Upload
others
View
31
Download
2
Embed Size (px)
Citation preview
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn 11
ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena għall-Iskejjel Primarji 2018
Il-Karta Alternattiva 1 IL-MALTI Il-Ħin: Siegħa u Kwart (Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba)
L-isem u l-kunjom: _____________________________ Il-klassi: ________
Il-Marki
Il-Fehim mill-Qari
Il-Kitba
_______ 20 marka
_______ 40 marka
Aqra sew dan li ġej:
Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad
erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Qis li ma tħalli xejn barra. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’
jkollok u timla li tkun ħallejt barra.
Paġna 2 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018
Intilef viċin l-Iskola Primarja ta’ Ħal Ġmiel.
Min isibu huwa mitlub iċempel lil sidu fuq 15022100.
Jingħata rigal speċjali.
IL-FEHIM MILL-QARI
A. Aqra dan l-avviż li deher fil-gazzetta:
Pakku
Pappagall
aħdar
Għandu ċurkett
tad-deheb
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 3 minn 11
Wieġeb il-mistoqsijiet fuq l-avviż li qrajt. 1. Agħmel fil-kaxxa t-tajba biex turi hux veru jew falz. (5 marki)
Veru Falz
a. Dan huwa avviż dwar pappagall mitluf.
b. Il-pappagall jismu Razzu.
ċ. Jingħaraf miċ-ċurkett tiegħu.
d. Is-sid lest li jagħti rigal lil min isiblu l-pappagall.
e. Min isibu għandu jikteb ittra lil sidu.
2. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (2 marki)
a. Kulur il-pappagall huwa
aħmar.
blu.
aħdar.
b. Intilef qrib
skola.
il-bandli.
ġnien.
3. Li kieku kont sid il-pappagall, x’kont tagħmel biex tipprova ssibu? (3 marki) _______________________________________________________________
_______________________________________________________________
_______________________________________________________________
Paġna 4 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018
B. Aqra l-istorja Nella l-Isturnella.
L-Ewwel Parti
Iss! Iss! Ċipp! Ċipp!
Mal-ewwel raġġi tax-xemx, f’Ħal Ġmiel, stajt tisma’ t-tpespis tal-għasafar. Is-smewwiet
inksew bl-isturnell jittajjar.
“X’qed nara jleqq? Dik għadira bl-ilma?” qalet Nella. (paragrafu 1)
1. Agħmel fil-kaxxa t-tajba biex turi hux veru jew falz. (3 marki) Veru Falz
a. L-istorja seħħet filgħaxija.
b. F’Ħal Ġmiel instema’ t-tisfir tal-għasafar.
ċ. L-isturnell beda jtir fis-sema.
It-Tieni Parti
Nella kienet ferħa ta’ sturnella. Lewnha kien iswed, ikanġi fil-vjola u
fl-aħdar u kienet miksija b’tikek bojod. Ladarba l-Ewropa bdiet tiksaħ, kellha
ssib post għall-kenn biex tqatta’ x-xitwa mal-familja tagħha. Nella kienet
ilha tivvjaġġa għal jiem sħaħ. (paragrafu 2)
2. Agħmel fil-kaxxa t-tajba. (3 marki)
a. Nella kienet
sewda, tagħti fil-vjola u fl-aħmar.
vjola, tagħti fl-iswed u fl-aħdar.
sewda, tagħti fil-vjola u fl-aħdar.
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 5 minn 11
b. L-isturnella kellha
ħafna tikek bojod.
ftit tikek bojod.
ħafna tikek suwed.
ċ. Nella kienet qed tpassi lejn Malta
mill-Asja.
mill-Ewropa.
mill-Afrika.
It-Tielet Parti
Nella kienet mejta bil-għatx. Għalhekk niżlet lejn l-għadira li
kien hemm fuq il-blat tax-xgħari. Nella bdiet tixrob u tixrob u
tixrob... Xħin ħarset madwarha ma lemħet lil ħadd... la
lill-ġenituri tagħha, la lil ħutha u lanqas lil sħabha. (paragrafu 3)
“X’waħda din! Kif baqgħu sejrin mingħajri? Ajjut! Tħallunix waħdi!” bdiet tgħajjat
l-isturnella... (paragrafu 4)
Wieġeb:
3. Fejn kienet tinsab l-għadira? (marka)
__________________________________________________________
4. Xi ġralha Nella sakemm kienet qed tixrob? (marka)
__________________________________________________________
5. Kif taħseb li tkompli l-istorja? (2 marki)
_______________________________________________________________
_______________________________________________________________
Paġna 6 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018
IL-KITBA
A. IL-GRAMMATIKA U L-ORTOGRAFIJA
1. Imla l-vojt bl-ittri doppji. (6 marki)
Eżempju:
2. Agħżel il-kelma t-tajba mill-ġenb. (3 marki)
Eżempju: Dan telefown.
Dan / Din / Dawn
_______ xemx.
Dan / Din / Dawn
_______ rigali.
Dan / Din / Dawn
_______ għasfur.
Dan / Din / Dawn
frott
tra__ __
si__ __u
go__ __a
qa__ __us
gara__ __
farfe__ __
b.
d. ċ.
a.
e. f.
a.
b.
ċ.
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 7 minn 11
3. Imla l-vojt bin-numri. (3 marki)
tmienja għaxra ħamsa erbgħa
4. Imla l-vojt bil-pronomi personali. (3 marki)
Hi Huma Aħna Inti
Eżempju:
Aħna nilagħbu l-futbol.
__________ tidderieġi t-traffiku.
__________ fejn toqgħod?
__________ Ġappuniżi.
Eżempju:
tmienja
a.
b.
ċ.
a.
b.
ċ.
Paġna 8 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018
5. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. (5 marki)
tilgħab isuq tisma’ taqra jiekol jaqbeż
Eżempju:
Ester taqra ktieb kuljum.
Miro ___________ il-ħabel.
Rita ___________ il-futbol.
L-ors ___________ l-għasel.
Albert ___________ ir-rota.
Antida ___________ l-mużika.
a.
b.
ċ.
d.
e.
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 9 minn 11
B. IL-KITBA TA’ KLIEM (5 marki)
Sib ħames oġġetti fl-istampa u iktibhom fil-kaxxi.
Ara l-eżempju.
bini
Paġna 10 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018
Ċ. IL-KITBA TA’ STORJA QASIRA
Agħżel WAĦDA minn dawn iż-żewġ stejjer u ikteb bejn 20 u 40 kelma dwarha.
1. Sibt mappa ta’ teżor...
Dan il-kliem jista’ jgħinek:
mappa senduq flus deheb sibt mort rajt rkibt
Il-Pjan - Wieġeb il-mistoqsijiet. (2 marki)
Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja li għażilt. (13-il marka)
Meta ġrat l-istorja?
Fejn kont meta sibt il-mappa? Waħdek kont?
Kif ħassejtek meta sibtha?
X’fih dan it-teżor?
Min se jgħinek tfittxu?
X’għandek bżonn tieħu miegħek?
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 11 minn 11
JEW 2. Ġurnata ċ-ċirklu. Dan il-kliem jista’ jgħinek:
tinda buffu praspar nies idawwar jgħolli ħwejjeġ bużullotti
Il-Pjan - Wieġeb il-mistoqsijiet. (2 marki)
Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja li għażilt. (13-il marka)
- Tmiem il-Karta -
Meta ġrat l-istorja? Fejn kien iċ-ċirklu? Ma’ min mort? Iddeskrivi x’rajt.
Kif ħassejtek?