tal-apprendist, u b'hekk jistgħu jingħataw aktar

appoġġ u gwida. B'hekk l-apprendist ikollu aktar opportunitajiet biex jitjieb.

Karatteristiċi prinċipali:

Hija komprensiva;

Hija kumulattiva;

Hija djanjostika;

Hija formattiva;

Hija orjentata lejn l-għoti ta' gwida;

Għandha natura sistematika.

Ħames modi kif il-valutazzjoni kontinwa tista' tgħin lill-proċess ta' tagħlim:

1. Sens akbar ta' inklussività. Il-valutazzjoni kontinwa tipprovdi lill-apprendist

b'volum kontinwu ta' opportunitajiet biex itejjeb il-ħakma tal-materjali u tibgħat

messaġġ illi kulħadd jista' jirnexxi jekk jingħata biżżejjed ħin u prattika. Dan

inaqqas l-ansjetà u l-finalità madwar it-testijiet u jżid l-enfasi fuq it-tagħlim innifsu.

2. Standards ta' tagħlim ogħla għal kulħadd. F'sistema ta' valutazzjoni kontinwa, l-

apprendisti avvanzati jistgħu jiksbu progress permezz tal-materjal bil-pass

tagħhom u jibqgħu impenjati billi jsegwu xogħol aktar impenjattiv hekk kif

jgħaddu minn dak ba'iku.

3. Għan iċċarat tal-valutazzjoni Il-problema fit-twettiq ta' valutazzjonijiet darb fil hija

li l-għan ewlieni huwa li jqabbel l-apprendisti u dan ma jwassalx għal proċessi ta'

żvilupp.

4. Żieda fl-għarfien personali għall-apprendisti li, permezz tal-valutazzjoni kontinwa,

jaslu biex jifhmu n-nuqqasijiet fl-għarfien u l-kompetenzi tagħhom. Il-ħin u l-

għarfien personali - kif wieħed jifhem x'qed iħoss, jaħseb u jitgħallem - huma fost

l-aktar fatturi importanti għas-suċċess personali u professjonali. Aktar ma

Page 89: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

89

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

nivvalutaw lill-apprendisti b'mod kontinwu, akbar ikun l-għarfien li jiksbu

dwarhom infushom.

5. Il-kapaċità ta' skopertà ta' relazzjonijiet interdixxiplinari/multidixxiplinari bejn l-

oqsma u l-kunċetti tas-suġġetti. Il-valutazzjoni kontinwa tippermetti lill-ħarrieġ

jerġa' jirfina l-fehim tal-kontenut permezz tal-inklużjoni ta' referenzi

interdixxiplinari jew multidixxiplinari.

Il-lista' ta' prattiki ta' valutazzjoni użati fi ħdan il-valutazzjoni kontinwa tinkludi:

Valutazzjoni djanjostika

Valutazzjoni formattiva

Awto-valutazzjoni

Valutazzjoni tal-pari

1) Valutazzjoni Djanjostika

Il-valutazzjoni djanjostika tista' tgħin fl-identifikazzjoni tal-għarfien attwali tal-parteċipanti

tiegħek dwar suġġett, is-sett ta' ħiliet tagħhom u tiċċara l-ideat żbaljati qabel ma jsir it-

taħriġ. Jekk ikunu jafu bil-punti tajbin u dawk dgħajfin tal-parteċipanti l-ħarrieġa jkunu

jistgħu jippjanaw aħjar il-kontenut u l-metodoloġija tat-taħriġ.

It-tipi ta' valutazzjonijiet djanjostiċi huma:

It-testjiet preliminari dwar il-kontenut u l-ħiliet;

Il-valutazzjoni u l-awtovalutazzjoni biex jidentifikaw il-ħiliet u l-imġiba;

L-intervisti għal fehim individwali tal-bżonnijiet ta' tagħlim.

Dawn il-metodi jistgħu iwasslu għal approċċi effettivi bbażati fuq proċess.

2) Valutazzjoni Formattiva

Il-valutazzjoni formattiva tipprovdi feedback u informazzjoni matul il-proċess ta' taħriġ,

filwaqt li jkun qed iseħħ it-tagħlim. Il-valutazzjoni formattiva tkejjel il-progress iżda tista'

tkejjel ukoll il-progress tal-ħarrieġ. Għan ewlieni tal-valutazzjoni formattiva huwa li

jidentifika l-oqsma li jista' jkollhom bżonn jitjiebu. Dawn il-valutazzjonijiet jaġixxu bħala

xprun għall-progress fit-tagħlim tal-parteċipanti u jiddeterminaw l-effettività tal-metodi ta'

taħriġ.

It-tipi ta' valutazzjoni formattiva huma:

Osservazzjonijiet matul l-attivitajiet fil-klassi;

Eżerċizzji bħala reviżjoni għall-eżamijiet u diskussjonijiet fil-klassi;

Djarji ta' riflessjoni li jiġu riveduti perjodikament matul is-semestru;

Sessjonijiet "mistoqsija u tweġiba", kemm ippjanati u informali;

Attivitajiet fil-klassi fejn l-imħallfin u l-prosekuturi futuri jippreżentaw ir-riżultati

tagħhom b'mod informali;

Feedback mill-parteċipanti miġbur permezz tat-tweġibiet għal mistoqsijiet

speċifiċi dwar it-taħriġ u l-awtovalutazzjoni tagħhom fuq il-prestazzjoni u l-

progress.

Page 90: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

90

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

3) L-awtovalutazzjoni36

L-awtovalutazzjoni titlob lill-parteċipanti fil-proċess tat-tagħlim biex jirriflettu dwar

xogħolhom stess u jivvalutaw kemm marru tajjeb meta mqabbla mal-kriterji ta' valutazzjoni.

Hija opportunità biex jiġi identifikat x'jikkostitwixxi xogħol tajjeb jew insuffiċjenti. Għalhekk

xi livell ta' involviment tal-apprendist fl-iżvilupp u l-fehim tal-kriterji ta' valutazzjoni huwa

komponent importanti tal-awtovalutazzjoni.

X'inhu l-qofol tal-awtovalutazzjoni?

L-iżvilupp ta' ħiliet ta' riflessjoni jipprovdu lill-apprendisti bl-abilità li jqisu l-prestazzjoni

tagħhom stess u biex jidentifikaw il-punti tajbin, id-dgħjufijiet, u l-oqsma li għandhom bżonn

titjib. Dan l-għarfien jista' jintuża biex jinfluwenza x-xogħol futur tagħhom.

4) Valutazzjoni tal-pari

Il-valutazzjoni bejn il-pari tistieden lill-apprendist biex jieħu responsabbiltà fil-valutazzjoni

tax-xogħol tal-pari tiegħu bl-għajnuna ta' kriterji għall-valutazzjoni. B'dan il-mod, huma jiġu

nvoluti fl-għoti ta' feedback lill-pari tagħhom. Ir-rwol ta' assessuri huwa opportunità tajba

biex jiksbu fehim aħjar tal-kriterji għall-valutazzjoni. Hija tista' titrasferixxi wkoll xi ftit mir-

responsabbiltà tal-proċess ta' valutazzjoni, li potenzjalment tkattar il-motivazzjoni u l-

impenn tal-apprendisti. Għalhekk il-valutazzjoni bejn il-pari hija komponent importanti tal-

proċess ta' tagħlim, mhux biss mezz għall-kejl tal-prestazzjoni.

Il-valutazzjoni sommarja sseħħ wara li jkun spiċċa t-tagħlim u tipprovdi informazzjoni li

tiġbor fil-qosor il-proċess ta' tagħlim. L-ebda tagħlim formali ma jkun qed iseħħ f'dan l-

istadju, għajr taħglim inċidentali li jista' jseħħ permezz tat-tlestija ta' xogħol assenjat. Ir-

rubriki, ta' spiss żviluppati madwar sett ta' standards jew aspettattivi, jistgħu jintużaw għall-

valutazzjoni sommarja. Ir-rubriki jistgħu jingħataw lill-imħallfin u prosekuturi futuri qabel ma

jibdew jaħdmu fuq proġett partikolari ħalli jkunu jafu x'inhu mistenni minnhom għal kull

kriterju.

Il-marki huma riżultat tal-valutazzjoni sommarja Il-valutazzjoni sommarja mhux dejjem

tingħata marki għaliex hija teżamina l-progress fit-tagħlim fl-imħallfin u prosekuturi futuri.

Il-valutazzjoni sommarja hija orjentata lejn ir-riżultati u tivvaluta l-prodott finali, filwaqt li l-

valutazzjoni formattiva tiffoka fuq il-proċess lejn it-tlestija tal-prodott. Hekk kif tintemm l-

attività, ma jistgħu jsiru l-ebda reviżjonijiet futuri. Jekk il-parteċipanti jitħallew jagħmlu xi

reviżjonijiet, il-valutazzjoni ssir formattiva, għaliex ikunu ħadu vantaġġ mil-opportunità biex

imorru aħjar.

Il-valutazzjoni sommarja hija aktar orjentata lejn il-prodott u tivvaluta l-prodott finali, filwaqt

li l-valutazzjoni formattiva tiffoka fuq il-proċess lejn it-tlestija tal-prodott.

36 Boud, D. Enhancing Learning Through Self-Assessment. (1995). London. Routledge Falmer.

Page 91: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

91

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

It-tip ta' valutazzjoni sommarja huma:

L-eżamijiet;

Proġetti (fażijiet ta' proġetti sottomessi matul diversi punti ta' tlestija jistgħu jkunu

soġġetti għal valutazzjoni formattiva);

Portfolios (biċċa xogħol li saret diġà mill-imħallfin u l-prosekuturi futuri u li setgħet

ġiet valutata wkoll matul l-iżvilupp tagħha bħala valutazzjoni formattiva);

Evalwazzjoni mill-parteċipant tal-kors (effettività tat-taħriġ);

Awtovalutazzjoni tal-ħarrieġ.

Kull tip ta' valutazzjoni sommarja għandha ssir b'ħafna preparazzjoni bil-quddiem għaliex l-

ebda valutazzjoni ma taħdem jekk ma tkunx strutturata u mmirata tajjeb. L-affidabilità u l-

validità tat-testijiet sommarji għandha tkun preċiża, inkella l-effetti jistgħu jkunu li jonqos l-

interess fl-iżvilupp professjonali fit-terminu twil.

Għalhekk, il-valutazzjoni hija parti integrali tal-proċess ta' taħriġ, għaliex hija tiddetermina

jekk humiex jintlaħqu l-għanijiet tal-edukazzjoni.Il-valutazzjoni tista' taffettwa ħafna

deċiżjonijiet, inklużi l-intervenzjonijiet biex jiġu sodisfatti ħtiġijiet ta' struzzjoni, disinn tal-

kurrikulu, eċċ. Valutazzjoni mfassla tajjeb tista' tħeġġeġ it-tagħlim attiv, speċjalment meta'

t-twassil tal-valutazzjoni huwa innovattiv u jqanqal l-interess. Il-valutazzjoni tal-pari u l-

awtovalutazzjoni, pereżempju, jistgħu isawwru numru ta' ħiliet, bħal r-riflessjoni, il-ħsieb

kritiku u l-għarfien personali, kif ukoll jagħtu lill-istudenti ħarsa lejn il-proċess ta'

valutazzjoni.

Fl-aħħar mill-aħħar, billi tqatta' ftit ħin taħseb dwar kif, meta u għaliex se tivvaluta l-

apprendisti adulti huwa investiment għaqli ta' ħinek.

Page 92: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

92

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

RIKONOXXIMENTI

Fi ħdan in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju bejn l-2011 u l-2014, is-Sotto Grupp ta'

Ħidma "Ħarreġ lil Min Iħarreġ" kellu l-irwol li jippromwovi u jxerred metodoloġija moderna

għat-taħriġ ġudizzjarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Ir-rappreżentanti SWG kienu oriġinarjament mill-istituzzjonijiet EJTN li ġejjin:

L-Italja (li laqqgħet il-grupp),

Il-Finlandja,

Il-Ġermanja,

Il-Latvja,

In-Netherlands,

Ir-Rumanija.

RINGRAZZJAMENT SPEĊJALI LILL-ESPERTI FIT-TAĦRIĠ ĠUDIZZJARJU li ġejjin

għaliex il-kontribut individwali tagħhom bħala rappreżentanti tal-pajjiżi wasslu għall-kitba ta'

dan il-manwal ta' taħriġ.

L-Italja:

Mill-2011, l-Imħallef Raffaele Sabato (li wara kien membru tal-Bord ta' Diretturi tal-

Iskola Taljana l-ġdida għall-Maġistratura [SSM]) u l-Imħallef Gianluca Grasso (it-

tnejn membri tal- [dak iż-żmien] IXth Kummissjoni tal-Kunsill Superjuri Taljan tal-

Maġistratura [CSM]);

Minn Novembru 2012, l-Imħallef Giovanna Ichino, u minn Jannar 2014,

addizzjonalment l-Imħallef Giacomo Fumu, it-tnejn membri tal-Bord ta' Diretturi tal-

Iskola Taljana għall-Maġistratura (SSM);

Il-Finlandja:

L-Imħallef Jorma Hirvonen, Kap tat-Taħriġ tal-Persunal fi ħdan il-Ministeru tal-

Ġustizzja Finlandiż;

Il-Ġermanja:

Lill-Prosekutur Rainer Hornung, Direttur tal-Akkademja Ġudizzjarja Ġermaniża

(DRA / GJA).

Il-Latvja:

Lis-Sa Solvita Kalnina-Caune, Direttriċi Eżekuttiva taċ-Ċentru ta' Taħriġ Ġudizzjarju

Latvjan (LTMC / LJTC);

In-Netherlands:

Lis-Sa Nathalie Glime, Maniġer ta' Livell għoli tat-Taħriġ fi ħdan id-Dipartiment

Internazzjonali taċ-Ċentru għall-Istudji u t-Taħriġ għall-Ġudikatura Olandiż (SSR);

Ir-Rumanija:

Page 93: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

93

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

Lill-Professur Otilia Stefania Pacurari, Esperta fit-Tagħlim Adult fi ħdan l-Istitut

Nazzjonali Rumen għall-Maġistratura (NIM);

Page 94: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

94

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

IL-KITTIEBA EWLENIN ta' dan il-manwal ta' taħriġ kienu:

Il-Prosekutur Rainer Hornung, Direttur tal-Akkademja Ġudizzjarja Ġermaniża (DRA /

GJA).

Il-Professur Otilia Stefania Pacurari, Esperta fit-Tagħlim Adult fi ħdan l-Istitut Nazzjonali

Rumen għall-Maġistratura (NIM);

Il-BORD TA' REVIŻJONI kien iffurmat minn:

Sa Nathalie Glime, Maniġer ta' Livell għoli tat-Taħriġ fi ħdan id-Dipartiment

Internazzjonali taċ-Ċentru għall-Istudji u t-Taħriġ għall-Ġudikatura Olandiż (SSR);

is-Sa Visnja Marinovic, Kap tad-Dipartiment għall-Evalwazzjoni u t-Taħriġ tal-Ħarrieġa

u l-Mentors fl-Akkademja Ġudizzjarja Kroata.

KOORDINATUR TAL-MANWAL TA' TAĦRIĠ

Il-Professur Otilia Stefania Pacurari, Esperta fit-Tagħlim Adult fi ħdan l-Istitut Nazzjonali

Rumen għall-Maġistratura (NIM);

RINGRAZZJAMENT SPEĊJALI lill-istati membri rappreżentattivi kollha tal-EJTN li taw il-

feedback tagħhom matul il-proċess ta' kitba u lis-Sa Benedetta Vermiglio, Koordinatur tat-

Taħriġ tal-EJTN.

Page 95: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

95

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

GLOSSARJU37

Akkademja Għandha tiġi mifhuma fit-tifsira wiesa', jiġifieri il-komunità ta'

akkademiċi u studenti fl-edukazzjoni ogħla u r-riċerka.

Aġenda Il-programm ta' avveniment / kors ta' taħriġ individwali

Tagħlim Imħallat Taħlita ta' avvenimenti ta' taħriġ residenzjali u bbażati fuq l-

Internet fi ħdan programm ta' taħriġ

Taħriġ kontinwu Taħriġ għall-imħallfin u prosekuturi attwalment fil-kariga

(taħriġ waqt ix-xogħol)

Qorti Irrispettivament mill-isem (qorti, kunsill, tribunal, eċċ) awtorità

pubblika li taqta' u tiddeċiedi tilwim legali bejn partijiet u

għalhekk twettaq ġustizzja fi kwistjonijiet ta' liġi ċivili, kriminali

u pubblika fl-istati membri tal-EJTN.

Kurrikulu Serje ta' avvenimenti ta' taħriġ interkonnessi għall-imħallfin

u/jew prosekuturi (futuri) (= programm ta' taħriġ).

Taħriġ inizjali Fażi ta' taħriġ wara l-istudji universitarji għall-imħallfin u/jew

prosekuturi futuri

Taħriġ matul il-kariga Ara taħriġ kontinwu

Imħallef Irrispettivament mill-mod ta' ħatra / elezzjoni u

irrispettivament mill-isem (ġustizzja, mħallef, imħallef

inkwirenti,maġistrat, eċċ) detentur ta' uffiċċju pubbliku li

jikkontribwixxi fl-aġġudikazzjoni tal-ġustizzja f'qorti.

Ġudikatura Irrispettivament mid-diversi tradizzjonijiet fil-pajjiżi Common

Law u Civil Law, il-qorti u s-sistema ta' prosekuzzjoni

pubblika fl-istat membru tal-EJTN.

Avukat Għandu jiġu mifhum fis-sens strett bħala professjonist li

37 Minħabba t-tradizzjonijiet u t-terminoloġija differenti fil-35 istituzzjonijiet membri tal-EJTN, dawn id-definizzjonijiet

mhumiex neċessarjament obbligatorji. Intagħżlu - bi preferenza għal deskrizzjonijiet funzjonali- għal raġunijiet ta'

uniformità, u mingħajr preġudizzju għal xi sistema partikolari u t-tradizzjonijiet tagħha.

Page 96: Manwal EJTN dwar il-Metodoloġija

96

Manwal dwar il-Metodoloġija ta’ Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa tal-EJTN

jaġixxi bħala konsulent legali (avukat, difiża pubblika).

Taħriġ Nazzjonali

Istituzzjoni

Irrispettivament mill-forma tal-organizzazzjoni (ministeru,

awtorità tal-liġi pubblika, fondazzjoni, eċċ) u irrispettivament

mill-isem (skola, akkademja, istitut, kulleġġ, ċentru) kull

istituzzjoni ta' stat membru ddedikata li twettaq taħriġ inizjali

jew kontinwu għall-imħallfin u/ jew prosekuturi futuri

Prosekutur (pubbliku) Irrispettivament mill-istatus legali (persunal taċ-ċivil, avukat,

eċċ) u irrispettivament jekk is-sistema ta' prosekuzzjoni hijiex

waħda avversarja jew ta' inkwiżizzjoni, rappreżentant ta'

servizz tal-istat li jinvestiga każijiet kriminali flimkien mal-

pulizija, li jieħu deċiżjonijiet bejn l-akkuża u l-liberazzjoni, u

jirrapreżenta lill-Istati fi proċess kriminali.

Uffiċċju/servizz

tal-prosekuzzjoni

Irrispettivament mill-isem mogħti u irrispettivament mill-forma

tal-organizzazzjoni, awtorità pubblika nazzjonali responsabbli

mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' każijiet kriminali

Seminar Kors ta' taħriġ residenzjali

Direttur tas-Sessjoni Mexxej ta' Kors tat-Taħriġ li huwa l-ħolqa bejn l-ospitant /

organizzatur u l-parteċipanti

Kors ta' Taħriġ Irrispettivament mill-format residenzjali jew ibbażat fuq l-

Internet, miżura individali ta' taħriġ għal grupp speċifiku ta'

parteċipanti ta' mħallfin / prosekuturi futuri (=avveniment ta'

taħriġ).

Avveniment ta' Taħriġ Ara iktar il-fuq

Programm ta' taħriġ Ara kurrikulu aktar il-fuq

Sessjoni ta' taħriġ Parti individwali ta' kors / avveniment ta' taħriġ

Webinar Kors ta' taħriġ f'ambjent virtwali (onlajn)