58
RAPPORT DWAR L-ISTAT TA’ L-AMBJENT 2005 Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar

RAPPORT DWAR L-ISTAT TA’ L-AMBJENT 2005 · 2019. 11. 15. · Noti 51 . 5 Kelmtejn ta’ qabel Ir-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent għandu jiftħilna għajnejna dwar il-futur,

  • Upload
    others

  • View
    2

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • RAPPORT DWAR L-ISTAT TA’ L-AMBJENT

    2005

    Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar

  • 2

    Jannar 2006

    ISBN 99932-83-29-0

    Dan ir-rapport tħejja flimkien ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

  • 3

    RAPPORT DWAR L-ISTAT TA’ L-AMBJENT

    2005

  • 4

    Werrej

    Kelmtejn ta’ qabel 5

    Daħla 6

    Kapitlu 1: Pressjonijiet li jwasslu għal Taqlib Ambjentali 7

    Kapitlu 2: L-Arja 11

    Kapitlu 3: Il-Bdil fil-Klima 14

    Kapitlu 4: L-Art 17

    Kapitlu 5: Il-Ħamrija 20

    Kapitlu 6: Il-Pajsaġġ 23

    Kapitlu 7: L-Ilma 26

    Kapitlu 8: L-Iskart 29

    Kapitlu 9: Il-Bijodiversità 32

    Kapitlu 10: Problemi li jolqtu aktar minn qasam wieħed 35

    Kapitlu 11: Reazzjonijiet politiċi 37

    Kapitlu 12: Sinteżi u Prijoritajiet għall-Azzjoni 40

    Riferenzi 43

    Ħajr għall-Għajnuna u Lista ta’ Taqsiriet 48

    Noti 51

  • 5

    Kelmtejn ta’ qabel

    Ir-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent għandu jiftħilna għajnejna dwar il-futur, għax huwa ritratt tal-preżent. Kif qal Gunther Grass, il-lawrejat tal-Premju Nobel fil-Litteratura, ‘Il-futur diġà qiegħed magħna.’

    Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-Ministeru huwa li jżid l-għarfien dwar l-ambjent u b’hekk l-ambjent isir dejjem aktar priorita’ għall-pajjiż. Għaldaqstant huwa ta’ sodisfazzjon li f'dan ir-rapport naqraw li għamilna pass sod ‘il quddiem sabiex innaqqsu t-tniġġiż, kif juruna r-riżultati dwar it-tniġġiż ta' l-arja. L-ammonti ta' benzene u diossidu tal-kubrit fl-arja naqsu b'mod qawwi wara li bdew jintużaw karburanti aktar nodfa, petrol bla ċomb u karburanti b'kontenut baxx ta' kubrit fl-impjanti ta' l-enerġija. Huwa ta' inkoraġġiment ukoll li l-kwalità ta' l-ibħra fejn isir l-għawm laħaq il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Kwalità ta' l-Ilma ta' l-Għawm. Barra minn hekk, dan ir-rapport huwa eżempju ta' kemm il-Gvern jemmen fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni f’qasam tant sensittiv bħalma hu l-ambjent.

    Dan ma jfissirx li għandna nieqfu hawn. Għandna nkomplu ntejbu l-kwalità ta' l-ambjent f'dawn l-oqsma, bħalma rridu nagħmlu fl-oqsma fejn hemm sfidi akbar, bħalma huma l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-ħarsien tan-natura. Kif juri dan ir-rapport, diġà ttieħdu ħafna passi biex jiżdiedu r-riżorsi allokati għall-ħarsien ta l-ambjent. Madankollu, sabiex inlaħħqu ma' l-isfidi ambjentali, għandna bżonn inkomplu nżidu l-kapaċità ta' l-istituzzjonijiet għat-tmexxija ambjentali, kemm bħala kompetenzi u taħriġ, kif ukoll riżorsi.

    Id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea wera li kien pass ideali għall-politka ambjentali Maltija, għax b’hekk saru linji gwida u politika għall-ħarsien u l-għarfien ambjentali. Is-sħubija ġabet ukoll magħha l-introduzzjoni ta' liġijiet ġodda li ser iħarsu l-ambjent tagħna.

    Ma kienx faċli li jsir dan id-dokument u huwa ta' inkoraġġiment li d-dokument huwa mqassam b'mod aktar sempliċi mill-verżjonijiet ta' qabel. Bla dubju, dan se jgħin sabiex l-informazzjoni tinxtered aktar faċilment u biex ikun hemm għarfien akbar dwar l-istat li jinsab fih l-ambjent Malti. L-għan tal-publikazzjoni huwa li twassal biex jiżdied l-għarfien dwar l-ambjent, li huwa wkoll ta’ għal din l-amministrazzjoni. Il-mod kif qed tiġi ppreżentata din il-publikazzjoni għandu jwassal għal komunikjazzjoni ambjentali aħjar L-informazzjoni tagħti s-saħħa - f'dan il-każ l-informazzjoni tagħti s-saħħa għal titjib fl-ambjent, kulħadd bil-mod tiegħu.

    Fl-aħħarnett, nixtieq nirringrazzja lill-MEPA, li għandha r-responsabbiltà li tippubblika din l-informazzjoni, għall-ħidma u l-koperazzjoni ma' l-entitajiet oħrajn li wassal biex inġabret din l-informazzjoni. Nawgura wkoll li din il-publikazzjoni tiġġenera diskussjoni li tgħin fit-tisħiħ ta' l-għarfien ambjentali. Ambjent aħjar huwa r-rigal li għandha nagħtu mhux biss lill-ġenerazzjonijiet ta' llum, iżda wkoll lill-ġenerazzjonijiet futuri.

    George Pullicino

    Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

  • 6

    Daħla

    L-għan tar-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent għall-2005 (SOER) hu li jsostni l-progress lejn żvilupp sostenibbli billi jipprovdi informazzjoni ambjentali siewja lil dawk li jfasslu l-politika, lill-organizzazzjonijiet u lill-pubbliku. Għandu wkoll jipprovdi gwida għall-iżvilupp ta’ linji ġodda ta’ politika u jidentifika l-ħtiġijiet ta’ investiment fil-ħarsien u t-titjib ambjentali.

    Minn meta sar is-SOER ta’ qablu, kien hemm żviluppi ġodda importanti fil-qasam tal-politika ambjentali, l-aktar it-twaqqif tal-MEPA u ta’ aġenzji oħra (ngħidu aħna, l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi [MRA] u l-Awtorità Dwar it-Trasport [ADT]) li wkoll għandhom responsabbiltajiet ambjentali importanti. Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea (UE), l-isfida biex l-acquis jinġieb fis-seħħ u jitwettaq, u investmenti qawwija fil-ksib ta’ ħiliet fl-oqsma ambjentali u f’oqsma oħrajn iddominaw l-ewwel nofs tas-snin 2010.

    Il-qagħda dwar l-informazzjoni ambjentali ukoll għaddiet minn bidliet importanti. Il-proċess tal-politika ambjentali ta’ l-UE ġegħelna nsaħħu u nwessgħu l-politika ambjentali tagħna, u dan ġab miegħu aktar monitoraġġ, irrappurtar u tiġdid ta’ policies, naturalment flimkien ma’ aktar strumenti politiċi sabiex l-għadd kbir ta' direttivi ta’ l-UE jinqalbu f'liġijiet nazzjonali. L-informazzjoni ambjentali hija ħafna aktar aċċessibbli, partikolarment fuq il-websites ta’ l-aġenziji responsabbli, iżda spiss tibqa’ f’forma kkumplikata u mxerrda; illum il-problema għal min mhux midħla tal-proċess ambjentali spiss hi waħda ta’ wisq informazzjoni.

    Hu għalhekk li ttieħdet direzzjoni ġdida fit-tħejjija ta’ dan l-SOER. Din id-direzzjoni ġdida tisħaq aktar fuq informazzjoni f’waqtha u rilevanti, biex turi x’qed jinbidel fl-ambjent u (fejn hu possibbli) tindika għaliex u kif dan għandu x'jaqsam mal-qafas tal-politika li tkun qed titħaddem. L-għan tagħha hu li tagħti stampa wiesgħa tal-bidliet u l-isfidi ewlenin aktar milli waħda dettaljata. L-SOER 2005 tfassal bi sħab ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) u huwa msejjes fuq sorsi ta’ informazzjoni marbutin ma’ programmi dettaljati ta’ monitoraġġ ambjentali li saru mill-MEPA; l-NSO; l-MRA; il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità; eċċ.. Huwa msaħaħ ukoll minn sett ta’ sotto-rapporti u paġni ta’ informazzjoni li huma aċċessibbli fuq il-website (www.mepa.org.mt) tal-MEPA. Il-prodotti differenti tal-SOER huma maħsuba għal udjenzi differenti; u għalhekk, waqt li dan ir-rapport hu maħsub l-aktar għal dawk li forsi m’għandhomx il-ħin biex jixtarru rapport itwal, hemm sotto-rapporti u paġni ta’ informazzjoni aċċessibbli għal oħrajn li jistgħu jkunu jixtiequ informazzjoni aktar dettaljata. Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni ikkuntatja lil MEPA.

    Kull proċess ta’ politika ambjentali effettiva u mmirata għal skopijiet speċifiċi jeħtieġ li jkollu informazzjoni biex isegwi l-progress. Dan ir-Rapport ifittex li jindika l-progress f'oqsma speċifiċi; madankollu, nuqqasijiet ta’ informazzjoni f’ċerti oqsma importanti (bħall-bijodiversità u l-iskart) xi drabi ma jippermettux li dan isir. Hawn niltaqgħu ma’ ħjiel ta' kunflitt bejn ix-xewqa li tintuża informazzjoni ġdida u l-ħtieġa li jiġu ġġustifikati l-punti ewlenin tar-Rapport. F’każi ohra fejn studji dettaljati għadhom ma sarux, kellna niddependu fuq il-parir ta’ l-esperti. F’termini ta’ kopertura ġeografika, ir-Rapport juża skala rilevanti għall-kwistjoni li dwarha jkun qed jitħaddet. Ngħidu aħna, fil-każ tal-kwalità ta’ l-ilma tal-pjan intużat informazzjoni mill-istazzjonijiet għall-ippumpjar ta’ l-ilma; fil-każ tal-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja ntużat informazzjoni miġbura fl-istazzjonijiet tad-diffusion tube network u, fil-każ tal-kwalità ta’ ilma fejn isir l-għawm, intużat informazzjoni minn kampjuni meħudin mill-inħawi stabbiliti mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Fejn kien possibbli, fis-sotto-rapporti sar tqabbil ma’ ċifri ta’ l-UE, iżda xi drabi ntużaw parametri differenti fil-livell ta’ l-UE.

    Minħabba li bosta fatturi ambjentali huma marbutin ma' xulxin, spiss hu diffiċli (jekk mhux impossibbli) li tiżola proċessi individwali bħala l-kawża ta’ problema partikolari. Ngħidu aħna, mhux faċli tattribwixxi l-livelli ta’ metalli tqal fil-ħamrija Maltija għal xi sors wieħed, jew it-trab fin fl-arja ta’ Malta għal attivitajiet jew proċessi partikolari. Lanqas m’hu daqstant sempliċi li tindika x’inhuma l-effetti ta’ ċerti sustanzi fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ekosistemi. Dan id-dokument jindika fejn hemm evidenza tal-kawża tal-problema f’Malta, filwaqt li jindika wkoll (f’dawk il-każijiet fejn din ma teżistix) il-kawża ta' l-istess problema f’pajjiżi oħra. Dan hu importanti jekk il-politika ambjentali ta’ Malta se tkun ibbażata fuq il-prinċipju prekawzjonarju. F’xi każi, il-kawżi ma ġew identifikati b’ebda mod, u f’każijiet bħal dawn dan qed jingħad fir-Rapport.

    Dan ir-Rapport isegwi l-mudell Pressure-State-Response ta’ l-OECD 1 . L-ewwel jibda billi jagħti deskrizzjoni qasira tal-pressjonijiet ewlenin fuq l-ambjent Malti, imbagħad jiddeskrivi l-istat ta’ l-ambjent skond ix-xejriet u l-isfidi ewlenin. Warajhom hemm kapitlu fuq it-tweġibiet politiċi. Kull kapitlu jibda b’lista ta’ punti ewlenin. Ir-Rapport jagħlaq b’kapitlu li jiġbor fih il-punti ewlenin u jirrikkmanda għadd ta’ prijoritajiet għall-ġejjieni. Dan ir-rapport inkiteb minn Marguerite Camilleri u Roberta Galea bl-għajnuna ta’ għadd imdaqqas ta’ kontributuri (ara t-taqsima “Ħajr għall-Għajnuna”). Nixtieq nrodd ħajr lil dawk kollha nvoluti f’dan il-proġett.

    Godwin Cassar

    Direttur Ġenerali

  • 7

    1. Pressjonijiet li jwasslu għal Taqlib Ambjentali

    Punti Ewlenin

    • Il-popolazzjoni ta’ Malta fil-biċċa l-kbira laħqet il-ħtiġiet materjali bażiċi tagħha, u issa hija d-domanda għal aktar konsum li qed tqiegħed il-proċessi naturali ta`t pressjoni qawwija.

    • L-għadd dejjem jikber ta’ vetturi bil-mutur għandu implikazzjonijiet serji għall-ambjent, għal saħħet il-bniedem u l-ekonomija, permezz ta’ tniġġis ta’ l-arja, użu ta’ l-art, telf ta’ bijodiversità, storbju, konsum ta’ karburanti, inċidenti fit-toroq, ġenerazzjoni ta’ skart u spejjeż ikkaġunati mit-traffiku mwaħħal fit-toroq.

    • L-għanijiet ambjentali u dawk li jolqtu t-tniġġis ta’ l-arja u t-taqlib fil-klima jistgħu jintlaħqu biss billi d-domanda għall-enerġija li qed tikber il-ħin kollu ma tibqax marbuta mat-tkabbir ekonomiku. Filwaqt li l-użu ta’ karburanti aktar nodfa ħalla effetti tajbin fuq il-kwalità ta’ l-arja, għad hemm potenzjal qawwi għal bidla akbar. Malta għadha lura milli tilħaq it-tiri ta’ l-UE dwar l-enerġija li tiġġedded, li se jkunu indirizzati fil-pjan nazzjonali għall-enerġija li għandu jit`abbar dalwaqt.

    • Malta se jeħtiġilha tfassal pjan għal żvilupp sostenibbli fis-setturi ta’ l-enerġija, tat-transport u tat-turiżmu. Jeħtiġilha wkoll tiżviluppa pakkett ta’ miżuri biex tindirizza kwistjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi li għandhom x’jaqsmu kemm mal-bini ta’ djar u mal-kwalità ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll ma’ l-aċċessibilità tagħhom u jekk prezzhom jintlaħaqx mix-xerrejja.

    Il-mudelli ta’ produzzjoni u konsum mill-popolazzjoni Maltija huma l-kawża ewlenija ta’ bdil ambjentali relatat ma’ telf tal-habitat, tniġġis u tħarbit tal-kampanja. Dan l-ewwel kapitlu tas-SOER 2005 jittratta l-fatturi demografiċi u ekonomiċi ewlenin li jwasslu għal bidla ambjentali fil-Gżejjer Maltin.

    Id-densità tal-popolazzjoni Maltija, 1,274 persuna għal kull kilometru kwadru,2 hija waħda mill-ogħla fid-dinja. Madankollu, il-popolazzjoni fil-biċċa l-kbira laħqet il-ħtiġiet materjali bażiċi tagħha,3 u issa hija d-domanda għal aktar konsum li qed tqiegħed il-proċessi naturali taħt pressjoni qawwija. Dawn id-domandi miżjuda għandhom x’jaqsmu l-aktar ma’ setturi bħalma huma t-trasport, l-enerġija, l-ilma u l-użu ta’ l-art. Hu mbassar li l-popolazzjoni ta’ Malta se tikber bejn l-1995 u l-2010, u mbagħad tibda nieżla bejn l-2015 u l-2025 minħabba rati ta’ twelid li jonqsu u rati ta’ mwiet li jġibu stabbilità (ara t-Tabella grafika 1.1). It-tnaqqis mistenni fil-popolazzjoni jista’ jkollu effett pożittiv fuq l-ambjent jekk miegħu jkun hemm bidliet fil-mudelli ta’ konsum.

    Sors: NSO

    Tabella grafika 1.1: Bidliet fil-popolazzjoni (Popolazzjoni Maltija biss)

    200

    250

    300

    350

    400

    450

    1985

    1990

    1995

    2000

    2005

    2010

    2015

    2020

    2025

    Pop

    ola

    zz

    joni

    (0

    00

    )

    L-istruttura ekonomika ta’ Malta hija fattur determinanti fuq it-tipi ta’ impatti ambjentali: il-konsum ta’ riżorsi naturali, l-użu ta’ enerġija, it-tipi u l-volumi ta’ sustanzi li jniġġsu u l-iskart huma kollha dipendenti mis-sehem tas-setturi diversi (u wkoll, naturalment, l-operat ambjentali tagħhom). Bejn l-2000 u l-2004, l-ekonomija ta’ Malta kompliet tinbidel bil-mod, u minflok l-enfasi fuq produzzjoni diretta, issa qed ixxaqleb dejjem aktar lejn servizzi lis-suq (ara t-Tabella grafika 1.2). Dawn is-servizzi kkontribwew 71 fil-mija tal-PGD fl-2004, meta mqabblin ma’ 65 fil-mija fl-2000. Dan jaqbel max-xejra ġenerali li kienet tidher bejn l-1975 u l-2000,4 izda dan it-tibdil mhux dejjem igib mieghu tnaqqis fl-impatti ambjentali. Dan jiddependi fuq l-operat ambjentali ta’ kull settur. Ngħidu ahna, kemm is-settur tat-trasport kif ukoll is-settur tat-turizmu jista’ jkollhom impatti qawwijin fuq l-ambjent. B’sehem ta’ kważi 20 fil-mija tal-PGD f’Marzu 20055, l-attivitajiet ta’ manifattura xorta jinvolvu impatti qawwija b`al produzzjoni ta’ skart industrijali u konsum ta’ enerġija.

  • 8

    0%

    10%

    20%

    30%

    40%

    50%

    60%

    70%

    80%

    90%

    100%

    2000 2001 2002 2003 2004

    Servizzi o] ra

    Trasport, Magazzina[ [ uKomunikazzjoni

    Lukandi u Ristoranti

    Industrija o] ra sekondarja

    Bini

    Manifattura

    Barrieri

    Agrikoltura, Ka` ` a, Msa[ ar uSajd

    Sors: NSO 2005a

    Tabella grafika 1.2: Kontribuzzjonijet settorali (perċentwali tal-PGD6)

    Erba’ setturi ekonomiċi huma meqjusa li għandhom l-akbar impatti fuq l-ambjent: il-bini ta' djar, it-trasport, il-ġenerazzjoni ta’ enerġija, u t-turiżmu. Il-biedja, li wkoll tiġġenera impatti qawwija, hija ttrattata fil-kapitlu fuq “L-Art”.

    F’Malta, l-inħawi residenzjali jitqiesu bħala l-użu ewlieni ta’ l-art mibnija, u l-istatistika tal-permessi għad-djar (ara t-Tabella grafika 1.3) tipprovdi indikazzjoni tal-pressjoni li s-settur tal-bini qed joħloq fuq l-ambjent. Din l- istatistika tfisser li l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi ta’ l-art u l-enerġija, kif ukoll l-iskart (fl-2004, l-iskart minn bini u twaqqigħ 7 laħaq it-88 fil-mija ta’ l-iskart kollu), qed jiżdiedu minkejja l-prezz għoli ta’ l-akkomodazzjoni.8 Madankollu, il-perċentwali tielgħa ta’ appartamenti li jingħataw permess għall-bini (79 fil-mija tat-total fl-2004, meta mqabbel ma’ 52 fil-mija fl-1994) turi użu aktar effiċjenti tar-riżorsi ta’ l-art, basta dan il-bini jkun fil-fatt abitat u fit-tul ta’ żmien, il-kwalità u l-karattru urban ikunu rispettati. Dawn ix-xejriet iqajmu mistoqsijiet tqal dwar kwistjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi li għandhom x’jaqsmu kemm mal-bini ta’ djar u mal-kwalità ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll mas-suq tad-djar u ma’ jekk prezzhom jintlaħaqx mix-xerrejja. Id-daqs tad-djar, l-effiċjenza ambjentali, l-użu aħjar tal-35,000 dar vojta f’Malta (23 fil-mija tat-total), 9 u d-direzzjoni ġenerali tas-settur tal-bini f’Malta jeħtieġ li jkunu indirizzati.

    Sors: MEPA, database dwar djar għal

    abitazzjoni

    Tabella grafika 1.3: Permessi u

    applikazzjonijiet għal djar

    0

    2000

    4000

    6000

    8000

    10000

    2000 2001 2002 2003 2004

    Pe

    rme

    ssi

    g]a

    l dj

    ar

    0

    2000

    4000

    6000

    8000

    10000

    Tot

    al

    ta'

    apl

    ika

    zz

    joni

    jiet

    Permessi g] al djar Total ta' applikazzjonijiet

    Nota: L-għadd ta’ permessi li ngħataw għall-bini ta’ djar fl-2004 huwa akbar mill-għadd ta’ applikazzjonijiet kollha minħabba ż-żieda fl-applikazzjonijiet li jinkludu fihom aktar minn residenza waħda.

    Id-domanda għat-trasport fuq it-toroq qed tikber bil-għaġla (ara t-Tabella grafika 1.4). In-numru ta’ vetturi bil-mutur qed jiżdied; mill-1986 irdoppja u tela’ għal 271,100 vettura fl-2004.10 Fi snin bħall-1994 u l-1997, l-għadd ta’ vetturi tela’ bejn wieħed u ieħor b’10 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel, u fl-2003 ’l fuq minn 40 fil-mija tal-vetturi impurtati kienu diġà użati.11 L-għadd ta’ vetturi għal kull ras tela’ wkoll minn 0.33 fl-1986 għal 0.7 fl-2004; dan hu ogħla sew mill-medja fl-UE, u qrib dak ta’ l-Italja u l-Istati Uniti.12 L-għadd dejjem jiżdied ta’ vetturi bil-mutur għandu implikazzjonijiet serji fuq l-ambjent, saħħet il-bniedem u l-ekonomija, minħabba tniġġis ta’ l-arja, użu ta’ l-art, telf ta’ bijodiversità, storbju, konsum ta’ karburanti, inċidenti fit-toroq, ġenerazzjoni ta’ skart u spejjeż ikkaġunati mit-traffiku mwaħħal fit-toroq.

  • 9

    Sors: NSO

    Tabella grafika 1.4: L-għadd ta’ vetturi

    liċenzjati għal kull ras

    -50

    100150200250300350400450

    1986

    1988

    1990

    1992

    1994

    1996

    1998

    2000

    2002

    2004

    Vet

    turi

    u po

    pola

    zzjo

    ni (

    000)

    0.0

    0.10.2

    0.3

    0.4

    0.50.6

    0.7

    0.8

    Vet

    turi

    g]al

    kul

    l ras

    Numru totali ta' vetturi Popolazzjoni totali Vetturi g] al kull ras

    Il-ġenerazzjoni ta’ l-enerġija hi fattur ewlieni ieħor li jwassal għal taqlib ambjentali. F’Malta, l-impjanti ta’ l-enerġija huma l-kaġun ta' aktar minn 63 fil-mija tal-gassijiet li joħolqu effett serra,13 kif ukoll ta' gassijiet oħra li jniġġsu u li għandhom impatt ħażin fuq saħħet il-bniedem, fuq l-ekosistemi u fuq il-wirt kulturali.14 Bejn l-1990 u l-2004, il-konsum kollu ta’ l-enerġija f’Malta żdied bi 73 fil-mija (ara t-Tabella grafika 1.5). Iż-żieda fl-2003 ġejja fuq kollox mill-istallazzjoni ta’ aktar tagħmir għall-arja kundizzjonata wara żmien twil ta’ sħana qalila.15 L-għanijiet u t-tiri ambjentali li għandhom x’jaqsmu mat-tniġġis ta’ l-arja u mat-taqlib fil-klima jistgħu jintlaħqu biss billi d-domanda li qed tikber il-ħin kollu għall-enerġija f’Malta ma tibqax marbuta mat-tkabbir ekonomiku.

    Sors: NSO

    Tabella grafika 1.5: Il-konsum

    ta’ l-elettriku mqassam skond is- setturi

    ewlenin

    0

    500

    1,000

    1,500

    2,000

    2,500

    19

    90

    /91

    19

    92

    /93

    19

    94

    /95

    19

    96

    /97

    19

    98

    /99

    20

    00

    /01

    20

    02

    /03

    Ko

    nsu

    m t

    a' e

    ne

    r[ija

    (G

    W h

    ou

    rs)

    Mitluf fid-distribuzzjoni uneqsin

    Konsum varju

    Dwal fit-toroq

    Domestiku

    Kummer` jali

    Industrijali

    U\ at fl-impjant

    It-taħlita ta’ karburanti f’Malta qed issir aktar nadifa wara li ttieħdu miżuri bħat-twaqqif ta’ l-użu ta’ petrol biċ-ċomb fl-2003 u l-provvista ta’ diesel ta’ kwalità aħjar,16 li ġabu titjib fil-kwalità ta’ l-arja. 17 Madankollu, hemm potenzjal tajjeb għal aktar ċaqliq, partikolarment lejn użu akbar ta’ gass naturali. Minkejja l-potenzjal qawwi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija mix-xemx u l-fatt li l-pajjiż huwa pjuttost mirjieħ,18 m’hemm ebda infrastruttura mdaqqsa biex tisfrutta sorsi ta' enerġija li tiġġedded, għajr għal għadd żgħir (iżda li qed jikber) ta’ impjanti domestiċi li jsaħħnu l-ilma permezz tax-xemx. Malta għadha lura milli tilħaq it-tiri ta’ l-UE dwar l-enerġija li tiġġedded, li se jkunu indirizzati fil-pjan nazzjonali għall-enerġija li għandu jitħabbar dalwaqt.

    It-turiżmu huwa għajn importanti ta’ dħul ta’ flus minn barra, għalkemm joħloq pressjoni kbira fuq l-ambjent. Dan il-qasam iżid id-domanda għall-iżvilupp kemm max-xtut kif ukoll fuq art ta’ sbuħija ambjentali; joħloq pressjoni fuq postijiet ta' valur ekoloġiku jew kulturali bħax-xagħri, ix-xtajtiet u nħawi arkeoloġiċi, u jżid it-traffiku, l-istorbju, u l-iskart. L-għadd ta’ turisti żdied u naqas mhux ftit mill-1975 ’l hawn, għalkemm kollox ma' kollox ix-xejra kienet waħda ta’ żieda. Filwaqt li fl-1975 it-turisti qagħdu f’Malta għal total ta’ 5 miljun ġurnata, din iċ-ċifra telgħet għal 10.9 miljun fl-2004. L-għadd ta’ turisti li żaru pajjiżna fl-2004 kien 2.7 darbiet aktar mill-popolazzjoni Maltija. B’mod ġenerali t-turisti jikkonsmaw riżorsi19 (bħall-art, l-ilma u l-enerġija) b’rata li hija darba u nofs akbar mill-konsum lokali, u jipproduċu aktar skart;20 dan jissarraf f’aktar pressjoni fuq l-ambjent. L-istaġjonalità taħkem sew fl-industrija lokali tat-turiżmu, u x-xhur tas-sajf, l-aktar Awwissu, iġibu magħhom l-akbar pressjoni. Iżda, kif turi t-Tabella grafika 1.6, minkejja x-xejriet ta’ żieda u tnaqqis fl-għadd ta’ turisti, in-numru medju ta’ turisti f’Awwissu huwa dejjem akbar mill-medja għas-sena sħiħa.

  • 10

    Sors: NSO, MTA

    Tabella grafika 1.6: Għadd

    medju ta’ turisti għal

    kuljum (matul is-

    sena, u f’Awwissu)

    0

    10

    20

    30

    40

    50

    60

    70

    1975

    1980

    1985

    1990

    1995

    2000

    Me

    dja

    ta

    ' tu

    risti

    kulju

    m (

    00

    0)

    Medja ta' turisti kuljum Medja ta' turisti kuljum f'Awissu

    Dawn ix-xejriet jindikaw li Malta jeħtiġilha tħejji pjan għal żvilupp sostenibbli fis-setturi ta’ l-enerġija u tat-trasport (minħabba li dawn is-setturi qegħdin jilħqu limiti ta’ tniġġis u konġestjoni), kif ukoll strateġija għal turiżmu sostenibbli u pakkett ta’ miżuri biex jindirizzaw problemi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li għandhom x’jaqsmu mas-suq tad-djar u ma’ jekk prezzhom jintlaħaqx mix-xerreja.

  • 11

    2. L-Arja

    Punti ewlenin

    • It-tniġġis mill-ossidi tan-nitroġenu għadu għoli f’ċerti nħawi mibnija. Il-livelli ta’ tniġġis jistgħu jitnaqqsu sew jekk ikunu segwiti modi aktar sostenibbli ta’ mobilità u ta' konsum ta’ enerġija.

    • Ir-riżultati tal-bidu juru livelli għolja ta’ trab fin f’Malta u jinħtieġu aktar studji biex jinstab mnejn ġejjin.

    • It-tniġġis mill-ajru li jaqsam il-fruntieri f’forma ta’ ożonu u diossidu tal-kubrit iqanqal tħassib minħabba l-qagħda ġeografika tal-Gżejjer u l-imġieba tat-temp. L-effetti fit-tul ta’ l-ozonu fuq saħħet il-bniedem u fuq il-biedja jqanqlu tħassib.

    • Kien hemm tnaqqis qawwi fil-livelli tad-diossidu tal-kubrit u benzene fl-arja, minħabba qlib għal karburanti aktar nodfa.

    • Il-kwalità ta’ l-arja f’toroq b’ħafna traffiku u f’toroq magħluqin tista’ tkun eħżen bil-bosta minn dik fit-toroq lil hinn minnhom.

    • Il-kwalità ta’ l-arja fil-post fil-Furjana fejn isir monitoraġġ kontinwu hija bejn tajba u moderata, u jqanqlu aktar tħassib il-livelli ta’ trab fin u ta’ diossidu tal-kubrit.

    Is-saħħa umana u l-ekosistema jistgħu jintlaqtu negattivament minn kwalità ta’ arja inqas tajba. F’Malta t-tniġġis ta’ l-arja hu milqut ħafna minn diversi fatturi bħalma huma t-traffiku fl-eqqel tiegħu fil-għodu u mumenti ta’ tlugħ f’daqqa ta’ kuljum fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku, kif turi t-Tabella grafika 2.1. Dan il-kapitlu hu bbażat fuq informazzjoni għall-2003 u l-2004 mid-diffusion tube network tal-MEPA u stazzjon ta’ monitoraġġ f’post fiss fil-Furjana, kif irrappurtat f’Nolle et al. (2005).21

    Sors: Nolle et al. 2005

    Tabella grafika 2.1: Il-

    varjazzjoni minn jum għall- ieħor

    fil-livelli ta’ sustanzi li

    jniġġsu (fil-Furjana matul Set - Diċ 04)

    0

    15

    30

    45

    60

    75

    90

    0 6 12 18 24

    } in

    Mix

    ing

    -ra

    tio

    ta

    ' NO

    , N

    O2,

    O3 (

    pp

    bv)

    &

    kon

    `en

    tra

    zzjo

    ni

    ta' P

    M1

    0 (

    mg

    /m3)

    0

    2.5

    5

    7.5

    10

    12.5

    15

    Mix

    ing

    -ra

    tio

    ta

    ' SO

    2 (

    pp

    bv)

    ,

    Be

    nze

    ne

    (p

    pb

    v*1

    0)

    & C

    O (

    pp

    mv*

    10

    )

    NO NO2 O3 PM10 SO2 CO (monossidu tal-karbonju) Benzene L-ożonu (O3) hu gass li jinsab b’mod naturali kemm f’livell ta’ l-art u kemm fl-atmosfera fejn jipproteġi d-dinja minn raġġi ultravjola (UV) li jagħmlu ħsara.22 L-ożonu fil-livell ta’ l-art jikkaġuna sintomi respiratorji fil-bniedem, bħal sogħla u wġigħ fis-sider, u jagħmel ħsara lill-fotosinteżi (il-proċess li permezz tiegħu l-pjanti joholqu l-ikel tagħhom) fil-pjanti.23 Malta tintlaqat b’qawwa mill-ożonu, li l-biċċa l-kbira tiegħu tiġi minn pajjiżi oħra; għalkemm xi ftit jinħoloq f’Malta stess meta r-riħ ikun kalm. Dan il-gass jinsab l-aktar f’inħawi li ma tantx huma milqutin mit-traffiku, bħan-nofsinhar u l-punent ta’ Malta u Għawdex, billi jirreaġixxi ma’ l-ossidu tan-nitroġenu li joħrog mid-dħaħen tal-karozzi. Fil-fatt, il-limiti imposti mill-UE dwar il-kwalità ta’ arja24 (b'riżq saħħet il-bniedem) inqabżu matul 36 fil-mija tal-ġranet fl-2004 ħdejn il-Fanal tal-Ġordan (f’Għawdex) iżda matul 14 fil-mija biss tal-ġranet fil-Furjana. Dawn il-livelli ta’ ożonu mistennija jagħmlu ħsara lill-fotosinteżi fil-pjanti iżda m’għandhomx jikkaġunaw ħsara li tidher. Il-livelli ta’ l-ożonu f’Malta huma affettwati ħafna minn sorsi lil hinn minn xtutna.

    L-ossidi tan-nitroġenu (NO u NO2) (NOx) huma prodotti tal-ħruq tan-nitroġenu fl-arja, u s-sors ewlieni kkaġunat mill-bnedmin hi t-traffiku fit-toroq. L-effetti prinċipali ta’ l-NO2 fuq is-saħħa huma marbutin ma’ ħsara fis-sistema respiratorja, għalkemm l-effetti huma fil-parti l-kbira indiretti (ngħidu aħna jistgħu jwasslu għal infezzjonijiet batterjoloġiċi fit-tfal jew għal sintomi aktar qliel ta’ l-ażżma). Il-gass NO2 jagħmel ukoll ħsara lill-pjanti u lill-ġebel tal-franka.

    Il-lokalitajiet mnejn igħaddi ħafna traffiku, b’mod partikolari l-Furjana, il-Ħamrun u Tas-Sliema, huma l-aktar milquta mill-NO2. Il-medji annwali fil-Furjana dejjem qabżu l-valur tal-limitu annwali ta’ 40 µg/m3 għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.25 Dwar siti partikolari, Triq Sant’ Anna hija bil-bosta l-aktar waħda milquta mill-NO2, b’medji annwali ta’ 71 µg/m3 fl-2003 u 82 µg/m3 fl-2004. Madankollu, l-analiżi tal-monitoraġġ kontinwu fl-istazzjon tal-Furjana wriet li l-limitu ta’ 200 µg/m3 għal kull

  • 12

    persuna f'siegħa qatt ma nqabeż. L-istess bħal xerjiet internazzjonali, 26 kien hemm tnaqqis ta’ tmienja fil-mija fuq skala nazzjonali fil-każ ta’ l-NOx bejn l-2003 u l-2004, iżda l-livelli ta’ tniġġis telgħu f’lokalitajiet bħall-Furjana (15 fil-mija). It-tniġġis mill-ossidu tan-nitroġenu għadu għoli f’ċerti nħawi mibnija, u l-livelli jistgħu biss jitnaqqsu sew permezz ta’ mudelli aktar sostenibbli ta’ mobilità u ta' konsum ta’ l-enerġija.

    Il-parti l-kbira tal-kubrit fl-arja huwa minħabba ħidmet il-bniedem27 u ġejja mill-ħruq ta’ karburanti li fihom il-kubrit. Id-diossidu tal-kubrit (SO2) jinħall malajr fl-ilma, u eventwalment isir aċtu solforiku fl-arja, ħaġa li taffettwa l-kanal respiratorju. L-effetti tiegħu jiħraxu meta jkun hemm preżenti sustanzi oħrajn li jniġġsu, bħal trab fin. Dan il-gass bla kulur jaffettwa wkoll is-saħħa tal-pjanti u jwassal biex binjiet mibnijin b’ġebel tal-franka jibdew jittieklu. Tnaqqis drastiku fil-livelli ta’ l-SO2 bħal xejriet internazzjonali28 kien osservat bejn l-200029 u l-2004; bejn is-snin 2003 u 2004 biss kien hemm tnaqqis ta’ 36 fil-mija minħabba li bdew jintużaw karburanti b’kontenut baxx ta’ kubrit. B’mod partikolari kien osservat tnaqqis f’inħawi fejn ir-riħ jonfoħ minn wara l-impjant ta’ l-enerġija fil-Marsa, jiġifieri f’Ħal Luqa, il-Fgura, iż-Żejtun, il-Gudja u Birżebbuġa (51, 48, 44, 40 u 40 fil-mija rispettivament). Fl-2004, ebda medja reġistrata fuq livell muniċipali ma qabżet il-limitu annwali ta’ 50 µg/m3 iffissat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Għalkemm l-effetti negattivi ta’ l-SO2 fuq l-ambjent naqsu sew tul dawn l-aħħar ftit snin, xi livelli f’postijiet partikolari, bħalma huma fi Triq Hompesch fil-Fgura, jaqbżu l-limiti ta’ l-UE kemm għall-medja fis-siegħa kif ukoll għall-medja annwali.30 Parti mill-SO2 (bħall-O3) li qed jitkejjel f’Malta tista’ wkoll tkun ġejja minn sorsi lil hinn minn xtutna, minħabba l-qagħda ġeografika tal-Gżejjer u s-sitwazzjoni tat-temp.

    Il-benzene hu kimika organika li tiżvinta (volatile organic compound - VOC), prodotta f’zoni urbana minn evaporazzjoni jew ħruq mhux sħiħ ta’ karburant li jkun fih il-benzene. Il-benzene hu karċinoġeniku u mutaġeniku (jibdel b’mod permanenti d-DNA taċ-ċelloli31) u kull doża tiegħu titqies li tagħmel ħsara.32 Id-duħħan tas-sigaretti hu wkoll sors ta’ benzene. Livelli ta’ benzene fl-arja naqsu b’mod qawwi mill-2001 ’l hawn minħabba l-introduzzjoni ta’ petrol li fih sostitut għaċ-ċomb f’Jannar ta’ l-2003 (ara l-Mappa 2.1). Filwaqt li l-kontenut ta’ benzene fil-petrol biċ-ċomb kien bejn sitta u tmienja fil-mija33, fil-petrol bla ċomb huwa inqas minn wieħed fil-mija. Bejn l-2003 u l-2004, l-akbar tnaqqis fil-livelli ta’ benzene sar fil-lokalità tal-Fgura (42 fil-mija).

    Sors: Nolle et al. 2005

    Mappa 2.1: Medja annwali tal- konċentrazzjonijiet ta’ benzene imqassma skond il-lokalitajiet

    Fl-2004 l-Ħamrun biss kellu medja annwali, kemm kemm ogħla minn 5µg/m³, li taqbeż il-limitu ta’ l-UE li jrid jintlaħaq sa l-2010.34 Madankollu, jekk inqisu postijiet partikolari, Triq Sant’ Anna fil-Furjana rreġistrat l-ogħla konċentrazzjoni ta’ benzene, 7µg/m³, titjib kbir fuq l-agħar livell fl-2003 li kien osservat fi Triq Hompesch, il-Fgura (14.7µg/m³). Id-differenzi bejn kejl f’toroq ewlenin u ftit toroq warajhom fil-Furjana jindikaw li l-kwalità ta’ l-arja f’toroq minn fejn jgħaddi ħafna traffiku u toroq dojoq tista’ tkun ħafna agħar minn f’toroq ftit lil hinn minnhom.

    It-trab fin35 (Particulate Matter: PM) fl-arja joriġina mit-tferrix ta’ materjal solidu minn wiċċ l-art jew permezz ta’ reazzjonijiet kimiċi u kondensazzjoni. It-taqsira PM10 tirreferi għal trab fin li huwa iċken minn 10µm, u li jsib ruħu ġol-kanal respiratorju billi l-ġisem ma jistax jiffiltrah ’il barra.36 F’Malta, sorsi importanti ta’ trab fin fl-arja jinkludu l-melħ mir-raxx tal-baħar, ramel u trab b`alu (kemm lokali kif

  • 13

    ukoll dak li jasal mis-Saħara), brix minn tyres u brejkijiet, u dħaħen. Fl-Ewropa, l-espożizzjoni għal trab fin aktarx li hija l-aktar importanti fost il-problemi ta’ saħħa kkaġunati mit-tniġġis ta’ l-arja.37

    Il-livelli ta’ trab fin tkejlu biss fil-Furjana, fejn il-livelli ta’ l-UE38 nqabżu f’37 mid-99 ġurnata mkejla. Kienu reġistrati livelli li waslu sa 300 µ/m³, l-aktar waqt li t-traffiku ta’ filgħodu kien fl-eqqel tiegħu, meta l-livelli rduppjaw. Dan it-trab aktarx li jkun fih aċtu nitriku u qtar ta’ aċtu solforiku, solfati ta’ l-ammonju u nitrat ta’ ammonju, u wkoll nugrufun tad-diesel. Dawn ir-riżultati tal-bidu jindikaw livelli għolja ta’ trab fin f’Malta u jinħtieġu aktar studji biex ikunu identifikati s-sorsi tagħhom. Ir-riżultati ta’ studju li sar fl-200539 fuq it-trab fin jindikaw li l-konċentrazzjonijiet ta’ sodju (minħabba l-melħ tal-baħar), kif ukoll dawk ta’ solfat, instabu għoljin.

    L-Indiċi Standard ta’ Sustanzi li Jniġġsu (PSI) 40 juri fil-qosor il-livell tal-ħsara fil-ħames sustanzi komuni li jniġġsu l-arja (SO2, NO2, CO, O3 u PM10), skond il-limiti għal kull siegħa. Mil-lat ta’ l-effetti fuq saħħet il-bniedem, il-medja tal-kwalità ta’ l-arja fil-Furjana meqjusa għal kull siegħa fuq medda qasira ta’ żmien hi ġeneralment tajba (72 fil-mija tal-ħin). Fl-istess waqt, hu biss għal ftit sigħat (2.3 fil-mija tal-ħin) li l-kwalità ta’ l-arja hija tali li nies suxxettibbli, bħal tfal, anzjani u ażżmatiċi, jistgħu jesperjenzjaw xi sintomi. Iżda dan l-indiċi jqis il-medji għal kull siegħa matul il-perjodu ta’ stħarriġ. Effetti qawwija fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja xorta jistgħu jirriżultaw minħabba livelli għolja ta’ tniġġis li jdumu għal waqtiet qosra.

  • 14

    3. Il-Bdil fil-Klima

    Punti ewlenin

    • F’Malta l-ħruġ ta’ gassijiet li joħolqu l-effett serra żdied b’44 fil-mija bejn l-1990 u l-2003, u ġej l-aktar mis-setturi ta’ l-enerġija u tat-trasport.

    • Hemm ħtieġa urġenti li t-tkabbir ekonomiku jinfired mill-konsum ta’ l-enerġija.

    • Il-klima Maltija wriet ftit bdil f’dawn l-aħħar 50 sena, u bil-mod il-mod qed issir aktar sħuna u xotta, konsistenti mat-tbassir internazzjonali dwar il-bdil fil-klima.

    • Malta mistennija li tbati impatti moderati minħabba l-bdil fil-klima, speċjalment nuqqas ta’ l-ilma u taħsir fil-kwalità tiegħu, u temp qalil aktar spiss. Minkejja dan, minħabba d-dipendenza tagħha fuq attivitajiet max-xtut, il-vulnerabilità ekonomika tagħha mistennija li tkun minn moderata sa kemmxejn għolja.

    • Anke jekk is-soċjetà globali tnaqqas il-ħruġ ta’ gassijiet li joħolqu l-effett serra tul l-għexieren ta’ snin li ġejjin, il-bdil fil-klima mistenni jkompli tul is-sekli li ġejjin; għalhekk huma meħtieġa strateġiji biex dan jittaffa u biex ikun hemm addattament għall-kundizzjonijiet il-ġodda.

    It-taqlib fil-klima huwa fost it-theddidiet l-aktar serji għall-ambjent li d-dinja qed tiffaċċja llum, u hija prijorità ewlenija fis-Sitt Programm ta’ l-UE dwar l-Azzjoni Ambjentali, fl-Istrateġija ta’ l-UE għall-Iżviluipp Sostenibbli u fl-Istrateġija ta’ Lisbona. Minħabba l-pożizzjoni formali ta’ Malta bħalissa, bħala ‘pajjiż li qed jiżviluppa’ fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bdil fil-Klima (UNFCCC), hi m’għandhiex tiri li jistabbilixxu kemm għandu jitnaqqas il-ħruġ ta’ gassijiet li joħolqu l-effett serra (GHG). Malta rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto fl-2001 u l-obbligi limitati tagħha jinkludu rappurtar kull tant żmien. L-UE rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto bħala firmatarja ta’ l-Anness I, u għalhekk hija marbuta li sal-perjodu bejn l-2008 u l-2012 tnaqqas il-ħruġ ta’ dawn il-gassijiet bi tmienja fil-mija meta mqabbel mal-livelli ta’ l-1990.

    Il-ħruġ ta’ GHG f’Malta żdied b’44 fil-mija bejn l-1990 u l-2003, u ġej l-aktar mis-setturi ta’ l-enerġija u tat-trasport.41 Minkejja din iż-żieda (ara t-Tabella grafika 3.1), Malta kellha waħda mill-aktar rati baxxi ta’ GHG għal kull ras fl-UE, seba’ tunnellati meta mqabblin mal-medja ta’ l-UE li fl-2000 kienet 11-il tunnellata. Madankollu kellha rata relattivament għolja ta’ GHG għal kull unità ta’ PGD b’910 tunnellati ekwivalenti ta’ CO2 għal kull miljun Ewro mqabblin mal-medja ta’ l-UE ta’ 605 tunnellati,42 possibilment minħabba produzzjoni ineffiċjenti ta’ konsum ta’ enerġija. Il-ħruġ ta’ GHG fl-UE-15 niżlu b’1.4 fil-mija bejn l-1990 u l-2003, filwaqt li fl-UE-25 kienu 5.5 fil-mija taħt il-livell ta’ l-1990.43 Fl-2003 il-ħruġ ta’ GHG ta’ Malta laħaq iż-0.055 fil-mija tal-ħruġ ta’ GHG fl-UE.44

    Sors: MEPA 2005a

    Tabella grafika 3.1: Ħruġ ta’ GHG imqassam skond

    is-settur

    0

    500

    1000

    1500

    2000

    2500

    3000

    3500

    1990

    1991

    1992

    1993

    1994

    1995

    1996

    1997

    1998

    1999

    2000

    2001

    2002

    2003

    Em

    issj

    oniji

    et

    ta' C

    Oe

    kwiv

    ale

    nti t

    a'

    kilo

    tune

    llati

    Ener[ ija Industrija Trasport Biedja Skart Kombustjoni o] ra ta' karburanti

    Is-settur ta’ l-enerġija jikkontribwixxi bejn wieħed u ieħor 63 fil-mija tal-GHG f’Malta, u kien fil-parti l-kbira responsabbli għall-qabża qawwija fil-ħruġ ta’ dawn il-gassijiet fl-2002. Kif indikat fl-Ewwel Kapitlu, il-konsum ta’ l-enerġija għadu qed jiżdied, u kiber b’61 fil-mija bejn l-1990 u l-2002; u din ix-xejra mistennija tkompli. Il-PGD ta’ Malta wkoll qed ikompli jikber, għalkemm bil-mod, u l-enerġija totali ġġenerata għal kull unità ta’ PGD bdiet tielgħa mill-ġdid wara li niżlet fis-snin disgħin (ara t-Tabella grafika 3.2). Din ix-xejra għandha toħloq tħassib għax tindika li Malta miexja ’l bogħod minn tkabbir ekonomiku ‘aktar nadif’. Hemm ħtieġa urġenti li t-tkabbir ekonomiku jinqata’ mill-konsum ta’ l-enerġija u li l-ħruġ ta’ CO2 minn impjanti għall-produzzjoni ta’ l-enerġija jkunu limitati għal-livelli stabbiliti fil-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni ta’ Malta.45 Fuq medda ta’ żmien li jvarja minn qasir sa medju, Malta se jeħtiġilha tfassal, b’mod ko-ordinat bejn is-setturi ewlenin involuti, direzzjoni lejn żvilupp sostenibbli għas-settur ta’ l-enerġija li jkun jaqbel max-xenarji ta’ l-enerġija ta’ l-UE, mal-politika ta’ l-UE dwar il-klima għall-perjodu wara il-Protokoll ta’ Kjoto, u mat-tiri ta’ l-UE għall-enerġija li tiġġedded.

  • 15

    Il-ħolqien tal-GHG mill-mezzi tat-trasport żdied regolarment bejn l-1990 u l-2000, bl-istess rata bħan-numru dejjem jiżdied ta’ vetturi46 (ara l-Ewwel Kapitlu). Dan is-settur kabbar is-sehem tiegħu b’45 fil-mija tul 10 snin u issa laħaq l-20 fil-mija tal-ħruġ kollu ta’ gassijiet.47 Hawn ir-riskju hu li kull titjib fl-effiċjenza tal-karburanti użati għat-trasport jingħeleb mill-volumi dejjem jiżdiedu ta’ vetturi. Minħabba ż-żieda fin-numru ta’ vetturi fl-UE, it-tfigħ ta’ GHG fl-arja mill-mezzi tat-trasport tant qed jiżdied li jegħeb iż-żidiet fl-effiċjenza.48 Fl-2002, il-ħruġ ta’ GHG mis-settur tat-trasport fl-UE-15 kien 22 fil-mija ogħla mil-livelli ta’ l-1990.49

    Sors: NSO

    Tabella grafika 3.2: L-enerġija użata

    għat-tkabbir ekonomiku

    1.20

    1.25

    1.30

    1.35

    1.40

    1.45

    1.50

    1.55

    1.60

    19

    95

    19

    96

    19

    97

    19

    98

    19

    99

    20

    00

    20

    01

    20

    02

    20

    03

    {e

    ne

    razz

    jon

    i ta

    ' l-e

    lettr

    iku

    (K

    Wh

    ) g

    ]a

    l ku

    ll u

    nita

    ' ta

    ' PG

    D (

    Lm

    )

    Il-klima Maltija wriet xi tibdil tul l-aħħar 50 sena, u bil-mod il-mod qed issir aktar sħuna u xotta, b’mod konsistenti mat-tbassir internazzjonali dwar il-bdil fil-klima. Ix-xita u t-temperatura huma werrejja ewlenin tal-kundizzjonijiet klimatiċi, u l-mod kif inhuma mqassmin (kemm ġeografikament kif ukoll bħala żmien) tolqot sew il-funzjonijiet soċjali u ekonomiċi, fosthom il-biedja. F’Malta x-xita hija l-unika għajn naturali diretta ta’ ilma u hija skarsa minħabba l-klima xotta. Minkejja varjazzjonijiet minn sena għall-oħra, ix-xejriet ġenerali kienu ta’ żieda żgħira fit-temperatura u tnaqqis żgħir fix-xita bejn l-1950 u l-2004 (ara t-Tabella grafika 3.3). Analiżi statistika ta’ l-informazzjoni meteoroloġika tindika żieda ta’ 0.5°C fit-temperatura medja annwali ta’ l-arja tul l-aħħar 77 sena.50 Huwa mbassar li din it-temperatura medja annwali f’Malta se togħla bi 3°C oħra sa l-2100.51 Minkejja xerja varjabbli, ix-xita tul l-aħħar 50 sena kellha tendenza li tonqos: ix-xita medja bejn l-1950-75 u bejn l-1975-00 naqset bi 17 fil-mija. Jekk nipproġettaw din ix-xejra fit-tul, hemm probabilità ta’ 50 fil-mija li l-ammont totali ta’ xita annwali sa l-2100 jonqos bi 17 fil-mija.52

    Matul il-100 sena li għaddew, it-temperatura medja telgħet b’0.7°C madwar id-dinja, u b’0.95°C fl-Ewropa;53 dan huwa konsistenti maż-żieda mistennija minħabba livelli ogħla ta’ GHG fl-atmosfera. Il-Panel Inter-governattiv fuq il-Bdil fil-Klima (IPCC) ibassar żieda ta’ bejn 1.4 u 5.8°C fit-temperatura medja tad-dinja sa l-2100,54 u jbassar li t-temperaturi Ewropej se jisħnu b’2°C oħra għal 6.3°C sa l-istess sena.55 Il-livelli tal-baħar fl-Ewropa qed jogħlew ukoll, wara li telgħu b’0.1m għal 0.2m matul is-seklu li għadda, u t-tbassir għall-ġejjieni jindika aktar żidiet.56

    Sors: NSO

    Tabella grafika 3.3: It-

    temperatura u x-xita mill-1950 ’l

    hawn

    16.5

    17.0

    17.5

    18.0

    18.5

    19.0

    19.5

    20.0

    20.5

    1950

    1955

    1960

    1965

    1970

    1975

    1980

    1985

    1990

    1995

    2000

    Gra

    di C

    elc

    ius

    0

    200

    400

    600

    800

    1000

    1200

    mill

    ime

    tri

    Temperatura medja Xita totali

    Qed jiżdiedu s-sinjali li jixhdu l-impatti tat-taqlib fil-klima fuq l-ekosistemi, fuq saħħet il-bniedem u fuq l-attività ekonomika. L-Ewwel Komunikazzjoni Nazzjonali ta’ Malta lill-UNFCCC57 tindika li, minn perspettiva dinjija, Malta mistennija ssofri impatti moderati ikkaġunati mill-bdil fil-klima. Madankollu, l-vulnerabilità ekonomika tagħha għall-effetti tal-bdil fil-klima mistennija tkun minn moderata għal kemmxejn għolja minħabba l-ġeografija tagħha ta’ gżira żgħira u minħabba d-dipendenza tagħha fuq it-turiżmu u fuq attivitajiet oħra ma' xatt il-baħar.

    Il-Komunikazzjoni tipprevedi impatti qawwija marbutin man-nuqqas ta’ l-ilma u taħsir fil-kwalità tiegħu, u każijiet aktar spissi ta’ temp qalil (inkluża xita qawwija, sħana kbira ħafna u żminijiet twal ta’ nixfa). Dan x’aktarx iġib miegħu aktar telfien ta’ ħamrija, u theddidiet għas-saħħa pubblika,

  • 16

    partikolarment fil-każ ta’ gruppi vulnerabbli bħall-anzjani u l-morda. It-tlugħ previst58 ta’ 0.5m fil-livell tal-baħar sa l-2050 u ta’ 1m sa l-2100 għandu jolqot il-karatteristiċi ta’ l-ilma baħar u l-kwantità ta’ ħut, u jikkaġuna t-telfien ta’ ħamrija u għargħar li jolqtu l-iżvilupp u l-infrastruttura ta' max-xatt. Dan iwassal ukoll għal tnaqqis fil-bijodiversità billi jkun hemm bidliet fil-habitat tax-xtut, u billi l-klima ssir aktar xotta u jonqos l-ammont ta’ ilma disponibbli. Anke jekk is-soċjetà tnaqqas bil-mod il-ħruġ ta’ gassijiet li joħolqu effett serra fl-għexieren ta’ snin li ġejjin, il-bdil fil-klima x’aktarx jibqa’ sejjer matul is-sekli li ġejjin; għalhekk hemm ħtieġa ta’ strateġiji biex dan l-effett jittaffa u biex ikun hemm addattament59 fuq għadd ta’ skali diversi.60

  • 17

    4. L-Art

    Punti ewlenin

    • L-għan ewlieni tal-Pjan ta’ Struttura biex irażżan l-iżvilupp urban u jillimitah għaż-żoni ta’ żvilupp definiti mill-Pjan Regolatur ta’ l-1988 kważi ntlaħaq.

    • Jeżisti potenzjal qawwi għal titjib fl-effiċjenza ġenerali fl-użu ta’ l-art. Tinħtieġ minnufih analiżi fil-fond tal-fatturi dinamiċi soċjali u ekonomiċi li jagħtu lok għall-kontradizzjoni bejn prezzijiet għolja tad-djar u rati għolja ta’ djar vojta, inkluż kif dan jaffettwa l-ħarsien ta’ l-ambjent.

    • Għalkemm ħafna bini u nħawi storiċi ngħataw ħarsien statutorju, u hemm politika ta’ ppjanar kontra t-twaqqigħ ta’ bini fl-Areas ta’ Konservazzjoni Urbana ta’ l-ibliet u l-irħula (skond il-Policy UCO 9 tal-Pjan ta’ Struttura), hemm kuntrast dejjem jikber bejn dawn il-mekkaniżmi protettivi u x-xewqa tas-sidien biex jiżviluppaw mill-ġdid il-propjetajiet tagħhom. Dan qed jirriżulta f’telfien ta’ bini storiku, disinn mhux addattat ta’ bini ġdid jew restawrat, u skavi illegali. Id-dħaħen tal-vetturi u fatturi oħra, bħal postijiet residenzjali vojta, għandhom ukoll impatt negattiv fuq il-wirt kulturali.

    • Il-kwalità tal-kampanja għadha mhedda minn żieda ta’ bini f’ ċerti nħawi, trufijiet ta’ rħula li mkerrhin minn binjiet u ħitan għoljin u dominanti, qtugħ ta’ blat għall-barrieri u ċerti interventi agrikoli u rikreattivi. L-interess pubbliku fil-kampanja u l-aċċess għaliha qiegħed dejjem jiżdied, u din hi opportunità biex jogħla l-livell tal-kwalità tal-ħarsien u ta’ l-immaniġġjar tagħha.

    • L-abbandun tar-raba’, l-intensifikazzjoni ta’ l-irziezet, metodi ħżiena ta’ mmaniġġjar ta’ l-irziezet u tar-raba’, u frammentazzjoni ta’ l-oqsma tar-raba’ jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-Pjanijiet għall-Iżvilupp Rurali huma opportunitajiet importanti biex tkun indirizzata l-vijabilità tas-settur agrikolu bħala parti mill-immaniġġjar tal-kampanja.

    • Madwar ħamsa fil-mija ta’ l-art li tinsab sa 1km mix-xtut ta’ Malta kienet żviluppata bejn l-1990 u l-2004. Dan jindika pressjonijiet minn żvilupp, l-aktar ta’ natura turistika u rikreattiva.

    L-art f’Malta hija riżorsa ewlenija iżda m’hix rinnovabbli. Meta wieħed iqis id-daqs żgħir ta’ Malta u d-densità tal-popolazzjoni, il-provvista ta’ l-art hija ċkejkna. L-għixien tal-Maltin, kif ukoll it-turiżmu, jiddependu b’mod dirett fuq l-art. L-art issostni wkoll l-ambjent naturali u l-ħlejjaq ħajjin oħra li jgħixu fih. Hija wkoll l-isfond ta’ l-istorja u l-identità tal-poplu Malti. L-impatt tal-bniedem huwa l-fattur ewlieni li jġib il-bdil fl-użu ta’ l-art, u hawn se tingħata titwila lejn il-kobor u d-direzzjoni ta’ dan il-bdil b’aċċenn fuq ix-xejriet li qed jiffaċċjaw iż-żoni urbani u l-wirt kulturali, kif ukoll il-kampanja u x-xtut.

    Sors: EEA 2004d

    Mappa 4.1: Klassifikazzjoni ta' l-art skond

    is-sistema CORINE 2000

    Il-mappa CORINE 200061, li turi l-użu ta’ l-art, tindika li fil-parti l-kbira ħafna tagħha din l-art hija agrikola u tkopri kważi nofs l-ispazju ta’ l-art ta’ Malta (49 fil-mija) filwaqt li l-imsaġar jieħdu biss 0.9 fil-mija (ara l-Mappa 4.1). L-ambjenti naturali jiksu 22 fil-mija ta’ l-art, ħafna minnhom f’inħawi max-xtut, filwaqt li l-iżvilupp urban ikopri 23 fil-mija, l-aktar f’sensiela ta’ bliet u rħula magħqudin ma’ xulxin madwar il-portijiet. Il-bidla ewlenija fl-użu ta’ l-art matul l-aħħar għexieren ta’ snin kienet minn art tajba għall-biedja għal zoni urbani, għalkemm, bid-dħul fis-seħħ tal-Pjan ta’ Struttura, ir-rata ta’ telf ta’ art tajba għall-biedja naqset b’mod imdaqqas (ara l-Kapitlu fuq il-Ħamrija).

  • 18

    Mill-mapep tal-GIS 1988 tal-MEPA u mill-informazzjoni miġbura minn applikazzjonijiet għall-permessi ta’ l-iżvilupp, hu possibbli li ssir stima tal-bidliet reċenti fl-użu ta’ l-art fi ħdan il-Pjan Regolatur approvat mill-Parlament fl-1988 biex tkun ikkontrollata l-firxa urbana.62 Jirriżulta li l-art żviluppata għall-bini ġewwa ż-żona ta’ l-iżvilupp ta’ l-1988 kibret minn 15.4 fil-mija tal-Gżejjer fl-1988 għal 16.9 fil-mija fl-2004. Iċ-ċifra għall-2000 kienet 16.5 fil-mija. L-istima ma tqisx l-iżvilupp li seħħ ‘il barra miż-żoni ta’ żvilupp, fosthom żoni rurali mibnijin. Id-densità tal-popolazzjoni ta’ Malta, id-daqs limitat ta’ l-art, il-prezzijiet ta’ l-art dejjem jogħlew,63 u l-pressjoni għal żvilupp b’densità ogħla,64 jindikaw li l-kompetizzjoni g`all-użu ta’ l-art hija qawwija. Madankollu, ir-rata għolja (u li tidher stramba) ta’ residenzi vojta (23 fil-mija tad-djar fl-199565) tissuġġerixxi li hemm potenzjal għoli għal użu aktar effiċjenti ta’ l-art. Tenħtieġ investigazzjoni urġenti dwar ir-raġunijiet soċjali u ekonomiċi li jwasslu għal dawn il-fatturi dinamiċi kontradittorji, inkluż kif dawn jolqtu l-ħarsien ta’ l-ambjent. Din is-sitwazzjoni hija mħarrxa mill-potenzjal għoli ta’ investiment li għandhom l-art u l-propjetà.

    L-inħawi mibnijin ta’ Malta ma jservux biss bħala l-postijiet fejn il-parti l-kbira tal-Maltin jgħixu u jaħdmu, imma huma wkoll xempju ta’ storja, identità u kultura. Dawn l-inħawi kienu suġġetti għal pressjonijiet qawwija kkaġunati mid-densità għolja tal-popolazzjoni, mill-mudelli ta’ żvilupp u mill-prodotti sekondarji tal-mudelli ta’ konsum li jwasslu għall-ħolqien intensiv ta’ skart, u mill-karozzi. Dawn il-pressjonijiet involvew aktar tniġġis, storbju, konġestjoni, trab, densitajiet residenzjali dejjem jikbru u telf ta’ kumdità fl-ibliet u l-irħula. Iżda dawn ħolqu wkoll it-theddidiet li ġejjin għall-wirt kulturali urban: telf ta' l-identità lokali minħabba twaqqigħ u bini mill-ġdid ta’ bini storiku; ħsara lil fdalijiet arkeoloġiċi jew qerda sħiħa waqt tħaffir għall-kantini; tkerrih minħabba disinn batut; tħarbit tal-veduti tat-toroq ħtija ta’ bini ’l ġewwa mill-faċċata; żidiet fil-għoli li jdallmu l-inħawi ta’ madwarhom; u dħaħen tal-vetturi. 66 Fatturi strutturali kienu wkoll importanti: proporzjonijiet sostanzjali ta’ bini vojt f’żoni storiċi, 67 flimkien ma’ għadd kbir ta’ abitazzjonijiet b’kirjiet baxxi kkontribwew għal din is-sitwazzjoni.68

    Matul il-perjodu li qed nittrattaw, bini u nħawi storiċi baqgħu jingħataw ħarsien legali. Bejn l-2002 u Awwissu 2005, 89 sit kienu skedati biex jitħarsu taħt l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp69; dawn ikopru 167 ettaru ta’ fortifikazzjonijiet madwar il-Port il-Kbir, fil-Mellieħa u fil-Forti Chambray f’Għawdex. Prijorità importanti f’dan iż-żmien kienet li sidien ġew mgħarrfa bl-iskedar li twettaq f’dawn is-snin u fis-snin ta’ qabel permezz ta’ kważi 850 notifika ta’ skedar. Inbeda wkoll monitoraġġ ta’ l-istat tal-postijiet skedati. L-Inventarju Protettiv Nazzjonali70 issa jinkludi 64 kabina tat-telefon u 158 kaxxa ta’ l-ittri ta' |mien l-Ingliżi u fih ukoll 971 post arkeoloġiku. Il-ħarsien tal-Areas ta’ Konservazzjoni Urbana (AKU) baqa’ sejjer bl-identifikazzjoni ta’ erba’ ċentri filwaqt li tlieta oħra bħalissa qed jistennew ħarsien formali fl-istess waqt li qed isir il-proċess tal-pjanijiet lokali.71 Fl-2002 beda x-xogħol fuq proċess ta’ Kategorizzazzjoni ta’ Toroq f’dawn l-Areas, biex ikun hemm sistema aktar mirquma. Il-proċess ta’ skedar madankollu jiffaċċja għadd ta’ sfidi relatati mat-twaqqigħ,72 ma’ talbiet għal rikonsiderazzjoni, ma’ appelli mill-iskedar u talbiet g`al definizzjoni mill-ġdid tal-livell ta’ skedar, monumenti importanti li għadhom ma tħarsux, 73 ma’ ħtiġijiet għal kjarifiki u aktar trasparenza fil-proċeduri; nuqqas ta’ nies imħarrġa; nuqqas ta’ nfurzar; u sentenzi ħfief tal-qrati. Għalkemm ħafna bini u nħawi storiċi ngħataw ħarsien statutorju, u hemm politika ta’ ppjanar kontra t-twaqqigħ ta’ bini fl-ambitu ta’ l-AKU (il-policy UCO 9 tal-Pjan ta’ Struttura), hemm kunflitt dejjem akbar bejn dawn il-mekkaniżmi protettivi u x-xewqa tas-sidien li jiżviluppaw mill-ġdid il-propjetajiet tagħhom. Dan qed jirriżulta f’telf ta’ tessut storiku, disinn mhux addattat ta’ bini ġdid jew restawrat u skavar illegali. 74 Id-dħaħen tal-vetturi, u bosta fatturi li jġibu magħhom problemi oħra, bħal residenzi vojta, ukoll għandhom impatt negattiv fuq il-wirt kulturali. Fuq livell usa’, madankollu, il-ħarsien ta’ l-inħawi storiċi jiddependi minn atteġġjament integrat li jqis l-aspetti soċjo-ekonomiċi flimkien ma’ dawk kulturali u ambjentali. Għaldaqstant, tinħtieġ valutazzjoni kritika ta’ l-użanzi ta' bħalissa. Inħawi urbani mmaniġġjati aħjar, u aktar spazji pubbliċi miftuħin, għandhom inaqqsu d-domanda għall-iżvilupp ’il barra miċ-ċentri urbani.

    Fatturi strateġiċi li jolqtu l-bdil fl-użu ta’ l-art fil-kampanja huma l-firxa tal-bini, it-tqattigħ ta’ ġebel mill-barrieri, il-biedja u r-rikreazzjoni.75 Bejn l-1994 u l-2000, 97 fil-mija tar-residenzi approvati kienu qegħdin ’il ġewwa mill-konfini ta’ l-iżvilupp,76 u dan jindika li l-għan ewlieni tal-Pjan ta’ Struttura li jrażżan l-iżvilupp urban fil-kampanja kważi ntlaħaq. Madankollu, l-iżvilupp urban, li fil-parti l-kbira tiegħu hu irreversibbli, jibqa’ joħloq pressjoni qawwija fuq il-kampanja. It-telfien ta’ art agrikola tajba bejn l-1994 u l-2000 minħabba l-iżvilupp ġie l-aktar mill-barrieri (19-il ettaru), lukandi, sptarijiet, skejjel u rziezet tal-bhejjem.77 Iż-żoni urbani issa jistgħu jidhru minn 90 fil-mija ta' l-art f’Malta.78 L-impatt ta’ dawn ix-xejriet fuq il-beraħ u s-sens rurali fil-kampanja issa qed jidher dejjem aktar.79

    Il-biedja ilha s-settur li f’Malta juża l-aktar art, u għandha funzjonijiet diversi, fosthom il-manutenzjoni tal-pajsaġġ u tal-bijodiversità, kif ukoll il-provvista ta’ ikel u l-għixien rurali. Madankollu, ċerti forom ta’ biedja wkoll għandhom impatti ambjentali relatati mat-tniġġis tal-ħamrija, l-ilma u l-arja; qerda ta’ habitats naturali u ta’ annimali selvaġġi; abbandun ta’ l-art u telf ta’ ħamrija; intensifikazzjoni ta’ l-użu ta’ l-art; u użu ħażin ta’ kimika agrikola. 80 L-aktar kwistjonijiet agro-ambjentali kritiċi relatati ma’ l-art huma l-abbandun ta’ art, ħidma intensiva fl-irziezet, użanzi agrikoli ħżiena u l-frammentazzjoni ta’ l-oqsma tar-raba’. Il-Pjan għall-iżvilupp Rurali81 u l-Kodiċi ta’ Prattika Agrikola Tajba li huwa marbut miegħu huma opportunitajiet siewja biex tkun indirizzata l-vijabilità tas-settur agrikolu b`ala parti mill-immaniġġjar tal-kampanja. Il-

  • 19

    biedja organika qed tissaħħaħ f’Malta u sa nofs l-2005 kienu reġistrati 14-il ettaru maħdumin minn 20 bidwi, li 79 fil-mija minnhom kienu kisbu ċertifikazzjoni. Madankollu dan xorta huwa biss 0.09 fil-mija mit-total ta’ l-art agrikola82 meta mqabbel mal-medja ta’ l-UE (4 fil-mija fl-2002).83 L-interess dejjem jikber tal-pubbliku fi kwistjonijiet li jolqtu l-kampanja juri li qed jikber l-għarfien tar-relazzjoni bejn il-kwalità ta’ ħajja u l-ambjent; dan joffri opportunità strateġika biex jissaħħaħ u jittejjeb il-ħarsien u l-immaniġġjar tiegħu. Il-kunsilli lokali jista’ jkollhom funzjoni ewlenija f’dan il-qasam.

    Il-karattru ta’ Malta bħala gżira żgħira jwassal biex perċentwali għolja ta’ l-art tagħha taqa’ fiż-żona kostali fejn il-proċessi naturali ta’ fuq l-art u tal-baħar jaġixxu fuq xulxin biex joħolqu sistema waħdanija u dinamika. Hu stmat li bejn l-1990 u l-2004, bejn wieħed u ieħor ħamsa fil-mija taż-żona ta’ 1km wisa’ matul ix-xtut ta’ Malta kienet żviluppata,84 u dan jindika pressjonijiet qawwijin ġejjin l-aktar mis-setturi tat-turiżmu u r-rikreazzjoni. 85 Dawn il-pressjonijiet iħallu impatt fuq ambjenti sensittivi, jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku u jirvinaw il-kwalità tal-pajsaġġ. Dawn qed iwasslu wkoll biex jinqerdu attivitajiet tradizzjonali (bħas-sajd) u għal konflitti bejn il-gruppi ta’ nies li juzaw ix-xtut. L-istatistika li għandha l-MEPA turi li 21 fil-mija tal-kosta tilfet il-forma naturali tagħha.

    Ritratt: M. Borg

    Ritratt 4.1: Żvilupp max-xatt f’Tas-Sliema

  • 20

    5. Il-Ħamrija

    Punti Ewlenin

    • Il-ħamrija Maltija tista’ tkun għammiela ħafna minkejja limitazzjonijiet naturali, ġeografiċi u klimatiċi bħal fond baxx u kwantitajiet baxxi ta’ materja organika.

    • Is-soċjetà ma tantx tapprezza s-siwi tar-riżorsi tal-ħamrija Maltija, b’mod speċjali l-ħila tagħha li twettaq għadd sewwa ta’ funzjonijiet vitali, fosthom il-produzzjoni ta’ l-ikel, il-ħżin u ffiltrar ta’ l-ilma, u t-tisħiħ tal-ħidma umana u tad-diversità bijoloġika.

    • Is-sorsi ewlenin tat-tinġis tal-ħamrija f’Malta jinkludu sorsi lokalizzati bħal barrieri, impjanti industrijali, u miżbliet, u oħrajn li jxerrdu t-tniġġis mill-ajru permezz ta’ trab jew prodotti tal-ħruq; kif ukoll dħaħen, ċomb ta’ l-iskrataċ, kimika agrikola u t-taħlit ta’ demel u terriċċju.

    • Minħabba l-pressjonijiet minn popolazzjoni għolja u minħabba ċerti użanzi agrikoli, żdiedet il-vulnerabilità tal-ħamrija Maltija għall-erożjoni mill-ilma, mill-melħ, u mit-tfigħ ta’ nutrienti u kontaminazzjoni lokalizzata oħra. Dan ikabbar it-theddida ta’ ħsara lill-art fuq medda twila ta’ żmien.

    • Varjetà kbira ta’ ħlejjaq tgħix fil-ħamrija, u t-tnaqqis tal-bijodiversità tal-ħamrija jwassal biex din tinħakem aktar minn proċessi oħra li jagħmlulha l-ħsara.

    Il-ħamrija86 hija fost is-sisien tal-ħajja fl-art; hi ssostni l-biedja, filwaqt li tmantni l-kampanja, ix-xtieli u l-ħlejjaq l-oħra, tfarrak il-fdalijiet mormija tal-pjanti, timmaniġġja r-riżorsi ta’ l-ilma, tħares il-wirt arkeoloġiku, u ttaffi l-effett ta' sustanzi li jistgħu jikkaġunaw tniġġis. Is-soċjetà Maltija ma tantx tapprezza s-siwi tar-riżorsi tal-ħamrija Maltija, b’mod speċjali l-mod kif din taqdi dawn il-funzjonijiet li jsostnu l-ħajja. Għalkemm tinqered malajr jekk tintuża ħażin, il-ħamrija tista’ tkun riżorsa li tibqa’ tiġġedded għall-ġejjieni ġaladarba tkun immaniġġjata kif għandu jkun.

    It-tqassim ġeografiku tad-diversi tipi ta’ ħamrija Maltija hija ikkumplikata ħafna, kemm f’postijiet semi-naturali u kemm f’dawk agrikoli. Tliet fatturi umani wasslu għal din il-kumplessità: il-ġarr ta’ ħamrija mħaffra minn postijiet tal-bini,87 il-ħolqien ta’ art imwittija għal skopijiet agrikoli jew mili mill-ġdid ta’ ħamrija mgħawra jew baxxa, u ż-żieda fil-firxa ta’ l-inħawi mibnija. Madankollu, ġiet żviluppata klassifikazzjoni tal-ħamrija fuq il-bażi ta’ inventarju nazzjonali tal-ħamrija (li sar fl-2004) u fuq sorsi oħrajn.88 It-tipi ta’ ħamrija differenti jiġu ffurmati minn tipi ta’ pajsaġġi differenti. Il-pajsaġġi semi-naturali ta’ Malta jinkludu l-irdumijiet għerja mal-baħar, ix-xagħri, l-għadajjar salmastri, art imsaġġra, għoljiet tat-tafal, in-nixxigħat fuq it-tafal, u ramel miġbur mir-riħ. F’pajsaġġi rurali fejn l-influwenza tal-bniedem hija aktar qawwija, hemm ħafna art imtarrġa kif ukoll aktar art imwittija għall-biedja. It-tipi ewlenin ta’ ħamrija f’Malta89 jidhru fil-Mappa 5.1 t’hawn taħt.

    Source: MRAE

    Mappa 5.1: Il-formazzjonijiet tal-pajsaġġ, u t-tipi ta’ ħamrija Maltin

  • 21

    Id-diversi tipi ta’ ħamrija Maltija huma jew ftit alkalin jew pjuttost alkalini.90 Minħabba li l-kontenut ta’ tafal li għandha l-ħamrija jaqbeż it-48 fil-mija, żewġ terzi tat-tipi ta’ ħamrija Maltija jistgħu jitqiesu li huma tqal biex jinħadmu. Madankollu, dawn it-tipi ta’ ħamrija jżommu aktar sustanzi nutrienti u għandhom aktar kapaċità li jiffiltraw l-ilma. B’mod ġenerali, dawn it-tipi ta’ ħamrija m’humiex mielħa, iżda t-tisqija b’ilma ta’ kwalità fqira, l-aktar ilma mielaħ li jirriżulta mit-tisfija tad-drenaġġ, qed iżid l-imluħa tal-ħamrija. Il-materja organika fil-ħamrija hi fattur ewlieni fil-produttività tal-ħamrija, u 46 fil-mija tat-tipi ta’ ħamrija Maltija għandhom kontenut ta’ karbonju organiku li hu inqas minn tnejn fil-mija; dan jista’ jitqies bħala l-livell li fih jibda nuqqas serju fil-kwalità91 (ara l-Mappa 5.2). Matul l-aħħar 30 sena, 4,500 ettaru ta’ art agrikola ntilfu minħabba l-firxa tal-bini, għalkemm ir-rata medja annwali ta’ telf ta’ art naqset minn madwar 200 ettaru fis-sena bejn l-1971-1986, għal madwar 80 ettaru fis-sena bejn l-1986-2001.92

    Sors: MRAE

    Mappa 5.2: Il-kontenut ta’ karbonju organiku fil-ħamrija Maltija

    It-tinġis tal-ħamrija jwassal għal telf tal-kapaċità tal-ħamrija li ssostni l-ħajja tal-pjanti. Il-konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal jipprovdu xhieda importanti fuq il-livelli ta’ tniġġis. F’25 fil-mija tat-tipi ta’ ħamrija Maltija, il-konċentrazzjonijiet ta’ ċomb jaqbżu l-limitu (100 mg/kg) għall-applikazzjoni ta’ tajn tad-drenaġġ.93 Barra minn hekk, sebgħa fil-mija tal-ħamrija taqbeż il-limitu ta’ 200 mg/kg stabbilit għaż-żingu, u tlieta fil-mija tal-ħamrija taqbeż il-livell ta’ 100 mg/kg għar-ram. It-tinġis li jseħħ fil-post spiss ikollu x’jaqsam ma’ barrieri, impjanti industrijali, miżbliet u impjanti oħrajn kemm waqt l-operat kif ukoll wara li jingħalqu. It-tixrid ta’ metalli tqal iseħħ permezz ta’ trabijiet jew prodotti tal-ħruq li jintefgħu fl-ajru, ħruġ ta’ dħaħen, ċomb ta’ l-iskrataċ, l-użu ta’ demel tal-bhejjem, terriċcju magħmul minn żibel imħallat mid-djar, kimika użata fil-biedja u drenaġġ imsoffi.

    Għadd ta’ fatturi jillimitaw kemm il-ħamrija tista’ tinħadem għall-biedja; fost dawn hemm gradi ta’ alkalinità mhux mixtieqa, art b’ħamrija baxxa (bejn wieħed u ieħor 60 fil-mija tal-ħamrija), livelli baxxi ta’ materja organika fil-ħamrija, ħamrija mġebbla ħafna, il-klima xotta u rati baxxi ta’ assorbiment ta’ ilma minħabba l-kisja tal-wiċċ tal-ħamrija. Minkejja l-limitazzjonijiet li ġejjin minn fatturi ġeografiċi u klimatiċi, l-istatistika nazzjonali dwar il-biedja94 tindika li l-ħamrija Maltija tista’ tkun għammiela ferm.

    Il-ħlejjaq tal-ħamrija għandhom funzjoni importanti fiċ-ċikli li jwasslu biex il-ħamrija ssostni veġetazzjoni naturali u semi-naturali.95 Għadd ġmielu ta’ ħlejjaq jgħixu fil-ħamrija u t-tnaqqis tal-bijodiversità tal-ħamrija iwassal biex din tinħakem aktar minn proċessi oħrajn li jagħmlu l-ħsara. Hu stmat li gramma (1g) ta’ ħamrija b’saħħitha jista’ jkollha fiha daqs 600 miljun batterju ta’ 20,000 speċi differenti.96 Ħlejjaq akbar, bħal fniek, rettili u għasafar, ukoll jiddependu fuq il-ħamrija għall-ikel u l-kenn. L-informazzjoni fuq il-ħlejjaq kbar u żgħar fil-ħamrija f’Malta m’hix sħiħa, u hija limitata għal gruppi magħrufin ta’ insetti, molluski, fungi (l-aktar il-faqqiegħ u xi mikrobi li jġibu l-mard fil-pjanti) u xi speċi invertebrati li jinstabu fil-weraq mejtin, partikolarment fl-inħawi msaġġra.97 Fost l-ambjenti importanti għall-bijodiversità tal-ħamrija nsibu l-imsaġar, iż-żrieżaq tat-tafal, l-irqajja’ ta’ ħamrija qalb ix-xagħri, l-art watja mġebbla u l-irdumijiet. Ambjenti speċjalizzati, li jinkludu għadajjar salmastri mielħa, għadajjar ta’ ilma ħelu u nħawi umdi oħrajn, issib fihom speċi importanti. Għadd ta’ speċi li jgħixu fil-ħamrija nstabu f’fond ta’ bejn 10 u 30 ċm, spiss taħt is-siġar. Ħafna minnhom dan l-aħħar kienu deskritti bħala speċi ġodda għax-xjenza, u huma endemiċi għall-Gżejjer Maltin. Żewġ eżempji huma tip ta’ bumunqar endemiku u tip ta’ bugħarwien li jħaffer fil-fond.98

  • 22

    Il-ħamrija tiffaċċja theddida dejjem tikber minn għadd ta’ attivitajiet umani, l-aktar il-firxa tal-bini u l-iżvilupp, u l-intensifikazzjoni tas-sistemi ta’ biedja. Fuq medda twila ta’ żmien, dawn inaqqru l-ammont u l-kwalità tagħha. Id-diversi tipi ta’ ħamrija Maltija huma mhedda minn ħafna mill-problemi li kienu identifikati fuq skala internazzjonali.99 Minkejja li l-għarfien dwar il-qilla u l-implikazzjonijiet tagħhom huwa limitat, il-ħames theddidiet ewlenin jidhru fit-Tabella 5.1. Minħabba dawn il-pressjonijiet, il-vulnerabilità tad-diversi tipi ta’ ħamrija Maltija għall-erożjoni minn ilma jċarċar, melħ, tfigħ ta’ nutrienti u tinġis lokalizzat żdiedet. Dan ikabbar it-theddida ta’ ħsara lill-art fuq medda twila ta’ żmien.

    Telf ta’ Ħamrija Il-ħamrija titgħawwar mir-riħ u mill-ilma, filwaqt li attivitajiet umani bħal żvilupp ta’ l- art, tħaffir ta’ barrieri, rimi ta’ skart, sfruttar żejjed tar-riżorsi ta’ ilma ħelu, tqaċċit ta' siġar, ragħa żejjed, ħrit għan-niżla fuq art imtarrġa, żdingar ta’ l-art, u użu dejjem jikber ta’ pestiċidi u fertilizzanti jneħħu l-ħamrija direttament jew idgħajfuha u hekk iwasslu biex tintilef.100 Politiki ta’ żvilupp rurali101 tfasslu biex itaffu l-proċessi ta’ telf ta’ ħamrija u jrażżnu l-ħsara billi jħarsu l-ħitan tas-sejjieħ. Id-dritt tal-propjetà ta’ l-art għandu wkoll sehem fil-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ. L-Att ta’ l-1967 dwar it-Tiġdid tal-Kiri ta’ Raba’ (Kap. 199) kien maħsub biex jindirizza dan, iżda ma rnexxilux iżomm il-ħsara. Il-ħitan tas-sejjieħ huma mħarsin mir-Regolamenti dwar il-Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali (Konservazzjoni u Manutenzjoni), iżda l-parti l-kbira tar-raba’ maħdum fil-Gżejjer Maltin għadu jitnaqqar b’mod qalil jew moderat ħtija ta’ manutenzjoni fqira ta’ ħitan. Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini jorganizza taħriġ fil-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ.

    Siġillar ta’ Ħamrija

    Dan hu l-kisi (li spiss ma jistax jitraġġa’ lura) ta’ ħamrija għall-bini, toroq u żvilupp ieħor ta’ l-art. Għalkemm il-kisi ta’ ħamrija għammiela b’xi saff konkos, ġebel jew knaten hu pprojbit mil-liġi, hu diffiċli tinforza din il-liġi102 u dan wassal biex sar mhux ftit taħlit ta’ ħamrija minħabba qlugħ ta’ ħamrija u tfigħ fi bnadi oħra.

    Tnaqqis f’ materja organika

    Minħabba l-kultivazzjoni intensiva, dan in-nuqqas kellu sehem kbir fit-tfaqqir ta’ l-art.

    Tinġis ta’ l-art Livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu fil-ħamrija għandhom għadd ta' konsegwenzi negattivi fuq il-katina ta’ l-ikel, u għaldaqstant anke fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ekosistema (ara l-ispjegazzjoni t’hawn fuq).

    Żieda fl-imluħa

    L-imluħa li jinħallu fl-ilma jinġemgħu fil-ħamrija b’mod li l-ħamrija saret inqas għammiela. Fl-inħawi msaqqija, l-konduttività elettrika tal-ħamrija (dovuta għat-total ta’ l-imluħa) titla’ sad-doppju ta’ dik f’artijiet li ma jissaqqewx, u t-tnaqqis fil-produttivita hu spiss irrappurtat.

    Tabella 5.1 Theddidiet ewlenin għall-ħamrija ta’ Malta

  • 23

    6. Il-Pajsaġġ

    Punti ewlenin

    • Il-pajsaġġ Malti jista’ jitqies bħala pajsaġġ kulturali li għandu fih taħlita ta’ elementi li jagħtuh karattru uniku fid-dinja.

    • Mill-1990 ’l hawn kien hemm titjib limitat iżda importanti fid-dehra ta’ l-ibliet fejn jolqot il-kwalità arkitettonika u l-kumditajiet pubbliċi, billi ngħatat aktar attenzjoni għat-tisbiħ, irranġar tal-faċċati u spazji miftuħin pubbliċi. Iżda, b’mod ġenerali, il-pajsaġġ hu mhedded minn żieda ta’ żoni mibnijin, żvilupp industrijali u max-xatt, bini aktar għoli fit-trufijiet ta’ l-ibliet u l-irħula li jgħatti l-veduti taċ-ċentri storiċi, metodi agrikoli moderni, aktar aċċess għall-vetturi, rimi ta’ skart, disinn u xogħol ta’ kwalità baxxa, u nuqqas ta’ manutenzjoni.

    • L-Istudju dwar il-Valutazzjoni tal-Pajsaġġ qiegħed bażi soda għal ħarsien aħjar tal-pajsaġġ fil-pjanijiet strateġiċi u sussidjarji għall-użu ta’ l-art.

    • Għad fadal xi postijiet importanti li għandhom pajsaġġ karatteristiku iżda li għad ma ngħatawx ħarsien legali. Dawn qegħdin l-aktar f’Għawdex u Kemmuna, u fin-naħa ta’ ġewwa ta’ Malta.

    Għalkemm il-pajsaġġ Malti hu fiżikament marbut mal-forma ta’ l-art u mal-klima xotta, kien ukoll influwenzat bil-kbir minn aktar minn 7,000 sena ta’ preżenza tal-bniedem, speċjalment f’dawn l-aħħar ftit għexieren ta’ snin. Il-pajsaġġ naturali Malti hu karatterizzat mix-xagħri u minn bijodiversità Mediterranja, għalkemm din mhux dejjem tolqot l-għajn mill-ewwel. Il-pajsaġġ Malti jista’ jitqies bħala pajsaġġ kulturali li għandu fih taħlita ta’ elementi li jagħtuh karattru uniku fid-dinja (ara l-Kaxxa 6.1).

    • Pajsaġġ fejn jispikkaw il-veduti tal-kosta; • Ibħra baxxi qrib ix-xatt, u gżejjer barra mill-kosta; • Nuqqas ta’ għadajjar ta’ ċertu kobor fil-ġewwieni tal-pajjiż; • Nuqqas relattiv ta’ foresti; • Għelieqi mtarrġin; • Lokalitajet panoramiċi aċċessibbli mit-toroq mnejn jgħaddu l-karozzi; • Taħlita mwaħħda ta’ wirt kulturali u naturali; • Fortifikazzjonijiet jiddominaw l-inħawi ta’ madwar il-Port il-Kbir, u strutturi oħrajn fil-kampanja

    li kienu għall-użu militari ;

    • Knejjes karatteristiċi jiddominaw id-dehra ta’ l-irħula tradizzjonali flimkien ma’ binjiet kbar aktar moderni;

    • Massa kubika ta’ postijiet residenzjali b’soqfa ċatti; • Dominanza tal-ġebla tal-franka fl-arkitettura; • Il-kotra ta’ l-inħawi mibnija konċentrata f’raġġ ta’ 5 km miż-żona ta’ madwar il-Port il-Kbir; • Il-parti l-kbira tal-bajjiet tul il-kosta tal-lvant u tat-tramuntana ta’ Malta u xi bajjiet f’Għawdex

    dominati minn żvilupp modern;

    • Sensittività għad-dettalji: karatteristiċi relattivament żgħar jista’ jkollhom influwenza sproporzjonata fuq veduti li jidhru mill-bogħod ħafna.

    Kaxxa 6.1 Elementi ewlenin tal-pajsaġġ Malti103

    L-abbozz ta’ l-Istudju dwar il-Valutazzjoni tal-pajsaġġ104 ta’ Malta jagħti ġabra tal-bidliet ewlenin li seħħew fil-pajsaġġ Malti fil-perjodu bejn l-1990 u l-2000. Dan jikkonkludi li kien hemm titjib limitat iżda importanti fid-dehra ta’ l-ibliet fejn jolqot il-kwalità arkitettonika u l-kumditajiet pubbliċi, billi ngħatat aktar attenzjoni għat-tisbiħ, irranġar tal-faċċati u spazji miftuħin pubbliċi. Iżda, b’mod ġenerali, il-pajsaġġ hu mhedded minn żieda ta’ żoni mibnijin, żvilupp industrijali u max-xatt, bini aktar għoli fit-trufijiet ta’ l-ibliet u l-irħula li jgħatti l-veduti taċ-ċentri storiċi, metodi agrikoli moderni, aktar aċċess għall-vetturi, rimi ta’ skart, disinn u xogħol ta’ kwalità baxxa , u nuqqas ta’ manutenzjoni. Xi bidliet ewlenin fil-pajsaġġ105 bejn l-1990 u l-2000 jidhru fit-Tabella 6.1 hawn taħt.

    Suġġett Bidliet li seħħew bejn l-1990 u l-2000

    Tifrix urban It-tifrix urban tas-snin tmenin kien trażżan b’mod qawwi, iżda xi lokalitajiet komplew jingħaqdu u b’hekk intilfu uħud mill-karatteristiċi ta' l-inħawi mibnija.

    Id-dehra ta’ l-ibliet

    Titjib lokalizzat fit-trattament ta’ faċċati u spazji miftuħin fl-inħawi storiċi mibnija u max-xatt, partikolarment promenades. Iżda d-dehra tal-bini urban baqgħet sejra lura, l-aktar qrib it-trufijiet ta’ l-ibliet u ta’ l-irħula. It-tagħmir ta’ fuq il-bjut kompla jħassar id-dehra tal-livelli għoljin tal-bini. Id-dehra tal-pajsaġġ ngħatat

  • 24

    aktar attenzjoni, l-aktar madwar proġetti kbar u kumditajiet pubbliċi.

    Il-biedja Tnaqqis fir-rata ta’ telf ta’ art agrikola, imma livell ogħla ta’ impatt viżiv minħabba bidliet agrikoli (ngħidu aħna, rziezet għall-bhejjem u serer). Aċċessibilità akbar ġabet pressjoni umana akbar fuq postijiet aktar imbegħdin.

    Industrija u skart

    L-iżvilupp industrijali kellu impatti negattivi f’xi bnadi (ngħidu aħna, madwar il-port ħieles ta’ Kalafrana). Ir-rimi ta’ skart u l-iżdingar komplew ikunu kawżi ewlenin ta’ ħsara fil-kampanja.

    Kwalità kostali Il-gaġeġ għat-trobbija tal-ħut introduċew strutturi koroh ‘il barra mill-kosta, għalkemm l-ispazju viżiv meħud hu ftit jew wisq limitat. L-irmiġġar ta’ riggijiet taż-żejt kellu impatt ħażin, iżda fi ftit postijiet biss, fuq id-dehra tal-baħar.

    Arkitettura u kumditajiet pubbliċi

    Titjib limitat iżda importanti seħħ fil-kwalità ta’ l-arkitettura u l-kumditajiet pubbliċi, għalkemm il-livell ivarja. Kwalità ta’ xogħol baxxa, nuqqas ta’ attenzjoni għad-dettalji, disinn mhux addattat jew imlaqqat, u nuqqas ta’ kultura ta’ manutenzjoni komplew jikkontribwixxu għal taħsir urban. Pass ieħor lura rriżulta mill-preżenza ta’ għadd kbir ta’ vetturi fil-kampanja.

    Tabella 6.1: Karatteristiċi ewlenin tal-bidliet fil-pajsaġġ (1990-2000)106

    Il-pubbliku jara x-xtut, l-għoljiet imdawra bi ħdura kotrana u friska, il-fortifikazzjonijiet, il-knejjes u binjiet tradizzjonali bħala ambjent sabiħ, u jħares b’mod negattiv lejn żoni industrijali, barrieri u miżbliet. Studju reċenti 107 jindika li l-pajsaġġi fejn l-għamla ta’ l-art tal-kampanja hija varjata u mħattba ħafna kienu apprezzati aktar mill-pjanuri. Inħawi mibnijin ġeneralment tqiesu li la kellhom valur pożittiv u lanqas negattiv, iżda ġabu reazzjonijiet tajbin ħafna meta l-knejjes kienu fiċ-ċentru u inqas tajbin fil-każ ta’ binjiet moderni li jddominaw id-dehra tat-trufijiet ta’ l-irħula. Oqsma industrijali, barrieri u miżbliet tqiesu li jnaqqsu b’mod qawwi l-valur tax-xena. Il-pajsaġġ l-aktar mistkerrah kien dak fejn hemm il-miżbla tal-Magħtab, minkejja l-baħar u l-għelieqi li jdawruha. Dan juri li meta n-nies iħarsu lejn il-pajsaġġ Malti jużaw ukoll informazzjoni li jkollhom minn qabel biex jiddeċiedu huwiex sabiħ jew le108 (ara Ritratti 6.1 u 6.2).

    Sors: MEPA

    Ritratt 6.1: L-aktar dehra favorita tal-pajsaġġ għall-pubbliku

    Sors: MEPA

    Ritratt 6.2: L-inqas dehra favorita tal-pajsaġġ għall-pubbliku

    Fis-sena 2000, Malta ffirmat (iżda s’issa għadha ma rratifikatx) il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġ, u d-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-għarfien legali, il-proċeduri partiċipattivi, policies protettivi, u l-integrazzjoni tal-ħarsien tal-pajsaġġ ma’ l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art diġà twettqu. Skond id-deposizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-karatterizzazjoni u l-monitoraġġ tal-pajsaġġ, il-MEPA għamlet valutazzjoni nazzjonali tal-pajsaġġ u fasslet mapep ta’ nħawi sensittivi; fosthom iż-żoni ta’ Sensittività Għolja Ħafna u dawk ta’ Sensittività Għolja (ara l-Mappa 6.1) li jkopru 51 fil-mija tal-Gżejjer.109

    L-għodda ewlenija li tintuża fis-sistema ta’ l-ippjanar għall-ħarsien tal-pajsaġġ hi li tagħti protezzjoni legali lil pajsaġġi importanti. Iż-Żoni ta’ Pajsaġġ b’Valur Għoli (AHLVs) tfasslu fl-1996 u fl-2000, u jkopru 12 fil-mija tat-territorju.110 Hemm ċertu qbil bejn dak li sab l-istudju dwar il-valutazzjoni tal-pajsaġġ u l-AHLVs (ara Mappa 6.1), iżda xi aspetti importanti tal-kwalità tal-pajsaġġ, l-aktar f’Għawdex u fin-naħa ta’ ġewwa ta’ Malta, għad ma ngħatawx ħarsien statutorju. Il-politika li qed titfassal dwar il-binjiet għolja qieset ukoll is-sensittività tal-pajsaġġ. Dikjarazzjonijet oħra ta’ protezzjoniji (bħal Żoni Speċjali ta' Ħarsien li jħarsu l-bijodiversità - ara l-Kapitlu 9) jgħinu wkoll biex iħarsu l-pajsaġġ Malti. Fuq l-iskala ta’ proġetti individwali, is-sistema ta’ l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art timponi kondizzjonijiet ta’ landscaping fuq permessi għal proġetti kbar. Għal żviluppi iżgħar fl-inħawi mibnija, id-daqs ta’ bċejjeċ ta’ art żgħar u l-kondizzjonijiet ta’ pparkjar spiss ma jippermettux li jsir wisq landscaping. Fil-kampanja, il-landscaping għandu l-għan li jgħatti l-iżvilupp biex ma jidhirx mill-bogħod jew mill-bogħod ħafna u b’hekk ma jħassarx il-veduti.

  • 25

    L-Environmental Landscapes Consortium, sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat li tnediet fl-2001, tejjeb id-dehra ta’ ħafna bnadi u ġonna pubbliċi ta’ Malta. Barra minn hekk, l-iskema għat-tħawwil tas-siġar ”Tree for You” (34U) ta’ l-MRAE se toħloq postijiet rikreattivi msaġġra li huma integrati ma’ parki nazzjonali u reġjonali f’Delimara, Xrobb l-Għaġin, Ta’ Qali, is-Salini u l-Mellieħa. Minkejja dan, f’ċerti postijiet pubbliċi msaġġrin fejn mhux qed isir immaniġġjar attiv (ngħidu aħna, Tas-Silġ), qegħdin jintelqu u qed isir vandaliżmu fihom. Il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali huwa għodda ewlenija oħra biex jitħares il-pajsaġġ;111 wieħed mill-għanijiet għall-futur medju huwa li jmantni l-pajsaġġi tradizzjonali ħalli jnaqqas l-impatti negattivi. Il-miżura agro-ambjentali tiegħu tipprovdi inċentivi finanzjarji għat-tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ li permezz tagħhom, flimkien mal-proġett Pre-adeżjoni, saru applikazzjonjiet għar-restawr ta’ 0.26km² ta’ ħitan tas-sejjieħ.

    Sors: MEPA

    Mappa 6.1: Żoni sensittivi fil-pajsaġġ u nħawi fejn il-pajsaġġ huwa

    mħares

  • 26

    7. L-Ilma

    Punti Ewlenin

    • L-ilma tal-pjan ta’ Malta huwa mhedded serjament minn sfruttar żejjed u tniġġis, u hemm ir-riskju li tintilef l-unika riżorsa rinnovabbli ta’ Malta ta’ ilma ħelu. Fl-2004 il-livelli ta’ nitrat fi tnejn minn kull tliet spieri tal-WSC qabżu l-valur indikattiv tad-Direttiva dwar in-Nitrati, waqt li l-livelli ta’ mluħa fil-ħażna tal-pjan fil-livell tal-baħar jindikaw li l-ippumpjar mill-ispieri hija mhedda mid-dħul lokalizzat ta’ ilma baħar.

    • Is-sehem kbir ta’ l-ippumpjar ta’ l-ilma mill-privat, li fl-2003 kien stmat li hu 30 fil-mija tal-produzzjoni ta’ ilma totali, ikompli juri kemm huwa vulnerabbli l-ilma tal-pjan għall-interventi ta' ħafna konsumaturi privati. S’issa, ebda fornitur privat ta’ ilma għall-konsum uman ma rreġistra mad-Dipartiment tas-Saħħa, ħaġa li jekk issir għandha tiżgura li dawn jikkonformaw ma’ l-istandards tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb.

    • L-ilmijiet ġierja u dawk transizzjonali (bejn baħar u art) kollha ta’ Malta huma ambjenti ristretti għall-aħħar, u diversi annimali u pjanti li igħixu fihom huma fil-periklu li jinqerdu. Malta hija marbuta legalment li tiżgura l-ħarsien għat-tul ta’ dawn l-ambjenti.

    • Il-parti l-kbira ta’ l-ibħra max-xtut ta’ Malta kienu ta’ kwalità aċċettabbli fl-2004, minbarra l-portijiet, ħdejn il-bokok tad-drenaġġ, f’postijiet fejn jintrema l-ilma sħun mill-impjanti ta’ l-elettriku u, b’mod inqas, fil-viċinanzi tal-gaġeġ fejn jitrabba l-ħut u madwar il-Magħtab. Id-drenaġġ ifur f’San Pawl il-Baħar u f’Birżebbuġa għadu jġib tħassib. L-ilmijiet fejn isir l-għawm jilħqu l-kwalità li titlob id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm u l-parti l-kbira jilħqu l-kwalità li titlob il-Konvenzjoni ta’ Barċellona.

    • X’aktarx li tnejn biss mit-tliet impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ li tfasslu biex isaffu d-drenaġġ kollu ta’ Malta sa l-2007 se jkunu qed joperaw sad-data ppjanata. Il-bini ta’ dawn iż-żewġ impjanti (f’Għawdex u fil-Mellieħa) għadu fil-bidu.

    • B’mod ġenerali, hemm potenzjal biex tittejjeb il-politika nazzjonali dwar ix-xtut u dwar il-baħar, bl-integrazzjoni ta’ politika settorali bħal dik fuq it-turiżmu u r-rikreazzjoni, l-attivitajiet marittimi, l-akkwakultura u s-sajd, u l-ambjent.

    L-ilma jibqa’ riżorsa skarsa u qiegħed taħt pressjoni qawwija minn dawk kollha li jikkompetu biex jużawh. Waqt li n-nuqqas ta' provvista immedjata kienet ġiet indirizzata, l-aktar permezz tad-desalinizzazzjoni (jew reverse osmosis), dan intlaħaq bi prezz għoli ħafna f’termini finanzjarji112 u ambjentali minħabba l-ħruq ta’ karburanti fossili u d-dħaħen li dan iġib miegħu. Is-settur domestiku jissarraf f’39 fil-mija tal-konsum kollu stmat fl-2003; warajh tiġi l-biedja b’37 fil-mija (ara t-Tabella grafika 7.1). Kien hemm tnaqqis ta’ 4 fil-mija fil-konsum li għalih inħarġu l-kontijiet113 bejn l-1995 u l-2004, x’aktarx relatat maż-żieda fit-tariffi ta’ l-ilma fl-1998, meta l-konsum niżel bi kważi 20 fil-mija.114 Il-konsum tela’ bi tmienja fil-mija bejn l-1998 u l-2004.

    Sors: MRA 2005 Tabella grafika 7.1: Stimi tal- konsum ta’ l-

    ilma, imqassam skond is-sors u skond is-settur

    (2003)115

    0

    5

    10

    15

    20

    25

    Dom

    estik

    u

    Tur

    i\m

    u

    Irzi

    ezet

    Bie

    dja

    Kum

    mer

    `jal

    i

    Indu

    strij

    ali

    Gve

    rn

    O]r

    ajn

    Pro

    duz

    zjo

    ni f

    'milj

    uni t

    a' m

    etr

    i kub

    i

    Ilma tax-xita

    Drena[ [ trattat

    Desalinizzazzjoni

    Ilma tal-pjan

    Nota: Din it-tabella grafika ma tikkunsidrax telf ta’ ilma fis-sistema pubblika ta’ distribuzzjoni.

    Il-ħażniet ta’ l-ilma tal-pjan jibqgħu l-aktar sors importanti ta’ ilma ħelu. Hu stmat li dawn jilħqu s-56 fil-mija tal-produzzjoni kollha li minnha l-ippumpjar privat (fil-parti l-kbira bla permessi) huwa stmat li jaqbeż in-nofs. Dan ikompli juri kemm huwa vulnerabbli l-ilma tal-pjan ta’ Malta għal deċiżjonijiet minn ħafna konsumaturi privati, u f’dan il-kuntest ir-rati ta’ ippumpjar ma tantx jistgħu jkunu regolati faċilment biex jiżguraw ħarsien ta’ l-ilma tal-pjan. Għalkemm il-fornituri privati ta’ l-ilma għall-konsum tal-bniedem issa jridu jkunu skond l-istandards tad-Direttiva ta’ l-UE dwar l-Ilma tax-Xorb,116 u għalhekk għandhom ikunu reġistrati mad-Dipartiment tas-Saħħa, sa Ottubru ta’ l-2005 ħadd ma kien għadu għamel dan, għalkemm numru żgħir applikaw biex jirreġistraw, u kumpanija li tforni l-ilma fil-

  • 27

    fliexken ilha reġistrata minn Frar ta’ l-2005. Serq ta’ ilma, ippumpjar illegali minn spieri mhux reġistrati, l-aktar għall-biedja, u l-użu ta’ ilma fornut privatament u ta’ kwalità mhux magħrufa minn konsumaturi domestiċi, jibqgħu jqanqlu tħassib.117 It-telf ta’ ilma prodott mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma (WSC) minn kanen li joqtru niżel b’53 fil-mija bejn l-1995 u l-2003.118

    Waħda mill-għodod prinċipali ta’ Malta biex tiżgura l-istat tal-kwantità u l-kwalità ta’ l-ilma huma r-Regolamenti dwar Pjan ta’ Azzjoni fil-Qasam tal-Politika ta’ l-Ilma119 li għandhom l-għan li jintlaħaq stat tajjeb sa l-2015. 120 Id-Direttiva dwar Pjan ta’ Azzjoni fil-Qasam tal-Politika ta’ l-Ilma (WFD) tidentifika erba’ kategoriji ta’ ilmijiet: l-ilma tal-pjan, l-ilma ġieri, l-ilmijiet transizzjonali, u l-ibħra ta’ qrib ix-xtut.

    Titwila lejn kif inhuma mqassmin l-ilmijiet ta’ Malta tikkonferma li l-akbar ħażniet ta’ l-ilma tal-pjan issa huma mhedda ħtija ta’ sfruttar żejjed (ara Mappa 7.1)121 u tniġġis. Dan ikabbar ir-riskju li tintilef l-unika riżorsa rinnovabbli ta’ ilma ħelu li għandha Malta. Fil-każ ta’ l-ilma tal-pjan li jinsab mal-livell tal-baħar, li jipprovdi 66 fil-mija tat-total ta’ l-ilma miksub mill-ħażniet ta’ ilma taħt l-art, u li hu mhedded serjament mid-dħul lokalizzat ta’ ilma baħar (ara hawn taħt), dan ifisser it-telf ta’ riżorsa li f’kundizzjonijiet xierqa tista’ taħżen sa 1.5 biljun metru kubu ta’ ilma, u li ladarba tintilef ikun diffiċli li terġa’ tinġabar.122 Barra minn hekk, il-firxa dejjem tikber tal-bini f’Malta tnaqqas ir-riforniment naturali tal-ħażniet tal-pjan billi aktar ilma tax-xita jibqa’ sejjer il-baħar minflok ma jinxtorob mill-art.

    Sors: MRA

    Mappa 7.1: L-istat kwantitattiv ta’ l-ilma tal-pjan f’ Malta123

    Jekk inħarsu lejn il-kwalità, fl-2004 l-livelli ta’ nitrati fl-ilma tal-pjan ta’ Malta qabżu l-valur indikattiv ta’ 50 mg NO3/l tad-Direttiva dwar in-Nitrati (li teħtieġ li tittieħed ċerta azzjoni meta dan jinqabeż) fi tnejn minn kull tliet spieri li minnhom tippompja l-WSC. Eċċessi qawwija kienu osservati fil-ħażna ta’ fuq it-tafal, fejn l-ogħla valur kien ta’ 132 mg/l fl-Imġarr. L-ogħla livell ta’ nitrat misjub fil-ħażna ta’ mal-livell tal-baħar kien ta’ 85 mg/l fl-ispiera f’Ta’ l-Isperanza. Il-ħażna ta’ ilma ħelu ta’ mall-livell tal-baħar hi partikolarment suġġetta għad-dħul lokalizzat ta’ ilma baħar. Il-konċentrazzjonijiet ta’ klorur (li jindikaw imluħa) f’din il-ħażna ta’ ilma kollha jaqbżu l-istandard ta’ 250 mg C/l indikat mill-WHO għall-ilma tax-xorb, u li jista’ jintuża bħala kejl għall-ilma tal-pjan iżda li jibqa’ livell għoli ħafna f’dan il-kuntest. Il-konċentrazzjonijiet ivarjaw minn 1,736 mg/l f’Ta’ Kandja sa 354 mg/l fix-Xewkija, Għawdex. Il-ħażna ta’ fuq it-tafal hi wkoll xi ftit mhedda mill-imluħa, u l-valuri jvarjaw minn 209 mg/l f’Binġemma sa 163 mg/l f’Ta’ Falka ħdejn ir-Rabat. Sa mill-2001 kien hemm tnaqqis ġenerali fil-livelli ta’ nitrati u mluħa mkejlin fl-ispieri mnejn tippompja l-WSC fil-gżira ta’ Malta.124 It-theddid ewlieni għall-kwalità ta’ l-ilma fil-ħażniet tal-pjan huma: rimi illegali, tinġis min-nitrati (l-aktar minħabba fertilizzanti tal-biedja, skart tal-bnedmin u tal-bhejjem), u dħul lokalizzat ta’ ilma baħar. Malta qed taħdem biex il-ħażniet tal-pjan ikunu fi stat tajjeb sad-data msemmija fil-WFD (2015).

    Il-fdalijiet tal-pestiċidi fil-ħażna ta’ ilma tal-pjan ukoll iqanqlu tħassib minħabba l-effetti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ekosistemi.125 Studju ta’ darba li sar fl-1999 jindika li l-livelli ta’ pestiċidi kemm fl-ilma ppumpjat mill-spieri u fl-ilma tal-vit kienu anqas mill-iżgħar kwantità li tista’ titkejjel.126 Madankollu, iż-żieda ta’ 24 fil-mija fil-bejgħ ta’ pestiċidi 127 bejn l-2000 u l-2003 tindika l-ħtieġa ta’ proċess

  • 28

    strutturat għall-ġbir ta’ informazzjoni fuq il-pestiċidi fl-ilma.128 Studji fuq l-għelejjel Maltin jindikaw li, bejn Awissu ta’ l-2002 u Frar ta’ l-2005, l-ogħla livelli ta’ fdalijiet tal-pestiċidi nqabżu biss f’0.02 fil-mija tal-każijiet.129

    L-ilmijiet ġierja u dawk transizzjoanli jinkludu ambjenti ta’ l-ilma ħelu u salmastru bħal imġieri tal-widien, għejun u għadajjar ta’ ilma ħelu. L-ilmijiet salmastri f’Malta jinstabu aktar fil-bokok tal-widien, jew artijiet baxxi bħalhom, li jmissu mal-baħar u li għaldaqstant jistagħdru. Dawn l-ambjenti huma lkoll rari f’Malta, u l-annimali u l-pjanti li jinsabu fihom huma fil-periklu li jinqerdu minn Malta, jew saħansitra fuq skala dinjija (jekk jinzertaw endemiċi), billi għandhom firxa ġeografika ċkejkna. Malta hi marbuta legalment li timmonitorja l-kwalità ta’ dawn l-ilmijiet u li tħarishom bħala ambjenti naturali, kif ukoll li tiżgura l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi ta’ l-ilma.

    L-ilma baħar ta' max-xatt jiffurma il-parti l-kbira tar-riżorsi ta’ ilma ta’ Malta; is-siwi tiegħu huwa ekonomiku (minħabba t-turiżmu), strateġiku (bħala għajn indiretta ta’ ilma għax-xorb permezz tal-proċessi li jibdluh f'ilma ħelu), u intrinsiku billi l-baħar fih uħud mill-ogħna ekosistemi ta’ Malta,130u huwa importanti għal attivitajiet rikreattivi u kulturali. Il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandha effett kbir ħafna fuq is-saħħa pubblika, u kemm il-Konvenzjoni ta’ Barċellona 131 kif ukoll il-WFD jiffissaw livelli ta’ kwalità għall-ilma fejn isir l-għawm. Il-kwalità mikrobijoloġika ta' l-ilmijiet fejn isir l-għawm madwar Malta tjiebet u l-għadd ta’ nħawi klassifikati bħala tal-Prima Klassi skond il-Konvenzjoni ta’ Barċellona tela’ minn 55 fil-mija tal-postijiet fl-1996 għal 83 fil-mija fl-2004. Bejn l-2001 u l-2004, l-inħawi li jintużaw għall-għawm kollha kienu skond il-kriterji tad-Direttiva dwar il-Kwalità ta’ Ilma fejn isir l-għawm. 132 Erba’ postijiet biss, f’Birżebbuġa u f’San Pawl il-Baħar, irreġistraw tnaqqis fil-grad tal-klassifika mill-2001 ’l hawn (ara l-Mappa 7.2). M