24

Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57
Page 2: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Messa©© mill-Bord Editorjali

L-Istilla Karmelitana...Erbatax-il SenaGħaddew erbatax-il sena minn meta l-membri, il-partitarji u ż-Żrieraq kollha,

sabu fi djarhom l-ewwel pubblikazzjoni tal-Istilla Karmelitana… pubblikazzjoni li bdiet tagħti informazzjoni dwar l-istorja tas-Soċjeta u l-Banda flimkien ma’ tagħrif dwar l-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu organizzati mid-diversi fergħat fi ħdan din l-Għaqda.

Illum, erbatax-il sena wara, mhux talli żammejna l-appuntament ta’ kull tliet xhur, iżda tajna diversi dehriet lil din il-pubblikazzjoni, b’kontenut u bi preżentazzjoni mill-aqwa; dehriet li ntlaqgħu tajjeb ħafna minnkom. Xhieda ta’ dan hija l-istennija sabiex tkunu tafu dwar dak kollu li jkun qiegħed iseħħ fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u l-preparazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Ma nistgħux ma nirringrazzjawx lil dawk l-individwi u d-ditti li rreklamaw f’kull pubblikazzjoni matul dawn is-snin.

Minn din il-pubblikazzjoni nwiegħdu li nkomplu nibnu fuq dak li twieled erbatax-il sena ilu, b’pubblikazzjonijiet aktar attraenti, artikli dwar diversi personaġġi u informazzjoni mifruxa dwar din l-akbar Għaqda fiż-Żurrieq.

Minn Qalb iΩ-Ûrieraq... Le˙en il-Karmelitani 101.4 FM

Proprju bħal-lum għaxar snin ilu, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ħasset li għandha tkun ta’ għajnuna lejn dawk il-persuni fil-bżonn. Iva, għaddew għaxar snin minn meta lkoll qbilna li l-għajnuna tagħna lejn dawk inqas ixxurtjati minna għandha tingħata lil ħutna ż-Żrieraq stess permezz tal-Kampanja Ġbir ta’ Fondi Minn Qalb iż-Żrieraq b’risq is-Sorijiet t’Ulied il-Qalb ta’ Ġesu li jmexxu l-Istitut ta’ Santa Tereża fin-Nigret. Kienu għaxar snin ta’ sodisfazzjon… sodisfazzjon li l-frott tiegħu huwa l-enerġija u d-determinazzjoni li jirrenjaw fil-ftit jiem ta’ din il-kampanja.

Bla dubju, avveniment li issa daħal fil-kalendarju ta’ kull Żurrieqi. Ma jonqosx li din is-sena ser nerġgħu nkunu minn ta’ quddiem, proprju bejn l-20 u t-22 ta’ Diċembru 2013, sabiex b’kollaborazzjoni ma’ Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM, minn taħt it-tinda f’Misraħ ir-Repubblika, nilqgħu d-donazzjonijiet tagħkom mill-qalb, filwaqt li tkunu tistgħu tgawdu diversi spettakli u logħob fost oħrajn. Grazzi bil-quddiem.

L-IstILLa Karmelitana2

Page 3: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Bord Editorjali:Joseph Micallef (Editur),

Dr Katia Cachia LL.D. (Assistenta Editriçi) u Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliçi

Qari tal-Provi: Kristen Mifsud B.A.(Hons)Malti (Melit.)

Ritratti: Angelo Caruana, Robert Inguanez

Qoxra: Grafika tal-faċċata minn Angelo Caruana.Stampat: Best Print Ltd, Qrendi

Laqg˙a Ìenerali Annwali – Kumitat 2013/2014Bejn nhar is-Sibt, 2 ta’ Novembru 2013 u l-Ħadd, 3 ta’ Novembru 2013 saret

il-Laqgħa Ġenerali Annwali li permezz tagħha nħatar kumitat ġdid għas-snin 2013/2014; appuntament annwali u importanti mal-membri fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria. Ma jonqosx li din is-sena kienet ikkaratterizzata mill-fatt li s-Sur Emanuel Camilleri temm il-ħidma għaqlija tiegħu fi ħdan din l-Għaqda. Ħidma li tmur lura proprju erbgħa u ħamsin sena ilu, minn meta ġie maħtur l-ewwel darba bħala Segretarju tas-Soċjeta. Bla dubju, il-ħidma tiegħu ġiet rikonoxxuta mill-membri kollha fi ħdan din l-Għaqda, għaliex proprju fl-istess Seduta Ġenerali Annwali, l-istess membri għoġobhom jaħtru lis-Sur Emanuel Camilleri b’vot unanimu bħala President Onorarju tas-Soċjeta. Il-Bord Editorjali jieħu din l-okkażjoni sabiex jifraħ lis-Sur Emanuel Camilleri għal din il-ħatra ġdida tiegħu filwaqt li jirringrazzjah tas-snin li offra b’risq din is-Soċjeta u tal-eżempji tajba li ħalla warajh.

MenswalitaNappellaw lill-membri sabiex iġeddu s-sħubija tagħhom għas-sena 2014 filwaqt

li jħeġġu aktar partitarji jkunu parti minn din l-akbar Familja fiż-Żurrieq.

Awguri u Xewqat Sbie˙Il-Bord Editorjali, f’isem il-Kumitat Ċentrali, Sezzjonijiet u Kummissjonijiet

fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, jawgura l-isbaħ xewqat lill-membri, partitarji, benefatturi u liż-Żrieraq kollha ta’ rieda tajba fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena.

Nota Editorjali Errata Corrige

Bi żvista fil-Ħarġa Numru 56 tal-Istilla Karmelitana, is-Sur Kevin Sammut tħalla barra mill-ġbir b’risq il-banda.

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 3

Page 4: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

do not waste your timegoing around stop at

where you will find everything under one roof

More brands available...

Qrendi Road, Ûurrieq (Ódejn l-Armerija) ZRQ 04. Tel / Fax: 21 642465

Creativity Design Printing

Ûurrieq road, Qrendi QrD 1814t: 2168 0789 | 21649012 ~ M: 9949 9084 | 9925 9084email: [email protected]

sharp eye for detail

BEST

Page 5: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

MARLENEFARRUGIA

[email protected]: 99432407

Tal-Bliqqtawgura l-Milied u s-Sena t-Tajba

lil kul˙add

Page 6: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)11.05 Wara l-Istandart Timxi l-Banda12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Wara l-Istandart Timxi l-Banda

(ikompli)13.00 Novelli13.35 Il-Milied mal-Wee Blues14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Mużika u Sports17.00 Maltin Biss19.00 IIljieli Xitwin22.00 Mużika Kontinwa

It-Tnejn, 16 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)10.00 Rokna ta’ Tagħrif Legali10.20 Il-Milied Magħna 12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Il-Milied Magħna (ikompli)12.35 Novelli13.05 Mid-Dinja tal-Baned14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Il-Milied mal-Wee Blues15.00 101.4 FM Christmas Drive Time17.00 Maltin Biss18.30 Wara l-Istandart Timxi l-Banda20.35 Iljieli Xitwin22.00 Mużika Kontinwa

It-Tlieta, 17 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)10.00 Rokna ta’ Tagħrif Legali10.20 Il-Milied Magħna12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Il-Milied Magħna (ikompli)13.00 Novelli13.30 Drawwiet Maltin14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Il-Milied mal-Wee Blues15.00 101.4 FM Christmas Drive Time17.00 Maltin Biss18.30 Wara l-Istandart Timxi l-Banda20.35 Iljieli Xitwin22.00 Mużika Kontinwa

L-Erbgħa, 18 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)10.00 Il-Milied Magħna12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Il-Milied Magħna (ikompli)13.00 Novelli13.30 Drawwiet Maltin14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Il-Milied mal-Wee Blues15.00 101.4 FM Christmas Drive Time17.00 Maltin Biss18.30 Wara l-Istandart Timxi l-Banda20.35 Iljieli Xitwin

Leħen il-Karmelitani 101.4FMSkeda Diċembru 2013

L-IstILLa Karmelitana6

Page 7: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Leħen il-Karmelitani 101.4FMjawgura lil dawn

il-membri f’għeluq sninhomDiċembru: Doris Borg, Tony Borg, Lillian Buttigieg, Carmen Ellul, Angla Farrugia, Elysienne

Farrugia, Ryan Schembri, Karl Vella, Jake Cassar.

Jannar: Carmen Azzopardi, Jesmond Azzopardi, Celaine Bonello, Bjorn Borg, John Borg, Charmaine Bugeja, Anna Cachia, Alison Cassar, Maria Cassar, Pawla D’Amato, Calvin Ellul, Katie Muscat, Silvio Scicluna, Rosianne Spiteri, Sandy Spiteri, Ayden Tanti, Giovanna Zahra, Carmen Zammit Farrugia.

Frar: Nenu Attard, Marija Axiaq, Frances Azzopardi, Godwin Bellizi, Cikka Camilleri, Mary Camilleri, Nazzareno Ellul, Catherine Farrugia, Joe Farrugia, Kurt Farrugia, Carmen Gauci, Charlene Grixti, Frans Grixti, Josephine Grixti, Gabriel Sammut, Daniel Tonna, Michael Vella, Aldo Zammit.

22.00 Mużika Kontinwa

Il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)10.00 Il-Milied Magħna12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Il-Milied Magħna (ikompli)12.35 Drawwiet Maltin13.05 Il-Milied mal-Banda Queen

Victoria14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Il-Milied mal-Wee Blues15.00 101.4 FM Christmas Drive Time17.00 Maltin Biss18.30 Wara l-Istandart Timxi l-Banda20.35 Iljieli Xitwin22.00 Mużika Kontinwa

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru07.00 Rużarju / Ave Maria07.35 Maż-Żerniq 08.00 Angelus

08.05 Il-Ħsieb tal-Jum08.15 Maż-Żerniq (ikompli)10.00 Il-Milied Magħna12.00 Angelus12.05 Il-Maternita ta’ Marija12.15 Il-Milied Magħna (ikompli)12.35 Drawwiet Maltin13.05 Il-Milied mal-Banda Queen

Victoria14.10 Grazzi tal-Kontribut14.30 Il-Milied mal-Wee Blues15.00 101.4 FM Christmas Drive Time17.00 Maltin Biss19.00 Minn taħt it-Tinda

Mill-Ħadd, 8 ta’ Diċembru sas-Sibt, 14 ta’ Diċembru Radju Leħen il-Karmelitani se jkun qiegħed ixandar kuljum mit-8:00am sad-9:30pm.

L-iskeda uffiċjali tibda mill-Ħadd, 15 ta’ Diċembru fis-7:00am.

Mill-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru fis-7:00pm sal-Ħadd, 22 ta’ Diċembru, it-trasmissjonijiet se jsiru minn taħt it-tinda fi Pjazza Repubblika.

N.B: Din l-iskeda tista’ tinbidel skont il-ħtieġa mingħajr avviż.

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 7

Page 8: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57
Page 9: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Tul is-snin il-Banda Queen Victoria ma naqsitx li tagħti sehemha f’okkażjonijiet marbuta maż-Żurrieq u man-nazzjon Malti.

Jekk immorru lura fl-istorja nsibu li l-Filarmonica La Concordia tieħu sehem fil-festa tat-8 ta’ Settembru 1896, Jum il-Vitorja. Esegwiet programm mużikali quddiem il-qorti taħt id-direzzjoni tas-Surmast Carmelo Zammit. F’dik l-okkażjoni, il-banda daqqet l-marcia REGINA VITTORIA tal-istess Surmast, is-Sinfonia SAVOJA ta’ Martinez, il-Valz ESTUDIANTINA ta’ Waldteufel, xi siltiet mil-LUCREZIA BORGIA ta’ Donizetti, il-‘quadriglia’ mill-opra LA TRAVIATA ta’ Verdi u l-Polca LA CONCORDIA tas-Surmast Carmelo Zammit.

Fis-sena 1955, il-Banda Queen Victoria ġiet imtellgħa bix-xorti sabiex iddoqq f’Lotterija Nazzjonali. Peress li sena qabel kien għadu kif ġie inawgurat il-planċier, il-kumitat talab sabiex minflok il-Banda Queen Victoria ddoqq fuq wieħed mill-planċieri tal-baned tal-Belt Valletta, iniżżel il-planċier tiegħu. Din ix-xewqa ġiet maqtugħa u flimkien mal-Banda King’s Own, il-Banda Queen Victoria esegwiet programm mużikali li bih ħarġet bl-unuri kollha, dirett mis-Surmast Francesco Bugeja. F’dan il-programmm il-Banda daqqet selezzjoni mill-opra I LOMBARDI ta’ Verdi, is-Sinfonia EURANTE ta’ Von Weber, it-tielet att tal-opra ERNANI ta’ Verdi u s-Suite ARLISIENNE ta’ Bizet.

Nhar il-21 ta’ Settembru 1964, Malta saret indipendenti. Dakinhar il-baned ta’ Malta daqqew fil-lokal tagħhom iżda l-Banda Queen Victoria messitha x-xorti li tagħmel marċ f’dik li llum hija Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, flimkien mal-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun u wara, programm strumentali fi Pjazza Reġina. F’dan il-programm li kien esegwit taħt id-direzzjoni tas-Surmast Emanuel Bugeja, il-Banda daqqet l-Overture CARMELITANIA tal-istess Surmast, selezzjoni mill-opra CAVALLERIA RUSTICANA ta’ Pietro Mascagni u s-Sinfonia SAUL ta’ Bazzini.

Nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru 1977, il-Banda Queen Victoria ħadet sehem fl-isfilata ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa l-Belt Valletta wara stedina li saritilha mill-Kunsill tal-Malta Band Clubs Association. Is-sena ta’ wara, il-Banda Queen Victoria reġgħet messitha din ix-xorti.

Nhar il-Ħadd l-1 t’April 1979 insibuha tagħmel marċ mat-toroq taż-Żurrieq biex jitfakkar Jum il-Ħelsien. Interessanti l-fatt li ftit jiem qabel, hija rrekordjat l-Innu Marċ JUM IL-ĦELSIEN tas-Surmast Emanuel Bugeja ġewwa t-Teatru Manoel bis-sehem tal-Kor Excelsior ta’ Ħal Luqa.

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu 1982, fuq stedina tal-Ministeru tat-Turiżmu, il-Banda Queen Victoria ħadet sehen bid-daqq ta’ marċi brijużi fil-festa FOLK li saret ġewwa l-Argotti fil-Furjana.

Okkażjoni sabiħa ħafna kienet dik ta’ nhar is-16 ta’ Settembru 1989 meta l-Banda

Il-Banda Queen Victoria f’okkażjonijiet Ċivili u Nazzjonali

Kitba ta’ Alfred Camilleri

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 9

Page 10: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Queen Victoria ħadet sehem fil-maratona ta’ baned fil-Belt u l-Furjana f’għeluq il-25 sena mill-għoti tal-Indipendenza.

F’din l-okkażjoni, wara marċ minn ħames baned, fosthom il-Banda Queen Victoria, dawn ingħaqdu f’waħda u flimkien daqqew l-Innu Malti taħt id-direzzjoni tas-Surmast Emanuel Bugeja ġewwa l-Arena tal-Indipendenza.

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ġunju 1999, il-Banda Queen Victoria ħadet sehem fil-programm KIEKU TAJJEB imtella’ minn Television Malta b’risq l-Eden Foundation.

Nhar it-Tlieta 27 ta’ Novembru 2001, il-Banda Queen Victoria tat kunċert sinfoniku ġewwa t-Teatru Manoel bħala parti mill-festi organizzati mill-Għaqda Każini tal-Baned fl-okkażjoni tal-festa ta’ S. Ċeċilja – Patruna tal-Mużika.

Fiż-Żurrieq, il-Banda Queen Victoria wkoll tat is-sehem tagħha kull meta ntalbet biex tagħmel dan. Pereżempju nsibuha tifraħ mal-klabb tal-futbol taż-Żurrieq kull meta kien hemm xi suċċessi mit-tim taż-Żurrieq. Pereżempju nhar il-Ħadd, 23 ta’ Ġunju 1985 insibuha tieħu sehem f’dimostrazzjoni mat-toroq tar-raħal l-okkażjoni tar-rebħ tal-FA Trophy mit-tim taż-Żurrieq.

Dik is-sena wkoll nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 1985, il-Banda Queen Victoria tat is-sehem tagħha fil-programm televiżiv bl-isem BONĠU MALTA meta dakinhar kien imxandar miż-Żurrieq. Għall-ewwel darba, nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju 1998, fuq stedina tal-Kunsill Lokali, il-Banda Queen Victoria nsibuha tieħu sehem fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żurrieq. Nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju 2001, il-Banda Queen Victoria tat l-aħħar tislima flimkien mal-banda l-oħra tar-raħal lis-Sindku Joe M. Cassar.

Fl-aħħar nett tajjeb infakkru li ta’ kull sena l-Banda Queen Victoria, f’wieħed mill-jiem ta’ Diċembru, tferraħ it-toroq taż-Żurrieq b’sett ta’ għanjiet tal-Milied, servizz mill-aktar mistenni li jġib fi tmiemu l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi MINN QALB IŻ-ŻRIERAQ b’risq l-Istitut ta’ S. Tereża fin-Nigret. F’Diċembru 1996, il-Banda Queen Victoria kienet l-ewwel u s’issa l-unika banda f’Malta li rrekordjat professjonalement sett ta’ għanjiet tal-Milied bil-kollaborazzjoni ta’ Studio 7. Mal-banda ħa sehem il-kor SINE MACULA ta’ Ħal Safi u s-CD iġġib l-isem GĦANA TAL-MILIED F’MALTA.

L-IstILLa Karmelitana10

Page 11: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Settembru, Ottubru u Novembru 2013

• Għall-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja fin-Naxxar, il-Banda Queen Victoria għamlet marċ u wara programm mużikali nhar il-Ħadd, 8 ta’ Settembru.

• L-Ikla annwali tal-Bandisti saret fil-MARITIM Antonine Hotel & Spa nhar is-Sibt, 21 ta’ Settembru.

• Waqt Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali li saret nhar it-Tlieta, 24 ta’ Settembru u wara votazzjoni sigrieta, ġew magħżula dawn il-membri għall-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ 2012/13. Chairman: Dorian Tanti, Viċi-Chairman: Joseph Farrugia, Segretarja: Elysienne Farrugia, Kaxxiera: Amanda Schembri, Membri: Karl Axiaq, Charmaine Bugeja, Anthony Cachia, Leon Camilleri, Daniel Casha, Fabrizio D’Amato, Kurt Farrugia, Clyde Gauci u Daniel Grixti. Rappreżentant fil-Kumitat Ċentrali: Gordon Sammut.

• Għall-perjodi ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2013 u l-31 ta’ Settembru 2014, il-bottegin ġie fdat f’idejn is-Sur Dorian Camilleri.

• Il-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi esebixxiet wirja waqt l-attivita nazzjonali Notte Bianca mtellgħa fil-Belt Valletta nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru.

• Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Sezzjoni Nisa Karmelitani fejn inħatar il-Kumitat il-ġdid għas-snin 2013/14. Chairperson: Maria Darmanin, Viċi-Chairperson: Vanessa Chircop, Segretarja: Marica Mifsud, Kaxxiera: Rose Caruana, Membri: Priscilla Farrugia, Gaetana Cassar, Carmen Farrugia, Charmaine D’Amato u Maryanne D’Amato.

• Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Kultura organizzat żjara f’postijiet storiċi u ta’ interess fil-Birgu.

• Il-Kummissjoni Nar organizzat Country Night fil-każin nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru.

• Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani organizzat Halloween Saturday Night fil-każin nhar is-Sibt, 26 ta’ Ottubru.

• Bejn is-Sibt, 2 u l-Ħadd, 3 ta’ Novembru nżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena 2013/14 fejn ġie maħtur il-Kumitat il-ġdid: President: Dr. Joseph Darmanin, Viċi-President: Tony Borg, Segretarju: Alan Mamo, Teżorier: Charlie Vella, Membri: Carmel Chircop, Kevin Block, Edward D’Amato, Joseph Micallef, Charlot Grixti, Marco Grixti, Lino Farrugia, Julian Saliba u Gordon Sammut.

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 11

Page 12: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Matul din il-laqgħa, is-Sur Emanuel Camilleri ġie maħtur President Onorarju tas-Soċjeta, bħala rikonoxximent u wara 54 sena ta’ ħidma kontinwa fil-Kumitat.

• Il-Banda Queen Victoria ferrħet lil dawk preżenti fl-MIA McDonalds nhar is-Sibt, 23 ta’ Novembru f’attivita mtellgħa b’risq l-Istrina 2013.

NB: Matul dawn ix-xhur, is-Sezzjoni Nisa Karmelitani kienet attiva bl-organizzazzjoni ta’ diversi Coffee Mornings u Get Togethers b’risq l-istess Sezzjoni Nisa u l-Kummissjoni Armar.

F’isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria nixtiequ

nawguraw l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u sena mimlija risq.

L-IstILLa Karmelitana12

Page 13: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Mixja tal-PresidentBħalma għamlet is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fi

ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq, se tieħu sehem b’mod attiv fil-mixja tal-President li ser issir nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Diċembru, 2013. Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi f’din maratona bdiet is-sena li għaddiet.

Nappellaw lill-partitarji kollha fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria sabiex jingħaqdu mal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u jieħdu sehem magħna f’din l-maratona. Grazzi bil-quddiem.

Arbural Blue Grotto AvenueDin is-sena, is-Sezzjoni Żgħażagħ se tibda l-proġett li tbiddel l-armar li jintrama

għall-festa fi Vjal il-Blue Grotto. Proġett bħal dan jinħtieġ ammont kbir ta’ flus u għalhekk qegħdin nitolbu l-għajnuna tagħkom biex din it-triq tiżżejjen b’armar rikk u li jagħmel ġieħ, kemm liż-Żurrieq, lill-Każin u fuq kollox lill-festa li tant inħobbu aħna l-Karmelitani f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu.

Min hu interessat li jagħti l-għajnuna tiegħu għandu javviċina lill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ jew lill-Bar tal-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria. Il-ħlas se jkun ta’ €3 fix-xahar. Il-ħlas se jibda jsir mix-xahar ta’ Novembru 2013 sax-xahar ta’ Lulju 2014.

Grazzi bil-quddiem,Elysienne Farrugia

Segretarja

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 13

Page 14: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Bormla Il-vara ta’ Sant’AndrijaL-istatwa ta’ Sant’Andrija hija xogħol fl-injam maħduma minn Psaila fl-1844 ġewwa d-dar tiegħu f’Birkirkara. Din inħadmet fuq talba li saret mill-fratellanza ta’ Sant’Andrija. Mal-wasla tagħha f’Bormla, il-vara sarulha festi kbar. L-istatwa ma turi ebda sinjal ta’ biża’ f’wiċċ il-qaddis u ħarstu u rasu huma mitfugħa ’l fuq. Id minnhom hija ppuntata ’l isfel, simbolu tar-relazzjoni waħdanija tal-qaddis ma’ din id-dinja, filwaqt li fl-id l-oħra hemm miżmum is-salib. Xhieda tad-devozzjoni bikrija li kellhom il-Bormliżi lejn dan il-qaddis kien il-lampier li ġie misruq mill-Knisja. Fuqu kien hemm imnaqqax dan il-kliem bil-Latin: ‘Amor Pescatorum Fecit’, li bil-Malti jfissru, ‘L-imħabba tas-sajjieda għamlitu’. Interessanti li wieħed jinnota li hemm xebh kbir bejn l-istatwa tal-ġebel li tinsab fix-xtajta tax-Xlendi Għawdex u din li tinsab ġewwa Bormla.

Il-Birgu Il-Marbut, L-Ecco Homo u Kristu RxoxtL-Istatwa tal-Marbut hija statwa fl-injam, maħduma minn Psaila fis-sena 1831. Ġiet irrestawrata 147 sena minn Ċensu Apap u ddekoratha minn Ġużepp Calleia. Fl-2007 reġgħet ġiet irrestawrata ġewwa Raħal Ġdid minn Renzo Gauci. L-istatwa tal-Ecco Homo, hija statwa oħra maħduma fl-1831 fl-injam marbuta wkoll mal-festi tal-Ġimgħa l-Kbira. Hija statwa maħduma b’eżattezza u bi preċiżjoni kbira li turi l-figura ta’ Kristu bilqiegħda. Bħall-istatwa tal-Marbut, din l-istatwa wkoll ġiet irrestawratha minn Ċensu Apap u ddekoratha minn Ġużepp Calleia. L-istatwa ta’ Kristu Rxoxt inħadmet fl-injam, sentejn wara l-istatwa tal-Ecco Homo. L-iskultur Ċensu Apap għamel xi xogħol ta’ restawr fuqha fl-1978. Fl-2006 ġiet induratha minn żewġ artisti Tarxiniżi; Renzo Gauci u Johnny Orlando. Ġużi Scicluna, benefattur mill-Birgu stess, ħallas għar-restawr ta’ dawn it-tliet statwi.

Kristen Mifsud, membru fil-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliçi fi ˙dan l-G˙aqda Karmelitana Banda Queen Victoria, ser tg˙addilna tag˙rif dwar ix-xog˙lijiet ta’ Salvu Psaila; l-iskultur tal-vara artistika tal-Madonna tal-Karmnu; skultur Malti b’viΩjoni artistika kbira.

Kapulavuri ta’ Salvu Psaila

Il-vara ta’ Sant’Andrija ġewwa Bormla

L-IstILLa Karmelitana14

Page 15: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Il-Furjana L-Istatwa ta’ San PublijuJingħad li fl-1832, Salvu Psaila ħadem statwa fil-ġebel għall-Furjaniżi. Sfortunatament ma teżisti l-ebda kitba li tixhed fejn ġiet allokata din l-istatwa. Ħafna huma tal-fehma, li din tpoġġiet qrib il-knisja tal-Furjana, eżatt faċċata tal-ħanet fejn l-iskultur Vinċenzo Dimech ħadem il-vara ta’ San Publiju.

ReferenzaMagro Christopher u Mangion Stanley, ‘Skulturi Maltin tal-iskola Spanjola’, Pubblikazzjoni tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla, Malta, 2013.

L-istatwa ta’ San Publiju ġewwa l-Furjana

Kiri tas-SalaIl-Kumitat javΩa li ser jibda joffri s-sala t’isfel g˙al attivitajiet privati.

(entratura minn Triq Profs. P.P. Saydon)

Kull min huwa interessat ©entilment huwa mitlub biex içempel fuq 79402181 (Kevin Block),

javviçina lil xi membru tal-Kumitat jew jibg˙at email fuq [email protected] bit-talba tieg˙u.

Ritratti ma’ Father ChristmasIs-Sibt, 21 ta’ Diċembru 2013, bejn l-10.00am u s-1.00pm, ser ikun hemm sessjoni

ta’ teħid ta’ ritratti ma’ Father Christmas taħt it-tinda f’Misraħ ir-Repubblika waqt il-Kampanja Ġbir ta’ Fondi Minn Qalb iż-Żrieraq. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li t-tifel jew tifla tagħhom jieħdu ritratt, għandhom jiġbru l-formoli mingħand il-grupp Wee Blues. Il-prezz tar-ritratt huwa ta’ €1.50. B’dan il-ġest, tkunu qegħdin tgħinu wkoll lit-tfal ta’ Dar Santa Tereża mmexxija b’tant għożża mis-Sorijiet t’Ulied il-Qalb ta’ Ġesu. Grazzi bil-quddiem.

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 15

Page 16: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

E-mail: [email protected]

Contact: 79825488

Lorraine Portelli B.Ch.D.

Id-Dentista

Is-Sezzjoni Nisa Karmelitaniflimkien mas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani,nhar il-Ġimgħa, 20 u l-Ħadd, 22 ta’ Diċembru

se jkunu preżenti taħt it-Tinda waqt it-trasmissjonijiet ta’Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM

sabiex jagħtu opportunità lill-membri tagħhom biex iġeddu s-sħubija għas-sena 2014.

Matul il-maratona se tkun qed tinġabar ukoll il-miżata tat-Ten14Club.

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru, is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitaniser torganizza

Pasta Night ġewwa l-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria

mis-7.30pm ’l quddiem bis-sehem ta’ Lee u Godwin, Mariah Spiteri,

Shaun u Chytia Zaffarese u l-Wee Blues.

L-IstILLa Karmelitana16

Page 17: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Għall-ewwel darba nhar is-Sibt, 5 ta’ Ottubru l-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ħadet sehem fin-Notte Bianca 2013 ġewwa l-Belt Valletta. F’dan l-avveniment itellgħet wirja dwar il-Kummissjonijiet tal-istess Għaqda kif ukoll kien hemm ikel u xorb tradizzjonali Malti għall-bejgħ.

Notte Bianca

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 17

Page 18: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Joe Chetcuti, Assistent Chairman tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq, ħa l-okkażjoni sabiex jintervista lill-Onor Dr. Marlene Farrugia għall-fuljett L-Istilla Karmelitana.

Onor. Dr. Marlene, grazzi minn qalbi talli għoġbok taċċetta din l-intervista. Nixtieq nibda biex nistaqsik kif bdiet eżattament ir-rabta tiegħek mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria? Naf li ġejja minn razza purament Karmelitana.

Ir-rabta tiegħi mal-Għaqda Karmelitana u l-festa tal-Madonna tal-Karmnu bdiet qabel ma’ biss kont neżisti, għall-fatt li kemm ommi u l-familja tagħha tal-Girna, kif ukoll missieri u l-familja tiegħu tal-Bliqq, kienu attivi fis-Soċjeta saħansitra minn tfulithom. Min-naħa ta’ missieri kienu bandisti u attivisti u ommi kienet tagħti s-sehem tagħhom b’mod attiv b’kull mezz fl-attivitajiet kulturali kollha li kienet torganizza s-Soċjeta.

Inzertajt twelidt nhar il-festa, kif tgħid ommi, ‘Jien nitwieled u missieri niżel mill-marċ ta’ filgħodu!’ Intant, milli niftakar, jien kont dejjem niġri ma’ missieri t-teatrin, il-mansab jew il-banda, allura kienet ħaġa naturali li sakemm kelli disa’ snin, bis-saħħa ta’ Ġanni tal-Piċa li kien jieħu paċenzja ta’ Job bija, ħriġt indoqq f’Ħadd il-Palm. Il-banda u l-attivitajiet tal-festa, tal-Karnival, teatrin, u ċelebrazzjonijiet oħra, kienu jimlewlna parti kbira minn ħajjitna dak iż-żmien. Allura, ir-rabta ssoktat tissaħħaħ maż-żmien. Ma kellix għalfejn naħsibha darbtejn biex bl-ewwel paga li rċevejt ta’ dentista xtrajt klarinett għas-Soċjeta li tatni tant għall-formazzjoni tiegħi!

Kif tħares lejn il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq f’paragun ma’ kif kienet tiġi ċċelebrata fl-imgħoddi?

F’għajnejja l-festa minn dejjem kienet tiġi ċċelebrata bil-kbir, proporzjonalment mal-eżistenza tagħna fi żminijiet differenti. Il-livell tal-għejxien tagħna fi tfuliti ma kienx dak li huwa llum, konna sinjuri fil-kwalita tal-ħajja imma fqar mill-perspettiva materjali. B’danakollu l-festa kienet l-aktar avveniment annwali importanti u kulħadd kien jagħti ftit aktar milli jiflaħ biex sena wara sena nkabbru ċ-ċelebrazzjonijiet esterni, la ma stajna nagħmlu xejn fuq dawk interni. Illum is-Soċjeta ssaħħet bid-diversi friegħi tagħha; kienet waħda mill-ewwel Soċjetajiet li ħeġġet lin-nisa jsiru bandisti, u meta ħatru lili, l-ewwel mara bħala President Onorarju, intweriet dispożizzjoni lejn twessigħ tal-ħsieb fl-istruttura u r-rwol tal-mara fis-soċjeta.

Kif tħares lejn il-futur tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria?

Insiru nafu lill- Onor. Dr. Marlene FarrugiaPresident Onorarju tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria

L-IstILLa Karmelitana18

Page 19: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Inħoss li hija waħda mill-aktar għaqdiet bandistiċi b’futur sod għaliex tinvesti mill-aktar fit-tfal u ż-żgħażagħ.

Illum inti President Onorarju ta’ din l-Għaqda. X’sodisfazzjon tħoss b’kariga hekk prestiġjuża bħal din?

Illum, li jien President Onorarju ta’ din is-Soċjeta, inħoss aktar ir-responsabbilita u d-dover li dan il-Patrimonju Kulturali Malti Żurrieqi, ngħaddih lil ta’ warajja b’mod aktar b’saħħtu milli sibtu.

X’messaġġ tixtieq tgħaddi lill-membri u lill-partitarji?Lill-membri u lill-partitarji nfakkarhom li fl-għaqda s-saħħa, li s-sisien tas-Soċjeta huma

t-twemmin fil-Madonna tal-Karmnu li lkoll inħaddnu, u li lis-Soċjeta u lil raħal twelidna ż-Żurrieq, nagħmlulhom l-akbar unur meta t-twemmin tagħna nsarrfuh f’eżempju li jiżra’ l-għaqda u l-imħabba kull fejn inkunu.

Viva il-Madonna tal-Karmnu.

Kummissjoni BandaFarrugia Alfred (Surmast Direttur), Chircop Karmenu (Segretarju), Grixti Charlot

(Delegat tal-Banda), Grixti Marco (Assis. Delegat tal-Banda), Cassar Gaetana (Delegat Bandisti Nisa), Farrugia Mauro (Arkivista), Farrugia Charles, Sammut Kevin, Gauci Clyde, Azzopardi Kyle, Azzopardi Bjorn.

Kummissjoni ArmarD’Amato Edward (Direttur), Farrugia Lino (Ass. Direttur), Block Kevin (Segretarju),

Vella Charles (Kaxxier), Cassar Joseph, Camilleri Leon, Farrugia James, Zammit Aldo.

Kummissjoni NarFarrugia Simon (Licensee), Micallef Joseph (Chairman u Kaxxier), Farrugia Manuel,

Farrugia David, Sammut Paul, D’Amato Jesmond, D’Amato Roderick, Mifsud Karmenu, Bonnici Audrienne.

Kummissjoni Relazzjonijiet PubbliċiMicallef Joseph (Chairman), Dr. Katia Cachia LL.D (Segretarja), Mifsud Kristen

(Proof Reader), Caruana Angelo, Caruana Rose, Grima Elaine, Tanti Dorian, Chetcuti Joe, Bonnici Audrienne, D’Amato Fabrizio.

Kummissjoni RadjuZammit Farrugia Carmen (Kap tal-Programmi), D’Amato Angelo, Schembri Ryan,

D’Amato Tania u Callus Priscilla.

Kummissjoni KulturaBartolo Tania (Chairperson), Caruana Warren (Segretarju), Farrugia Robert (Kaxxier)

u Farrugia Joe (id-Dulli), Micallef Nicole u Debono Farrugia Claudette.

Kummissjonijiet

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 19

Page 20: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Minn QalbiΩ-Ûrieraq

Page 21: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57
Page 22: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

1 ta’ Diċembru – Mixja tal-President – Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi6 ta’ Diċembru – Pasta Night – Sezzjoni Żgħażagħ

8 ta’ Diċembru – Servizz tal-Banda – Kunċizzjoni, Bormla14 - 24 ta’ Diċembru – Wirja tal-Presepji – Kummissjoni Kultura14 ta’ Diċembru – Gateway to Christmas – Sezzjoni Żgħażagħ

14 ta’ Diċembru – Coffee Morning b’risq l-Armar17 ta’ Diċembru – Coffee Morning b’ikla għand il-Browns

20 - 22 ta’ Diċembru – Minn Qalb iż-Żrieraq22 ta’ Diċembru – Servizz tal-Banda – Minn Qalb iż-Żrieraq

28 ta’ Diċembru – Buffet Dinner fil-Maritim Antonine Hotel & Spa – Kummissjoni Nar

12 ta’ Jannar – Get Together22 ta’ Jannar – Coffee Morning b’risq l-Armar

2 ta’ Frar – Get Together11 ta’ Frar – Coffee Morning bi breakfast

26 ta’ Frar – Coffee Morning b’risq l-Armar

Tagħrif u Attivitajiet

Pasta NightOrganizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani fil-każin

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru mit-8.00pm ’l quddiem

Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’BormlaNhar il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru, il-Banda Queen Victoria, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alfred Farrugia ser tagħmel servizz f’Bormla, għall-okkażjoni tal-Festa

tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Wirja ta’ Presepji fil-Każin

Imtellgħa mill-Kummissjoni Kultura (entratura minn Triq il-Profs. P. P. Saydon)

Bejn l-14 u l-24 ta’ Diċembru

L-IstILLa Karmelitana22

Page 23: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57

Gateway to ChristmasOrganizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, ġewwa l-Każin tal-Għaqda

Karmelitana Banda Queen Victoria, nhar is-Sibt, 14 ta’ Diċembru mit-8.00pm ’l quddiem.

Appetizers b’xejnIngħaqdu magħna għal atmosfera unika u rilassanti.

MiNN QALB iŻ-ŻRiERAQMinn taħt it-tinda f’Misraħ ir-Repubblika

Bejn l-20 u t-22 ta’ Diċembru Trasmissjonijiet diretti ta’ Radju Leħen il-Karmelitani

EJJA U AGĦTI D-DONAZZJONI TIEGĦEK… AĦNA SE NKUNU HEMM NISTENNEW

Innijiet tal-MiliedIl-Banda Queen Victoria, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alfred Farrugia ser tagħmel

il-marċ tradizzjonali tal-Milied nhar il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru. Il-marċ jibda minn Triq il-Kbira fis-7.30pm u jispiċċa taħt it-tinda f’Misraħ ir-Repubblika.

Il-Banda tkun akkumpanjata minn Father Christmas.N.B. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li r-rigal tal-Milied tagħhom jingħata minn

Father Christmas, ġentilment mitluba sabiex iħallu r-rigal tagħhom taħt it-tinda qabel jibda l-marċ. Importanti li r-rigal ikun immarkat bl-isem u

l-kunjom tat-tifel/tifla.Tiġi fi tmiemha l-Kampanja Ġbir ta’ Fondi ‘Minn Qalb iż-Żrieraq’ filwaqt li tiġi

ppreżentata s-somma miġbura lil Madre ta’ Dar Sta. Tereża.

BuFFEt DiNNEROrganizzat mill-Kummissjoni Nar fil-MARITIM

Antonine Hotel & Spa Nhar is-Sibt, 28 ta’ Diċembru

the Queen Victoria Ensemble Christmas Concertfis-sala Madonna tal-Karmnu fil-każin.

Ħin: 7.30pm – DĦUL B’XEJN

Diçembru 2013, Jannar u Frar 2014 23

Page 24: Stilla Karmelitana Ħarġa numru 57