Upload
others
View
1
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi
Nru. 460 APRIL 2015
L-Għid – Jum il-Mulej Tagħlim tal-Konċilju Vatikan II fil-Kostituzzjoni dwar il-Liturġija Sacrosanctum Concilium
Il-Knisja Mqaddsa Ommna tħoss li jmiss lilha li tiċċelebra b’tifkira qaddisa, f’jiem magħżula matul is-sena, l-opra tas-salvazzjoni tal-għarus imqaddes tagħha. Kull ġimgħa, fil-jum li sejħitlu Jum il-Mulej, tfakkar il-Qawmien tal-Mulej li darba fis-sena jitfakkar ukoll flimkien mal-Passjoni mqaddsa tiegħu fl-akbar solennità tal-Għid. (Sac. Con. 102).
Bi tradizzjoni li ġejja minn żmien l-Appostli, tradizzjoni li kellha bidu sa mill-jum stess tal-Qawmien ta’ Kristu, il-Knisja tiċċelebra kull tmint ijiem il-misteru tal-Għid fil-jum li bil-jedd kollu jissejjaħ Jum iil-Mulej jew Jum il-Ħadd. F’dan il-jum, infatti, il-fidili għandhom jinġabru flimkien biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jieħdu sehem fl-Ewkaristija, u b’hekk jiftakru fil-Passjoni, Il-Qawmien u l-Glorja tal-Mulej Ġesù, u jroddu ħajr ‘l Alla li « wellidhom mill-ġdid għal tama ħajja, bil-Qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet ( I Pt.1,3). Għalhekk il-Ħadd hu l-ewwel jum ta’ festa li qatt kellha. Dan, wieħed għandu jipproponih lit-tjieba tal-fidili u jisħaq fuqu magħhom biex ikun ukoll għalihom jum ta’ ferħ u ta’ mistrieħ mix-xogħol. Ċelebrazzjonijiet oħra, sakemm ma jkunux ta’ importanza mill-akbar, m’għandhomx jeħdulu postu għax il-Ħadd hu ċertament is-sies u l-qalba tas-sena liturġika kollha. (Sac. Conc. Nru.106).
FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA IL-ĦADD, 12 T'APRIL 2015
Ġesù, Jiena Nafda Fik.
Ġesù kien qal lill-Santa Fawstina Kowalska: "Jiena nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun iċċelebrata b'Solennità kbira fl-Ewwel Ħadd ta' wara l-Għid... Dawk kollha li jxerrdu l-qima lejn il-Ħniena tiegħi, jien inħarishom tul ħajjithom kollha bħalma omm ħanina tħares lit-tfal tagħha, u fis-siegħa ta' mewthom ma nkunx imħallef għalihom iżda s-Salvatur Ħanin…”( mid- Djarju ta' S. Fawstina Kowalska)
KUNGRESS DJOĊESAN TAX-XIRKA TAL-ISEM IMQADDES TA’ ALLA IL-Ħadd 19 ta’ April 2015
Parroċċa Għasri Motto: “INFAĦĦRUK ALLA ĦALLIEQ ”
Il-Korteo jitlaq fil-5.00pm mill-bidu tat-Triq Dun Karm Caruana sal-Knisja Parrokkjali tal- Għasri Jippresiedi l-E. T. Mons Isqof Mario Grech.
F’dan il-Ħadd tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-parroċċa tal-Għasri.
Ġabra b’risq il-Fondazzjoni Arka Fil-quddiesa tal-weekend tal-11 u 12 ta’ April 2015 - Ħadd il-Ħniena Divina.
Wirt għall-Ġejjieni? Stedina mill-Azzjoni Kattolika għal riflessjoni min-Nisa dwar x’se nħallu lil ta’ warajna
Il-Ġimgħa 17 t’April 2015
6:00pm - 7:30pm
Sala tal-Ministeru għal Għawdex
IL-PAPA JĦABBAR ĠUBLEW STRAORDINARJU: SENA MQADDSA TAL-ĦNIENA
Għeżież ħuti, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista’ tagħmel iżjed evidenti l-missjoni tagħha ta’ xhud tal-ħniena. Hi mixja li titlaq minn konverżjoni spiritwali; u jeħtieġ nagħmluha din il-mixja. Għalhekk iddeċidejt li nsejjaħ Ġublew straordinarju li jkollu fil-qalba tiegħu l-ħniena ta’ Alla. Sa tkun Sena Mqaddsa tal-Ħniena. Irridu ngħixuha fid-dawl tal-kelma ta’ Alla. “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (ara Lq 6:36). U dan ngħidu b’mod speċjali għall-konfessuri! Ħafna ħniena!
Din is-Sena Mqaddsa tiftaħ fis-solennità li ġejja tal-Immakulata Kunċizzjoni u tagħlaq fl-20 ta’ Novembru 2016, il-Ħadd ta’ Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-univers u wiċċ ħaj tal-ħniena tal-Missier. Inħalli l-organizzazzjoni ta’ dan il-Ġublew f’idejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida, biex jista’ jippreżentaha bħala tappa ġdida fil-mixja tal-Knisja fil-missjoni tagħha li twassal lil kull bniedem il-Vanġelu tal-ħniena. (Papa Franġisku - 13 ta’ Marzu 2015)
APRIL 2015 KALENDARJU PASTORALI Numru 460
1. Erbgħa L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.
2. Ħamis
Ħamis ix-Xirka. Fil-Katidral issir il-Quddiesa tal-Griżma li fiha jitbierku ż-Żjut Imqaddsa u s-saċerdoti jġeddu l-Wegħdiet Saċerdotali tagħhom (9.00am) wara ikla flimkien mas-saċerdoti fis-Seminarju / Filgħaxija fil-knejjes issir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej.
3. Ġimgħa Il-Ġimgħa l-Kbira (obbligu tas-Sawm u l-Astinenza).Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej. Viżti lis-7 Knejjes mill-Leġjun ta’ Marija./L-ewwel Gimgħa tax-Xahar. Tqarbina riparatriċi .
4. Sibt Is-Sibt Qaddis tal-Għid. Issir is-Sahra tal-Għid. Is-Siegħa tal-Omm, Ċelebrazzjoni Marjana fis-Santwarju Ta’ Pinu (9.00am). Bil-lejl issir il-Velja tal-Għid Lejl Adorazzjoni miIl-Moviment Ewkaristiku (Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, Nadur - 10.00pm).
5. Ħadd Il-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria - 5.30pm).
6- 11 Ottava tal-Għid.
7. Tlieta Preparazzjoni MTŻ San Ġorġ u Katidral( 6.30pm) / Jum Dinji tas-Saħħa (ĠM).
8. Erbgħa Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani / Laqgħa KDF (7.00pm) / Preparazzjoni MFF 3 (KDF - 8.30pm).
9. Ħamis Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-vokazzjonijiet Seminarju (6.30am- 10.00pm) / Laqgħa “Grupp Ta’ Talb Dun Mikiel Attard” (Seminarju mis-7.00 sat-8.00pm Adorazzjoni Ewkaristika). MTŻ Malta (7.15pm).
11. Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewk. (Knisja ta' San Franġisk, ir-Rabat - Quddies: 8.30pm .
12. Ħadd It-Tieni Ħadd tal-Għid sena B. Jew Il-Ħadd tal-Ħniena Divina. Ġabra b’risq Dar l-Arka. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria - 5.30pm)
13. Tnejn San Martin I, Papa u martri.
14. Tlieta AKSK (Seminarju) / Preparazzjoni MFF 4 fis-6.30pm.
15. Erbgħa Laqgħa KDF (7.00pm) / Preparazzjoni MFF 3 (8.30pm).
17. Ġimgħa Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF – Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II – 8.00pm). Laqgħa għan-nisa kollha fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex bis-Suġġett: “ Wirt għall-Ġejjieni “ X’se nħallu lil ta’ warajna.! mis-6.00pm sat-7.30pm. organizzata mill-Azzjoni Kattolika.
18. Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku Knisja Parrokkjali tal-Għasri fit-8.30p.m.
19. Ħadd
It-Tielet Ħadd il-Għid sena B. Tiftaħ il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Għasri. It-52 Kungress Djoċesan tal-Isem Imqaddes ta’ Alla (Parroċċa Għasri). Tiftaħ il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).
21. Tlieta Sant’ Anselmu, isqof u duttur tal-Knisja.
22. Erbgħa KKSK (Seminarju).
23. Ħamis San Ġorġ Martri, Patrun tal-Belt Vittorja u Prottetur tal-Għawdxin. Festa fil-Belt Victoria u Tifkira (O) fid-Djoċesi / MTŻ Malta (7.15pm).
24. Ġimgħa Laqgħa għall-persuni f’relazzjoni barra ż-żwieġ fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwann Pawlu II. (KDF - 8.00pm)
25. Sibt
San Mark, Evanġelista. Festa. Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa Żebbuġ - 7.00pm) Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta’ Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.30pm u f’nofsillejl). Ċenaklu tal-Azzjoni Kattolika fil-4.30p.m. Dar Ċentrali, Victoria.
26. Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid. It-52 Jum il-Vokazzjonijiet. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco, Victoria 5.30pm).
28. Tlieta Santa Ġanna Beretta Molla. Tifkira (O). (Għad-Djoċesi t’ Għawdex).
29. Erbgħa Santa Katerina ta’ Siena, Verġni u Duttur tal-Knisja u Patruna tal-Ewropa. Festa.
30. Ħamis San Piju V. Papa Tifkira (0). Benefattur ta’ Malta. Laqgħa Għalliema Yr.4. (LV).
NIXTIEQU L-GĦID IT-TAJJEB LIL KULĦADD