Upload
others
View
5
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Horizon Report Europe > Edizzjoni għall-Iskejjel 2014
Johnson, L., Adams Becker, S., Estrada, V., Freeman, A., Kampylis, P., Vuorikari, R., and Punie, Y. (2014).
Horizon Report Europe: 2014 Schools Edition. Luxembourg: Publications Office of the European Union, &
Austin, Texas: The New Media Consortium. Available at https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-
scientific-and-technical-research-reports/horizon-report-europe-2014-schools-edition
Il-pubblikazzjoni Horizon
Report Europe: Edizzjoni għall-
Iskejjel 2014 teżamina x-
xejriet, l-isfidi u t-teknoloġiji
għall-impatt potenzjali
tagħhom u l-użu tagħhom fl-
istruzzjoni, fit-tagħlim u fl-
istħarriġ kreattiv.
Sommarju eżekuttiv u introduzzjoni
1
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Sommarju Eżekuttiv
hemm ippjanat fuq l-orizzont ta’ ħames snin
għall-iskejjel Ewropej? Liema xejriet u
teknoloġiji mistennija jixprunaw il-bidla fil-
qasam edukattiv? X’inhuma l-isfidi li nqisu li jistgħu
jissolvew jew diffiċli biex jingħelbu, u kif nistgħu noħolqu
strateġija għal soluzzjonijiet effettivi? Dawn il-
mistoqsijiet, u stħarriġ simili rigward l-adozzjoni tat-
teknoloġija u l-bidla fil-qasam edukattiv, iddiriġew ir-
riċerka kollaborattiva u d-diskussjonijiet ta’ korp ta’ 53
espert Ewropew, li wasslu għall-produzzjoni tal-ewwel
Horizon Report Europe: Edizzjoni għall-Iskejjel 2014,
miktub b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u minn
New Media Consortium (NMC). Is-serje ta’
pubblikazzjonijiet tal-NMC Horizon Report tidentifika u
tispjega l-orizzont ta’ ħames snin għall-impatt tat-
teknoloġiji emerġenti fil-komunitajiet skolastiċi madwar
id-dinja. B’aktar minn 12-il sena riċerka u
pubblikazzjonijiet, din tista’ titqies bħala l-aktar
esplorazzjoni li ilha għaddejja fid-dinja fir-rigward tax-
xejriet tat-teknoloġiji emerġenti u l-użu tagħhom fl-
edukazzjoni.
L-esperti qablu fuq żewġ xejriet imminenti ewlenin: ir-
rwol li qiegħed jinbidel tal-għalliema fl-iskejjel bħala
riżultat tal-influwenza tal-ICT, kif ukoll l-impatt tal-
pjattaformi tal-midja soċjali, bħal Facebook u Twitter, li
diġà bdew jintużaw fil-klassijiet tal-iskejjel. Dawn huma
biss tnejn minn fost it-18-il suġġett li huma analizzati fil-
Horizon Report Europe: Edizzjoni għall-Iskejjel 2014, li
jindika x-xejriet ewlenin, l-isfidi sinifikanti u l-iżviluppi
teknoloġiċi importanti li x’aktarx iħallu impatt fuq il-bidliet
fl-iskejjel primarji u sekondarji tat-28 Stat Membru matul
il-ħames snin li ġejjin.
Jekk inħarsu lejn il-perjodu ta’ nofs it-terminu, sa sentejn
jew tliet snin oħra, nosservaw li l-enfasi dejjem tiżdied
fuq ir-riżorsi edukattivi miftuħa (open educational
resources - OER) u fuq l-użu kemm tal-metodi tat-tagħlim
tradizzjonali kif ukoll tal-metodi tat-tagħlim virtwali
mistennija jkollhom impatt qawwi fl-Ewropa. Dawn ix-
xejriet huma identifikati wkoll fil-livell globali b'li
għandhom il-potenzjal li jistimolaw mudelli ġodda ta’
struzzjoni u tagħlim permezz tal-isfruttar tal-kontenut
vast li huwa aċċessibbli permezz tal-Internet.
Irrispettivament mill-isfidi li jeżistu fl-iskejjel Ewropej, il-
kompetenza diġitali baxxa tal-istudenti hija meqjusa
bħala waħda mill-isfidi li jistgħu jissolvew. Din l-isfida
diġà qiegħda tiġi indirizzata permezz ta’ azzjonijiet
kontinwi meħuda mill-partijiet interessati u minn dawk li
jfasslu l-politika madwar il-kontinent, kif jidher fil-qafas
tal-Kompetenza Diġitali li kien approvat riċentament mir-
rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fil-Grupp ta’
Ħidma Tematiku tal-Programm ta’ Edukazzjoni u Taħriġ
dwar l-ICT u l-Edukazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-
parteċipazzjoni attiva tal-istudenti fit-tfassil tal-attivitajiet
ta’ tagħlim hija meqjusa bħala sfida aktar diffiċli u tinħass
il-ħtieġa ta’ strateġija ċara sabiex din tissolva.
Fid-dawl tax-xejriet u l-isfidi osservati, il-bord wera wkoll
x’inhuma l-iżviluppi teknoloġiċi li jistgħu jappoġġjaw lil
dawn l-ixprunaturi tal-innovazzjoni u tal-bidla. It-
teknoloġiji hekk imsejħa ‘cloud computing’ u ‘tablet
computing’ mistennija jibdew jiġu adottati dejjem aktar
mill-iskejjel fi żmien sena jew inqas sabiex isir użu minn
servizzi bħal Google Apps għall-Edukazzjoni, Skype u
Dropbox. Iż-żmien li mistennija tieħu l-adozzjoni tal-
logħob edukattiv huwa stmat li jkun ta’ bejn sentejn u
tliet snin, filwaqt li t-tagħlim personalizzat u l-laboratorji
virtwali u remoti mistennija jiġu integrati fl-iskejjel fi
żmien erba’ sa ħames snin.
Bil-għan li jinftiehem aħjar l-impatt probabbli ta’ dawn it-
18-il suġġett fuq il-missjonijiet ewlenin tal-iskejjel
Ewropej, saret analiżi ulterjuri bl-użu ta’ qafas żviluppat
mill-JRC-IPTS għall-integrazzjoni tal-innovazzjoni għat-
tagħlim permezz tal-ICT. Dan il-qafas għen sabiex l-
analiżi tintrabat mal-mistoqsijiet essenzjali ta’ rilevanza,
politika, tmexxija u prattika li huma meħtieġa sabiex
jiżdiedu l-prattiki pedagoġiċi innovattivi fl-ambjenti ta’
tagħlim li jagħmlu użu mill-ICT (iċ-ċart fil-paġna 2).
Filwaqt li s-suġġetti kollha jistgħu jiġu deskritti bħala li
b’xi mod jew ieħor huma relatati ma’ kull wieħed mit-
tmien elementi tal-qafas, fiċ-Ċart 1 huma jiġu identifikati
u spjegati sabiex jintwera l-element li fuqu jħallu l-akbar
impatt. Il-qafas, li kien imħejji f’isem id-DĠ EAC tal-KE
bħala parti mill-proġett “Up-Scaling Creative Classrooms
in Europe” (“Iż-Żieda ta’ Klassijiet tal-Iskola Kreattivi fl-
Ewropa”) (go.nmc.org/scaleccr1), jara l-ambjenti tat-
tagħlim, irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu, bħala
“ekosistemi ħajjin” li jevolvu matul iż-żmien u jinbidlu
f’armonija mal-kuntest u l-kultura ta’ fejn jinsabu.
X'
2
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
L-Elementi tal-Qafas għal Klassijiet tal-Iskola Kreattivi
L-identifikazzjoni tas-suġġetti ta’ Horizon Report Europe għall-Qafas tas-CCR
Spjegazzjoni tar-Rabtiet mas-Suġġetti ta’ Horizon Report Europe
XEJRIET
XE1: Żieda fl-Ubikwità tal-Midja
Soċjali
XE2: Reviżjoni tal-Irwol tal-Għalliema
XE3: Żieda tal-Enfasi fuq ir-Riżorsi
Edukattivi Miftuħa
XE4: Żieda fl-Użu ta’ Disinji għat-
Tagħlim Ibridu
XE5: Evoluzzjoni tat-Tagħlim Fuq l-
Internet
XE6: Żieda tat-Tagħlim u l-
Valutazzjoni Mmexxija mid-
Dejta
SFIDI
SF1: L-Integrazzjoni tal-ICT fl-
Edukazzjoni tal-Għalliema
SF2: Il-Kompetenza Diġitali Baxxa tal-
Istudenti
SF3: It-Tagħlim Awtentiku
SF4: It-Taħlita ta’ Tagħlim Formali u
Informali
SF5: L-Għarfien u l-Komunikazzjoni
Kumplessi
SF6: L-Istudenti bħala Ko-Disinjaturi
tat-Tagħlim
TEKNOLOĠIJI
TE1: Cloud Computing
TE2: Tablet Computing
TE3: Il-Logħob u l-Użu tal-Logħob fit-
Tagħlim (“Gamification”)
TE4: It-Tagħlim Mobbli
TE5: It-Tagħlim Personalizzat
TE6: Il-Laboratorji Virtwali u Remoti
3
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Introduzzjoni
il-paġni li ġejjin sejrin jiġu eżaminati 18-il suġġett
li ntgħażlu bir-reqqa mill-Grupp ta’ Esperti ta'
Horizon Project Europe u li huma relatati mal-
applikazzjonijiet edukattivi tat-teknoloġija, ilkoll
kemm huma oqsma li x’aktarx iħallu impatt fuq l-ippjanar
u t-teħid tad-deċiżjonijiet rigward it-teknoloġija matul il-
ħames snin li ġejjin (2014-2018). Sitt xejriet ewlenin, sitt
sfidi sinjifikanti u sitt żviluppi importanti fit-teknoloġija
edukattiva jitqiegħdu direttament fil-kuntest tal-impatt
probabbli tagħhom fuq il-missjonijiet ewlenin tal-iskejjel
Ewropej u huma spjegati fid-dettall fi preżentazzjonijiet
konċiżi, mhux tekniċi u imparzjali. Kull wieħed u waħda
minnhom ġew marbuta ma’ qafas li għandu konnessjoni
ma’ mistoqsijiet essenzjali ta’ rilevanza, politika, tmexxija
u prattika.
Il-pubblikazzjoni Horizon Report Europe: Edizzjoni għall-
Iskejjel 2014 tħejjiet minn New Media Consortium (NMC)
b’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-
Edukazzjoni u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea (EC DG
EAC), mal-Istitut għall-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi taċ-
Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC-IPTS), mal-Università ta’
Inholland, ma’ QIN AS u ma’ CellCove Ltd. Is-serje
rikonoxxuta fuq livell internazzjonali ta’ NMC Horizon
Report u dik rikonoxxuta fuq livell reġjonali ta’ NMC
Technology Outlooks huma parti mill-Proġett Horizon tal-
NMC, sforz komprensiv li ġie stabbilit fl-2002 mill-NMC u li
jidentifika u jiddeskrivi t-teknoloġiji emerġenti li x’aktarx
ikollhom impatt kbir fuq l-edukazzjoni madwar id-dinja
matul il-ħames snin li ġejjin.
L-għan tas-sħubija għal din il-kollaborazzjoni kbira bejn
diversi organizzazzjonijiet huwa li x-xejriet, l-isfidi u l-
iżviluppi teknoloġiċi ewlenin li huma spjegati fid-dettall
hawnhekk iservu bħala għarfien dirett għall-politika,
għat-tmexxija u għall-prattika fil-livelli kollha li jħallu
impatt fuq l-iskejjel Ewropej. Dan ir-rapport għandu l-
għan li jgħin lill-ministri, lill-bordijiet governattivi u lill-
mexxejja tal-iskejjel sabiex iħaddnu approċċ strateġiku
għall-evoluzzjoni ulterjuri tal-istruzzjoni, tat-tagħlim u tal-
istħarriġ kreattiv. Kull suġġett ġie rriċerkat bir-reqqa u
inkwadrat fil-kuntest tal-impatt potenzjali tiegħu fuq l-
iskejjel primarji u sekondarji tat-28 Stat Membru tal-
Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, matul ir-rapport, isiru
referenzi u links għal aktar minn 150 pubblikazzjoni
Ewropea (rapporti, artikli, dokumenti ta’ politika, blog
posts eċċ.), proġetti (kemm inizjattivi nazzjonali kif ukoll
dawk iffinanzjati mill-UE) u diversi inizjattivi ta’ politika
minn madwar l-Ewropa kollha.
L-ewwel żewġ taqsimiet tar-rapport jiffokaw fuq analiżi
tax-xejriet li jixprunaw l-ippjanar u t-teħid tad-
deċiżjonijiet fil-qasam tat-teknoloġija, kif ukoll fuq l-isfidi
li x’aktarx jimpedixxu l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda,
rispettivament. Kull waħda minn dawn it-taqsimiet
tinkludi diskussjoni espliċita tal-implikazzjonijiet tax-xejra
jew tal-isfida għall-politika, għat-tmexxija u għall-prattika
fl-iskejjel Ewropej, flimkien ma’ eżempji u artikli rilevanti.
It-tielet taqsima, li fiha huma deskritti sitt żviluppi
importanti fit-teknoloġija edukattiva, hija fl-aħħar mill-
aħħar inkwadrata minn dawn ix-xejriet u l-isfidi. Il-
kwistjoni li tikkonċerna l-adozzjoni jew l-abbandun ta’
dawn it-teknoloġiji mill-iskejjel Ewropej tiġi ddeterminata
sewwasew mir-reazzjonijiet meħuda minn madwar il-
kontinent għal dawn l-ixprunaturi tal-innovazzjoni u tal-
bidla u l-ostakoli għalihom.
Dan ir-rapport għandu l-għan li jgħin lill-ministri, lill-bordijiet
governattivi u lill-mexxejja tal-iskejjel sabiex iħaddnu approċċ
strateġiku għall-evoluzzjoni ulterjuri tal-istruzzjoni, tat-tagħlim u tal-
istħarriġ kreattiv.
Is-Sejbiet fil-Kuntest Globali
L-għażliet tal-esperti Ewropej jikkoinċidu b’modi
interessanti ma’ dawk li kkontribwixxew għall-
pubblikazzjoni b’enfasi globali tal-NMC Horizon Report:
Edizzjoni K-12 2014, analiżi tas-settur li tesplora l-
adozzjoni tat-teknoloġija fl-edukazzjoni primarja u
sekondarja madwar id-dinja (it-Tabella 1). L-għażliet
għandhom ukoll similaritajiet mal-NMC Horizon Report:
Edizzjoni għall-Edukazzjoni Ogħla 2014, li eżamina l-użu
tat-teknoloġija fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla,
saħansitra minn perspettiva internazzjonali. Dawn il-
paraguni jixħtu dawl fuq it-temi ewlenin mhux biss fl-
iskejjel Ewropej, iżda wkoll dawk li l-impatt tagħhom
qiegħed jinħass fuq livell globali.
L-esperti tal-Proġett K-12 globali ta’ Horizon u ta' Horizon
Project Europe għandhom viżjoni komuni li l-irwol tal-
għalliema sejjer jevolvi b’mod sinjifikanti matul il-ftit snin
li ġejjin, l-aktar minħabba l-iżviluppi ġodda fl-ICT u l-
effett tagħhom fuq il-pedagoġiji li jinbidlu. Ħafna skejjel
fl-Ewropa diġà qegħdin jaħdmu fuq it-tfassil mill-ġdid ta’
F
4
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
approċċi ta’ tagħlim maħsuba biex jappoġġjaw l-
integrazzjoni ta’ teknoloġija aktar kreattiva, kif ukoll aktar
kollaborazzjoni u tagħlim dirett fost l-istudenti. Iż-żewġ
gruppi jirrikonoxxu wkoll l-influwenza potenzjali tar-riżorsi
edukattivi miftuħa (OER) u tad-disinji għat-tagħlim ibridu
sabiex jistimolaw mudelli ġodda ta’ tagħlim li jibbenifikaw
mix-xenarju għani ta’ kontenut aċċessibbli permezz tal-
Internet.
Hemm ukoll koinċidenzi fl-opinjonijiet tal-esperti ta'
Horizon Project Europe, li jiffokaw l-aktar fuq l-iskejjel u l-
kwistjonijiet relatati mal-iskejjel, kif ukoll tal-bord tal-
Proġett Horizon għall-Edukazzjoni Ogħla Globali, li kif
jissuġġerixxi l-isem, iffoka fuq l-universitajiet u
istituzzjonijiet terzjarji oħrajn. Iż-żewġ gruppi qegħdin
jaraw il-proliferazzjoni tal-midja soċjali u l-impatt tagħha
fuq l-istruzzjoni u t-tagħlim. Il-pjattaformi tal-midja
soċjali, bħal Facebook u Twitter, qegħdin isibu posthom
fil-klassijiet tal-iskejjel f’kull livell tal-edukazzjoni.
Tabella 1: L-Ogħla Xejriet Ikklassifikati Tul it-Tliet Proġetti ta’ Riċerka ta’ NMC Horizon
NMC Horizon Report –Edizzjoni K-12 Globali 2014
Horizon Report Europe – Edizzjoni għall-Iskejjel 2014
NMC Horizon Report – Edizzjoni għall-Edukazzjoni Ogħla Globali
2014
Xejriet Immedjati
Reviżjoni tal-Irwol tal-Għalliema Żieda fl-Ubikwità tal-Midja Soċjali Żieda fl-Ubikwità tal-Midja Soċjali Bidla lejn Tagħlim Aktar fil-Fond Reviżjoni tal-Irwol tal-Għalliema Integrazzjoni tat-Tagħlim Ibridu
Xejriet fuq Medda Medja
Żieda tal-Enfasi fuq l-OER Żieda tal-Enfasi fuq l-OER Żieda tat-Tagħlim Immexxi mid-Dejta Integrazzjoni tat-Tagħlim Ibridu Integrazzjoni tat-Tagħlim Ibridu Bidla lejn il-Kunċett ta’ Studenti li
Joħolqu
Xejriet fuq Medda Twila
Aċċellerazzjoni tat-Teknoloġija Intuwittiva
Evoluzzjoni tat-Tagħlim fuq l-Internet Approċċi Rapidi għall-Bidla
Reviżjoni ta’ Kif Jaħdmu l-Iskejjel Żieda tat-Tagħlim Immexxi mid-Dejta Evoluzzjoni tat-Tagħlim fuq l-Internet
Hekk kif it-tagħlim fuq l-internet qiegħed ikompli jintlaħaq
minn aktar nies u jitjieb fil-kwalità tiegħu, kemm l-iskejjel
kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla qegħdin
ifittxu jżidu elementi ibridi u elementi oħrajn ibbażati fuq
l-internet mal-korsijiet tagħhom. Dawn il-gruppi qegħdin
josservaw ukoll xi limitazzjonijiet u, filwaqt li l-isfidi huma
distinti fiż-żewġ setturi, iż-żewġ Bordijiet ta’ Esperti
jirrikonoxxu li jeħtieġ li l-politika u l-prattika jiġu
aġġornati sabiex tiġi mmassimizzata l-effettività tat-
tagħlim fuq l-internet. Barra minn hekk, il-bord tal-
Proġett Horizon globali għall-Edukazzjoni Ogħla u l-bord
tal-Iskejjel Ewropej jaqblu li t-tagħlim u l-valutazzjoni
mmexxija mid-dejta qegħdin jiżdiedu, b’oqsma emerġenti
bħalma huma l-analitiċi tat-tagħlim u t-tagħlim adattiv
jesponu l-potenzjal tar-rintraċċar tal-imġiba tal-istudenti
bil-għan li l-mogħdijiet edukattivi tagħhom jiġu adattati
aħjar għall-ħtiġijiet tagħhom.
Tabella 2: L-Ogħla Sfidi Kklassifikati Tul it-Tliet Proġetti ta’ Riċerka ta’ NMC Horizon
NMC Horizon Report –Edizzjoni K-12 Globali 2014
Horizon Report Europe – Edizzjoni għall-Iskejjel 2014
NMC Horizon Report – Edizzjoni għall-Edukazzjoni Ogħla Globali
2014
Sfidi li Jistgħu Jissolvew
Tagħlim Awtentiku Integrazzjoni tal-ICT fl-Edukazzjoni tal-Għalliema
Nuqqas ta’ Benefiċċji għat-Tagħlim
Personalizzazzjoni tat-Tagħlim Kompetenza Diġitali Baxxa tal-Istudenti
Elokwenza Diġitali Baxxa tal-Fakultà
Sfidi Diffiċli
Għarfien u Komunikazzjoni Kumplessi
Tagħlim Awtentiku Kompetizzjoni minn Mudelli Ġodda
Tħassib Akbar dwar il-Privatezza Taħlita ta’ Tagħlim Formali u Informali Żieda tal-Innovazzjonijiet fit-Tagħlim
Sfidi Diffiċli Ħafna
Kompetizzjoni minn Mudelli Ġodda Għarfien u Komunikazzjoni Kumplessi Espansjoni tal-Aċċess għall-Edukazzjoni
Żamma tar-Rilevanza tal-Edukazzjoni
L-Istudenti bħala Ko-Disinjaturi tat-Tagħlim
Żamma tar-Rilevanza tal-Edukazzjoni
5
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Bosta mill-ogħla sfidi kklassifikati li ġew identifikati mill-
Grupp ta’ Esperti ta' Horizon Project Europe kienu uniċi
għall-Ewropa u kompletament ibbażati f’realtajiet lokali
(it-Tabella 2). It-tħassib dwar il-kompetenza tal-istudenti
fl-arena diġitali tela’ fil-wiċċ bħala sfida li tista’ tissolva fl-
Ewropa, l-aktar minħabba l-azzjonijiet kontinwi tal-
partijiet interessati u ta’ dawk li jfasslu l-politika madwar
il-kontinent. Il-qafas tal-Kompetenza Diġitali huwa
eżempju tajjeb. Dan ġie żviluppat mill-JRC-IPTS f’isem id-
DĠ EAC tal-KE u riċentement ġie approvat mir-
rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fil-Grupp ta’
Ħidma Tematiku dwar l-ICT u l-Edukazzjoni għall-
Programm tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (tal-ET 2020). Bosta
Stati Membri diġà qegħdin jittestjaw il-qafas bħala
approċċ komprensiv sabiex jidentifikaw, jiddeskrivu u
jivvalutaw il-kompetenza diġitali. Ir-rapport DIGCOMP2
jixħet dawl fuq il-kwistjonijiet u jidentifika soluzzjonijiet
potenzjali — li wħud minnhom diġà ġew attwati. Sfida
distintivament Ewropea oħra hija t-taħlita ta’ tagħlim
formali u informali, li ġġib il-kunsens mill-Grupp ta’
Esperti li t-tipi ta’ tagħlim li jsiru fid-dar u fi bnadi oħrajn
għandhom jiġu integrati aħjar fil-klassijiet tal-iskejjel.
Barra minn hekk, il-Grupp ta’ Esperti ta' Horizon Project
Europe ħass li t-tagħlim awtentiku u l-għarfien u l-
komunikazzjoni kumplessi jeħtieġu aktar żmien u sforzi
konġunti sabiex jiffjorixxu minn kif indikat mill-grupp ta’
esperti tal-Proġett K-12 globali ta’ Horizon. Dawn iż-żewġ
suġġetti għandhom definizzjonijiet u kuntesti uniċi fl-
Ewropa meta mqabbla ma’ partijiet oħrajn tad-dinja, fatt
li jiġġustifika l-analiżijiet distintivi u t-tipi differenti ta’
eżempji ta’ proġetti. Fl-Istati Uniti, pereżempju, xi membri
tal-bord tal-Proġett Horizon għall-Edukazzjoni Ogħla jqisu
l-hekk imsejħa ‘makerspaces’ bħala inkarnazzjoni
fundamentali tat-tagħlim awtentiku; filwaqt li jeżistu
makerspaces fl-Ewropa, attivitajiet oħrajn, fosthom il-
programmi tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali u l-
inizjattivi tax-xjenza għaċ-ċittadini, jinsabu fuq quddiem
nett tad-diskussjonijiet tal-bord Ewropew.
Il-tliet bordijiet kollha ta’ dawn il-proġetti jħaddnu ċerti
viżjonijiet komuni għall-użu tat-teknoloġija edukattiva fl-
iskejjel, kif muri minn diversi suġġetti li jidħlu f’xulxin (it-
Tabella 3). Il-logħob u l-użu tal-logħob fit-tagħlim
(“gamification”), pereżempju, huma meqjusa bħala
żviluppi importanti li jinsabu minn sentejn sa tliet snin
bogħod mill-użu mifrux tagħhom. It-tliet bordijiet
jirrikonoxxu wkoll l-impatt potenzjali tal-analitiċi tat-
tagħlim u tat-tagħlim personalizzat, għalkemm il-grupp
tal-Proġett globali ta’ Horizon għall-Edukazzjoni Ogħla
jara din il-ġabra ta’ teknoloġiji bħala waħda aktar għaż-
żmien qarib milli jarawha l-iskejjel b’mod ġenerali.
Kemm il-grupp ta' Horizon Project Europe kif ukoll il-
grupp tal-Proġett K-12 globali ta’ Horizon jemmnu li t-
teknoloġija tal-cloud computing tinsab diġà fl-aġenda tal-
iskejjel u mistennija tkun saħansitra aktar minn hekk
matul is-sena li ġejja. Il-ħafna eżempji ta’ proġetti
konkreti ta’ skejjel li jużaw servizzi bbażati fuq cloud
computing, bħalma huma l-Applikazzjonijiet tal-Google
għall-Edukazzjoni, Skype, Dropbox u oħrajn, juru
moviment lejn l-ingranaġġ ta’ din it-teknoloġija sabiex
jissaħħu l-kollaborazzjoni, il-kompetenza diġitali u l-
produttività.
Tabella 3: Tqabbil tat-Teknoloġiji Tul it-Tliet Proġetti ta’ Riċerka ta’ NMC Horizon
NMC Horizon Report –Edizzjoni K-12 Globali 2014
Horizon Report Europe – Edizzjoni għall-Iskejjel 2014
NMC Horizon Report – Edizzjoni għall-Edukazzjoni Ogħla Globali
2014
Orizzont taż-Żmien għall-Adozzjoni: Sena jew Inqas
Bring Your Own Device (BYOD) Cloud Computing ‘Flipped Classroom’ (metodu ta’ tagħlim fejn l-istudenti jbiddlu r-rwol
tagħhom ma’ dak tal-għalliema) Cloud Computing Tablet Computing Analitiċi tat-Tagħlim
Orizzont taż-Żmien għall-Adozzjoni: Minn Sentejn sa Tliet Snin
Il-Logħob u l-Użu tal-Logħob fit-Tagħlim (“Gamification”)
Il-Logħob u l-Użu tal-Logħob fit-Tagħlim (“Gamification”)
Stampar tridimensjonali (3D)
Analitiċi tat-Tagħlim Tagħlim Mobbli Il-Logħob u l-Użu tal-Logħob fit-Tagħlim (“Gamification”)
Orizzont taż-Żmien għall-Adozzjoni: Minn Erba’ sa Ħames Snin
‘The Internet of Things’ (IoT) Tagħlim Personalizzat ‘Quantified Self’ (moviment li jinkorpora t-teknoloġija fl-akkwist tad-dejta dwar aspetti tal-ħajja ta’ kuljum
ta’ persuna) Ilbies u Aċċessorji Teknoloġiċi li
Jintlibsu Laboratorji Virtwali u Remoti Assistenti Virtwali
6
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Il-bord ta' Horizon Project Europe ħass il-ħtieġa rikorrenti
li jżid l-aċċess tal-istudenti għal apparat tal-laboratorju ta’
kalibru għoli, li jippermetti lill-istudenti jwettqu
esperimenti, ikunu fejn ikunu, u li jesponihom għal dejta
reali li tintuża minn organizzazzjonijiet ewlenin fir-riċerka
u x-xjenza. Din l-għażla tenfasizza l-enfasi tal-mexxejja
tal-iskejjel Ewropej fuq it-tfassil ta’ aktar opportunitajiet
ta’ tagħlim awtentiċi u frekwenti għall-istudenti.
Dawn il-punti u l-paraguni jipprovdu kuntest importanti
għat-test prinċipali tar-rapport li sejjer jiġi ppubblikat
wara dan is-sommarju. Kull waħda mit-tliet taqsimiet
ewlenin tiegħu tenfasizza sitt suġġetti relatati mat-
teknoloġija rikka u tipprovdi eżempji magħżula bir-reqqa
u artikli addizzjonali.
Metodoloġija
Bil-għan li tinħoloq il-pubblikazzjoni Horizon Report
Europe: Edizzjoni għall-Iskejjel 2014, tlaqqa’ korp ta’ 53
espert fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-teknoloġija u oqsma
oħrajn Ewropej sabiex flimkien jieħdu d-deċiżjonijiet
diffiċli dwar liema minn dawk is-suġġetti kienu
jimmeritaw li jiġu inklużi fir-rapport tal-2014, kif ukoll
sabiex jiddeterminaw jekk tħallewx barra xi oqsma
ewlenin.
Il-Grupp ta’ Esperti tal-Proġett Horizon 2014 fl-Ewropa
rrappreżenta 22 pajjiż Ewropew, kif ukoll diversi
organizzazzjonijiet internazzjonali notevoli, fosthom il-
Kummissjoni Ewropea, l-OECD u l-UNESCO, flimkien ma’
netwerks Ewropej bħall-European Schoolnet.3 L-ismijiet u
l-affiljazzjonijiet tal-membri huma elenkati fl-aħħar ta’
dan ir-rapport. Minkejja d-diversità tal-isfondi u tal-
esperjenza tagħhom, il-grupp qabel li kull waħda mix-
xejriet ewlenin spjegati fil-qosor hawnhekk mistennija
tħalli impatt fuq l-ippjanar strateġiku tat-teknoloġija
għall-iskejjel fl-Ewropa; li kull waħda mill-isfidi sinjifikanti
qegħdin jimpedixxu l-adozzjoni tat-teknoloġija fl-iskejjel
Ewropej; u li kull waħda mis-sitt teknoloġiji spjegati fil-
qosor sejra tinfluwenza l-prattika tal-edukazzjoni primarja
u sekondarja fl-Ewropa matul il-ħames snin li ġejjin.
Matul il-kors ta’ diversi xhur lejn l-aħħar tal-2013 u l-bidu
tal-2014, il-Grupp ta’ Esperti Ewropej iddiskuta u naqqas
is-suġġetti li sejrin jidhru fil-pubblikazzjoni Horizon Report
Europe: Edizzjoni għall-Iskejjel 2014. L-eżempji u l-artikli
pprovduti taħt kull suġġett huma maħsuba biex jipprovdu
mudelli prattiċi, kif ukoll aċċess għal informazzjoni aktar
iddettaljata.
Il-proċess użat għar-riċerka u l-ħolqien ta’ Horizon Report
Europe: Edizzjoni għall-Iskejjel 2014 huwa msejjes fil-
metodi użati matul l-investigazzjonijiet kollha mwettqa
taħt l-awspiċji tal-NMC Horizon Project. Bħalissa qegħdin
jiġu eżaminati għexieren ta’ xejriet sinjifikanti, sfidi kritiċi
u teknoloġiji emerġenti għall-inklużjoni possibbli tagħhom
fir-rapport għal kull edizzjoni qabel ma l-lista titnaqqas
għas-suġġetti ppreżentati fir-rapport aħħari.
Sabiex ikunu jistgħu jsiru dawk l-għażliet, kull rapport
jibbaża fuq il-kompetenza konsiderevoli ta’ bord, li l-
ewwel jikkunsidra sett wiesa’ ta’ xejriet, sfidi u teknoloġiji
emerġenti importanti, iżid dawk li jħoss li huma neqsin u
mbagħad jeżamina kull waħda minnhom b’mod
progressiv f’aktar dettall, sabiex b’hekk ikun jista’ jnaqqas
is-sett sakemm tintgħażel il-lista finali ta’ xejriet, sfidi u
teknoloġiji. Dan il-proċess iseħħ online, fejn jinqabad fil-
wiki tal-NMC Horizon Project. Il-wiki huwa intiż biex iservi
bħala tieqa kompletament trasparenti fil-ħidma tal-
proġett, waħda li mhux biss tipprovdi ħarsa f’ħin reali lejn
il-ħidma waqt li tkun qiegħda sseħħ, iżda tinkludi wkoll ir-
rekord sħiħ tar-riċerka li ssir għal kull waħda mid-diversi
edizzjonijiet li ilhom jiġu ppubblikati mill-2006. Il-wiki użat
għall-pubblikazzjoni Horizon Report Europe: Edizzjoni
għall-Iskejjel 2014 jista’ jinstab fuq europe.wiki.nmc.org.
Il-proċedura għall-għażla tas-suġġetti fir-rapport hija
bbażata fuq proċess immodifikat ta’ Delphi raffinat fuq il-
firxa ta’ 12-il sena tal-produzzjoni tas-serje tal-NMC
Horizon Report. Fl-aħħar tal-2013, Horizon Project Europe
beda bit-tlaqqigħ ta’ grupp ta’ esperti distinti, bħal f’kull
ċiklu tal-Proġett Horizon. Il-Grupp ta’ Esperti ta' Horizon
Project Europe tal-2014 kien jirrappreżenta firxa wiesgħa
ta’ sfondi, dixxiplini u interessi u, kif ġie rrimarkat qabel,
22 pajjiż Ewropew.
Il-ħidma tal-bord bdiet b’reviżjoni sistematika tal-
letteratura attwali - press clippings, rapporti, essejs u
materjal ieħor mill-aħħar sena, jew l-aktar, sentejn — li
kienu jappartjenu għal firxa varjata ta’ aspetti tat-
teknoloġija emerġenti. Mal-bidu tal-proġett, il-membri tal-
bord ġew ipprovduti b’sett estensiv ta’ materjal magħżul
bir-reqqa sabiex b’hekk setgħu jiżguraw li kull wieħed
minnhom ikollu bażi komuni ta’ għarfien dwar l-iżviluppi
importanti fit-teknoloġija matul l-aħħar sentejn. Il-
membri tal-bord imbagħad ikkummentaw dwar ir-riċerka
f’waqtha, identifikaw l-għażliet li dehru li huma
partikolarment rilevanti u żiduhom mas-sett. Bl-użu tal-
qafas tal-Proġett Horizon, kwalunkwe suġġetti b’rilevanza
potenzjali għall-istruzzjoni, għat-tagħlim u għall-istħarriġ
kreattiv fl-iskejjel Ewropej kienu miftuħa għad-
diskussjoni. Sett ta’ RSS feeds magħżula bir-reqqa minn
7
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
mijiet ta’ pubblikazzjonijiet rilevanti għenu sabiex
jiżguraw li l-librerija tar-riżorsi fl-isfond tibqa’ attwali
matul il-ħidma tagħhom.
Wara dan il-pass fil-fond qalb l-aktar riżorsi aġġornati li
huma disponibbli, il-grupp ta’ esperti daru għall-
mistoqsijiet li jinsabu fil-qalba ta’ kull studju dwar l-NMC
Horizon Project. Dawn il-mistoqsijiet kienu maħsuba biex
iqanqlu djalogu komprensiv dwar xejriet interessanti, sfidi
sinjifikanti u teknoloġiji emerġenti mill-bord:
Liema xejriet qed tistenna li jkollhom
impatt sinjifikanti fuq il-modi li bihom l-
iskejjel Ewropej jittrattaw il-missjonijiet
ewlenin tal-istruzzjoni, tat-tagħlim jew tal-
istħarriġ kreattiv u x’impatt mistennija jħallu
fuq il-politika, it-tmexxija u l-prattika?
X’taħseb li huma l-isfidi ewlenin relatati
mal-istruzzjoni, mat-tagħlim jew mal-
istħarriġ kreattiv li sejrin jiffaċċjaw l-iskejjel
Ewropej matul il-ħames snin li ġejjin u
x’impatt mistennija jħallu fuq il-politika, it-
tmexxija u l-prattika?
Liema teknoloġiji sejrin ikunu l-aktar
importanti għall-istruzzjoni, għat-tagħlim
jew għall-istħarriġ kreattiv fl-iskejjel
Ewropej matul il-ħames snin li ġejjin?
Liema teknoloġiji jista’ jkun li għandna
neqsin? Ikkunsidra dawn il-mistoqsijiet
relatati:
> X’issemmi minn fost it-teknoloġiji
stabbiliti li qegħdin jintużaw illum minn xi
skejjel Ewropej u li, diskutibbilment, l-
iskejjel Ewropej kollha għandhom ikunu
qegħdin jużaw b’mod wiesa’ sabiex
jappoġġjaw jew itejbu l-istruzzjoni, it-
tagħlim jew l-istħarriġ kreattiv?
> Liema teknoloġiji li għandhom bażi
soda ta’ utenti fl-industriji tal-
konsumaturi, tad-divertiment jew
f’industriji oħrajn għandhom jiġu
applikati b’mod attiv mill-iskejjel
Ewropej?
> Liema teknoloġiji oħrajn, minn
kwalunkwe settur ekonomiku, tara li
jistgħu jiżviluppaw sal-punt li l-iskejjel
Ewropej għandhom jibdew jieħdu nota
tagħhom matul il-perjodu ta’ bejn erba’
sa ħames snin li ġejjin?
Wara bejn wieħed u ieħor ġimgħatejn ta’ diskussjonijiet
online, ir-reazzjonijiet għal dawn il-mistoqsijiet tpoġġew
f’għodda ta’ votazzjoni speċjali fejn ġew ikklassifikati
b’mod sistematiku u tqiegħdu f’orizzonti ta’ żmien għall-
adozzjoni minn kull membru tal-grupp ta’ esperti bl-użu
ta’ sistema ta’ multi-votazzjoni li ppermettiet lill-membri
jiżnu l-għażliet tagħhom. Kull membru ntalab iqiegħed l-
għażla tiegħu f’waħda minn tliet kategoriji abbażi tal-
veloċità tax-xejra, fil-każ tax-xejriet, id-diffikultà relattiva
tagħhom, fir-rigward tal-isfidi u meta x’aktarx li jidħlu fl-
użu mainstream,4 fir-rigward tat-teknoloġiji. Fil-bidu tal-
proċess tressqu madwar 90 suġġett relatati mat-
teknoloġiji potenzjali, kull wieħed akkumpanjat minn
ġabra ta’ artikli, aħbarijiet, riċerka u rapporti relatati.
Mil-lista komprensiva ta’ xejriet, sfidi u teknoloġiji
oriġinarjament ikkunsidrati, is-36 li sabu posthom fil-
quċċata tal-proċess ta’ klassifikazzjoni inizjali – erbgħa
għal kull subkategorija – komplew jiġu rriċerkati u estiżi
aktar. Bir-riżultati interim li ġew identifikati, il-bord
esplora għadd ta’ implikazzjonijiet. Għax-xejriet u l-isfidi,
il-lenti kienet fuq il-politika, it-tmexxija u l-prattika. Għat-
teknoloġiji, il-kriterju kien l-orizzont ta’ żmien għall-
adozzjoni. Ġie ddedikat ammont ta’ żmien sinjifikanti
għall-formalizzazzjoni ta’ dawn l-implikazzjonijiet fil-
format tar-Rapport ta’ Horizon tal-NMC. B’dik il-ħidma li
tinforma l-votazzjoni finali, ir-riżultati interim imbagħad
reġgħu ġew ikklassifikati mill-ġdid. Is-suġġetti fil-quċċata
ta’ dik il-klassifikazzjoni (sitta f’kull waħda mit-tliet
partijiet tar-rapport) huma dawk li ġew spjegati fid-dettall
hawnhekk fil-pubblikazzjoni Horizon Report Europe:
Edizzjoni għall-Iskejjel 2014.
1
2
3
4
8
______________________________________________________________________________
______________________________________________________________________________
Read the full report here
Interested in these topics? Learn more about
them and other Horizon Project insights by
“liking” the NMC on Facebook at
facebook.com/newmediaconsortium and on
Twitter at twitter.com/nmcorg.
Reach the European Commission on Facebook at
facebook.com/EuropeanCommission and on
Twitter at twitter.com/EU_Commission.
Discover Joint Research Centre's Science Hub at
https://ec.europa.eu/jrc and follow it on twitter
@EU_ScienceHub
1 http://is.jrc.ec.europa.eu/pages/EAP/SCALECCR.html 2 http://ftp.jrc.es/EURdoc/JRC83167.pdf (PDF) 3 http://www.eun.org 4 It-terminu ‘użu mainstream’ huwa definit għall-finijiet tal-proġett bħala meta 20% tal-istituzzjonijiet jadottaw it-
teknoloġija matul il-perjodu diskuss. Din il-figura, li hija bbażata fuq ir-riċerka ta’ Geoffrey A. Moore, tirreferi għall-massa kritika ta’ adozzjonijiet meħtieġa għal teknoloġija sabiex din ikollha ċans li tibda tintuża b’mod wiesa’.