29
MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 13.1.2015 SWD(2015) 3 draft DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Rapport Konsultazzjoni pubblika onlajn dwar il-protezzjoni tal-investiment u s-soluzzjoni tat- tilwim bejn l-investitur u l-Istat (ISDS) fil-Ftehim dwar Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)

Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussell, 13.1.2015

SWD(2015) 3 draft

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport

Konsultazzjoni pubblika onlajn dwar il-protezzjoni tal-investiment u s-soluzzjoni tat-

tilwim bejn l-investitur u l-Istat (ISDS) fil-Ftehim dwar Sħubija Trans-Atlantika ta'

Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)

Page 2: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

Data: 26/03/2015

Rapport

Konsultazzjoni pubblika onlajn dwar il-protezzjoni tal-

investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat

(ISDS) fil-Ftehim dwar Sħubija Trans-Atlantika ta'

Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)

It-13 ta’ Jannar 2015

Sommarju Eżekuttiv

Id-direttivi ta' negozjati1 għan-negozjati tal-Ftehim dwar Sħubija Trans-Atlantika ta'

Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) jipprevedu l-inklużjoni tal-protezzjoni tal-

investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat (ISDS) sakemm jiġu

ssodisfati għadd ta' kondizzjonijiet. Il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS kienu fuq

quddiem ta' dibattitu pubbliku vigoruż fl-UE dwar it-TTIP. Għalhekk, il-Kummissjoni

organizzat konsultazzjoni pubblika bejn is-27 ta’ Marzu u t-13 ta’ Lulju 2014 sabiex

tiżviluppa aktar l-approċċ tal-UE dwar dawn il-kwistjonijiet importanti li jolqtu l-aktar

lill-Ewropej. Il-Kummissjoni fasslet approċċ possibbli tal-UE (minn hawn 'il quddiem:

"l-approċċ propost tal-UE" jew "l-approċċ propost") u fittxet rispons dwar jekk l-

approċċ tal-UE, li hu sostanzjalment differenti minn ftehimiet oħrajn li għandhom

klawżoli tradizzjonali ta' protezzjoni tal-investiment u tal-ISDS, jistax jikseb il-bilanċ

tajjeb bejn il-ħarsien tal-investituri u s-salvagwardja tad-dritt u l-abbiltà tal-UE u tal-

Istati Membri biex jirregolaw fl-interess pubbliku. Għandu jitfakkar li l-approċċ propost

tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS kien żviluppat ukoll fid-dawl tal-

esperjenza tal-arbitraġġ skont ħafna ftehimiet eżistenti, li kultant kien kontroversjali. L-

UE, fit-tħaddim ta’ kompetenza prevista mit-Trattat ta’ Lisbona, għandha l-opportunità

li tistabbilixxi reġim riformat madwar l-UE li jissostitwixxi u gradwalment jelimina t-

Trattati eżistenti tal-Istati Membri.

1 http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11103-2013-DCL-1/mt/pdf

Page 3: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 3 minn 29

Test ta’ referenza bbażat fuq l-abbozz tal-ftehim bejn l-UE u l-Kanada (CETA) ġie

pprovdut biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni u juri elementi ta’ dan l-

approċċ innovattiv propost mill-UE2.

Il-konsultazzjoni kienet strutturata madwar 12-il kwistjoni ewlenija, li jikkonċernaw

kemm kwistjonijiet sostantivi dwar il-protezzjoni tal-investiment kif ukoll mistoqsijiet

tal-ISDS. Din kienet tinkludi wkoll mistoqsija ġenerali miftuħa li tippermetti lil dawk li

wieġbu biex jissottomettu kunsiderazzjonijiet ġenerali.

B’dan ir-Rapport, is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati

tal-konsultazzjoni.

Il-Kummissjoni rċeviet total ta’ kważi 150,000 tweġiba. It-tweġibiet kollha ġew

meqjusa fuq bażi ugwali. Il-maġġoranza kbira, madwar 145,000 (jew 97 %), kienu

ppreżentati kollettivament permezz ta’ diversi pjattaformi onlajn li fihom tweġibiet

predefiniti li dawk li wieġbu rrispettaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet

tweġibiet individwali minn aktar minn 3,000 individwu u madwar 450 organizzazzjoni

li jirrappreżentaw firxa wiesgħa tas-soċjetà ċivili tal-UE, (organizzazzjonijiet tan-

negozju, trade unions, gruppi tal-konsumatur, ditti ta’ avukati, akkademiċi, eċċ.).

B’mod ġenerali, hemm tliet kategoriji ta’ dikjarazzjonijiet fit-tweġibiet.

Filwaqt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsultazzjoni kien limitat għal approċċ propost

tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investiment/l-ISDS fit-TTIP, l-ewwel kategorija ta’

dikjarazzjonijiet tindika oppożizzjoni jew tħassib għat-TTIP b’mod ġenerali. Dawn il-

fehmiet kienu tqajmu ukoll fil-konsultazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar it-TTIP.

Filwaqt li tikkunsidra dawn il-fehmiet, il-valutazzjoni ulterjuri għal din il-konsultazzjoni

trid tibqa’ ffokata fuq dikjarazzjonijiet ipprovduti fir-rigward ta’ aspetti speċifiċi

ppreżentati taħt kull waħda mill-mistoqsijiet magħmula.

It-tieni kategorija tindika tħassib jew oppożizzjoni fir-rigward il-protezzjoni tal-

investiment / l-ISDS fit-TTIP. Ta’ min ifakkar li din il-konsultazzjoni sseħħ

f’ċirkostanzi speċifiċi fejn l-Istati Membri b’mod unanimu ikunu fdaw lill-Kummissjoni

biex tinnegozja l-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP, bil-kundizzjoni li r-

riżultat finali jkun jikkorrispondi għall-interessi tal-UE. Id-direttivi ta’ negozjati,

għalhekk, jinkludu element ta’ kundizzjonalità u jagħmluha ċara li deċiżjoni dwar jekk

tiġix inkluża l-ISDS għandha tittieħed matul il-fażi finali tan-negozjati. Din it-tieni

kategorija ta’ tweġibiet tindirizza kwistjoni iktar wiesgħa minn dik li kienet is-suġġett

ta’ din il-konsultazzjoni. Għaldaqstant, din id-domanda usa' għandha tiġi mwieġba, fid-

dawl tal-isforzi li għaddejjin tal-UE biex tiġi riformata sostanzjalment is-sistema tal-

protezzjoni tal-investiment u l-ISDS u l-valutazzjoni ta’ dawn l-isforzi.

2 http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/march/tradoc_152280.pdf

Page 4: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 4 minn 29

It-tielet kategorija tinkludi fehmiet speċifiċi fir-rigward ta’ diversi aspetti ppreżentati

taħt kull mistoqsija, ħafna drabi akkumpanjata b’suġġerimenti konkreti dwar it-triq ’il

quddiem. L-istampa li toħroġ minn dawn it-tweġibiet toffri firxa aktar dettaljata ta’

fehmiet. Hemm diverġenzi bejn diversi kategoriji ta’ dawk li wieġbu u xi kultant anke

fl-istess kategorija. Pereżempju, xi wħud minn dawk li wieġbu jqisu li approċċ tal-UE

propost hu insuffiċjenti biex jindirizza ċertu tħassib fir-rigward tad-dritt tar-

regolazzjoni, filwaqt li xi oħrajn wissew kontra li titnaqqas wisq il-protezzjoni mogħtija

lill-investituri. Il-fehmiet huma diviżi fir-rigward ta’ kważi kull mistoqsija.

Fuq din il-bażi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kwistjoni oħra, hemm b’mod

partikolari erba’ oqsma fejn għandu jiġi esplorat titjib ulterjuri:

- il-protezzjoni tad-dritt għar-regolazzjoni;

- it-twaqqif u l-funzjonament tat-tribunali ta' arbitraġġ;

- ir-relazzjoni bejn is-sistemi ġudizzjarji domestiċi u l-ISDS;

- ir-rieżami ta’ deċiżjonijiet tal-ISDS permezz ta’ mekkaniżmu ta’ appell.

Fl-ewwel kwart tal-2015, is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk għandhom l-intenzjoni

li jkomplu jikkonsultaw il-partijiet interessati tal-UE, l-Istati Membri tal-UE u l-

Parlament Ewropew dwar l-oqsma msemmija hawn fuq, bħala parti minn dibattitu usa’

dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP bil-ħsieb li jippermettu li l-

Kummissjoni tiżviluppa proposti konkreti għan-negozjati tat-TTIP. Għandu jitfakkar li

bħalissa mhux qed isiru negozjati dwar din il-kwistjoni. L-iżvilupp ta’ approċċ ġdid

dwar il-protezzjoni tal-investiment u li l-ISDS ikun jissodisfa għal kollox l-interess tal-

UE kif ukoll ikun kompletament konformi mal-impenn li ttieħed quddiem il-Parlament

Ewropew huwa objettiv ewlieni tan-negozjati tat-TTIP.

Page 5: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 5 minn 29

Werrej

1. INTRODUZZJONI U KUNTEST ...................................................................................................... 9

2. ĦARSA ĠENERALI LEJN L-GĦADD U T-TIPOLOĠIJA TA’ DAWK LI WIEĠBU ................. 10

2.1. Ħarsa ġenerali lejn it-tweġibiet totali ........................................................................................... 10

2.2. Sottomissjonijiet kollettivi u diffikultajiet tekniċi ........................................................................ 11

2.3. Tipoloġija ta’ dawk li wieġbu ...................................................................................................... 12

3. ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-RIŻULTATI EWLENIN TAL-KONSULTAZZJONI ................... 15

3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali ......................................................................................................... 15

3.2. Kunsiderazzjonijiet speċifiċi ........................................................................................................ 17

4. OQSMA GĦAL AKTAR XOGĦOL ............................................................................................... 27

ANNESS I. IL-METODOLOĠIJA U L-PREŻENTAZZJONI TAS-SEJBIET

(DISPONIBBLI BISS BL-INGLIŻ)

ANNESS II. IL-PREŻENTAZZJONI TAT-TWEĠIBIET MINN ĊITTADINI

INDIVIDWALI

(DISPONIBBLI BISS BL-INGLIŻ)

ANNESS III. IL-PREŻENTAZZJONI SKONT IL-MISTOQSIJIET U T-TWEĠIBIET

RIĊEVUTI

(DISPONIBBLI BISS BL-INGLIŻ)

Page 6: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 6 minn 29

Lista ta’ abbrevjazzjonijiet

ACEA Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (l-Assoċjazzjoni

Ewropea tal-Manifatturi tal-Karozzi)

BEPS Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt

BEUC Bureau Européen des Unions de Consommateurs (l-Organizzazzjoni Ewropea

tal-Konsumaturi)

BIT Trattat Bilaterali fuq l-Investiment

CEEP Ċentru Ewropew ta' Intrapriżi li jipprovdu Servizzi pubbliċi

CEFIC CEFIC Conseil Européen des Fédérations de l’Industrie Chimique (L-

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ għall-Industrija tal-Kimika)

CETA Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada

CNCD Ċentru Nazzjonali tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

KEDB Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

ECT It-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija

EFILA Federazzjoni Ewropea għal-liġi tal-Investiment u l-Arbitraġġ

KETU Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions

ETUCE Il-Kumitat Ewropew tat-Trade Unions għall-Edukazzjoni

UE L-Unjoni Ewropea

GATT Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ

GATS Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ f'Servizzi

IDB Investiment Dirett Barrani

FET Trattament Ġust u Ekwu

FTA Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles

IBA Kamra Internazzjonali tal-Avukati

KIK Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ

ICSID Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar Investiment

IISD Istitut Internazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli

IIED Istitut Internazzjonali għall-Ambjent u l-Iżvilupp

Page 7: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 7 minn 29

ILO Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

DPI Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali

ISDS Soluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investitur u l-Istat

MFN Nazzjon l-Aktar Iffavorit

SM Stati Membri

NT Trattament Nazzjonali

NGO Organizzazzjoni mhux Governattiva

NHS Servizz Nazzjonali tas-Saħħa

OECD L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

SĠ Segretarju Ġenerali

SME Impriżi Żgħar u Medji

TACD Djalogu Trans-Atlantiku tal-Konsumaturi

TTIP Is-Sħubija Trasn-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment

TRIPS Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ

NU In-Nazzjonijiet Uniti

UNCITRAL Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-

Kummerċ

UK Ir-Renju Unit

US L-Istati Uniti tal-Amerika

WTO Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Page 8: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 8 minn 29

1. INTRODUZZJONI U KUNTEST

F’Ġunju 2013, il-Kunsill unanimament awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea sabiex

tinnegozja Ftehim ta’ Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP).

Id-direttivi ta’ negozjati indikaw li t-TTIP għandha tinkludi protezzjoni tal-investiment

u soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat (ISDS), bil-kundizzjoni li r-riżultat

finali jkun jissodisfa l-interessi tal-UE.

Minħabba l-interess qawwi tal-pubbliku fil-kwistjoni tal-protezzjoni tal-investiment u s-

soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat (ISDS), il-Kummissjoni nediet

konsultazzjoni pubblika dwar approċċ possibbli (minn hawn 'il quddiem: "l-approċċ

propost tal-UE" jew "l-approċċ propost) u fittxet rispons fuq serje ta' elementi

innovattivi mqabbla mal-prattiki preċedenti u eżistenti tal-Istati Membri tal-UE, li jinsab

fl-approċċ propost, li jista' jservi bħala l-bażi għan-negozjati tat-TTIP.

Il-konsultazzjoni pubblika tnediet fis-27 ta’ Marzu 2014 u ntemmet fit-13 ta’ Lulju

20143.

Din il-konsultazzjoni kienet miftuħa għaċ-ċittadini u għall-partijiet interessati kollha tal-

UE. Kienet disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE. Il-Kummissjoni kisbet fehmiet

strutturati madwar 12-il kwistjoni ewlenija, kif ġej:

1. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ protezzjoni ta’

investiment

2. Trattament mhux diskriminatorju għall-investituri

3. Trattament ġust u ekwu

4. Esproprjazzjoni

5. L-iżgurar tad-dritt tar-regolazzjoni u l-protezzjoni tal-investiment

6. Trasparenza fl-ISDS, Talbiet multipli u r-relazzjoni mal-qrati domestiċi

7. L-etika tal-arbitri

8. Kondotta u kwalifiki

9. Tnaqqis fir-riskju ta’ każijiet frivoli u bla bażi

10. Il-proċediment tat-talbiet (filtru)

11. Gwida mill-partijiet dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim

12. Mekkaniżmu tal-appell u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet.

Barra minn hekk, mistoqsija miftuħa, finali ppermettiet lil dawk li wieġbu biex

jippreżentaw fehmiet ġenerali dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP.

3 Għas-sett sħiħ ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni, ara:

http://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=179

Page 9: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 9 minn 29

Għal kull kwistjoni, il-konsultazzjoni pprovdiet spjegazzjoni ta’ introduzzjoni,

deskrizzjoni tal-approċċ li tinsab f’ħafna ftehimiet ta’ investiment, deskrizzjoni tal-

objettivi tal-UE għal TTIP u testi ta’ referenza, li juru l-mod kif il-kwistjoni rilevanti

tista’ tiġi ttrattata f’lingwaġġ legali.

Dan ir-rapport jippreżenta t-tweġibiet li waslu għand is-servizzi tal-Kummissjoni matul

il-konsultazzjoni. Dawn il-fehmiet ma għandhomx neċessarjament jiġu kkunsidrati

bħala l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea jew is-servizzi tagħha. Ir-rapport jipprovdi

ħarsa ġenerali lejn l-għadd u t-tipoloġija ta’ dawk li wieġbu, ħarsa globali fil-qosor lejn

it-tweġibiet, u jistipula oqsma fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jixtiequ jikkonsultaw

aktar mal-partijiet interessati, l-Istati Membri tal-UE u l-Parlament Ewropew bil-ħsieb li

l-Kummissjoni tkun tista' tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati dwar il-

protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP.

Anness jippreżenta l-metodoloġija segwita għall-analiżi tat-tweġibiet u l-preżentazzjoni

tar-riżultati. It-tieni anness fih, għal kull mistoqsija li ġiet maħluqa fil-konsultazzjoni,

preżentazzjoni dettaljata tal-fehmiet espressi mid-diversi kategoriji ta’ dawk li wieġbu.

Huwa jippreżenta wkoll sommarju tat-tweġbiet li waslu minn ċittadini individwali.

2. ĦARSA ĠENERALI LEJN L-GĦADD U T-TIPOLOĠIJA TA’ DAWK LI WIEĠBU

2.1. Ħarsa ġenerali lejn it-tweġibiet totali

Il-konsultazzjoni immobilizzat lis-soċjetà ċivili tal-UE għal livelli mingħajr preċedent

għal konsultazzjonijiet pubbliċi organizzati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rċeviet

total ta’ madwar 150,000 tweġiba.

Dawk li wieġbu mit-28 Stat Membru tal-UE pparteċipaw fil-konsultazzjoni. L-akbar

numru ta’ tweġibiet wasal mir-Renju Unit, segwit mill-Awstrija, il-Ġermanja, Franza,

il-Belġju, in-Netherlands u Spanja, li flimkien jammontaw għal 97 % tat-tweġibiet4.

4 Ħarsa ġenerali lejn l-istatistika dettaljata ġiet ippubblikata ftit wara l-konklużjoni tal-konsultazzjoni –

ara http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/july/tradoc_152693.pdf

Page 10: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 10 minn 29

Tabella 1: Distribuzzjoni ta’ tweġibiet - skont l-Istat Membru

Stat Membru Għadd ta’

tweġibiet

% tat-total

Ir-Renju Unit 52,008 34,8 %

L-Awstrija 33,753 22,6 %

Il-Ġermanja 32,513 21,8 %

Franza 9,791 6,5 %

Il-Belġju 9,397 6,3 %

In-Netherlands 4,906 3,3 %

Spanja 2,537 1,7 %

Totali 144,905 97,0 %

Stati Membri oħra 4,494 3,0 %

Total globali 149,399 100,0 %

2.2. Sottomissjonijiet kollettivi u diffikultajiet tekniċi

Kien possibbli li jiġi aċċertat li għadd kbir ħafna ta’ tweġibiet (madwar 145,000) kienu

ppreżentati kollettivament permezz ta’ diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi

(NGOs). Dawn l-organizzazzjonijiet ipprovdew tweġibiet predefiniti li dawk li wieġbu

rrispettaw. Dawn l-NGOs għamlu disponibbli pjattaformi onlajn dedikati jew softwer,

spiss bi tweġibiet imħejjija minn qabel, biex b'hekk it-tweġibiet setgħu jittellgħu

direttament fil-bażi ta’ dejta għall-konsultazzjoni pubblika, u għaldaqstant kien

possibbli li jiġi ppreżentat għadd sinifikanti ħafna ta’ tweġibiet f’qasir żmien. Għandu

jiġi nnutat li filwaqt li l-parti l-kbira ta’ dawn it-tweġibiet kienu inseriti minn ċittadini

individwali, xi wħud minnhom ġew iddaħħlu minn organizzazzjonijiet varji (ara t-

tabella 2). Kollha kienu kkunsidrati bħala kontribuzzjonijiet validi.

Is-sottomissjonijiet kollettivi jistgħu jinġabru kif ġej:

Madwar 70,000 tweġiba jikkonsistu f’seba’ lottijiet differenti, li waslu permezz ta’

tmien NGOs differenti. Kull lott fih tweġibiet identiċi jew simili ħafna għat-13-il

domanda kollha;

Xi 50,000 tweġiba mressqa permezz ta’ NGO waħda għandhom xejriet differenti.

Il-mistoqsijiet minn 1 sa 12 kienu mwieġba bi stqarrija ġenerali, kif ġej: "l-ebda

kumment – ma naħsibx li l-ISDS għandha tkun parti mit-TTIP", filwaqt li bosta

tweġibiet individwali ngħataw għall-aħħar mistoqsija (Nru 13-valutazzjoni

ġenerali).

Fl-aħħar nett, hemm madwar 25,000 tweġiba li jippreżentaw karatteristiċi simili,

jiġifieri l-ebda tweġiba għall-mistoqsijiet minn 1 sa 12 iżda biss għall-mistoqsija

13. It-tweġibiet għall-mistoqsija 13 huma differenti iżda ħafna minnhom jesprimu

fehmiet simili. Ma kienx possibbli li jiġi identifikat is-sors ta’ dawn it-tweġibiet.

Madankollu, minħabba s-similaritajiet mas-sottomissjonijiet kollettivi l-oħra, għall-

finijiet ta’ dan ir-rapport kienu kkunsidrati bħala sottomissjonijiet kollettivi wkoll.

Page 11: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 11 minn 29

Minħabba l-għadd kbir ta’ tweġibiet li ttellgħu simultanjament fil-bażi tad-dejta, fit-

3 ta’ Lulju 2014 il-websajt tal-konsultazzjoni pubblika ma kienx disponibbli għal

sagħtejn. Sabiex jirrimedjaw din l-inkonvenjenza kkawżata waqt dan l-inċident tekniku,

is-servizzi tal-Kummissjoni ddeċidew li jestendu t-tul ta’ żmien ta’ konsultazzjoni għal

ġimgħa oħra. Matul din il-ġimgħa addizzjonali, ħafna minn dawk li wieġbu reġgħu

bagħtu t-tweġibiet tagħhom. Madankollu, peress li wħud minn dawn it-tweġibiet kienu

fil-fatt ġew irreġistrati wkoll meta ntbagħtu l-ewwel darba, fi tmiem il-konsultazzjoni,

kien hemm aktar minn 6,000 duplikazzjoni eżatta (jiġifieri test identiku intbagħt

darbtejn mill-istess persuna li wieġbet). Ġie deċiż li jitneħħew dawn id-duplikati mit-

total tat-tweġibiet għall-finijiet ta’ analiżi ulterjuri u l-istatistika uffiċjali.

Minbarra s-sottomissjonijiet kollettivi, il-bażi ta' dejta ta' konsultazzjoni diġà kellha

3,144 tweġiba individwali minn ċittadini tal-UE u 445 tweġiba individwali minn

bosta organizzazzjonijiet bħal NGOs, akkademiċi, kumpaniji individwali,

organizzazzjonijiet ta' trade union, gruppi għall-ħarsien tal-konsumatur, assoċazzjonijiet

tan-negozji u l-bqija. Għal raġunijiet tal-preżentazzjoni tar-riżultati, dawn it-tipi ta'

persuni li wieġbu huma indikati rispettivament bħala "sottomissjonijiet individwali

minn ċittadini" u "sottomissjonijiet individwali minn organizzazzjonijiet".

2.3. Tipoloġija ta’ dawk li wieġbu

Id-distribuzzjoni dettaljata ta’ tweġibiet skont il-kategorija tar-rispondenti hija li ġej:

Tabella 2: Id-distribuzzjoni ta’ rispondenti skont il-kategorija

Tip ta' rispondent It-

tweġibie

t totali

Ċittadini

148,830

Organizzazzjonijiet, li minnhom: 569

Akkademiċi 8

Kumpaniji 60

Ditti ta’ konsulenza 15

Istituzzjonijiet tal-Gvern u awtoritajiet regolatorji 11

Ditti legali 7

Organizzazzjonijiet mhux governattivi 180

Assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw in-negozji

tal-UE

66

Trade unions u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw it-trade

unions

42

Organizzazzjonijiet umbrella mhux governattivi 22

Gruppi ta' riflessjoni 21

Organizzazzjonijiet oħrajn 137

duplikati eżatti totali (sottomissjonijiet mill-ġdid) 6,346

Is-sottomissjonijiet kollettivi totali (mingħajr duplikati) 139,464

Page 12: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 12 minn 29

Is-sottomissjonijiet individwali totali 3,589

It-tweġibiet totali 149,399

Matul il-proċess ta’ analiżi, 12-il duplikat ġew identifikati, madankollu mingħajr impatt

fuq l-eżitu ġenerali ppreżentat f’dan ir-rapport.

Għadd żgħir biss ta’ dawk li wieġbu (inqas minn 1 % tat-total) indikaw li huma għamlu

investiment fl-Istati Uniti.

L-organizzazzjonijiet li wieġbu huma differenti ħafna fin-natura, l-għan u d-daqs iżda,

meħudin flimkien, huma jidhru li jirrappreżentaw setturi wiesgħa tas-soċjetà ċivili

Ewropea.

Għandu jiġi nnotat li l-klassifikazzjoni f’diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet hija

esklużivament determinata minn dak li ddikjaraw dawk li wieġbu fil-formola onlajn

disponibbli għall-finijiet tal-konsultazzjoni fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Għal skopijiet illustrattivi, huwa rilevanti li jiġi nnutat dan li ġej dwar it-tipoloġija ta’

dawk li wieġbu:

Akkademiċi

L-akkademiċi kienu jinkludu grupp ta’ 120 espert akkademiku fil-liġi dwar il-kummerċ

u l-investiment, id-dritt tal-UE, id-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem, id-dritt

kostituzzjonali, id-dritt privat, il-politika ekonomika u oqsma oħra (li pprovdew

sottomissjoni konġunta waħda), id-Dipartiment tad-Dritt Ewropew, Internazzjonali u

Komparattiv - it-Taqsima tad-Dritt Internazzjonali u r-Relazzjonijiet Internazzjonali,

mill-Università ta’ Vjenna; u l-Osservatorju tal-protezzjoni ġuridika tal-investimenti

barra (Observatorio sobre la protección jurídica de Inversiones en el Exterior), tal-

Universidad Pontificia de Comillas (ICAI-ICADE), f’Madrid (Spanja).

Kumpaniji

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni rċevew tweġibiet minn 60 kumpanija

individwali, inklużi 27 kumpanija mikro (inqas minn 10 impjegati), 14 minn SMEs u 19

minn kumpaniji kbar. Dawn tal-aħħar jinkludu multinazzjonali kbar ħafna tal-UE (eż.,

Total, Alstom, Veolia, GDF-suez, Versalis, Daimler, Iberdrola, Repsol) u mhux tal-UE

(eż. Chevron, Japan Tobacco, Philip Morris), li ħafna minnhom kienu involuti f’każijiet

tal-ISDS bi profil għoli.

Il-konsumaturi

L-interessi tal-konsumaturi kienu rappreżentati fost oħrajn mill-Bureau Européen des

Unions de Consommateurs (BEUC), id-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Konsumaturi

(TACD) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Utenti tas-Servizzi Finanzjarji (Finanzjament

Aħjar).

Assoċjazzjonijiet tan-negozju

Page 13: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 13 minn 29

L-assoċjazzjonijiet tan-negozju jinkludu BusinessEurope u l-Kunsill Trans-Atlantiku

dwar in-Negozju, kif ukoll għadd sinifikanti ta’ Kmamar tal-Kummerċ minn diversi

Stati Membri (eż. l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja,

in-Netherlands, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit). Ħafna tweġibiet waslu wkoll minn

organizzazzjonijiet attivi f’ċerti setturi jew oqsma, bħal pereżempju s-servizzi, il-

kimika, l-ikel, ix-xorb alkoħoliku, il-bejgħ bl-imnut, iż-żejt u l-gass, il-vetturi, l-IT, il-

metalli mhux tal-ħadid, u l-pubblikazzjoni. Ipparteċipaw ukoll żewġ assoċjazzjonijiet li

jirrappreżentaw is-servizzi pubbliċi: Aqua Publica Europea - l-Assoċjazzjoni Ewropea

tal-Operaturi Pubbliċi tal-Ilma u ċ-Ċentru Ewropew ta' Intrapriżi li jipprovdu Servizzi

Pubbliċi (CEEP).

Eżempji ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali fil-livell Ewropew li kkontribwew għall-

konsultazzjoni jinkludu ACEA (manifatturi tal-karozzi), DigitalEurope (teknoloġiji tal-

informatika), CEFIC (industrija tal-kimika), Eurometaux (metalli li ma fihomx ħadid), u

servizzi (Forum Ewropew dwar is-Servizzi).

Organizzazzjonijiet Governattivi

Wieġbu wkoll gvernijiet reġjonali u parlamenti reġjonali jew partiti politiċi minn reġjun

wieħed Ġermaniż (il-Bavarja) u wieħed Awstrijak (Vorarlberg), partit politiku wieħed

tal-Parlament Ġermaniż u ieħor ta’ reġjun wieħed Ġermaniż, il-Parlament tal-Bavarja

kif ukoll l-ibliet ta’ Munich u Nantes.

Organizzazzjonijiet mhux Governattivi

Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) mis-setturi ewlenin kollha pparteċipaw

fil-konsultazzjoni. Żewġ terzi minnhom kellhom inqas minn 500 membru filwaqt li

oħrajn kellhom ilħuq mal-UE kollha. B’mod partikolari, kien hemm kontribuzzjonijiet

minn organizzazzjonijiet ambjentali ewlenin fil-livell tal-UE bħall-Uffiċċju Ewropew

għall-Ambjent, Greenpeace, Friends of the Earth Europe u t-Transport & Environment.

Fost l-NGOs nazzjonali, kien hemm b’mod partikolari tweġibiet mingħand in-

Naturschutzbund tal-Ġermanja, Greenpeace tal-Ġermanja, il-Federazzjoni tal-

Organizzazzjonijiet tal-Konsumatur Ġermaniżi (Verbraucherzentrale Bundesverband),

il-CNCD 11.11.11 Belġjan, Ligue des Droits de l’homme, Mouvement Ouvrier

Chrétien, Wereldsolidariteit, l- Union Fédérale des Consommateurs ta' Franza, Attac u

Amis de la Terre, il-British War on Want and t-Trade Justice Movement; Friends of the

Earth tal-Finlandja, il-Kunsill tal-Konsumatur tad-Danimarka, u Médecins Sans

Frontières - Access Campaign.

Fost l-NGOs li mhumiex fl-UE li pparteċipaw fil-konsultazzjoni kien hemm in-Netwerk

Public Citizen tal-Istati Uniti u l-Council of Canadians and Trade Justice Network tal-

Kanada.

Kontribuzzjonijiet minn gruppi ta’ riflessjoni kienu jinkludu l-Istitut Internazzjonali

għall-Iżvilupp Sostenibbli (IISD, l-Istitut Internazzjonali dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp

(IIED), l-Istitut ta’ Medjazzjoni Internazzjonali (li ma ppreżentax tweġibiet għall-

mistoqsijiet iżda pprovda sett ta’ linji gwida rakkomandati għal medjazzjoni).

Page 14: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 14 minn 29

Trade Unions

It-trade unions jinkludu l-organizzazzjoni l-aktar rappreżentattiva ta’ Trade Unions, il-

Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU). Barra minn hekk, bosta

organizzazzjonijiet nazzjonali pparteċipaw direttament fil-konsultazzjoni, pereżempju

mill-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, l-Iżvezja

u r-Renju Unit.

Għadd ta’ trade unions li jirrappreżentaw setturi speċifiċi wieġbu wkoll, pereżempju fl-

attivitajiet li ġejjin: l-edukazzjoni (il-Kumitat Ewropew tat-Trade Unions għall-

Edukazzjoni - ETUCE), il-pubblikazzjoni (il-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej), is-

servizz pubbliku (il-Federazzjoni Ewropea tal-unions tas-servizz pubbliku), il-

manifattura u l-enerġija (pereżempju industriAll), il-finanzi (pereżempju Setturi

Finanzjarji Nordiċi), it-trasport (il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport), is-

servizzi (UNI Europa).

Ħafna minnhom ipprovdew tweġibiet dettaljati dwar is-sustanza. Jidher li hemm grad

ta’ koordinazzjoni kif rifless minn għadd sinifikanti ta’ tweġibiet li huma simili jew

anke identiċi.

Kontributuri oħrajn

Dawk notevoli li wieġbu f’kategoriji oħra kienu jinkludu l-Law Society tal-Ingilterra u

Wales, is-Segretarjat tal-Karta tal-Enerġija (ECT), EFILA (il-Federazzjoni Ewropea tal-

Liġi tal-Investiment u l-Arbitraġġ), kif ukoll qrati arbitrarji internazzjonali prinċipali (il-

Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tal-Aja, l-Istitut tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ

ta’ Stokkolma u ċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment

- ICSID).

3. ĦARSA ĠENERALI LEJN IR-RIŻULTATI EWLENIN TAL-KONSULTAZZJONI

Id-diversi partijiet interessati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni jirrappreżentaw diversità

wiesgħa ta’ interessi fi ħdan l-UE. Għalhekk mhuwiex sorprendenti li ssib xi diverġenzi

importanti ta’ fehmiet, mhux biss bejn kategoriji differenti ta’ dawk li wieġbu iżda

wkoll fi ħdan l-istess kategoriji. Huwa wkoll utli li tinnota li l-aktar tweġibiet dettaljati

li fihom suġġerimenti speċifiċi dwar it-triq ’il quddiem jiġu essenzjalment minn diversi

organizzazzjonijiet individwali.

3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Is-sottomissjonijiet kollettivi jirriflettu l-oppożizzjoni mifruxa tas-soluzzjoni tat-tilwim

bejn l-investituri u l-Istat (ISDS) fit-TTIP jew b’mod ġenerali. Hemm ukoll maġġoranza

tat-tweġibiet li jopponu t-TTIP b’mod ġenerali.

F’dawn is-sottomissjonijiet, il-mekkaniżmu tal-ISDS huwa pperċepit bħala theddida

għad-demokrazija u l-finanzjament pubbliku jew għall-politiki pubbliċi. Huwa meqjus

ukoll bħala mhux meħtieġ bejn l-UE u l-Istati Uniti, minħabba l-perċezzjoni ta' saħħa

fis-sistemi ġudizzjarji rispettivi. Dawn il-fehmiet huma fil-biċċa l-kbira riflessi minn

Page 15: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 15 minn 29

ħafna trade unions, b'maġġoranza kbira tal-NGOs, l-istituzzjonijiet tal-Gvern u ħafna

minn dawk li wieġbu fl-“organizzazzjonijiet oħra”, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-

konsumatur. Ħafna fost is-sottomissjonijiet kollettivi jesprimu tħassib speċifiku dwar il-

fatt li gvernijiet qed jiġu mfittxija minn korporazzjonijiet għal ammonti kbar ta’ flus li

fil-fehma tagħhom joħolqu effett dissważiv fuq id-dritt għal regolazzjoni. Barra minn

hekk, ċerti tweġibiet minn trade unions jesprimu n-nuqqas ta’ fiduċja ġenerika fir-

rigward tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-arbitri jew huma kkonċernati li l-ISDS

tista' toħloq il-possibbiltà li l investituri jevitaw il-qrati, il-liġijiet jew ir-regolamenti

domestiċi.

B’kuntrast ma’ dan, il-maġġoranza l-kbira tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-

maġġoranza ta’ kumpaniji kbar jappoġġjaw kompletament il-protezzjoni tal-investiment

u l-ISDS fit-TTIP, filwaqt li kumpaniji żgħar huma aktar kritiċi. Għadd konsiderevoli

ta’ tweġibiet jenfasizzaw l-irwol pożittiv li l-investiment barrani dirett jista’ jkollu fir-

rigward tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Huma jindikaw li r-regoli tal-protezzjoni

tal-investiment jistgħu jappoġġjaw l-investiment permezz tal-ħolqien ta’ kondizzjonijiet

ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti. Xi wħud jindikaw li l-investituri

tal-UE mhux dejjem jirċievu protezzjoni adegwata fil-qrati tal-Istati Uniti.

Konsegwentement, hemm sejħa importanti għal kawtela biex ma jonqosx il-livell ta’

protezzjoni li l-investituri Ewropej huma mdorrija bih.

Minħabba d-diversità ta’ interessi rappreżentati minn dawk li wieġbu f’din il-kategorija

wiesgħa, il-fehmiet espressi mill-kategorija “organizzazzjonijiet oħra” ġeneralment ma

jaqblux. Dawk li jopponu l-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS issemmu essenzjalment

l-istess argumenti bħal dawk imsemmija hawn fuq. Dawk favur huma tal-fehma li

hemm nuqqas ta’ evidenza li l-mekkaniżmu ISDS mhuwiex perfett. Huma jħossu li mż

hemm l-ebda kriżi fir-rigward tal-protezzjoni tal-investiment u l-użu tal-ISDS li

jappoġġja kull bidla radikali.

Rigward l-approċċ propost dwar il-protezzjoni tal-investiment, ħafna fost it-trade

unions, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew tipi oħra ta’ dawk li wieġbu

jirrikonoxxu l-isforzi tal-UE biex iġġib titjib fis-sistema tal-protezzjoni tal-investiment.

Madankollu, għadd sinifikanti ta’ trade unions u grupp kbir ta’ NGOs jikkunsidraw li l-

bidliet inklużi fl-approċċ propost mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib

tagħhom dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS. Min-naħa l-oħra, ħafna minn

dawk li wieġbu fil-kategoriji differenti jikkunsidraw li l-approċċ propost ikun iżżejjed u

jesprimu tħassib serju fir-rigward ta’ tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni tal-investiment.

Għadd notevoli ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozju indikaw b’diversi modi appoġġ għat-

titjib propost dwar l-ISDS fit-TTIP, jew f’termini ġenerali jindikaw li huma jappoġġjaw

sistema tal-ISDS aktar inklużiva u koerenti, ikkaratterizzata minn trasparenza u etika.

Kif inhu attwalment, l-approċċ propost għat-TTIP jitqies minn diversi kumpaniji li

jnaqqas b’mod sinifikanti l-livell ta’ protezzjoni li hemm fil-ftehimiet ta’ investiment

eżistenti. Xi wħud minn dawk li wieġbu, li jiddikjaraw lilhom infushom bħala NGOs

jikkritikaw l-approċċ propost bħala wieħed li jdgħajjef il-protezzjoni mogħtija lill-

Page 16: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 16 minn 29

investimenti u jargumentaw li standards tal-protezzjoni tal-investiment aktar baxxi jista’

jkollhom impatt negattiv fuq l-Ewropa billi jiġbdu anqas investiment minn qabel.

Ħafna minn dawk li wieġbu f’diversi kategoriji differenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi

salvagwardjat id-dritt li jirregolaw fl-interess pubbliku. Madankollu, oħrajn minn fost

dawk li wieġbu, l-aktar fost kumpaniji individwali u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju,

jikkunsidraw li ma kien hemm l-ebda kontradizzjoni bejn ir-regoli internazzjonali dwar

l-investiment u d-dritt tal-Istati li jirregolaw.

Għadd sinifikanti ta’ dawk li wieġbu f’kategoriji differenti jikkunsidraw li l-approċċ

propost hu żbilanċjat favur l-investituri. Għalhekk hemm sejħa minn dawk li wieġbu

għal obbligi akbar b'saħħithom tal-investituri, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet

tal-bniedem, regolamenti soċjali u ambjentali jew, b’mod iktar ġenerali, għar-

responsabbiltà soċjali korporattiva.

Rigward l-approċċ propost dwar l-ISDS, ħafna minn dawk li wieġbu jappoġġjaw il-

prinċipju ta’ trasparenza akbar. Madankollu huma jqisu wkoll li l-eżistenza ta’ klawżola

ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-proċedimenti tal-ISDS tista’ tiġi

abbużata minn investituri li jżommu l-informazzjoni ewlenija mill-pubbliku. L-

introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-arbitri hija ġeneralment ikkunsidrata tajba

għalkemm ħafna jiddubitaw jekk l-indipendenza tal-arbitri tistax tkun garantita. Hemm

ukoll opinjoni ġenerali li l-qrati domestiċi huma aktar xierqa mill-ISDS u f'ħafna

każijiet huwa ddikjarat li l-qrati domestiċi għandhom ikunu użati esklużivament biex

isolvu t-tilwim bejn l-Istati u l-investituri barranin. Madankollu, minkejja xi tweġibiet

ta’ appoġġ, ħafna minn dawk li wieġbu jqisu dawn ir-riformi insuffiċjenti biex

jindirizzaw it-tħassib tagħhom mal-ISDS b’mod ġenerali.

Huma esprimew ukoll tħassib li l-aċċessibilità għall-mekkaniżmu tal-ISDS tibqa’ de

facto prerogattiva prinċipalment tad-ditti fuq skala kbira, minħabba li l-ispejjeż u l-

kumplessità tiegħu jagħmluha diffiċli għal investituri żgħar privati biex jirrikorru

għalih. Huwa mixtieq mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim aktar adatt għall-SMEs.

3.2. Kunsiderazzjonijiet speċifiċi

Mistoqsija 1. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ protezzjoni

ta’ investiment

Rigward il-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni tal-investiment, il-fehmiet ivarjaw.

L-esklużjoni ta’ kumpaniji tal-isem permezz tar-rekwiżit ta’ operazzjonijiet ta’ negozju

sostanzjali hi milqugħa minn ħafna minn dawk li wieġbu f’kategoriji differenti, iżda dan

l-appoġġ mhuwiex unanimu. Pereżempju, għadd ta’ ċittadini jesprimu dubji dwar l-

effikaċja tal-approċċ propost fil-prattika. Xi akkademiċi, ditti legali, kumpaniji jew t-

trade unions jitolbu għal aktar ċarezza fil-kliem u fid-definizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’

negozju sostanzjali. Min-naħa l-oħra, minoranza ta’ assoċjazzjonijiet tal-kummerċ iqisu

li t-treaty shopping u l-kumpaniji tal-isem – jekk jiġu stabbiliti f’konformità mal-liġi

applikabbli – għandhom jitħallew. Xi wħud minn dawk li wieġbu, pereżempju fost l-

Page 17: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 17 minn 29

assoċjazzjonijiet tan-negozju, jirrakkomandaw l-inklużjoni ta’ klawżola ta’ ċaħda tal-

benefiċċji minflok referenza għal operazzjonijiet sostantivi tan-negozju.

Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ investiment, xi wħud minn dawk li wieġbu jqisu li

kienet wisq ristretta, oħrajn wiesgħa wisq. Kien hemm sejħiet mifruxin ħafna minn

dawk li wieġbu fil-kategoriji differenti għal aktar ċarezza ta’ ċerti termini użati, l-aktar

relatati mal-karatteristiċi ta’ investiment. Għadd konsiderevoli ta’ trade unions jindikaw

li jippreferu definizzjoni ristretta, pereżempju limitata għall-IBD biss. Ħafna minn dawk

li wieġbu fil-kategoriji differenti jirrifjutaw l-idea li investiment ta’ portafoll jew

investiment spekulattiv jistgħu jiġu protetti.

Hemm diversi sejħiet għal esklużjonijiet orizzontali, pereżempju tas-servizzi pubbliċi

jew ċerti setturi sensittivi (eż. is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent jew is-swieq

finanzjarji), ħaġa li għadd sinifikanti ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali li jixtiequ jaraw

li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet jitnaqqsu għal minimu huma kontra tagħha.

Bosta minn dawk li wieġbu fost l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-kumpaniji jixtiequ

jaraw definizzjonijiet wiesgħa, eż. li jkopru d-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali,

investimenti mhux tanġibbli kif ukoll għadd ta’ kuntratti speċifiċi. Xi wħud jitolbu

wkoll għall-estensjoni tal-protezzjoni tal-investiment, inkluża l-ISDS, għall-fażi ta'

qabel l-istabbiliment. Hemm ukoll suġġerimenti ta' min jinnutahom, minn dawk li

wieġbu f’kategoriji differenti (eż. akkademiċi, assoċjazzjonijiet tan-negozju, trade

unions) biex tiġi ċċarata r-referenza għal-liġi applikabbli.

Mistoqsija 2. Trattament mhux diskriminatorju għall-investituri

In-nondiskriminazzjoni hija maħsuba minn uħud mir-rispondenti bħala trattament diġà

previst mil-liġi nazzjonali jew tal-UE u għalhekk mhux meħtieġ li tiġi inkluża b’mod

espliċitu fit-TTIP. Xi wħud iqisu li d-diskriminazzjoni tista’ tkun ġustifikata f’ċerti

każijiet. Għall-kuntrarju, ħafna assoċjazzjonijiet tan-negozji jinnotaw li n-nuqqas ta’

diskriminazzjoni huwa prinċipju ferm importanti għall-investiment, jew anki essenzjali

biex jassiguraw kundizzjonijiet ekwi.

Il-fehmiet huma wkoll diverġenti dwar il-kwistjoni ta’ eċċezzjonijiet ġenerali. Xi wħud

(pereżempju t-trade unions) jikkunsidraw li dawn għandhom ikunu usa’, pereżempju

għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment,

oħrajn (eż. assoċjazzjonijiet tan-negozju) li dawn għandhom jinżammu għall-minimu

possibbli sabiex jevitaw protezzjoniżmu moħbi. Xi wħud minn dawk li wieġbu jistaqsu

kemm huma effikaċi eċċezzjonijiet li huma primarjament imfassla għal kwistjonijiet

kummerċjali għal kwistjonijiet ta’ investiment..

Il-klawżola tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (Most Favoured Nation - MFN) hija wkoll is-

suġġett ta’ fehmiet differenti. Xi wħud (eż. l-NGOs) jikkunsidraw li l-MFN mhijiex

meħtieġa. Għal kontributuri oħrajn (pereżempju, “organizzazzjonijiet oħrajn” jew

“assoċjazzjonijiet tan-negozji”) hija essenzjali, fil-fehma tagħhom. L-intenzjoni tal-UE

li tiġi evitata l-importazzjoni ta’ proċeduri jew standards sostantivi tal-ISDS aħjar

Page 18: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 18 minn 29

permezz tal-klawżola MFN hija meqjusa mir-rispondenti fost iċ-ċittadini kif ukoll mill-

organizzazzjonijiet jew mhux ċara biżżejjed, mhux suffiċjenti jew eċċessiva fis-sens li

hemm ir-riskju li obbligu MFN isir kważi bla sinifikat. Hemm sejħa usa' għal aktar

ċarezza.

Mistoqsija 3. Trattament ġust u ekwu

Għall-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu b'mod kollettiv, it-trade unions u għal diversi

NGOs, l-istandards ta’ trattament ġust u ekwu (FET) iqajmu tħassib serju jew fid-dawl

ta’ ċerti każijiet tal-ISDS jew minħabba li jibżgħu li l-approċċ propost għad jippermetti

interpretazzjoni espansiva minn tribunali tal-arbitraġġ. Bosta minn dawk li wieġbu minn

negozji, NGOs jew organizzazzjonijiet oħra jesprimu tħassib kontra t-tnaqqis tal-livell

ta’ protezzjoni permezz ta’ reviżjoni ta’ standards tal-FET, li hija kkunsidrata bħala li

tipprovdi protezzjoni essenzjali. L-aktar qasam importanti fejn hemm kunsens jidher li

huwa dak li jiġi żgurat li FET ma jistax jiġi interpretat bħala obbligu jew wegħda li l-

ambjent legali madwar l-investitur għandu jibqa’ l-istess (“klawżola ta’

stabbilizzazzjoni”).

Hemm interess ġenerali għal aktar ċarezza, b’mod partikolari b’rabta ma’ ċerti termini

użati f’lista magħluqa ta’ trattament li jiddefinixxu dan l-istandard. Madankollu, il-

fehmiet huma maqsuma fost dawk li wieġbu fil-kategoriji differenti dwar jekk FET

għandux jiġi ddefinit permezz ta’ lista miftuħa jew magħluqa. Xi tħassib hu espress fuq

iż-żewġ naħat rigward il-possibbiltà għall-Partijiet biex janaliżżaw il-kontenut tal-

istandard matul il-ħajja ta’ TTIP (jiġifieri, xi wħud jibżgħu li dan jista’ jwassal għal

twessigħ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandard, filwaqt li oħrajn jibżgħu li fil-prattika

jkun diffiċli għall-partijiet sabiex jaslu għal ftehim f’dan ir-rigward).

Il-kwistjoni tal-aspettattivi leġittimi tattira wkoll interess konsiderevoli, b’uħud minn

dawk li wieġbu jargumentaw li ma għandhomx jiġu koperti u oħrajn jisħqu li l-approċċ

propost ma jkunx ikoprihom b’mod suffiċjenti. Dawk li wieġbu f’diversi kategoriji

jikkunsidraw li kjarifiki ulterjuri jkunu utli jew meħtieġa.

Fl-aħħar nett, il-fehmiet huma wkoll pjuttost maqsuma fost il-kategoriji differenti ta’

dawk li wieġbu dwar l-inklużjoni jew le ta’ “klawżola umbrella”.

Mistoqsija 4. Esproprjazzjoni

Il-biċċa l-kbira tal-fehmiet espressi f’din il-kwistjoni huma relatati ma’ esproprjazzjoni

indiretta. Xi kontributuri jinnotaw li mhux il-miżuri regolatorji kollha meħuda mill-

Istati għandhom jirrikjedu pagament ta’ kumpens, filwaqt li oħrajn jikkunsidraw li kull

miżura regolatorja li jkollha l-istess effett bħal esproprjazzjoni għandha tkun

kompensatorja. Dan jirrifletti fil-fatt diviżjoni usa’ ta’ fehmiet fost speċjalisti u

professjonisti f’dan il-qasam, jiġifieri d-duttrina “setgħat tal-pulizija” kontra d-duttrina

l-"effetti uniċi”.

Xi wħud minn dawk li wieġbu jaraw ukoll ċerti termini bħala mhux ċari. Pereżempju,

huwa kkunsidrat mill-maġġoranza taċ-ċittadini kif ukoll minn xi trade unions,

Page 19: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 19 minn 29

akkademiċi u gruppi ta’ riflessjoni li r-referenza għall-proporzjonalità jew il-leġittimità

ta’ ċerti miżuri pubbliċi toħloq inċertezza minħabba li din tista’ tagħti lok għal marġini

ta’ interpretazzjoni wiesgħa wisq.

Uħud minn dawk li wieġbu, pereżempju fost it-trade unions, jikkunsidraw li l-kunċett

ta’ esproprjazzjoni indiretta għandu jiġi ristrett b’mod sinifikanti, pereżempju li

speċifikament ma għandux ikopri l-profitti mitlufa. Rispondenti oħra, l-aktar minn naħa

tan-negozju, jikkunsidraw li l-approċċ propost inaqqas il-protezzjoni mogħtija lill-

investituri kontra l-akbar riskju li jiffaċċjaw f’pajjiż ieħor, b’mod partikolari meta

mqabbel ma’ BITs, għaliex dan jippermetti lill-Istati biex ma jagħtux kumpens għal

miżuri li jittieħdu f’ċerti setturi (eż. is-saħħa). Dan jista’ jkun ta’ ħsara għall-

investimenti f’dawn is-setturi meta mqabbel ma’ investimenti f’setturi oħra.

Mistoqsija 5. L-iżgurar tad-dritt tar-regolazzjoni u l-protezzjoni tal-investiment

Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk li wieġbu fi kważi l-kategoriji kollha jaqblu mal-għan

ġenerali li jinstab bilanċ adegwat bejn il-protezzjoni tal-investiment u l-konferma tad-

dritt li jirregolaw fl-interess pubbliku. Madankollu, mhux daqstant minn dawk li wieġbu

huma pożittivi dwar l-approċċ propost; pjuttost, hemm diverġenza konsiderevoli ta’

fehmiet. Pereżempju, xi wħud jikkunsidraw li l-approċċ propost mhuwiex biżżejjed,

oħrajn jikkunsidraw li huwa wiesa’ wisq filwaqt li oħrajn isostnu li ma hemmx kunflitt

bejn id-dritt tar-regolazzjoni u l-protezzjoni tal-investiment.

L-approċċ propost huwa meqjus minn uħud mir-rispondenti bħala wisq dgħajjef (eż.

akkademiċi, gruppi ta' riflessjoni ), peress li r-riferiment għad-dritt tar-regolazzjoni

jitqiegħed fil-preambolu u ma jorbotx. B’mod alternattiv huwa meqjus minn xi wħud

bħala limitat wisq (pereżempju t-trade unions) minħabba li, pereżempju, ir-referenzi ma

japplikawx għall-istandards ta’ protezzjoni tal-investiment. Oħrajn minn dawk li

wieġbu, bħal minn naħa tan-negozju, jirrifjutaw ċerti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet

(pereżempju dwar is-sussidji jew l-akkwist pubbliku) applikabbli għall-protezzjoni tal-

investimenti, jew b’mod ġenerali jirrakkomandaw kawtela kontra l-użu ta’ tali

limitazzjonijiet.

Mistoqsija 6. Trasparenza fl-ISDS

Trasparenza fil-proċedimenti tal-ISDS u aċċess għal smigħ huwa objettiv kondiviż fuq

firxa wiesgħa. Madankollu, hemm tħassib li jmur f’żewġ direzzjonijiet. Grupp wieħed

ta’ tħassib, prinċipalment espress mill-NGOs u t-trade unions, huwa li uħud mill-

eċċezzjonijiet tad-dispożizzjonijiet għal trasparenza biex jipproteġu informazzjoni

kummerċjali kunfidenzjali jistgħu jiġu interpretati b’mod wiesa’ wisq u jistgħu jdgħajfu

l-effikaċja tat-trasparenza. Hemm ukoll tħassib li t-tribunal jista’ jkollu setgħa

diskrezzjonali wiesgħa wisq fid-deċiżjoni dwar taħt liema ċirkostanzi is-seduti pubbliċi

jistgħu jkunu magħluqa għall-pubbliku. Grupp ieħor ta’ tħassib li ġej minn

organizzazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji huwa li d-dispożizzjonijiet fl-approċċ

propost dwar it-trasparenza jmorru lil hinn minn ħafna sistemi legali nazzjonali u li dan

jista’ jinvolvi riskju reali li informazzjoni kunfidenzjali u sigrieti kummerċjali jistgħu

jiġu żvelati. Hemm ukoll tħassib li l-aċċess mill-pubbliku għal smigħ jista’ jippolitiċizza

Page 20: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 20 minn 29

kawżi mressqa minn kumpaniji, bir-riskju li dan jista’ jaffettwa l-korrettezza tal-

proċedimenti.

Mistoqsija 7. Talbiet multipli u r-relazzjoni mal-qrati domestiċi

Rigward ir-relazzjoni mal-qrati domestiċi, ħafna minn dawk li wieġbu għamlu stqarrijiet

ġenerali minflok speċifiċi biex jikkummentaw dwar l-approċċ propost. Għalhekk,

pereżempju, ħafna NGOs, inklużi NGOs umbrella, jikkunsidraw li l-qrati domestiċi

għandhom ikunu użati esklużivament biex isolvu t-tilwim bejn l-Istati u l-investituri

barranin. Madankollu hemm għadd ta’ rispondenti li għandhom pożizzjoni iktar

moderata li jew ma jeskludux l-ISDS f’ċerti każijiet jew jipprovdu għal aktar kummenti

speċifiċi f’każ li tiddaħħal l-ISDS. Dawk li wieġbu jqisu li, bħala regola, il-qrati

nazzjonali għandhom ikunu preferuti peress li huma f’pożizzjoni aħjar biex jindirizzaw

tilwim bejn l-investituri u l-Istat. Huma għalhekk jappoġġjaw l-idea li tħeġġeġ

proċedimenti domestiċi iżda ħafna jikkunsidraw li l-approċċ propost jinkoraġġixxi

insuffiċjentement ir-rimedji domestiċi. Huma jargumentaw li l-abbozzi tad-

dispożizzjonijiet ma jobbligax lill-investituri , jew ma jipprovdilhomx inċentiv, biex

ifittxu rimedju fil-qrati domestiċi. Minflok, wieħed jargumenta, huma sempliċement

jobbligaw lill-investituri biex jagħżlu bejn il-qrati domestiċi u l-arbitraġġ internazzjonali

biex jiġu evitati proċedimenti paralleli. Għalhekk, bosta minn dawk li wieġbu

jargumentaw direttament favur l-introduzzjoni tar-rekwiżit tal-eżawriment ta’ rimedji

lokali qabel il-possibbiltà li jirrikorru għall-ISDS, li ssir l-aħħar għażla.

Min-naħa l-oħra, kważi kull kumpanija kbira u assoċjazzjoni kummerċjali, filwaqt li

jifhmu l-objettiv li jkunu inkoraġġuti proċedimenti domestiċi, iqisu li l-investitur

għandu jkun liberu li jagħżel jew mezzi legali – domestiċi jew internazzjonali – u l-

ISDS ma għandhiex neċessarjament tkun l-aħħar għażla. Huma jikkunsidraw li jista’

jkun hemm sfidi li aħjar jiġu trattati fil-qrati nazzjonali iżda min-naħa l-oħra jista’ jkun

hemm oħrajn li għalihom hu meħtieġ l-arbitraġġ internazzjonali. Xi wħud jagħtu l-

eżempju ta' diskriminazzjoni favur kumpaniji lokali, li mhux ipprojbita skont il-liġi tal-

Istati Uniti. Oħrajn jirreferu għall-fatt li qrati lokali jistgħu jitwaqqfu milli japplikaw

direttament l-obbligi li joħorġu minn trattat internazzjonali. Oħrajn iqisu li Stati

ospitanti jistgħu jingħataw immunità fi qrati lokali, partikolarment fil-każ ta’ atti

pubbliċi. Huma jirrikonoxxu wkoll li hemm pretensjonijiet li ma jistgħux jiġu ttrattati

permezz ta’ arbitraġġ internazzjonali, bħalma huma l-istħarriġ tal-kostituzzjonalità ta’

miżura. B’mod ġenerali, il-kumpaniji kbar kollha u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju huma

kontra r-rekwiżit obbligatorju biex jeżawrixxu r-rimedji nazzjonali peress li joħloq biss

dewmien bla bżonn. Il-kumpaniji (u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju) ġeneralment huma

kontra l-hekk imsejħa soluzzjoni fork-in-the-road.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu fost l-NGOs u organizzazzjonijiet oħra li ma jeħdux

pożizzjoni ta' prinċipju kontra l-ISDS b'mod ġenerali jappoġġjaw l-approċċ propost biex

jiġu evitati proċedimenti paralleli u kumpens doppju. Madankollu xi wħud jikkunsidraw

li d-dispożizzjonijiet proposti mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu li ma jkunx hemm

proċedimenti paralleli jew treaty shopping. Min-naħa l-oħra, xi kumpaniji u

assoċjazzjonijiet kummerċjali ma jaqblux mal-proposta li affiljati tal-investitur rikorrent

Page 21: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 21 minn 29

ma jistgħux isegwu proċedimenti tal-ISDS waħedhom. Huma jqisu li jekk ikun hemm xi

riskju ta’ duplikazzjoni tal-kumpens, it-tribunali sussegwenti jqisu fid-deċiżjoni u l-

kumpens tagħhom ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura ta’ arbitraġġ inizjali jekk iċ-

ċirkostanzi jitolbu dan.

Fl-aħħar nett, madwar nofs dawk li wieġbu li jagħmlu kummenti speċifiċi dwar il-

medjazzjoni (mill-kategoriji kollha) jappoġġjaw il-proċess propost li tiġi mħeġġa l-

medjazzjoni. Huma jaqblu wkoll mas-suġġeriment li r-rikors għall-medjazzjoni, għandu

jkun possibbli fi proċedimenti domestiċi u tal-ISDS. Madankollu, xi wħud iqisu li l-

proposta insuffiċjentement tinkoraġġixxi medjazzjoni u ftit minnhom issuġġerew rikors

għal panel għandu jkun obbligatorju qabel medjazzjoni.

Mistoqsija 8. Etika, kondotta u kwalifiki tal-arbitru

Dwar l-etika u l-kondotta tal-arbitri, ħafna minn dawk li wieġbu huma tal-fehma li r-

regoli dwar l-indipendenza u proċeduri ta’ għażla tajba għall-arbitri huma kruċjali.

Bosta tweġibiet jilqgħu t-tentattiv tal-UE biex tindirizza din il-kwistjoni. Madankollu,

bosta kontributuri jesprimu dubji dwar jekk l-istrateġija proposta tal-UE hijiex se

tipprovdi biżżejjed garanziji, jew jargumentaw li dan għadu ma ġiex ittestjat fil-prattika.

Bosta minn dawn il-kontributuri jħossu li l-karatteristiċi intrinsiċi tal-ISDS jagħmluha

impossibbli biex tirregola l-imġiba tal-arbitri (NGOs, akkademiċi); oħrajn jargumentaw

li l-kwistjoni tal-kunflitti ta’ arbitri ma għandhiex tiġi esaġerata u li r-regoli eżistenti

(bħal linji gwida tal-IBA, ir-regoli tal-ICSID, eċċ.) qed jindirizzaw il-problema

(prinċipalment kumpaniji, xi ditti ta’ avukati u akkademiċi).

Xi tweġibiet jikkunsidraw li l-kompetenzi meħtieġa tal-arbitri huma restrittivi wisq b’xi

wħud (l-aktar NGOs) iqisu li l-arbitri għandu jkollhom ukoll esperjenza f’oqsma soċjali

jew ambjentali, u kontributuri oħra (ditti legali, kumpaniji) li jenfasizzaw il-ħtieġa għal

arbitri b’għarfien speċjali (tekniku) rilevanti għat-tilwima.

Ħafna minn dawk li wieġbu jilqgħu l-proposta tal-UE għal kodiċi ta’ kondotta u regoli

għall-kontestazzjoni ta’ arbitri tal-ISDS, għalkemm ħafna (NGOs, akkademiċi, gruppi

ta' riflessjoni, u l-gvernijiet) jibżgħu li ma jkunx jorbot fil-prattika (ara l-kjarifiki fl-

Anness III, mistoqsija 7).

Rigward l-iskwalifika ta’ arbitri, uħud mill-kontributuri (gruppi ta' riflessjoni, il-

gvernijiet, u l-akkademiċi) jargumentaw li l-proċedura għandha tiġi estiża biex tkopri

wkoll nuqqas ta’ kwalifiki (mhux biss nuqqas ta’ indipendenza bħal fl-approċċ propost).

Ċerti kontributuri jilqgħu espressament l-idea li s-Segretarju Ġenerali tal-ICSID jiġi

afdat biex jiddeċiedi dwar sfidi għall-arbitri, filwaqt li xi oħrajn ma għandhomx fiduċja

fis-Segretarju Ġenerali tal-ICSID għaliex jikkunsidrawh wisq favur l-Istati Uniti

(NGOs) (ara l-kjarifiki fl-Anness III, mistoqsija 7).

Fl-aħħar nett, ħafna kontributuri jqisu r-rosters bħala pass fid-direzzjoni t-tajba.

Madankollu, l-istrateġija proposta tal-UE ta’ spiss hija kkritikata bħala sempliċement

Page 22: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 22 minn 29

soluzzjoni sekondarja (jiġifieri użata biss fejn il-partijiet litiganti ma jaħtrux arbitru jew

ma jistgħux jaqblu dwar il-President)

Kontributuri oħra (kumpaniji kbar, ditti legali, arbitraġġ istituzzjonijiet bħal ICC)

joġġezzjonaw għall-ħolqien ta’ rosters li jirrestrinġu l-għażliet tal-partijiet litiganti. Ir-

rosters huma wkoll ikkritikati għaliex huma żbilanċjati favur l-istati (minħabba li l-

investituri ma jieħdux sehem fil-ħolqien ta’ listi), minħabba li jippolitiċizzaw il-ħatriet

tal-arbitri u minħabba li ma jippermettux il-ħatriet ta’ arbitri b’għarfien speċjali rilevanti

għat-tilwim.

Mistoqsija 9. Tnaqqis fir-riskju ta’ każijiet frivoli u bla bażi

Kummenti fir-rigward ta’ talbiet frivoli u bla bażi jiffokaw fuq il-mekkaniżmu ta' talbiet

frivoli, notevolment dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, dwar l-aspetti proċedurali

tiegħu u dwar ir-rwol ta’ arbitri li jittrattaw tali talbiet.

Filwaqt li jħarsu lejn il-mekkaniżmu tat-talbiet frivoli, numru żgħir ta’ assoċjazzjonijiet

tan-negozju, organizzazzjonijiet u konsulenti oħrajn jargumentaw li talbiet frivoli u bla

bażi ma kinux jikkostitwixxu problema fil-passat u għalhekk ma hemmx bżonn li din il-

kwistjoni tiġi indirizzata bħalissa. Bl-istess mod, diversi trade unions u assoċjazzjonijiet

tan-negozji iqisu li mekkaniżmu bħal dan jeżisti diġà fir-regoli tal-ICSID għall-arbitraġġ

u l-ħolqien ta' wieħed ġdid ma jkun ta’ ebda valur miżjud.

Fil-kummenti tiegħu dwar l-ambitu tal-prinċipju, grupp żgħir ta’ dawk li wieġbu,

essenzjalment, li jirrappreżentaw it-trade unions u l-NGOs jemmnu li l-kamp ta'

applikazzjoni ta’ talbiet frivoli u bla bażi kif definit fit-test mhux se jkun biżżejjed biex

jiġi evitat l-abbuż tas-sistema mill-investituri. Huma jiddispjaċihom li dan ma jeskludix

talbiet li jikkawżaw ħsara pubblika serja. Minkejja t-talba minn uħud minn dawk li

wieġbu minn fost il-kategoriji għal definizzjoni aħjar ta’ talbiet frivoli/bla bażi, ma saret

l-ebda formulazzjoni konkreta.

Dawk li wieġbu wkoll jikkummentaw b’mod estensiv fuq il-proċedura proposta biex

tittratta t-talbiet frivoli u bla bażi. F’dan il-kuntest, il-kumitati nazzjonali tal-Kamra tal-

Kummerċ Internazzjonali jesprimu tħassib li l-effett kombinat ta’ dawn iż-żewġ Artikoli

jista’ jwassal għal dewmien proċedurali bla bżonn. Sabiex jilqgħu kontra r-riskju li Stat

b’mod sistematiku jqajjem oġġezzjonijiet bi skop li jdewwem il-proċedura, ċerti NGOs,

assoċjazzjonijiet tan-negozju u ditti legali jissuġġerixxu li l-proċedura għandha wkoll

tittratta “oġġezzjonijiet frivoli”.

Fl-eżami tal-prinċipju ‘min jitlef iħallas’ il-maġġoranza ta’ dawk li jikkummentaw

topponi l-applikazzjoni stretta. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-effett tal-prinċipju kienu

suġġetti għal kummenti.

B’rabta mal-kamp ta’ applikazzjoni, uħud minn dawk li wieġbu, essenzjalment minn

assoċjazzjonijiet tan-negozji, NGOs u kategoriji oħrajn, jissuġġerixxu li l-applikazzjoni

tal-prinċipju għandha ssir fl-istadju meta t-Tribunal jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwar l-

eżistenza ta’ talba frivola u bla bażi. Suġġeriment ieħor, mir-rispondenti tal-NGOs u

Page 23: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 23 minn 29

dawk governattivi, bil-għan li jitnaqqsu t-talbiet frivoli jikkonsisti f’li t-Tribunal ikun

jista' jimponi sanzjoni punittiva minbarra l-ħlas tal-ispejjeż tal-arbitraġġ li jinġarru mill-

parti li tkun għamlet talba frivola. Numru żgħir ta’ NGOs u trade unions jissuġġerixxu

wkoll definizzjoni aktar ċara ta’ “ċirkustanzi eċċezzjonali” peress li jemmnu li din id-

dispożizzjoni tista’ tkun sors ta’ dibattiti twal. Fl-aħħar nett, numru żgħir ta’

assoċjazzjonijiet tan-negozju, kumpaniji u oħrajn minn dawk li wieġbu jargumentaw li

l-arbitri għandhom iżommu d-diskrezzjoni li tingħata deċiżjoni fuq l-ispejjeż tagħhom

abbażi tal-valutazzjoni tagħhom stess.

Fir-rigward tal-effetti ta’ dan il-prinċipju, għadd ta’ kontribuzzjonijiet minn

assoċjazzjonijiet tan-negozju, NGOs, kumpaniji u gruppi oħrajn jargumentaw li

applikazzjoni ġenerali tal-prinċipju ta’ ‘min jitlef iħallas’ tista’ tiskoraġġixxi lill-SMEs

milli jużaw il-mekkaniżmu ISDS: ir-riskju li jħallsu l-ispejjeż f’każ ta’ talba li ma

tirnexxiex iżommhom milli jagħżlu t-triq tal-ISDS. Effett ieħor tal-prinċipju, għal xi

assoċjazzjonijiet tan-negozju, huwa li l-applikazzjoni tiegħu tista’ tkun ta’ diżinċentiv

biex tinstab alternattiva għar-riżoluzzjoni tan-nuqqas ta’ qbil. B’kuntrast ma’ dan, għal

numru ta’ NGOs Stat jista’ jkun lest li jħallas sabiex jevita li jħallas tariffi kbar.

Mistoqsija 10. Il-proċediment tat-talbiet (filtru)

Ħafna minn dawk li wieġbu, b’mod partikolari fost l-assoċjazzjonijiet tan-negozju,

għandhom il-biża’ li l-użu ta’ filters fis-soluzzjoni tat-tilwim jista’ jwassal għal ħafna

politiċizzazzjoni tat-tilwim, u jirrakkomandaw li jiġi evitat. Xi wħud iqisu li

mekkaniżmu ta’ filtru ma jwassalx għal sistema ta’ arbitraġġ aktar ġusta u ekwa, filwaqt

li oħrajn jibżgħu li mekkaniżmu tal-iffiltrar kif propost jista’ jillimita l-aċċess tal-

investituri biex jiksbu deċiżjoni newtrali u indipendenti għall-każijiet/talbiet tagħhom.

Min-naħa l-oħra, ħafna minn dawk li wieġbu, b’mod partikolari fost iċ-ċittadini u t-trade

unions, iħossu li filtru mhux se jkollu l-effikaċja biex iwaqqaf talbiet tal-ISDS,

minħabba n-natura konsenswali tiegħu.

Fl-istess ħin, għadd ta’ dawk li wieġbu jilqgħu l-introduzzjoni tal-filtru, pereżempju xi

wħud minn dawk li wieġbu jqisu li filtru huwa ġustifikat fi żminijiet ta’ kriżi finanzjarja

globali u oħrajn jappoġġjawha minħabba li huma jaraw dan bħala mod kif ma jkunx

hemm ir-riskju ta’ intepretazzjonijiet abbużivi minn tribunali tal-arbitraġġ.

Mistoqsija 11. Gwida mill-partijiet dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim

Il-maġġoranza kbira ta’ dawk li wieġbu għall-mistoqsija mhix sodisfatta bl-approċċ

propost għall-kontroll mill-Partijiet dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim (permezz ta’

interpretazzjonijiet vinkolanti u d-dritt ta’ intervent għall-parti mhux involuta fit-

tilwim), iżda jidher ċar li hi maqsuma f’dak li jirrigwarda r-raġunijiet għall-kritika.

Parti waħda (il-parti l-kbira huma NGOs u trade unions) tqis li l-proposti ma jagħtux

lill-Partijiet biżżejjed kontroll fuq il-proċeduri ta’ arbitraġġ, filwaqt li l-parti l-oħra

Page 24: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 24 minn 29

targumenta li l-partijiet ma għandhomx jintervjenu mat-tribunali ta’ arbitraġġ, li

għandhom jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu wkoll dwar kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni (l-

aktar assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji). Dan jirrifletti l-pożizzjoni aktar

fundamentali dwar l-ISDS: dawk li jargumentaw kontra l-ISDS jixtiequ aktar kontroll

mill-Partijiet matul il-proċess ta’ arbitraġġ u jqisu l-proposti bħala insuffiċjenti, filwaqt

li dawk li huma miftuħa għal tribunali ta’ arbitraġġ ma humiex lesti li jaċċettaw il-

kontroll mill-Partijiet u minn mekkaniżmi li potenzjalment jillimitaw id-diskrezzjoni

tat- tribunali.

Dawk li wieġbu li jikkunsidraw li l-mekkaniżmi ta' interpretazzjoni proposti huma

insuffiċjenti għamlu l-argumenti li ġejjin. L-ewwel nett, interpretazzjonijiet vinkolanti

jeħtieġu l-qbil taż-żewġ partijiet. Il-parti l-kbira ta' NGOs jikkunsidraw li dik il-parti

mhux involuta fit-tilwim ma għandhiex ikollha dritt ta’ veto. It-tieni nett, numru ta’

dawk li wieġbu (prinċipalment l-NGOs u trade unions) jargumentaw li t-tribunali

jistgħu fir-realtà ma jħossuhomx marbuta b’interpretazzjonijiet "vinkolanti" u li ma

hemmx mekkaniżmi ta’ infurzar.

Dawk li wieġbu li jikkunsidraw li l-mekkaniżmi ta' interpretazzjoni proposti jmorru

wisq lil hinn (assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji) u jesprimu tħassib li l-proposti

jipprovdu poter eċċessiv lill-Partijiet. Huma jargumentaw li l-opinjonijiet għandhom

ikunu biss rakkomandazzjonijiet, u mhux vinkolanti għat-tribunal tal-arbitraġġ. Ir-

raġunijiet ewlenin invokati kontra interpretazzjonijiet vinkolanti jinkludu r-riskju ta’

politiċizzazzjoni ta' tilwim li jkun għaddej, ir-riskju ta’ preġudizzju tad-diskrezzjoni tal-

arbitri, u tħassib dwar il-ħolqien ta’ sistema riġida wisq. It-tħassib dwar

interpretazzjonijiet vinkolanti hu espress b’mod aktar qawwi fir-rigward tal-

applikazzjoni possibbli tagħhom għal każijiet pendenti. B’mod partikolari

assoċjazzjonijiet tan-negozju, kumpaniji, ditti legali u kmamar tal-kummerċ iwissu

kontra tali applikazzjoni billi jargumentaw li dan ikun kontra l-proċess dovut u

jipperikola ċ-ċertezza legali għall-investituri.

Fl-aħħar nett, diversi minn dawk li wieġbu jesprimu wkoll dubji dwar id-dritt ta’

intervent għall-parti mhux involuta fit-tilwim. Huma jqisu li dan għandu jitħaddem

b’attenzjoni u b’rieda tajba u għandu jkun akkumpanjat b’garanziji li jiżguraw li

kwalunkwe sottomissjoni ma tfixkilx jew tkun ta’ piż żejjed għal proċedimenti arbitrali

jew b’mod inġust jippreġudika xi parti litiganti.

Mistoqsija 12. Mekkaniżmu tal-appell u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet

Il-proposta għal mekkaniżmu ta’ appell la hija opposta għal kollox u lanqas hija

appoġġjata għal kollox.

Page 25: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 25 minn 29

Ħafna minn dawk li wieġbu fil-kategoriji kollha huma fil-prinċipju favur mekkaniżmu

tal-appell jew saħansitra jikkunsidrawah indispensabbli. Din il-fehma ġiet espressa

b’mod partikolari minn ħafna NGOs u diversi assoċjazzjonijiet tan-negozju, kumpaniji,

trade unions, gruppi ta’ NGOs u organizzazzjonijiet governattivi. Filwaqt li dawn jaraw

il-vantaġġi għall-possibbiltà ta' appell, huma fl-istess ħin jindikaw għadd ta’

kwistjonijiet ta’ tħassib. Għalhekk ma hemm l-ebda stampa ċara favur u lanqas kontra

mekkaniżmu tal-appell; minflok x’aktarx li jiddependi fuq il-forma konkreta tal-

mekkaniżmu u kemm it-tħassib jista' jew ma jistax jiġi indirizzat.

Il-vantaġġ prinċipali mressaq għal mekkaniżmu tal-appell huwa li jikkontribwixxi għal

aktar konsistenza u b’hekk ukoll għal ċertezza legali. L-iżvantaġġ imsemmi l-aktar spiss

hu li mekkaniżmu tal-appell jikkawża spejjeż u dewmien fil-proċedura. Xi wħud

ipproponew li jiddaħħlu skadenzi vinkolanti sabiex jiġi limitat id-dewmien.

Meta tkun qed tiġi eżaminata l-utilità ta’ mekkaniżmu ta’ appell, għadd ta’ dawk li

wieġbu jistaqsu jekk l-approċċ propost huwiex se jikseb l-objettivi (kemm NGOs kif

ukoll kumpaniji). F'dan ir-rigward l-ICCs u xi assoċjazzjonijiet tan-negozju

jargumentaw li mekkaniżmu tal-appell jirriskja li jikkomprometti l-finalità ta’ arbitraġġ,

biex b'hekk idgħajjef il-bażi fundamentali ta’ arbitraġġ internazzjonali. Għal dik ir-

raġuni, fil-prinċipju huma kontra mekkaniżmu tal-appell. Uħud minn dawk li wieġbu

(prinċipalment diversi kapitli nazzjonali tal-ICC) iqisu li mekkaniżmu tal-appell

mhuwiex meħtieġ minħabba li hemm biżżejjed mekkaniżmi eżistenti li jistgħu jintużaw:

il-mekkaniżmi ta’ kontroll disponibbli skont il-Konvenzjoni ICSID u l-Konvenzjoni ta’

New York urew li huma effettivi u jipprovdu bilanċ tajjeb bejn il-finalità u l-ġustizzja

proċedurali. Fl-aħħar nett, numru sinifikanti ta’ dawk li wieġbu f’kategoriji varji (eż.

assoċjazzjonijiet tan-negozju, NGOs, gruppi ta’ riflessjoni, organizzazzjonijiet tal-

gvern), jiddikjaraw li s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu aktar

informazzjoni dwar l-istruttura u l-funzjonament ta’ mekkaniżmu ta’ appell jew isostnu

li huma ma jistgħux jiġġudikaw il-proposta priva minn informazzjoni dettaljata.

Il-biċċa l-kbira tat-tweġibiet rilevanti huma fil-prinċipju favur mekkaniżmu tal-appell.

Madankollu, huma jieħdu pożizzjoni pjuttost negattiva fuq il-proposta għaliex jippreferu

mekkaniżmu tal-appell differenti minn dak inkluż fid-dokumenti ta’ konsultazzjoni:

Ħafna assoċjazzjonijiet tan-negozji u l-kumpaniji, u xi NGOs, organizzazzjonijiet

oħrajn u kapitoli nazzjonali tal-ICC, iqisu li, jekk hemm bżonn ta’ mekkaniżmu,

għandu jiġi żviluppat fil-livell multilaterali, eż. f’kooperazzjoni mill-qrib mal-

UNCITRAL, ICSID u l-ICC.

Fl-aħħar nett għadd żgħir ta’ NGOs jissuġġerixxu li, jekk għandu jkun hemm

mekkaniżmu tal-appell, dan għandu jieħu l-forma ta’ Qorti Internazzjonali.

Tħassib importanti espress minn għadd sinifikanti ta’ dawk li wieġbu huwa li, bil-

multiplikazzjoni ta’ BITs, hemm riskju li jkun hemm frammentazzjoni kbira tal-

ISDS. Kull BIT jista’ jkollu mekkaniżmu ISDS u t-tribunali jistgħu jaslu għal

interpretazzjonijiet differenti tal-istess dispożizzjoni li hemm f'BIT differenti.

Page 26: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 26 minn 29

Għalhekk dawn il-persuni jipproponu t-twaqqif ta’ dak li huma jsejħu “Mekkaniżmu

tal-Appell ġenerali” li japplika għat-trattati kollha ta' investiment.

Numru ta’ dawk li wieġbu jitolbu wkoll għal garanziji addizzjonali. Huma jsostnu li l-

mekkaniżmu tal-appell huwa kondizzjonali fuq l-indipendenza tal-arbitri u jipproponu,

pereżempju li għandu jkun fil-forma ta’ korp permanenti b’membri permanenti.

Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni possibbli ta’ appell, il-biċċa l-kbira tar-rispondenti li

kkummentaw dwar din il-kwistjoni jikkunsidraw li dan ma jkoprix rieżami sħiħ (il-liġi u

l-fatti), iżda raġunijiet legali (jew esklussivament jew flimkien ma’ kwistjonijiet ta’

proċedura). Din il-fehma hija kondiviża minn għadd ta’ NGOs u NGOs umbrella, kif

ukoll minn xi assoċjazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji.

Mistoqsija 13. Valutazzjoni ġenerali

It-tweġibiet ġenerali miġbura taħt din il-mistoqsija miftuħa kienu diġà ppreżentati

f’termini ġenerali fil-bidu ta’ din it-taqsima. Aktar dettalji huma disponibbli fl-annessi.

4. OQSMA GĦAL AKTAR XOGĦOL

Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija

proposta tal-UE għal negozjati dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP.

Kif indikat fl-avviż ta’ konsultazzjoni, il-kwistjoni ewlenija għall-konsultazzjoni hija

jekk l-approċċ propost għal TTIP, kif jidher mit-testi ta' referenza ppreżentati, jilħaqx

bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investituri u s-salvagwardja tad-dritt u tal-kapaċità

tal-UE li tirregola fl-interess pubbliku.

B’mod ġenerali, tliet kategoriji ewlenin ta’ dikjarazzjonijiet huma identifikati fit-

tweġibiet:

i) dikjarazzjonijiet li jindikaw opposizzjoni għal TTIP b’mod ġenerali

ii) dikjarazzjonijiet li jindikaw tħassib dwar il-protezzjoni tal-investiment / l-ISDS

fit-TTIP jew b’mod ġenerali; kif ukoll

iii) dikjarazzjonijiet li jkun fihom fehmiet speċifiċi dwar il-kwistjonijiet identifikati

għall-konsultazzjoni.

Dikjarazzjonijiet li jindikaw oppożizzjoni għal TTIP b’mod ġenerali

L-ewwel kategorija tirreferi għal dikjarazzjonijiet li jindikaw oppożizzjoni għal TTIP

b’mod ġenerali. Minn konsultazzjoni preċedenti tagħha dwar it-TTIP, u d-dibattitu

pubbliku f’dan il-qasam, il-Kummissjoni hija konxja tal-fehmiet tal-partijiet interessati

differenti dwar it-TTIP b’mod ġenerali. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku

tal-konsultazzjoni preżenti huwa limitat għall-approċċ propost dwar il-protezzjoni tal-

investiment u l-ISDS għat-TTIP. Filwaqt li tikkunsidra dawn il-fehmiet, il-valutazzjoni

ulterjuri għal din il-konsultazzjoni trid tibqa’ ffokata fuq dikjarazzjonijiet ipprovduti fir-

rigward ta’ aspetti speċifiċi ppreżentati taħt kull waħda mill-mistoqsijiet magħmula.

Page 27: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 27 minn 29

Dikjarazzjonijiet li jindikaw oppożizzjoni għall-ISDS fit-TTIP jew b’mod ġenerali

It-tieni kategorija ta’ dikjarazzjonijiet tindika tħassib dwar il-protezzjoni tal-investiment

/ l-ISDS fit-TTIP jew b’mod ġenerali. Ta’ min ifakkar li din il-konsultazzjoni ssir skont

ċirkostanzi speċifiċi fejn il-Kunsill unanimament ta fiduċja lill-Kummissjoni biex

tinnegozja standards għolja ta’ protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP, bil-

kundizzjoni li r-riżultat finali jikkorrispondi għall-interessi tal-UE. Id-direttivi ta’

negozjati, għalhekk, jinkludu element ta’ kundizzjonalità u jagħmluha ċara li deċiżjoni

dwar jekk tiġix inkluża l-ISDS għandha tittieħed matul il-fażi finali tan-negozjati.

Għalhekk, din it-tieni kategorija ta’ tweġibiet tindirizza kwistjoni iktar wiesgħa minn

dik li kienet is-suġġett ta’ din il-konsultazzjoni. Għaldaqstant, din id-domanda aktar

wiesgħa għandha tiġi mwieġba, fid-dawl tal-isforzi ta;l-UE li jinsabu għaddejjin biex

tiġi riformata sostanzjalment il-protezzjoni tal-investiment u s-sistema tal-ISDS, u ta’

valutazzjoni ta’ dawn l-isforzi. .

Ta’ min jinnota li għadd ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib huma bbażati fuq każijiet tal-ISDS

li għadhom mhux deċiżi. Ir-riżultati u l-konsegwenzi ta’ dawn il-każijiet mhumiex

magħrufa. Għalhekk, kwalunkwe konklużjoni fuq din il-bażi tidher li hi prematura. Iżda

s-servizzi tal-Kummissjoni jaqblu li r-riskji għad-dritt li jkun hemm regolamentazzjoni

li huma inerenti f’dawn il-każijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ dibattitu.

It-tieni nett, f’ħafna każijiet, dan it-tħassib huwa bbażat fuq tilwim tal-ISDS skont

ftehimiet eżistenti tal-investiment jew l-approċċ meħud fil-ftehimiet eżistenti ta’

investiment. Għandu jiġi mfakkar li l-approċċ propost għall-protezzjoni tal-investiment

u l-ISDS kien żviluppat ukoll fid-dawl tal-esperjenza li r-riżultati ta’ arbitraġġ taħt il-

ħafna ftehimiet eżistenti kultant kienu kontroversjali. L-UE, fl-eżerċizzju ta’

kompetenza prevista mit-Trattat ta’ Lisbona, għandha l-opportunità li tistabbilixxi

riforma wiesgħa tal-UE li ser tissostitwixxi r-reġim u telimina gradwalment it-trattati

eżistenti tal-Istati Membri5 Hekk kif l-approċċ propost jikkuntrasta b’mod pjuttost

sinifikanti mat-test ta’ ftehimiet eżistenti fid-dinja kollha, huwa diffiċli biex wieħed

jislet konklużjonijiet definittivi dwar il-merti tal-approċċ propost tal-UE bbażat fuq testi

qodma. B’mod partikolari, l-approċċ propost ikun jinkludi regoli biex tinkiseb it-

trasparenza għal proċedimenti tal-ISDS. Fil-ftehimiet tal-UE għaldaqstant ma jkunx

possibbli li t-tribunali tal-ISDS ikunu sigrieti jew li l-partijiet interessati ma jkunux

jistgħux jintervjenu u jibagħtu l-fehmiet tagħhom. L-approċċ propost jagħmel ħafna

biex jiġi indirizzat it-tħassib rigward il-kondotta u l-etika tal-arbitri, l-aktar permezz tal-

introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u lista predefinita (“roster”) li minnha l-partijiet

għal tilwim tal-ISDS jagħżlu l-arbitri. Din tal-aħħar se tippermetti li jiġu evitati l-

kunflitti ta’ interessi minn qabel. It-tielet nett, fir-rigward tat-tħassib dwar theddid

5 F’dan il-kuntest tista’ ssir referenza wkoll għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha.

Page 28: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 28 minn 29

possibbli għal-leġiżlazzjoni fl-interess pubbliku, għandu jiġi nnutat li l-ISDS huwa

strettament mekkaniżmu ta’ infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-

investiment. L-ISDS mhux sistema li tagħti lill-investituri dritt li jirrieżaminaw jew

jemendaw il-leġiżlazzjoni. Sabiex jagħmlu talba, l-investituri jridu jkunu kapaċi juru l-

ksur ta’ waħda mill-istandards ta’ protezzjoni ta’ investiment u ħsara ekonomika li

tirriżulta minn investiment ta’ investitur barrani. Barra minn hekk, l-approċċ propost tal-

UE jimmira li jkompli jiġi indirizzat tħassib dwar il-ħtieġa li jiġu evitati sfidi għal

leġiżlazzjoni jew regolamentazzjoni għal skop pubbliku billi jiġu ċċarati l-istandards ta’

protezzjoni tal-investiment u li tiġi evitata interpretazzjoni mhux mixtieqa. Pereżempju,

skont id-dispożizzjonijiet riformati dwar l-esproprjazzjoni jew id-definizzjoni aktar

preċiża ta’ “trattament ġust u ekwu” mhuwiex aktar possibbli li wieħed jipprevedi talba

li tintlaqa’ minn investitur kontra leġiżlazzjoni ta’ interess pubbliku li sempliċiment

jaffettwa l-profitti tiegħu.

Madankollu, il-bilanċ li għandu jintlaħaq bejn id-dritt tar-regolazzjoni u l-protezzjoni

tal-investiment hu fil-qalba ta’ din il-konsultazzjoni u huwa rikonoxxut bħala wieħed

mill-oqsma li fuqhom se jkompli jsir aktar xogħol.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kondotta tal-investituri, l-approċċ propost jipproteġi biss

investimenti magħmula skont il-liġi applikabbli fl-Istat ospitanti. Dan ifisser li

investituri jkunu konformi ma’ firxa sħiħa ta’ obbligi applikabbli fil-ġurisdizzjoni

ospitanti, pereżempju f’termini ta’ drittijiet fundamentali, il-liġijiet tax-xogħol jew tal-

ambjent. L-Istat ospitanti jibqa’ f’pożizzjoni li jiddefinixxi l-obbligi speċifiċi

applikabbli għall-investituri fit-territorju tiegħu. Barra minn hekk, waħda mill-iktar

novitajiet importanti tal-approċċ propost huwa li d-dispożizzjonijiet fl-istess ftehim

dwar il-protezzjoni tal-investiment u d-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli

jkunu appoġġjati b'mod reċiproku. Dawn tal-aħħar jinkludu, fost l-oħrajn, referenzi

speċifiċi għal konvenzjonijiet internazzjonali dwar ix-xogħol jew l-ambjent jew

projbizzjoni li jitbaxxew il-livelli ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali bil-għan li jattiraw

l-investiment. Dawn jinkludu wkoll referenzi għal skemi internazzjonali eżistenti ta’

responsabbiltà soċjali korporattiva li japplikaw direttament għall-imġiba tal-investituri.

Dikjarazzjonijiet li jkun fihom fehmiet speċifiċi dwar il-kwistjonijiet identifikati għall-

konsultazzjoni

It-tielet kategorija tikkonsisti f’dikjarazzjonijiet li jkun fihom fehmiet speċifiċi dwar il-

kwistjonijiet identifikati għall-konsultazzjoni. Dawn jippreżentaw livell konsiderevoli

ta’ dettall u jinkludu ħafna drabi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal approċċ tal-UE

propost. Bosta tweġibiet jirrikonoxxu li l-approċċ propost huwa progress meta mqabbel

mal-mudelli eżistenti.

L-istampa li toħroġ minn dawn it-tweġibiet toffri firxa aktar kompluta u dettaljata ta’

tweġibiet u huwa għalhekk riżultat importanti ta’ din il-konsultazzjoni. Hemm id-

diviżjonijiet ċari bejn il-pożizzjonijiet adottati minn ċerti kategoriji ta’ dawk li wieġbu,

iżda hemm ukoll oqsma ta’ kunsens possibbli jew reali, b’mod partikolari rigward aktar

titjib.

Page 29: Rapport tilwim bejn l -investitur u l -Istat (ISDS) fil - -Atlantika ta' '2…trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153313.pdf · 2019. 4. 29. · MT MT IL-KUMMISSJONI

26/03/2015 Paġna 29 minn 29

Din l-analiżi tikkonferma li l-punt tat-tluq għal riflessjoni dwar il-pożizzjoni tal-UE fit-

TTIP huwa l-approċċ propost fit-test ta’ referenza. Madankollu, il-konsultazzjoni turi

wkoll li hija meħtieġa aktar ħidma għat-TTIP. Dan in-negozjar jista’ jippreżenta

karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu żvilupp ulterjuri tal-pożizzjoni tal-UE. Pereżempju, ir-

relazzjoni ta’ investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti hija bil-bosta l-akbar u l-aktar

profonda fid-dinja. Dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jiġu kkunsidrati u li t-TTIP għandha

implikazzjonijiet iktar wiesgħa minn ftehimiet oħra nnegozjati mill-UE.

Fuq din il-bażi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kwistjoni oħra, hemm b’mod

partikolari erba’ oqsma fejn titjib ulterjuri għandu jiġi esplorat:

- il-protezzjoni tad-dritt għar-regolamentazzjoni;

- it-twaqqif u l-funzjonament tat-tribunali ta' arbitraġġ;

- ir-relazzjoni bejn is-sistemi ġudizzjarji domestiċi u l-ISDS;

- ir-rieżami ta’ deċiżjonijiet tal-ISDS permezz ta’ mekkaniżmu tal-appell.

Fl-ewwel kwart tal-2015, is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk għandhom l-intenzjoni

li jkomplu jikkonsultaw il-partijiet interessati tal-UE, l-Istati Membri tal-UE u l-

Parlament Ewropew dwar l-oqsma msemmija hawn fuq, bħala parti minn dibattitu usa’

dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-ISDS fit-TTIP bil-ħsieb li jippermettu li l-

Kummissjoni tiżviluppa proposti konkreti għan-negozjati tat-TTIP. Għandu jitfakkar li

bħalissa mhux qed isiru negozjati dwar din il-kwistjoni. L-iżvilupp ta’ approċċ ġdid

dwar il-protezzjoni tal-investiment u li l-ISDS ikun jissodisfa għal kollox l-interess tal-

UE kif ukoll ikun kompletament konformi mal-impenn li ttieħed quddiem il-Parlament

Ewropew huwa objettiv ewlieni tan-negozjati tat-TTIP.

***