26
Qari mill- Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 35, 1-15 Min iħares il-kmandamenti jagħmel sagrifiċċju tas-sliem.

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 35, 1-15

  • Upload
    lethia

  • View
    131

  • Download
    0

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 35, 1-15. Min iħares il-kmandamenti jagħmel sagrifiċċju tas-sliem . Min iħares il-Liġi jkun qed jagħmel kotra ta’ offerti, min iħares il-kmandamenti jagħmel sagrifiċċju tas-sliem. Min ipatti l-ħniena għall-ħniena jkun qed iressaq offerta . - PowerPoint PPT Presentation

Citation preview

Page 1: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Qari mill-Ktieb ta’

Bin SirakSir 35, 1-15

Min iħares il-kmandamenti jagħmel

sagrifiċċju tas-sliem.

Page 2: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Min iħares il-Liġi jkun qed jagħmel kotra ta’ offerti, min iħares il-kmandamenti jagħmel sagrifiċċju tas-sliem. Min ipatti l-ħniena għall-ħniena jkun qed iressaq offerta

Page 3: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

tal-qmuħ u min jagħmel karità jkun qed joffri sagrifiċċju ta’ tifħir. Jogħġob lill-Mulej min iżomm ’il bogħod mill-ħażen u jħallas għal dnubietu min jibqa’

Page 4: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

’l bogħod mill-inġustizzja. Tidhirx quddiem l-Mulej b’idek vojta; dan kollu għandu jsir minħabba l-kmandament. L-offerta tal-ġust tikkonsagra l-artal biż-żejt, u l-fwieħa tagħha

Page 5: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

titla’ quddiem l-Għoli. Is-sagrifiċċju tal-ġust jilqgħu l-Mulej, u t-tifkira tiegħu ma tintesiex. Agħti ġieħ lill-Mulej b’idejk miftuħa, u toffrix bit-tqanċiċ mill-bikri. Kull

Page 6: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

għotja tiegħek agħtiha bil-ferħ, u agħti l-għexur tiegħek bil-qalb.Agħti lill-Għoli skont ma tak hu, b’qalb kbira skont ma ssib f’idejk. Għax il-Mulej irodd lura, u

Page 7: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

jħallsek seba’ darbiet aktar. Tippruvax ixxaħħmu għax ma jilqax dak li toffrilu, u sserraħx rasek fuq sagrifiċċju inġust, għax il-Mulej hu mħallef, u ma jħarisx lejn l-uċuħ.

Page 8: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 9: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Salm Responsorjali

R:/ Lil min jimxi bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

Page 10: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

“Iġimgħu ’l ħbiebi quddiemi,

li għamlu patt miegħi bis-sagrifiċċju.”

Page 11: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Iħabbru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu, għaliex Alla nnifsu

jagħmel il-ħaqq.

Page 12: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

R:/ Lil min jimxi bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

Page 13: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

“Isma’, poplu tiegħi, għax se nitkellem,

Iżrael, għax se nixhed kontrik!

Jiena Alla, Alla tiegħek!

Page 14: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Ma nċanfrekx għas-sagrifiċċji tiegħek; il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.”

Page 15: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

R:/ Lil min jimxi bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

Page 16: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

“Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, u rodd lill-Għoli

l-wegħdiet tiegħek.

Page 17: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Min iroddli sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, dan

isebbaħni; lil min jimxi bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla.”

Page 18: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

R:/ Lil min jimxi bis-sewwa nurih

is-salvazzjoni ta’ Alla

Page 19: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Hallelujah, Hallelujah Infaħħrek, Missier, Sid

is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ

tas-Saltna wrejthom liċ-ċkejknin.Hallelujah, Hallelujah

Page 20: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 10, 28-31

R:/ Glorja lilek MulejF’din id-dinja stess tirċievu

għal mitt darba iktar, flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’

dejjem fiż-żmien li ġej.

Page 21: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù:

“Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.”

Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom,

li fost dawk kollha

Page 22: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu

lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew

lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd

Page 23: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar,

aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi

flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja

Page 24: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

ta’ dejjem fiż-żmien li ġej. U ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar, u tal-aħħar

jiġu l-ewwel.”

Page 25: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 26: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  35, 1-15

ĦSIEB