Upload
others
View
3
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Isem u kunjom: _________________
Klassi: _________________
Studji Soċjali
Ir-raba’ sena
P a ġ n a | 1
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Werrej
Iċ-Ċivika Ċ4.3: Ix-Xogħol Paġna
Kapaċi nesplora xi dmirijiet (il-job description) u xi drittijiet ta’ xi ħaddiema li naf.
Kapaċi nidentifika u nesplora x’uħud mis-snajja’ u x-xogħlijiet tradizzjonali Maltin.
Kapaċi nesplora x-xogħlijiet l-iktar komuni li nara jsiru madwari fil-lokalità tiegħi illum.
Kapaċi nesplora xi dmirijiet li għandhom dawk li xogħolhom hu li jipprovdu xi servizz.
L-Istorja S4.3: Ċelebrazzjonijiet u Ħin Liberu Paġna
Kapaċi nagħmel lista ta’ attivitajiet li nagħmel matul il-ġimgħa u nikklassifikhom taħt ĦIN LIBERU jew XOGĦOL
Kapaċi nintervista persuna anzjana dwar kif kienu jgħaddu l-ħin liberu fil-passat.
Kapaċi nqabbel attivitajiet li nagħmlu fil-ħin liberu llum ma’ dawk li kienu jsiru fil-passat
Kapaċi nirriċerka l-festi tradizzjonali Maltin u nidentifika karatteristiċi li għadhom isiru sal-lum
Il-Ġeografija Ġ4.3: Tibdil Skont l-Istaġuni Paġna
Kapaċi nosserva, permezz ta’ stampi u ritratti, il-bidliet staġjonali fuq il-pajsaġġ tagħna u dak barra minn Malta.
Kapaċi nosserva u nispjega x’effetti jkollhom il-bidliet staġjonali fuqna l-bnedmin.
Kapaċi nifhem kif jeżistu staġuni differenti minn tagħna madwar id-dinja.
Kapaċi nżomm ġurnal mifrux fuq sebat ijiem u fih inniżżel l-osservazzjonijiet tiegħi.
P a ġ n a | 2
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Iċ-Ċivika Ċ4.1: Nies li Jgħinuna Paġna Kapaċi nidentifika x’uħud mill-persuni li jgħinuna fil-komunità, kemm dawk
voluntiera kif ukoll dawk li huma mpjegati.
Kapaċi nesplora r-relazzjoni bejn għajnuna u protezzjoni u nidentifika l-għajnuna u/jew il-protezzjoni li jagħtuna bosta persuni fil-lokalità tagħna.
Kapaċi niddeskrivi modi ta’ kollaborazzjoni mal-persuni li jgħinuna fil-lokalità tagħna; u napprezza kif il-kollaborazzjoni tagħna tista’ tiswa ta’ ġid.
Kapaċi nagħraf kif bosta nies jgħinuna f’ħajjitna, imma l-prevenzjoni tibqa’ l-aħjar għajununa li nistgħu nagħtu lilna nfusna.
Il-Ġeografija Ġ4.1: Il-Mappa tal-Gżejjer Maltin Paġna Kapaċi nispjega x’inhi pjanta tal-klassi, tal-iskola u tal-pjazza; u x’inhi
mappa
Kapaċi nsib fuq mappa xi lokalitajiet tal-Gżejjer Maltin.
Kapaċi nesplora l-pożizzjoni ġeografika ta’ xi bliet u rħula Maltin u Għawdxin.
Kapaċi nidentifika xi differenzi bejn il-ħajja fil-belt u l-ħajja fil-kampanja.
L-Istorja S4.1: Personaġġi Maltin Paġna Kapaċi nagħmel riċerka dwar it-tliet personaġġi msemmija
Kapaċi napprezza għaliex il-poplu Malti għadu jgħożż il-memorja ta’ dawn il-personaġġi; u x’nistgħu nagħmlu biex infakkruhom dejjem iktar u aħjar.
Kapaċi nfittex evidenza tal-effetti li dawn il-personaġġi ħallew fuq il-kultura Maltija
Kapaċi nfakkar lil dawn it-tliet personaġġi permezz ta’ kitba kreattiva
P a ġ n a | 3
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-Ġeografija
P a ġ n a | 4
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-istaġuni
F’sena hemm 12-il xahar.
Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju
Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru
Dawn jinqasmu f’erba’ staġuni:
ir-rebbiegħa – 21 ta’ Marzu sal-20 ta’ Ġunju
is-sajf – 21 ta’ Ġunju sal-20 ta’ Settembru
il-ħarifa – 21 ta’ Settembru sal-20 ta’ Diċembru
ix-xitwa – 21 ta’ Diċembru sal-20 ta’ Marzu
. L-itwal ġurnata tas-sena hija l-21 ta’ Ġunju.
L-iqsar ġurnata tas-sena hija l-21 ta’ Diċembru.
Kapaċi nosserva, permezz ta’ stampi u ritratti, il-bidliet
staġjonali fuq il-pajsaġġ tagħna u dak barra minn Malta.
P a ġ n a | 5
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Informazzjoni: Ara dan il-vidjow dwar l-erba’ staġuni:
http://youtu.be/bGb6zC8YaWQ
Iddiskuti: Liema huwa l-iżjed staġun favorit tiegħek? Għaliex?
Il-ħarifa
Il-ħarifa tibda fil-21 ta’ Settembru u tispiċċa fl-20 ta’ Diċembru.
Il-ħarifa tiġi wara s-sajf u nerġgħu nibdew l-iskola wara l-vaganzi.
Il-jum jibda jiqsar għax fil-ħarifa jibda jidlam aktar kmieni u jibda jdum ma
jisbaħ. L-arja tibda tiffriska xi ftit u xi kultant tibda traxxax ix-xita. Nibdew
nilbsu xi ġakketta ħafifa jew xi flokk bil-kmiem twal. Naqilbu għall-ħin tax-xitwa
u l-arloġġ indawruh siegħa lura.
Xi siġar iwaqqgħu l-weraq tagħhom u issa tibda l-passa tal-għasafar. Jiġu l-
pitirrossi. Hawn Malta l-pitirross hu protett bil-liġi. Fi tmiem is-sajf u fil-bidu
tal-ħarifa jinqabdu ħafna l-lampuki. Jibda r-rummien u l-frott taċ-ċitru: il-
larinġ u l-mandolin. Ikun hawn ukoll ħafna għeneb. Xi għelieqi jkabbru d-dwieli
tal-għeneb biex jingħasar u jsir inbid.
F’Novembru niftakru fil-qaddisin kollha u fil-mejtin tagħna. Tiġi wkoll il-festa ta’
San Martin.
P a ġ n a | 6
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ix-xitwa
Tibda fil-21 ta’ Diċembru u tispiċċa fl-20 ta’ Marzu. Il-21 ta’ Diċembru hija l-
iqsar ġurnata tas-sena.
Fix-xitwa t-temp jibda jiksaħ sew, tinżel ix-xita bil-qliel u jibda
jonfoħ ir-riħ. Jibda wkoll il-maltemp bir-ragħad u s-sajjetti. It-
temperatura tinżel għal xi 10 gradi Celsius u titla’ għal 16-il grad Celsius.
Nibdew nilbsu ħwejjeġ ħoxnin, ġkieket, xi xalla u xi par ingwanti wkoll! Fid-dar
nixegħlu l-ħiters biex insaħħnu l-kmamar u bil-lejl nitgħattew bil-kutri ħoxnin u
bil-kwilts.
Id-dar se nsibu dejjem xi platt sħun, bħal soppa u l-minestra, u ma jonqosx it-
tè jew il-kafè. Il-ħaxix tal-borma Maltija jinkludi l-pastard, kaboċċi, qargħabali,
qargħa ħamra u l-karfus.
Xi annimali, bħal qanfud, il-fekruna u n-nemel jorqdu f’dan l-istaġun kiesaħ tax-
xitwa. Is-siġar taċ-ċitru jkunu miżgħuda bil-larinġ u l-mandolin.
Il-festi tax-xitwa jinkludu:
Il-Milied (25 ta Diċembru) San Ġużepp (19 ta’ Marzu)
L-Ewwel tas-Sena Il-Karnival.
San Pawl (10 ta’ Frar)
P a ġ n a | 7
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ir-rebbiegħa
L-istaġun tar-rebbiegħa jibda fil-21 ta’ Marzu u
jispiċċa fl-20 ta’ Ġunju. Issa kollox jerġa’ jieħu l-ħajja.
Il-ġranet jitwalu għax issa jibda jisbaħ kmieni u jdum
ma jidlam. L-arloġġ indawruh siegħa ’l quddiem biex
ingawdu aktar il-ġurnata.
L-arja tibda tisħon u nilbsu ħwejjeġ ħfief u bil-kmiem qosra. Jerġgħu jpassu l-
għasafar u jmorru lura f’pajjiżi aktar friski. In-natura terġa’ tqum mir-raqda
twila tax-xitwa u kollox jerġa’ jieħu l-ħajja. L-annimali joħorġu jgawdu x-xemx
sħuna u l-għasafar ikollhom iż-żgħar fil-bejtiet tagħhom. Il-friefet idakkru l-
fjuri u jġorru t-trab isfar minn fjura għal oħra. In-naħal jagħmel l-għasel fix-
xehda tiegħu. Il-ġonna jimtlew bil-fjuri, bl-insetti, bil-weraq aħdar tas-siġar u
ż-żahar tal-frott.
Issa kulħadd joħroġ fil-kampanja biex ingawdu n-natura u l-arja friska. Jikber
il-frawli u n-naspli u nkomplu nsibu l-banana u t-tuffieħ. Jibda l-ful u l-piżelli u
nagħmlu l-kusksu bil-ful u l-ġbejniet.
Fir-rebbiegħa niċċelebraw l-akbar festa tal-knisja kattolika: il-festa tal-Għid il-
Kbir. Ix-xahar ta’ Mejju huwa ddedikat lill-Madonna u niċċelebraw ukoll Jum l-
Omm. F’Ġunju niċċelebraw Jum il-Missier.
P a ġ n a | 8
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Is-sajf
Jibda fil-21 ta’ Ġunju u jispiċċa fl-20 ta’ Settembru. Il-21 ta’ Ġunju hija l-itwal
ġurnata tas-sena. Il-ġurnata tkun twila ħafna, ix-xemx tiżreġ minn kmieni u tibda
sħana qawwija. It-temperatura issa titla’ sew, madwar 30 grad Celsius jew iżjed,
u xi kultant ikollna mewġa ta’ sħana kbira li tkidd ħafna nies, speċjalment l-anzjani.
Fis-sajf nilbsu ħwejjeġ ħfief ħafna u ħafna drabi nilbsu x-xorts u
flokk imqaċċat biex ma nħossux is-sħana. Immorru niffriskaw
ħdejn il-baħar, nieklu ikel kiesaħ, nixorbu xarba friska u xi ġelat
ma jonqosx ukoll! Fis-sajf għandna nixorbu ħafna ilma u kull meta noħorġu nġorru
l-flixkun tal-ilma magħna. Fl-għelieqi jkun hemm nixfa kbira u min għandu s-siġar
u l-pjanti jrid isaqqihom spiss għax inkella jinxfu u jmutu.
Is-sajf huwa l-istaġun tal-frott u tal-festi. Min ma jħobbx il-bettieħ, id-dulliegħ, l-
għajnbaqar, il-ħawħ u l-għeneb? Kemm jinżel għasel il-ħobż Malti biż-żejt taż-
żebbuġa, tadama, ħjara, ħassa u xi ġbejna tal-bżar!!
Fis-sajf ikollna ħafna festi fosthom l-Imnarja u Santa Marija. Is-sajf iġib miegħu
ħafna turisti biex igawdu x-xemx u l-festi tagħna, u jiddevertu. Ħafna familji
Maltin isiefru, filwaqt li oħrajn jippreferu iqattgħu xi ftit ġranet fil-gżira sabiħa
t’Għawdex. Ma ninsewx ukoll il-barbikjus li llum saru parti mill-ħajja tal-familja fl-
istaġun tas-sajf.
P a ġ n a | 9
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Pinġi skont dak li tgħallimt fuq l-istaġuni.
P a ġ n a | 10
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Imla l-vojt bil-kliem mogħti.
in-natura bard silġ
weraq turisti staġun
il-baħar xita r-ragħad
x-xitwa friski bil-fjuri
Minn sempliċi ritratti, jekk nosservaw
tajjeb, nistgħu nindunaw xi __________
ikun. Jekk pereżempju naraw l-ewwel
ritratt, faċli nindunaw li l-istaġun huwa
________________ u li r-ritratt ġie
meħud barra minn Malta. Kif nistgħu
nindunaw? Naturalment ninnutaw li f’Malta ma jagħmilx _______________, allura
r-ritratt bilfors ġie meħud barra.
Fir-rebbiegħa, __________________ tieħu
l-ħajja. Ħafna siġar jerġgħu jtellgħu l-weraq.
L-għelieqi jimtlew bil-pjanti u
__________________. L-għasafar jimlew
il-kampanja bl-għana ħelu tagħhom. It-temp
ikun mill-isbaħ, la tkun ħafna sħana u lanqas ħafna _______________________.
Dan huwa żmien ideali għal xi ħarġa fil-kampanja.
P a ġ n a | 11
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ma tistax issemmi s-sajf hawn Malta u
ma ssemmix __________________.
It-temp ikun sħun ħafna u l-Maltin,
flimkien mal-bosta ______________
li jżuru Malta fix-xhur tas-sajf, ma
jsibu jagħmlu xejn isbaħ milli jqattgħu
bosta ħin maġenb il-baħar. Fis-sajf ma tagħmilx __________________, allura
l-kampanja tkun niexfa għall-aħħar. Il-ħwejjeġ li nilbsu jkunu ħwejjeġ ħfief u
_______________________. Fis-sajf ikollna l-vaganzi tal-iskola, u hekk
ikollna iktar ħin liberu.
Kif jgħaddi s-sajf, fit-tielet ġimgħa ta’ Settembru,
nerġgħu nibdew l-iskola. In-natura terġa’ tibda
taħseb għax-xitwa. Is-siġar iwaqqgħu ħafna
________________. Sikwit tibda tagħmel xi
maltempata bix-xita u ___________________.
P a ġ n a | 12
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Kif jaffettwawna l-istaġuni?
Fattur importanti li jaffettwa lilna l-bndemin fi staġuni
differenti huwa t-temp.
1. Lilna jaffettwana:
a) Fil-ħwejjeġ li nilbsu: lbies oħxon, boots, sandli, raincoat ...
b) Fl-ikel li nieklu: ikel sħun, salads, frott, xorb ...
c) Fi-divertiment u l-ħruġ: logħob barra, sports, għawm, playing field ...
d) Fil-ħajja ta’ kuljum: tnixxif ta’ ħwejjeġ, traffiku ...
2. Il-bdiewa – dejjem għassa għat-temp speċjalment jekk hiex se tagħmel xita
jew riħ. Ix-xita tkabbar il-prodotti. Jekk tagħmel ħafna xita żejda, tgħarraq
il-prodotti u jekk tagħmel ftit ikollhom isaqqu. Ħafna drabi r-riħ jaħraq jew
ikisser il-prodotti tar-raba’.
3. Is-sajjieda wkoll ifittxu t-temp għax f’ċertu rjieħ ma jkunux jistgħu joħorġu u
ċerti rjieħ u maltemp ġieli jkissru l-opri tas-sajd.
Kapaċi nosserva u nispjega x’effetti jkollhom il-bidliet
staġjonali fuqna l-bnedmin.
P a ġ n a | 13
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Wieġeb bil-għajnuna tal-istampi. Imla l-vojt jew immarka t-tajbin.
1. Għaliex is-sajf u l-baħar, hawn Malta
jmorru ħafna flimkien? __________
___________________________
___________________________
___________________________
2. Semmi xahar minn tas-sajf li fih, biċċa minnu jkollna l-iskola, u fil-biċċa l-oħra
ma jkollniex. ____________________
3. Semmi xahar minn tas-sajf li fih, la l-għalliema u lanqas l-istudenti ma
jkollhom skola. ____________________
4. Fil-ħin tas-sajf, l-arloġġ immexxuh siegħa ’l quddiem jew siegħa lura?
_____________________
5. Bis-saħħa tal-ħin tas-sajf, u billi jdum ma jidlam iktar mix-xitwa, niffrankaw
ħafna (ilma, traffiku, dawl elettriku).
6. Ħafna festi Maltin jiġu ċċelebrati fis-sajf għax: (ma jkunx hawn biża’ li se
jagħmel xi maltemp, il-baned ma jdoqqux tajjeb fix-xitwa,
il-murtali fix-xitwa ma jisplodux).
7. Fix-xitwa l-ġurnata (tiqsar ħafna, titwal ħafna).
8. Fix-xitwa naraw (iktar, inqas) televixin milli naraw fis-sajf
għax ikollna ħafna ħin li fih ma nkunux nistgħu noħorġu wisq barra.
P a ġ n a | 14
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
9. F’liema festa tfakkarna l-istampa li qed tara fuq il-lemin?
___________________________________________
10. F’liema staġun tas-sena niċċelebraw din il-festa?
__________________________________________________________
11. Semmi żewġ attivitajiet li jħobbu jagħmlu l-Maltin matul iż-żmien li fih
inkunu qegħdin niċċelebraw din il-festa:
(a) l-ewwel attività:
__________________________________________________________
(b) it-tieni attività:
__________________________________________________________
12. F’liema festa nisranija tfakkarna l-istampa tal-lemin?
_______________________________________
13. F’liema staġun tas-sena niċċelebraw din il-festa?
_______________________________________
14. Semmi attività marbuta ma’ din il-festa li jħobbu
jagħmlu l-Maltin u l-Għawdxin:
______________
__________________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________________________
P a ġ n a | 15
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Informazzjoni: Ara dan il-vidjow dwar staġuni differenti:
http://youtu.be/PMXjD96aqHA
1. MALTA u l-Pajjiżi tal-Mediterran: Hawnhekk il-
klima tkun sħuna u niexfa fis-sajf imma kiesħa u
mxarrba fix-xitwa.
2. IR-RENJU UNIT (L-Ingilterra, Wales, L-Iskozja
u l-Irlanda ta’ Fuq): Għalkemm nistgħu ngħidu li
kemm Malta kif ukoll ir-Renju Unit jiffurmaw parti
mill-Ewropa, fir-Renju Unit tagħmel ħafna iktar
xita u jagħmel ħafna iktar ksieħ milli jagħmel
Malta. Matul is-sajf fir-Renju Unit, l-arja tkun
kiesħa u tinżel ħafna xita. Fix-xitwa, fir-Renju
Unit jagħmel ħafna ksieħ u jinżel ħafna silġ.
Kapaċi nifhem kif jeżistu staġuni differenti minn tagħna
madwar id-dinja.
P a ġ n a | 16
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
4. L-EĠITTU:
In-naħat t’isfel tal-Eġittu nsibu
ħafna deżert. Id-Deżert tas-Saħara
jiksi parti kbira mill-kontinent
Afrikan; hawnhekk tagħmel nixfa
kbira u l-klima tkun sħuna ħafna.
Għalkemm xita tinżel ftit li xejn,
xorta nsibu bosta annimali li adattaw
irwieħhom u jgħixu hawn. Insemmu l-
iġmla, sriep u ċriev. Bosta nies jaqilgħu x’jieklu billi jrabbu merħliet kbar ta’
mogħoż u nagħaġ. Dawn in-nies ngħidulhom nomadi, għaliex dejjem mexjin minn
post għal ieħor, jgħixu fit-tined u jfittxu dejjem xi oasi fejn ikun hemm l-ilma u
l-ħaxix għall-merħliet tagħhom.
5. L-AMERIKA T’ISFEL – IL-BRAŻIL:
Fl-Amerika t’isfel, fil-pajjiżi li jinsabu qrib l-
ekwatur bħal Brażil, tinżel ħafna xita imma
tagħmel ħafna sħana matul is-sena kollha.
Hawnhekk insibu l-akbar foresta tad-dinja.
F’din il-foresta jgħixu ħafna annimali slavaġ.
P a ġ n a | 17
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
6. L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA:
Hawnhekk insibu sensiela ta’ muntanji
kbar magħrufa bħala The Rocky
Mountains. Hawnhekk jagħmel ħafna riħ
u jagħmel ukoll ħafna bard. Meta jibda
jinħall is-silġ, l-ajkli jagħmlu l-bejtiet
tagħhom f’dan l-ambjent.
7. IL-POLI TAT-TRAMUNTANA U TAN-NOFSINHAR:
F’dawn ir-reġjuni ta’ kesħa kbira, insibu silġ jiksi kullimkien matul is-sena kollha.
Minkejja l-ambjent aħrax u kiesaħ insibu
nies bħall-Eskimi jgħixu hawn. Fil-Pol
tat-tramuntana jgħix l-Ors Polari filwaqt
li fil-Pol tan-Nofsinhar insibu l-pengwini.
8. IĊ-ĊINA:
Fiċ-Ċina nsibu l-kesħa kbira tal-muntanji
Ħimalaja. F’partijiet oħra taċ-Ċina nsibu
foresti kbar fejn normalment tagħmel ħafna
sħana u tinżel ħafna xita.
P a ġ n a | 18
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
9. L-INDJA:
Fl-Indja, il-klima tinbidel minn sitt xhur sħaħ
ta’ xita għal sitt xhur ta’ nixfa kbira. Sikwit,
minħabba n-nixfa, imutu bosta annimali.
10. IR-RUSSJA:
Fir-Russja, pajjiż kbir ħafna, insibu
bosta muntanji. Il-klima fir-Russja
taf tkun waħda estrema, jiġifieri jew
tagħmel kesħa kbira jew tagħmel
sħana kbira. Fis-Siberja (parti mir-
Russja) it-temperatura ġieli tinżel 70
grad taħt iż-żero. Fis-sajf imbagħad
ġieli titla’ 40 grad.
11. L-AWSTRALJA:
Hawnhekk insibu bosta reġjuni fejn il-klima tixbaħ
lil dik ta’ Malta. Imma l-Milied hawnhekk jiġi
ċċelebrat fis-sħana tas-sajf. Fl-Awstralja nsibu
wkoll partijiet miksija bid-deżert.
P a ġ n a | 19
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Għaliex xi pajjiżi għandhom staġuni differenti?
Tista’ tifhem aħjar permezz tal-globu.
Peress li d-dinja hi daqsxejn immejla waqt li qiegħda ddur madwar ix-xemx, ir-
raġġi tax-xemx jolqtu partijiet differenti tad-dinja b’saħħa u qawwa differenti,
jiġifieri mhux kullimkien l-istess.
Dawk il-partijiet tad-dinja li jkunu qed jintlaqtu direttament mix-xemx, ikunu fl-
istaġun tas-sajf.
P a ġ n a | 20
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Għaliex xi pajjiżi għandhom staġuni differenti?
Ħares lejn in-noti imbagħad wieġeb billi tikteb jekk hux VERU jew FALZ.
Veru jew Falz?
1. Meta fl-Ewropa jkun is-sajf, l-Awstralja tkun ix-xitwa.
2. Fl-Awstralja, il-Milied jiġi fix-xitwa.
3. L-istaġuni huma l-istess fl-Afrika kollha.
4. Fl-Italja l-istaġuni huma l-istess bħall-Eġittu.
5. Meta fil-Pol tat-Tramuntana tkun ix-xitwa, anke fil-Pol
tan-Nofsinhar tkun ix-xitwa.
6. Meta jkollna r-rebbiegħa fil-parti ta’ fuq tad-dinja,
ikollna l-ħarifa fil-partijiet tan-naħa t’isfel.
7. Il-Brażil u l-Kanada għandhom l-istess staġuni.
8. Ir-Russja hija tant kbira li l-istaġuni jinbidlu min-naħa
għall-oħra.
9. Fl-Ingilterra l-iktar li tagħmel sħana huwa fix-xhur ta’
Lulju u Awwissu.
10. Fl-Amerika u l-Kanada l-iktar li tagħmel kesħa huwa
f’Jannar u Frar.
P a ġ n a | 21
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
1. X’nifhmu bil-kelma KLIMA?
Meta nitkellmu dwar KLIMA nsemmu dawk l-elementi tan-natura bħas-sħana,
il-kesħa, ix-xita, il-borra jew in-nixfa, li jikkaratterizzaw it-temp ta’ xi pajjiż
partikolari fuq medda twila ta’ snin. Għalkemm it-temp ta’ ħafna pajjiżi jinbidel
skont l-istaġuni, ħafna drabi meta nitkellmu dwar il-klima nagħtu kas tal-
qagħda ġeografika tal-pajjiż..
2. Kif naqsmu l-klimi differenti li nsibu madwar id-dinja? Id-disinn li ġej jurina
kif naqsmu l-klimi differenti fi tliet kategoriji prinċipali:
Kapaċi nżomm ġurnal mifrux fuq sebat ijiem u fih inniżżel l-
osservazzjonijiet tiegħi.
P a ġ n a | 22
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
(i) L-ewwel kategorija (l-Ekwatur)
Dawk il-pajjiżi lli jinsabu qrib l-ekwatur huma kważi dejjem bi dritt ir-raġġi tax-
xemx u allura qed jieħdu l-istess ammont ta’ sħana s-sena kollha. Għalhekk
f’dawn il-pajjiżi ftit li xejn jidhru d-differenzi bejn staġun u ieħor
(ii) It-tieni kategorija (qrib iċ-ċentru tad-dinja)
Dawk il-pajjiżi li jinsabu n-naħa ta’ fuq jew in-naħa t’isfel tal-ekwatur, ikollhom
sajf sħun u niexef filwaqt li x-xitwa tagħhom tkun kiesħa u bix-xita. F’dawn l-
inħawi tad-dinja wieħed jista’ josserva sew id-differenzi ewlenin li jġibu
magħhom l-istaġuni.
(iii) It-tielet kategorija (il-Poli tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar)
Dawk il-pajjiżi li qegħdin fit-truf tad-dinja (fil-Pol tat-Tramuntana u fil-Pol tan-
Nofsinhar) ftit li xejn jintlaħqu mir-raġġi tax-xemx ħlief għal żmien qasir fis-
sajf. B’hekk għandhom kesħa kbira s-sena kollha, li tonqos xi ftit fis-sajf.
P a ġ n a | 22
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Inżommu ġurnal mifrux fuq sebat ijiem u fih inniżżlu l-osservazzjonijiet tagħna
Agħmel lista ta’ attivitajiet li tagħmel matul il-ġimgħa u indika l-ħin li tieħu biex tagħmel kull attivita’. Kif tlesti ddiskuti x’kien jinbidel li kieku kien staġun differenti.
Attivita’ u l-ħin (minuti)
It-Tnejn Lgħabt bit-teblit
(30 min)
It-Tlieta
L-Erbgħa
Il-Ħamis
Il-Ġimgħa
Is-Sibt
Il-Ħadd
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Wieġeb.
1. Silta mid-djarju ta’
Frans, tifel ta’ 8 snin.
“Illum it-Tnejn. Missieri
llum ħa l-frank mix-
xogħol. Bi ħsiebu
jeħodna s’Għawdex. L-
aħħar li morna tgħidx
kemm ħadna gost. Bi ħsiebna ngħumu. ” Xi staġun taħseb li kien meta
Frans kiteb hekk fid-djarju tiegħu? ______________________
2. Silta mid-djarju ta’
Francienne, tifla fir-Raba’
Sena tal-Primarja. “Illum il-
Ħadd. Il-papà u l-mamà
wegħduna li jekk it-temp
jippermetti jeħduna piknik il-
Buskett. Ħa naraw x’inhu
ġej. Ilbieraħ ir-rapport tat-temp avża li ġejja ħafna xita! ” Xi staġun
taħseb li kien meta Francienne kitbet hekk fid-djarju tagħha?
______________________
P a ġ n a | 24
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
3. Silta mid-djarju ta’ Wiġi, tifel ta’ 9
snin. “Illum is-Sibt. L-iskola issa ilha
xahar li reġgħet bdiet minn wara l-
vaganzi tas-sajf. Filgħodu lestejt il-
ħowmwerk. Ommi kellha bżonn żewġ
qadjiet mingħand tal-laħam u tal-
merċa. Mortilha jien bir-rota ħalli niffrankalha ftit ħin.” Xi staġun
taħseb li kien? ______________________
3. Mid-djarju ta’ Rosemary,
tifla ta’ 10 snin. “Illum il-
Ġimgħa l-Kbira. Kull sena
mmorru naraw xi waħda
mill-purċissjonijiet tal-
Ġimgħa l-Kbira. Dis-sena
sejrin iż-Żejtun għax hemm
għandhom waħda tajba ħafna. Dalgħodu ċċarġjajt il-batteriji tal-
kamera tar-ritratti għax bi ħsiebni nieħu erba’ ritratti tajbin għall-
proġett tal-Istudji Soċjali. ” Xi staġun taħseb li kien meta Rosemary
kitbet hekk fid-djarju tagħha? ______________________
P a ġ n a | 25
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Imla l-vojt bil-kliem mogħti dwar IS-SAJF.
festi l-vaganzi frott il-baħar
1. Fis-sajf, aħna t-tfal ikollna ________________ .
2. Fis-sajf tagħmel ħafna sħana u allura mmorru ħdejn __________.
3. Hawn Malta, fis-sajf ikollna ħafna ________________ .
4. Fis-sajf nieklu ħafna ________________ .
B: Imla l-vojt bil-kliem mogħti dwar IL-ĦARIFA.
l-iskola Ottubru jiksaħ l-weraq
1. Fil-ħarifa t-temp jibda ____________________ u nistennew ix-
xita.
2. Fil-ħarifa terġa tibda ____________________ allura t-tfal
jibdew jgħaddu iktar ħin ġewwa.
3. Ħafna siġar iwaqqgħu __________________________ .
4. __________________ huwa xahar li jiġi fil-ħarifa.
P a ġ n a | 26
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Imla l-vojt bil-kliem mogħti dwar IX-XITWA.
Milied ħwejjeġ tiqsar umbrella
1. Fix-xitwa nilbsu _________________ ħoxnin għax jagħmel ħafna
ksieħ.
2. Meta noħorġu fix-xita nieħdu magħna xi ________________ biex
ma nixxarbux.
3. Il-festa tal- ________________ niċċelebrawha f’dan l-istaġun.
4. Il-ġurnata ________________ u għalhekk jidlam kmieni.
D: Imla l-vojt bil-kliem mogħti dwar IR-REBBIEGĦA.
Għid il-Kbir kampanja fjuri għasafar
1. Fl-istaġun tar-rebbiegħa l-ġonna jimtlew b’ħafna
_________________ sbieħ u kkuluriti.
2. Fir-rebbiegħa niċċelebraw il-festa tal- _____________________
li tfakkarna f’meta Ġesù qam mill-mewt.
3. L-_________________ jibdew jibnu l-bejtiet tagħhom għax l-arja
tibda tisħon.
4. Fir-rebbiegħa nieħdu gost immorru xi mixja fil-
_________________ .
P a ġ n a | 27
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Iċ-Ċivika
P a ġ n a | 28
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Meta nħarsu lejn il-komunita’ tagħna, mill-ewwel nindunaw kemm
huwa importanti x-xogħol għall-bnedmin kollha. In-nies imorru għax-
xogħol biex ikollhom il-karriera tagħhom u allura jkunu kapaċi f’xi
sengħa jew joħolqu servizz għal ħaddieħor. Apparti minn hekk, ix-
xogħol huwa bżonnjuż biex il-ħaddiema jirċievu l-paga u bil-flus li
jaqilgħu, ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun, komda.
Oħloq lista ta’ mpjiegi li għandhom xi nies li taf.
Kapaċi nesplora xi dmirijiet (il-job description) u xi drittijiet
ta’ xi ħaddiema li naf.
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_____________________
P a ġ n a | 29
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Dawn li ġejjin huma xi ħaddiema oħra li nsibu fil-komunita’ tagħna.
Il-Pulizija
Wara li jieħu taħriġ speċjali, il-pulizija għandu r-rwol jew dmir li jrid
jaqdi. Ir-rwol prinċipali tiegħu hu li jżomm l-ordni fil-pajjiż.
Barra minn hekk, il-pulizija wkoll:
joqgħod għassa fl-Għassa tal-Pulizija għal li jista’ jinqala’
jaqdi lil min ikollu bżonn
jagħmel ir-ronda (idur mar-raħal)
jara li ma jinkisrux liġijiet
imur fuq il-post ta' xi inċident tat-traffiku
jagħmel ir-rapport tal-inċidenti
jgħin lil min ikollu bżonn xi għajnuna
imexxi t-traffiku
jirrapporta ksur tal-liġi (bħal serq jew ġlied)
iressaq il-qorti lil min jikser il-liġi
joqgħod għassa mal-banek u uffiċċji ta' nies importanti
jikkontrolla l-folol jew kjuwijiet twal.
P a ġ n a | 30
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
It-Tabib/a
It-tabib jagħmel snin ta' studju fl-Università u jagħmel ukoll snin
ta’ taħriġ fl-isptar.Wara jkun jista' jaħdem fl-irwol tiegħu ta'
tabib.
It-tabib (jew tabiba):
jagħtina pariri biex ma nimirdux
jinvistana d-dar jew fil-klinika
jordnalna l-kura u l-mediċina
imur jagħmel visti lill-pazjenti skont il-bżonn, (ġieli anke bil-lejl)
xi drabi jibgħatna l-isptar, fejn jieħdu ħsiebna tobba li jkunu
studjaw iżjed bir-reqqa xi parti tal-ġisem. Dawn jissejħu
speċjalisti.
Dawn it-tobba jkollhom l-għajnuna tal-infermiera li jduru bina u
jfarrġuna. L-infermiera jagħtuna l-mediċina u jaraw li jkollna ambjent
nadif.
P a ġ n a | 31
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Tal-Posta
Uffiċjal li jgħinna ħafna huwa l-pustier. Ix-xogħol tal-pustier huwa li
f’xi ħinijiet matul il-ġurnata jdur il-kaxxi tal-posta kbar li fihom in-nies
jitfgħu l-ittri u jeħodhom il-posta. Hemm jiġu ttimbrati bid-data u
magħżulin skont il-pajjiż, il-belt jew ir-raħal fejn iridu jmorru. Il-
pustier jieħu l-ittri jew pakki tat-toroq fejn iqassam hu, ipoġġihom fil-
barżakka u jmur iqassamhom. Dan ix-xogħol jagħmlu kuljum, xemx jew
xita, bard jew sħana.
Kif nista' jien ngħin lil tal-posta?
nikteb l-indirizz ċar u komplut bil-kodiċi postali
inwaħħal bolla skont il-post fejn tkun sejra l-ittra
il-kaxxa tal-ittri tiegħi nara li tkun fejn il-pustier
jilħaqha malajr u mingħajr tbatija.
Dawk responsabbli mill-indafa pubblika:
L-indafa hija importanti ħafna għal pajjiżna. Il-ħmieġ iġib il-mard
allura jeħtieġ inżommu djarna, l-iskejjel tagħna, il-postijiet tax-xogħol
tagħna u anke t-toroq tagħna nodfa kemm jista’ jkun. Biex jgħinuna
nżommu pajjiżna nadif, għandna nies apposta li jikinsu t-toroq u
jneħħu minnhom il-ħmieġ li jista’ jinġabar.
P a ġ n a | 32
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli li jżommu l-lokalitajiet tagħhom
nodfa u biex jagħmlu dan, jonfqu ħafna flus. Aħna għandna ngħinu biex
tinżamm l-indafa billi ma nħammġux barra. Meta noħorġu l-pets
tagħna għal xi passiġġata għandna nnaddfu xi ħmieġ li jistgħu jħallu
warajhom il-pets.
Aktar nies li jgħinuna:
Fir-raħal hemm ħafna aktar nies li jagħtu xi servizz lin-nies tal-post.
Dawn huma xi ftit minnhom:
il-bejjiegħ tal-ħobż il-bidwi
il-bejjiegħ tal-merċa (tal-growser) il-bennej
il-bejjiegħ tal-ħaxix il-plamer
il-bejjiegħ tal-ħut il-mekkanik
il-bejjiegħ tal-laħam il-perit
il-bejjiegħ tal-ħwejjeġ l-għalliem
il-bejjiegħ tal-kotba l-ispiżjar
il-bejjiegħ taż-żraben l-avukat
il-bejjiegħ taż-żebgħa il-ħaddiem tat-toroq
il-kennies u dawk responsabbli mill-indafa pubblika
P a ġ n a | 33
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Nafu biċ-ċar li dawn il-ħaddiema ma jistgħux imorru għax-xogħol u
jagħmlu li jridu huma. Iridu jsegwu xi regoli skont dak li jmexxihom.
Għalhekk kull ħaddiem għandu kemm dmirijiet kif ukoll drittijiet. Iżda
x’inhuma eżatt dmirijiet u drittijiet?
Mela li jieħdu ħsiebna hu d-dritt li nistennew mingħand il-ġenituri
tagħna. Iżda aħna għandna d-dmir (responsabbiltà) li nobdu u nuru
rispett lill-ġenituri. L-istess ħaġa tiġri fuq il-post tax-xogħol. Il-
ħaddiem għandu dritt li jkollu l-ħin ta’ mistrieħ,dritt għal paga xierqa,
kundizzjonijiet tajba fuq ix-xogħol u dritt għal sigurta’. Min-naħa l-
oħra, il-ħaddiem għandu d-dmir li jasal fuq il-post tax-xogħol fil-ħin,
isegwi l-istruzzjonijiet ta’ min imexxi u ma jiskartax.
DMIR : X’jistenna ħaddieħor minni
Eżempju: nagħmel ix-xogħol li tagħtini l-
għalliema.
DRITT: X’nistennew mingħand
ħaddieħor
Eżempju: ikolli ħin biżżejjed biex nilgħab.
P a ġ n a | 34
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Tajjeb li nżommu f’moħħna li kull wieħed u waħda minna għandu d-
drittijiet u d-dmirijiet x’jaqdi. Bil-kelma ‘drittijiet’ nifhmu dak kollu li
jiena nistenna mingħand il-persuni ta’ madwari. Bil-kelma ‘dmirijiet’
nifhmu r-responsabbiltajiet li jiena għandi lejn il-persuni ta’ madwari.
A: Qabbel dawn li ġejjin billi tikteb numru fil-kaxxi l-vojta.
1. xufier tal-linja ikabbar il-prodotti tal-ikel fl-għelieqi
2. spiżjar jieħu ħsieb il-morda
3. infermier jibni skont il-pjanta
4. bennej iwassal numru ta’ passiġġieri fil-ħin
fid-destinazzjoni
5. bidwi isewwi l-kompjuters
6. sajjied nixtru l-mediċina mingħandu
7. machine-operator jaqbad il-ħut
8. inġinier jaħdem il-prodotti fil-fabbriki
P a ġ n a | 35
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Ikteb dmir li għandu kull ħaddiem:
1. Kok:
___________________________________________________
2. Segretarja fi skola:
___________________________________________________
3. Gwida mat-turisti:
___________________________________________________
4. Tabib:
___________________________________________________
Ċ: Liema minn dawn li ġejjin huma DRITTIJIET li għandu jgawdi kull
ħaddiem? Pinġi fil-kaxxi li juru DRITT.
l-għażż paga xierqa ambjent ħieles minn
kull periklu
sick-leave safra kull xahar televixin fuq il-post
tax-xogħol
birra kuljum ikollu l-għodda biex
jaħdem jidħol u joħroġ fil-ħin
ħuta kuljum brejk xieraq flixkun inbid kuljum
P a ġ n a | 36
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Kull xogħol għandu l-importanza u d-dinjità tiegħu. Huwa d-dmir ta’
kull ħaddiem li jagħti sehmu fis-soċjetà billi jaqdi r-rwol tiegħu skont
kif mitlub minnu. Ix-xogħlijiet jinbidlu skont iż-żmien li nkunu qegħdin
fih. Xogħlijiet bħall-kebbies tal-fanal, il-bejjiegħ tal-ħalib u l-landier
huma biss tifkira tal-imgħoddi.
Issa ser inħarsu lejn żewġ snajja’ jew xogħlijiet li llum m’għadhomx
jeżistu.
Il-ballata
Il-ballata kienu jballtu l-bjut biex ma jidħolx ilma meta tagħmel ix-xita.
Il-ballata ġeneralment kienu jkunu nisa li joqogħdu f’post fejn ma kienx
hemm sajd jew agrikultura. Dawn mingħajr ebda studju kienu jagħmlu
x-xogħol meħtieġ għall-bjut tad-djar biex meta tagħmel ix-xita, dan l-
ilma ma jidħolx ġewwa.
Kapaċi nidentifika u nesplora x’uħud mis-snajja’ u x-
xogħlijiet tradizzjonali Maltin.
P a ġ n a | 37
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Kien ikun hemm gruppi ta’ erbgħa jew ta' sitta f’daqqa u bħala għodda
kienu jużaw il-marżebba u l-kazzola. Il-marżebba kellha manku u qiegħ
ċatt u biha kienu jiksu l-bejt kollu. Imbagħad kien jibda x-xogħol bil-
kazzola li kienu jużawha biex tillixja kullimkien. Meta kollox ikun lest,
dejjem kienu jagħmlu t-tiben biex ix-xemx ma tiblax l-umdita` kollha.
In-nissieġa
In-nissieġa kienu jinsġu lożor tas-suf bin-newl. Il-proċess jibda billi l-
ewwel ibiddlu t-tajjar f’ħajt jew kif kienu jgħidu, jagħżluh. Kollox kien
isir bis-swaba’ ħfief tan-nisa u tfajliet. Wara kienu jibdew il-proċess
biex jagħmlu l-ħajt jew l-ispag mit-tajjar jew mis-suf tan-nagħaġ. Kien
ikollhom raddiena jew rota kbira li kienu jserrħuha fl-art u jdawruha
b’id waħda. It-tajjar kien jibda jdur u l-mara kienet tiġbed it-tajjar
mill-kobba biex tifforma l-ħajta.
Dan il-ħajt kienu jkebbuh u wara kien ikun
lest biex jinsġuh fuq makkinarju ieħor tal-
injam li jgħidulu n-newl. In-nissieġa kienu
jħaffu fix-xogħol. Newl kont issib ta’
daqsijiet differenti skont li jkunu jridu
jagħmlu.
P a ġ n a | 38
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Sfortunament, ħafna xogħlijiet m’għadhomx jeżistu llum il-ġurnata.
Dawn spiċċaw għal diversi raġunijiet. Pereżempju, illum kollox isir bil-
magni fil-fabbriki u allura ma jirnexxilekx taqla’ x’tiekol minn snajja’
bħal tan-newl. Il-magni fil-fabbriki qed jagħmlu ħafna mix-xogħol li
qabel kienu jagħmluh il-ħaddiema. Sar ħafna progress u b’hekk, ċertu
affarijiet insibuhom lesti permezz tal-magni, minflok noqogħdu
nagħmluhom aħna.
Hemm ukoll ċertu snajja’ li għadhom jeżistu bħala passatemp. Eżempji
ċar huma l-bizzilla u l-ganutell. Illum għadek issib min jagħmel il-
bizzilla u l-ganutell, imma bħala passatemp (hobby) jew anke part-
time. Ħafna minn dawn jagħmlu oġġetti li jinxtraw bħala souvenirs mit-
turisti.
il-bizzilla
il-ganutell
P a ġ n a | 39
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Tajjeb ukoll ngħidu li għadhom jeżistu snajja’ u xogħlijiet li l-Maltin
għadhom jagħmlu. Ejjew niktbu nota qasira fuq uħud minnhom.
il-landier
________________________________________________
il-ħaddied
________________________________________________
il-bidwi
________________________________________________
is-sajjied
________________________________________________
l-iskarpan
________________________________________________
l-arluġġar
________________________________________________
il-ħajjat
________________________________________________
il-bennej
________________________________________________
il-furnar
________________________________________________
P a ġ n a | 40
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Mużew li tassew jgħallimna ħafna fuq is-snajja tal-imgħoddi bl-isem ta’
Dar Storika tal-Gran Kastell. Fil-mużew insibu, fost affarijiet oħra,
għodda li kienet tintuża mill-bdiewa u mis-sajjieda, kostumi antiki u
stampi li għandhom x’jaqsmu ma’ snajja’ li kellhom il-Maltin fl-
imgħoddi. Dan il-mużew jinsab f’bini qadim fiċ-Ċittadella t’Għawdex.
Tajjeb li żżuruh meta tkunu fil-gżira Għawdxija.
Importanti ħafna li aħna jkollna attitudni tajba lejn is-snajja’tal-
imgħoddi. Huwa dmir tagħna bħala Maltin li nitgħallmu dwarhom u
min isib l-opportunita’, għandu jitgħallem sengħa antika bħala
passatemp. Tajjeb ukoll nifhmu li xi snajja’ jistgħu jgħinuna nibżgħu
għall-ambjent, eż. jekk insewwu ż-żraben għand skarpan minflok
nixtru ħafna żraben ġodda, innaqqsu mill-iskart li nipproduċu.
P a ġ n a | 41
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Imla l-ismijiet tas-sengħa jew ix-xogħol mil-lista.
ragħaj xufier tat-taxis il-landier il-ballata tal-
bjut bidwi
il-ħaddied bizzilla insiġ tal-lożor gwida ganutell
1. Żewġ xogħlijiet li llum m’għadekx issib min jagħmilhom:
(a) _________________________________________________
(b) _________________________________________________
2. Żewġ snajja’ li jsiru bil-paċenzja bl-idejn (artiġjanat):
(a) _________________________________________________
(b) _________________________________________________
3. Żewġ xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ħafna mat-turiżmu:
(a) _________________________________________________
(b) _________________________________________________
4. Żewġ snajja’ antiki li llum għadhom isiru, imma rari ħafna:
(a) _________________________________________________
(b) _________________________________________________
5. Żewġ ħaddiema li xogħolhom hu marbut mal-kampanja:
(a) _________________________________________________
(b) _________________________________________________
P a ġ n a | 42
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Wieġeb.
1. Dan li jidher fir-ritratt huwa xogħol bil-
ganutell. Dan ix-xogħol inħadem bl-idejn jew
b’xi magna?
______________________________
2. Fejn taħseb li nsibu ħafna xogħol ta’ ganutell? ________________
3. Għaliex taħseb li huwa tajjeb li nibqgħu nitgħallmu kif naħdmu l-
ganutell?
___________________________________________________
___________________________________________________
4. X’jissejjaħ il-prodott li jidher fir-ritratt tal-
lemin?
___________________________________
5. Min jixtrih l-iktar? ____________________
6. Għaliex taħseb li huwa importanti li l-Maltin jibqgħu jitgħallmu din
is-sengħa?
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 43
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
7. X’taħseb li jinbiegħ minn fuq dil-mejda
li qed taraw armata fil-festa tar-raħal?
______________________________
8. Liema ingredjent jintuża ħafna biex isir
dal-prodott?
Agħżel wieħed minn dawn: il-larinġ, il-lanġas, iz-zokkor, il-laħam:
_______________________________
9. X’jissejjaħ il-prodott li qed tara fl-
istampa?
____________________________
10. Minn xiex ikun magħmul?
____________________________
11. Għalfejn jintuża l-iktar?
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 44
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Ara l-vidjow dwar id-Dar Storika tal-Gran Kastell, imbagħad
immarka r-risposti t-tajbin. Vidjow: http://youtu.be/OItKcC41xuM
1. Dan il-mużew nistgħu nżuruh (l-Imdina, il-Birgu, iċ-Ċittadella).
2. Fil-mużew hemm ħafna għodda (tal-bdiewa, tal-aluminju, biex
issewwi l-kompjuters).
3. Nistgħu naraw kif fl-antik:
• it-tfal kienu jilagħbu bil-karozzi • is-sajjieda kienu jaqbdu l-ħut • l-irġiel kienu jilagħbu l-baskitbol
4. Il-mużew infetaħ għall-pubbliku:
• ħames snin ilu • kważi 30 sena ilu • mitejn sena ilu
5. Fil-mużew nistgħu naraw kif kienu (jitħnu l-qamħ, isewwu l-karozzi,
l-ewwel mowbajls).
6. Fil-mużew nistgħu naraw ċombini antiki li bihom kienu jaħdmu (l-
għasel, l-bizzilla, l-melħ).
7. Fil-mużew, fost ħwejjeġ oħra, nistgħu naraw kif fil-passat in-nisa
kienu jilbsu (l-għonnella, l-buwts, l-kowtijiet).
P a ġ n a | 45
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Jekk inħarsu madwarna nindunaw li hawn persuni li jaħdmu fil-lokalita’
fejn joqogħdu stess. Hawn taħt niżżel xi xogħlijiet ta’ nies li taf li
jaħdmu fl-istess raħal ta’ fejn joqogħdu huma.
Dawn li ġejjin huma xi eżempji: tal-merċa, taż-żebgħa (ironmonger),
mastrudaxxa, ħaddied, tal-aluminju, pulizija, għalliem, care-worker,
skrivan mal-kunsill lokali, konfekxiner, furnar, tabib, hairdresser,
barman u pustier.
Kapaċi nesplora x-xogħlijiet l-iktar komuni li nara jsiru
madwari fil-lokalità tiegħi illum.
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_________________________
_____________________
P a ġ n a | 46
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Semmi xi vantaġġi li jkollok meta tkun taħdem fil-lokalita’ fejn tgħix
stess:
_________________________________________________
_________________________________________________
_________________________________________________
_________________________________________________
A: Aqra x’inhuma jgħidu dawn il-ħaddiema, imbagħad wieġeb.
Jisimni Nena, u għandi ħanut tal-merċa
ġewwa Ħal-Luqa. Il-ħanut qiegħed mad-dar
tagħna stess, allura meta r-raġel jiġi mix-
xogħol, u anke meta t-tfal ilestu mill-
ħowmwerk, dawn kollha jinżlu jgħinuni fil-
ħanut. Il-ħanut jorbotni ħafna. Niftaħ fil-
5.30am u ma nagħlaqx qabel is-7.00pm.
Imma ma niddejjaqx għax fil-ħanut niltaqa’
ma’ ħafna nies.
Aħna ħaddiema li naħdmu ġewwa fabbrika
fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.
Xogħolna hu li nippakkjaw il-bottijiet tal-
priserv ġo kaxxi tal-kartun. Aħna naħdmu
tmien sigħat kuljum. Kull filgħodu niġu bil-
minibus għax-xogħol. Min joqgħod iż-
Żejtun, min joqgħod il-Gudja, imma hemm
min anke jiġi mill-Mosta.
P a ġ n a | 47
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Wieġeb billi timmarka t-tajbin jew timla l-vojt.
1. Ġo qasam industrijali nsibu ħafna (djar, fabbriki, siġar) miġbura
ħdejn xulxin.
2. Fil-fabbrika ta’ Bulebel imsemmija fl-istorja, l-iktar li kellhom
bogħod biex imorru għax-xogħol kienu dawk li joqogħdu (ż-Żejtun, l-
Gudja, l-Mosta).
3. Il-ħaddiema tal-fabbrika jaħdmu (ħames, tmien, għaxar) sigħat
kuljum.
4. Mill-ħanut tal-merċa nixtru l-iktar affarijiet (taż-żebgħa, tax-
xagħar, tal-ikel).
5. Nena għaliex ma tiddejjaqx fil-ħanut?
___________________________________________________
6. Ikkalkula kemm idum miftuħ kuljum il-ħanut ta’ Nena.
___________________________________________________
P a ġ n a | 48
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
7. Semmi żewġ vantaġġi li għandha Nena fix-xogħol tagħha fil-ħanut
tal-merċa:
(a)
___________________________________________________
(b)
___________________________________________________
8. Li kellek għażla bejn li taħdem bħal Nena, u li taħdem fil-fabbrika ta’
Bulebel, liema tagħżel, u għaliex?
(a) nagħżel
_________________________________________________
(b) għax
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 49
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Każ:
Marija Azzopardi taħdem bħala gwida mat-turisti. Sikwit hija tiġi
mqabbda tiggwida gruppi ta’ turisti madwar il-Belt Valletta, l-iktar
meta jidħol fil-Port xi cruise-liner.
Semmi xi dmirijiet li Marija jkollha waqt ix-xogħol tagħha.
_________________________________________________
_________________________________________________
_________________________________________________
_________________________________________________
_________________________________________________
Għaliex huwa importanti li l-ħaddiema jaqdu dmirijiethom sew? Semmi
mill-inqas żewġ raġunijiet.
_________________________________________________
_________________________________________________
Kapaċi nesplora xi dmirijiet li għandhom dawk li xogħolhom
hu li jipprovdu xi servizz.
P a ġ n a | 50
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Għal kull stampa, ikteb l-isem tal-persuna li tagħtina servizz,
imbagħad sib żewġ dmirijiet relevanti u iktibhom.
Agħżel mill-kliem li ġej:
il-pustier
jispjega b’mod ċar dwar
il-postijiet ta’ nteress li jaraw
iwasslilna l-ittri fid-djar
ifehimna l-lezzjonijiet li ma
nkunux nistgħu nifhmu mill-
ewwel
tagħtina l-mediċina li jordnalna
t-tabib
l-infermiera
jippreparana għall-isfidi tal-futur l-għalliema
tieħu ħsiebna meta nkunu
ma nifilħux
iżomm l-ordni fil-pubbliku
jagħti l-ewwel għajnuna fil-każ
ta’ xi inċident il-pulizija
il-‘carer’
jagħti pariri tajba lil min ikun
qiegħed iżur lil pajjiżna
idur bl-anzjani fid-djar privati
iwasslilna kartolini fid-djar tagħna
fi żmien il-Milied
jikkura lix-xjuħ fid-djar
tal-anzjani il-gwida tat-turisti
P a ġ n a | 51
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
1. Min qed jagħti s-servizz:
__________________________
2. L-ewwel dmir:
__________________________
3. It-tieni dmir:
__________________________
1. Min qed jagħti s-servizz:
__________________________
2. L-ewwel dmir:
__________________________
3. It-tieni dmir:
__________________________
P a ġ n a | 52

P a ġ n a | 53

B: Aqra.
L-għalliem, il-pulizija u s-social-worker kollha nistgħu ngħidu li
jagħtuna xi forma ta’ servizz. Min ibigħ xi prodott minn xi ħanut, ukoll
jagħtina servizz. Hekk ukoll ix-xufiera tal-kowċis, tat-taxis u tal-linja.
Irranġa l-kliem li ġej biex issib nies li xogħolhom hu li jagħtu servizz:
N.B. ftakar illi l-ie u l-għ jinkitbu fi spazju wieħed
(a) btaib ___ ___ ___ ___ ___
(b) nirmeifre ___ ___ ___ ___ ___ ___ ___ ___
(ċ) lat-rmċea ___ ___ ___ - ___ ___ ___ ___ ___
(d) frxuie ___ ___ ___ ___ ___
(e) żat-żgħaeb ___ ___ ___ - ___ ___ ___ ___ ___
P a ġ n a | 54
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-Istorja
P a ġ n a | 55
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Xogħol għalina t-tfal jinkludi dak kollu li għandu x’jaqsam mal-iskola
kif ukoll dmirijiet oħrajn mistennija minna bħal xi
qadi jew xi xogħol tad-dar li kultant
nagħmlu biex ngħinu lil tal-familja.
Ix-xogħol minnu nnifsu jġib ċerta rutina u għejja fil-ħajja; għalhekk
wara l-ħin tax-xogħol hemm il-ħin tal-mistrieħ jew aħjar il-ħin liberu.
Il-ħin għandna nużawh tajjeb.
Il-ħin liberu huwa dak il-ħin li kull wieħed u waħda minna għandu jkollu
kuljum. Dan huwa l-ħin meta aħna nagħmlu affarijiet li nħobbu biex
nistrieħu mir-rutina tas-soltu. Ma jistax ikun li nqattgħu ħajjitna
dejjem xogħol, mingħajr ma nieqfu għall-ħin tal-mistrieħ. Kulħadd
għandu jippjana l-ġurnata tiegħu sew biex iħalli ftit
ħin fejn hu jipprattika l-passatempi tiegħu biex
jirrilassa ftit.
Kapaċi nagħmel lista ta’ attivitajiet li nagħmel matul il-
ġimgħa u nikklassifikhom taħt ĦIN LIBERU jew XOGĦOL.
P a ġ n a | 56
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A. Din hija lista ta’ attivitajiet tipiċi li tagħmel matul ġimgħa ta’ sebat ijiem. Ikklassifika l-attivitajiet taħt Ħin Liberu - ĦL jew Xogħol – X. Ikteb oħrajn.
Attivita’ Ħin Liberu - ĦL jew Xogħol – X
Eż: nattendi lezzjoni tal-mużika ĦL nattendi għaqda noħroġ bir-rota nagħmel il-ħowmwerk (ix-xogħol tal-iskola) naqra l-ktieb favorit tiegħi nilgħab logħba fuq il-kompjuter nagħmel riċerka fuq tema li tatni l-għalliema ngħin fix-xogħol tad-dar
P a ġ n a | 57
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Aqra din l-istorja, imbagħad wieġeb.
David għandu tmien snin u qiegħed fir-Raba’
Sena tal-Primarja. Nhar it-Tnejn wasal lura d-
dar mill-iskola fit-3.00pm. Ommu, Mrs
Camilleri, tħobb tgħallmu ħafna u nhar it-
Tnejn iddeċidiet li bil-moħbi tiegħu, issegwih.
Ommu nnutat kif sal-4.00pm, David bil-kalma kollha qagħad
jirrakkuntalha kulma ġara l-iskola, filwaqt li hi għamlitlu biċċa ħobż
imħawra bit-tadam, it-tonn taż-żejt, żebbuġ u l-kappar, kif iħobbha
hu. Mill-4.00pm sal-4.30pm lesta l-ħowmwerk tal-Matematika. Fl-
4.30pm beda l-Ingliż u dam siegħa bl-eżatt biex lestieh. Billi ħassu
għajjien qabel beda l-Malti qagħad jilgħab ftit il-logħba WII fuq il-
kompjuter.
Sadanittant, Mrs Camilleri, ommu, ma kkummentat xejn, ħalliet f’idejh.
Fis-6.00pm kellu l-MUSEUM. Telaq mid-dar fis-5.50pm u sas-6.45pm
kien wasal lura d-dar. Qabel kielu lesta l-ħowmwerk tal-Malti. Il-
ħowmwerk tal-Malti ħadlu 45 minuta. Kielu fis-7.30pm. Fit-8.15pm
kienu lesti u anke ħaslu l-platti flimkien.
P a ġ n a | 58
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Raw it-televixin bejn it-8.15pm u d-8.45pm. Hawn David u oħtu Rita,
ħaslu snienhom, sellmu lill-ġenituri u rtiraw fil-kamra tagħhom. David
kellu ktieb li ġab mil-librerija u qagħad jaqra kemm bil-Malti kif ukoll
bl-Ingliż qabel raqad. Normalment mas-6.30am, il-membri tal-familja
Camilleri jkunu qamu kollha.
Wieġeb skont dak li qrajt: (N.B. Kull xogħol li għandu x’jaqsam mal-
iskola għandu jitqies bħala XOGĦOL filwaqt li l-ħin l-ieħor huwa ĦIN
LIBERU).
1. Semmi biċċa xogħol li għamel David nhar it-Tnejn wara l-ħin tal-iskola:
___________________________________________________
2. Bejn it-3.00pm u l-4.00pm, nhar it-Tnejn, David x’għamel?
___________________________________________________
3. Taħseb li din is-siegħa kienet ĦIN LIBERU jew XOGĦOL għal David?
___________________________________________________
4. Semmi xi attività li għamel David nhar it-Tnejn, li int normalment tagħmilha wkoll. Iddeskrivi din l-attività bħala ĦIN LIBERU jew XOGĦOL?
___________________________________________________
P a ġ n a | 59
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
5. Dan l-arloġġ jurina l-ħin x’ħin David tefa’ d-dawl tal-kamra tiegħu u raqad.
(a) Kemm dam jaqra David qabel raqad?
___________________________________
(b) B’liema lingwa jew lingwi qagħad jaqra?
___________________________________
6. Fl-opinjoni tiegħek, il-qari bil-Malti u bl-Ingliż, għal student/a tar-Raba’ Sena Primarja, għandu jitqies bħala ĦIN LIBERU jew XOGĦOL? U għaliex?
(a) ħin liberu / xogħol: ___________________________________________________
(b) għaliex:
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
7. Semmi attività li tista’ tissejjaħ XOGĦOL li int għamilt fi tmiem il-ġimgħa li għadda:
___________________________________________________
8. Semmi attività li tista’ tissejjaħ ĦIN LIBERU li int għamilt fi tmiem il-ġimgħa li għadda:
___________________________________________________
P a ġ n a | 60
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Aqra din l-intervista biex tieħu idea ta’ kif kienu jgħaddu l-ħin liberu fil-passat.
Toni Nannu Pinu, grazzi li lqajt l-istedina tiegħi biex tkellimni naqra dwar il-ħin liberu li kien ikollkom meta kont żgħir.
Nannu Nieħu gost nirrakkonta jien, kif taf int. Faqqa’ Ton! Toni Kemm kien ikollkom ħin liberu?
Nannu
Ara Ton, intom għandkom ħafna iktar ħin liberu llum. Il-ħajja nbidlet. Missieri kellu ħanut tal-mastrudaxxa, kien jaħdem l-injam. Minn meta bdejt nimxi, kont immur ngħinu ħinijiet twal fil-ħanut. Nista’ ngħid allura li l-uniku ħin liberu li kellna kien ikun nhar ta’ Ħadd. Il-Ħadd ma kienx jiftħu l-ħanut, allura konna nisimgħu l-quddiesa filgħodu kmieni u l-kumplament tal-ġurnata mbagħad, kienet libera.
Toni Allura x’kontu tagħmlu l-Ħadd?
Nannu
Fis-sajf konna jew immorru xi festa tal-irħula viċin, inkella, billi konna noqogħdu Ħal Għaxaq, konna ninżlu Birżebbuġa ngħumu. Niftakar ix-xatt ta’ Birżebbuġa miksi bl-għannejja, kulħadd bil-kitarra jgħanni u jqabbel.
Toni U fix-xitwa?
Nannu
Fix-xitwa konna nħobbu mmorru fir-raba’ li kellhom iz-zijiet tiegħi. Hemm konna nqattgħuha, fl-għelieqi għall-arja, naturalment meta ma tkunx xita. Isma’, ħaġa oħra. Meta jasal żmien il-ħsad, minn ħabta ta’ Marzu sa Ġunju, il-ħanut bilkemm kont niftħu darba f’ġimgħa. Kulħadd ġor-raba’ naqilgħu l-basal u l-patata, u naħsdu l-qamħ.
Kapaċi nintervista persuna anzjana dwar kif kienu jgħaddu
l-ħin liberu fil-passat.
P a ġ n a | 61
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Toni Allura ma kellekx xi delizzju Nann?
Nannu Bħal ħafna rġiel oħra, kont inħobb il-kaċċa u l-insib. Ħija Masu kien iktar dilettant minni u jiena kont immur miegħu l-iktar.
Toni Xi tgħidli dwar il-festi? Kontu tiċċelebraw xi festi?
Nannu
Għalina l-festi kienu importanti ħafna Ton, iktar mil-lum. Fil-festi, ħadd ma kien jaħdem, allura kienu mezz kif nistrieħu. Fil-Milied pereżempju, bħal-lum, konna nagħmlu l-presepju, nattendu l-knisja u naturalment nieklu xi ikla tajba. Fl-Ewwel tas-Sena, fl-Istrina, aħna t-tfal konna naqilgħu ħafna rigali. Fil-Karnival imbagħad, qabel jibda r-Randan, aħna t-tfal u anke l-kbar, konna nilbsu maskarati. Fir-Randan imbagħad konna nsumu u ma niklux ħelu. Fl-Għid kien jiġi l-kappillan ibierek id-djar tagħna. Lili naturalment kien iberikli anke l-ħanut tax-xogħol.
Toni L-Imnarja kontu tmorru?
Nannu U żgur, min ma kienx imur sal-Buskett jisma’ l-għana, u jara t-tlielaq tal-bhejjem taħt is-Saqqajja? L-Imnarja konna nistennewha bil-ħerqa.
Toni Nann, jiena qrajt li bosta rġiel fl-antik, kienu jiskru fil-ħwienet tax-xorb. Vera?
Nannu
U x’vera! Jien filgħaxija tant kont inkun għajjien, li wara li niġi mill-ħanut, ninħasel, niekol, ngħid kelma ma’ tal-familja u mmur norqod kmieni. Kulħadd kien jorqod kmieni, għaliex mhux talli ma kellmiex televixin, talli qas dawl elettriku ma kellna. Naturalment imbagħad filgħodu kulħadd kien iqum kmieni ħafna.
Toni Allura Nann, ma kontux tilagħbu? Għax ħlief xogħol ma semmejtlix!
Nannu U mela ma konniex nilagħbu Ton. L-iktar nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd, aħna t-tfal konna noqogħdu ħinijiet twal barra t-triq. Traffiku ma kienx hawn, u t-toroq kienu tagħna.
Toni X’kontu tilagħbu Nann?
P a ġ n a | 62
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Nannu
Il-bniet kienu jilagħbu biż-żibeġ, xi logħba passju u b’xi lastiku. Aħna s-subien kellna x-Xixu, il-boċċi, iċ-Ċirku, il-logħba taż-Żiemel u konna wkoll inħobbu nagħmlu xi karrettun bir-roti ħalli niġru bih.
Toni Nann grazzi ħafna ta’ dan it-tagħrif. Għada l-iskola se jkolli x’nirrakkonta meta tistaqsini l-għalliema.
Nannu Meta trid ejja Ton, pjaċir nieħu nirrakkonta dwar tfuliti!
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet:
1. Fejn kien jgħaddi l-biċċa l-kbira tal-ġurnata matul il-ġimgħa, in-Nannu Pinu meta kien żgħir?
___________________________________________________
2. Semmi:
(a) attività li kienu jagħmlu l-Ħadd fis-sajf:
___________________________________________________ (b) attività li kienu jagħmlu l-Ħadd fix-xitwa:
___________________________________________________
2. Semmi delizzju li l-biċċa l-kbira tal-irġiel kważi kollha kellhom fil-passat.
______________________________________
3. Għaliex meta n-Nannu Pinu kien żgħir, kienu jmorru jorqdu kmieni?
______________________________________________________________________________________________________
5. X’kien jiġri meta jkun hemm ħafna xogħol fir-raba’ fi żmien il-ħsad?
___________________________________________________
P a ġ n a | 63
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
6. Semmi festa li fiha t-tfal kienu jaqilgħu ħafna rigali:
___________________________________________________
7. Semmi okkażjoni meta kemm it-tfal kif ukoll il-kbar kienu jilbsu ta’ maskarati: ___________________________________________________
8. F’liema festa jsiru t-tlielaq tal-bhejjem taħt is-Saqqajja tar-Rabat?
___________________________________________________
9. Semmi:
(a) żewġ logħbiet li kienu jħobbu jilagħbu l-bniet: ___________________________________
(b) żewġ logħbiet li kienu jilagħbuhom is-subien:
___________________________________
10. Hemm xi ħaġa milli semma n-Nannu Pinu li taqbel ma’ kif ngħaddu l-ħin liberu tagħna llum?
___________________________________________________
___________________________________________________
Informazzjoni: Ara dan il-vidjow dwar logħob li kienu jilagħbu fl-antik: http://youtu.be/ylbIuLwuI8w
P a ġ n a | 64
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Aqra.
Mhux faċli nidħlu fid-dinja tal-passat. Kultant qas nimmaġinaw il-ħajja kemm kienet differenti mil-lum. Irridu naħsbu ħafna biex inkunu nistgħu nidħlu fid-dinja l-antika. Immaġinaw dinja fejn m’hemmx dawl elettriku, bla televixin, mingħajr kompjuter.
Naraw dan il-vidjow li jittratta dwar il-ħajja f’Malta fit-tletinijiet, jiġifieri madwar 80 sena ilu.
http://youtu.be/5IIVnjAcQrk
Wara li tara sew il-vidjow, wieġeb il-mistoqsijiet:
1. Minflok bil-karozzi, biex kienu jivvjaġġaw is-sinjuri Maltin dak iż-żmien? ___________________________________________________
2. X’kienu jilbsu l-biċċa l-kbira tan-nisa Maltin f’dak iż-żmien?
___________________________________________________
3. X’kienu jilbsu l-biċċa l-kbira tal-irġiel?
___________________________________________________
4. Kif kienu jserrħu moħħhom li l-ħalib li jixtru kien ikun frisk?
___________________________________________________
5. X’inhuma l-annimali li jidhru ħafna minnhom fit-toroq Maltin ta’ dak iż-żmien? ___________________________________________________
Kapaċi nqabbel attivitajiet li nagħmlu fil-ħin liberu llum ma’
dawk li kienu jsiru fil-passat.
P a ġ n a | 65
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Noti għall-qari.
Kif kienet il-ħajja fiż-żminijiet imbiegħda?
Għaliex in-nies kellhom dawk il-passatempi?
Inqabblu l-passatempi ta’ dari ma’ tal-lum.
In-nies minn dejjem ippruvat issib modi kif tqatta’ l-ħin liberu tagħha. Fl-antik, in-nies kellhom bosta passatempi, fosthom l-għana, it-tlielaq taż-żwiemel, il-festi, is-sajd, il-kaċċa, il-ħanut tax-xorb, it-tombla (passatemp fis-swali, fuq l-għetiebi u ħdejn il-baħar), eċċ.
Dawn in-nies kellhom dawn il-passatempi għax qabel la kien hawn televiżjoni, la ċinema, la radju, la kompjuter biex jilagħbu u lanqas kien hawn ċertu sports li qed naraw f’dawn iż-żminijiet, bħal tlielaq tal-karozzi. Madankollu, għalkemm issa għandna dawn il-passatempi moderni, xi wħud minn dawk l-antiki għadhom jinstabu. Xi wħud minnhom baqgħu l-istess u xi wħud minnhom, bħal per eżempju, il-mod kif sirna niċċelebraw il-festi, inbidlu xi ftit.
IL-ĦWIENET TAX-XORB
Fl-antik, filgħaxija wieħed kien jintefa’ għand tal-ħanut, jew inkella fuq xi għatba ta’ xi ħadd, u ħallihom jitkellmu fuq dak kollu li kien jiġi għal ilsienhom. Naturalment mhux l-ewwel darba li kienu jispiċċaw li joqogħdu jgħannu wkoll. Malajr kienu jipprovdu xi kitarra, kif ukoll iż-żafżafa (wieħed mill-istrumenti antiki tant popolari mal-għannejja Maltin) u ismagħhom għaddejjin. L-aktar li kien jiġbed l-attenzjoni kien l-għannej.
Illum xorta nsibu postijiet fejn inqattgħu siegħa żmien. L-iktar li jkun hemm nies huwa fil-każini u fil-klabbs. Illum ukoll, m’għadekx tara rġiel biss jissoċjalizzaw ruħhom u jiddevertu, illum tara n-nisa wkoll.
P a ġ n a | 66
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-GĦANA ta’ dari, il-mużika tal-lum
Il-kant huwa mod ta’ divertiment iżda anke mod ta’ informazzjoni. Meta l-irġiel kienu jgħannu, l-għana kienet tkun dwar il-ħajja ta’ kuljum, jew dwar xi rakkont mill-istorja tar-raħal jew tal-gżira, kif ukoll dwar xi ħrafa. Apparti dan l-għana tal-fatt, xi għannejja kienu jgħannu spirtu pront, jiġifieri l-għannej jingħata suġġett u jqabbel fuqu dak il-ħin, mingħajr ma jkun ipprepara l-għanja qabel.
Illum sirna nisimgħu aktar mużika moderna, imma m’hemmx dubju li l-għana għadu popolari f’xi rħula Maltin. F’xi rħula kien isir bosta għana f’lejlet il-festa. Għalkemm illum naqsu ħafna l-għannejja mit-toroq u mill-ħwienet Maltin, xorta waħda għadek issib grupp imdaqqas ta’ dilettanti. Anzi, ħaġa tajba li reġa’ beda jkun hemm rispett lejn dan it-tip ta’ kant u mużika folkloristika.
Illum ħarġu anke CDs u DVDs bl-għana Malti. Il-Maltin jibagħtu dawn is-CDs u d-DVDs lill-emigranti qrabathom. Tradizzjonalment insibu li l-għana kien jintuża waqt xogħol monotonu: mill-bdiewa waqt il-ħsad, fuq il-baħar waqt is-sajd u mill-ħassiela waqt li jogħrku l-ħwejjeġ.
Il-mużika llum għadha popolari ħafna. Minbarra li tara ħafna żgħażagħ li jitgħallmu l-pjanu, jew xi strument mużikali f’xi każin tal-banda, ħafna jmorru jitgħallmu kif ikantaw. Il-festivals ta’ kant fost it-tfal żdiedu ħafna.
P a ġ n a | 67
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
TLIELAQ TAL-BHEJJEM
Fid-29 ta’ Ġunju niċċelebraw il-festa tal-Imnarja. Anke llum in-nies iħobbu jaslu wasla sal-Buskett. Fost affarijiet oħra, wara nofsinhar kienu jsiru tlielaq tal-bhejjem. Fil-festa ta’ Santa Marija fir-Rabat, Għawdex, isiru wkoll tlielaq tal-bhejjem.
Dawn li ġejjin huma xi wħud mid-drawwiet tipiċi li huma relatati mal-festi Maltin li llum jiffurmaw parti mill-folklor tagħna:
❖ ir-Regatta - tiġrija fil-Port il-Kbir bid-dgħajjes, nhar il-Vitorja, 8 ta’ Settembru
❖ il-festi bil-pavaljuni, il-bandalori, il-baned, il-planċier, il-murtali, l-imwejjed tal-qubbajt, it-translazzjoni (purċissjoni lejlet il-festa), il-paniġierku (prietka nhar il-festa filgħodu), marċi, briju, ġigġifogu (logħob tan-nar tal-art), logħob tan-nar tal-ajru, tiżjin fil-knisja, tiżjin barra
❖ l-inbid u x-xalar fl-Imnarja speċjalment fil-Buskett ❖ purċissjonijiet u pageants fil-Ġimgħa l-Kbira u fil-Milied.
Dawn kollha kienu jsiru fl-antik u għadhom isiru sal-ġurnata tal-lum forsi b’iktar mod professjonali.
P a ġ n a | 68
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
SAJD
Is-sajd hawn min iqisu bħala xogħol u min iqisu biss bħala passatemp. Dawn tal-aħħar jissejħu dilettanti. Dawn tarahom jistadu bil-qasba għal sigħat twal speċjalment fis-sajf. Ħafna oħrajn joħorġu jistadu jew irejxu b’xi dgħajsa żgħira timxi b’xi mutur. Is-sajjieda f’Malta nsibuhom l-aktar f’irħula ħdejn il-baħar, bħal Marsaxlokk.
KAĊĊA U NSIB
Minħabba l-qagħda tal-gżejjer Maltin f’nofs il-Mediterran bejn l-Ewropa u l-Afrika, il-passa tal-għasafar minn dejjem kienet suġġett interessanti għalina. Il-bniedem f’Malta minn dejjem kien interessat u miġbud lejn l-għasafar. Dari, ma kellniex regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib. Kull dilettant kien jonsob u jmur għall-kaċċa skont kemm ikollu ħin liberu. Imma billi bosta tajr u għasafar bdew isiru iktar rari, illum għandna bosta regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib. Pereżempju:
❖ il-pitirross u bosta għasafar oħra huma protetti, jiġifieri ma jistgħux jinqabdu;
❖ ma tistax tonsob u tikkaċċja barra mill-istaġun
❖ hemm bosta tajr li huwa protett bil-liġi, jiġifieri ma tistax tispara fuqu; insemmu pereżempju l-ajkla u l-barbaġann;
❖ ma tistax tonsob u tikkaċċja f’żoni pubbliċi u f’santwarji tal-għasafar bħall-Buskett u s-Salina;
❖ ma tistax tonsob u tikkaċċja wara s-13:00 kull nhar ta’ Ħadd u fil-festi pubbliċi.
P a ġ n a | 69
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Passatemp li nistgħu nsejħulu modern jiġifieri ma kienx jeżisti fl-antik, huwa l-osservazzjoni tal-għasafar (birdwatching). Dan huwa passatemp li jista’ jipprattikah kulħadd, kullimkien u s-sena kollha. Permezz tal-osservazzjoni wieħed jitgħallem dwar l-imġiba tal-għasafar, l-ikel li jippreferu, il-bejtiet tagħhom, kif jitimgħu u jrabbu l-frieħ, kif itiru u jpassu, meta u fejn jidhru, l-ambjent li jgħixu fih u ħafna ħwejjeġ oħra interessanti fil-ħajja ta’ kull għasfur.
It-tfal u l-ħin liberu
It-tfal fl-antik kellhom il-logħob tagħhom ukoll. Billi ma kienx hawn id-dawl elettriku kollox kien jibda u jispiċċa mad-dawl tax-xemx. It-tfal kienu jgħaddu ħafna ħin jilagħbu barra. Kienu jilagħbu l-boċċi, noli, iż-żibeġ, il-passju u x-xixu. Fis-sajf kienu jtajru t-tajra magħrufa wkoll bħala l-ħamiema. Kienu anke jagħmlu dgħajjes bil-pal tal-bajtar. Vidjow dwar logħob li kienu jilagħbu fl-antik: http://youtu.be/ylbIuLwuI8w
KONKLUŻJONI – nistgħu ngħidu li biż-żmien, daħlu bosta passatempi ġodda li dari ma kinux jeżistu. Insibu min iħobb it-televiżjoni jew ir-radju u l-mużika. Il-logħob tal-kompjuter u l-internet saru passatempi popolari ħafna fost iż-żgħażagħ u t-tfal. Barra minn dawn, nsibu minn iħobb jaqra jew jagħmel xi xogħol tal-idejn bħal ganutell, ganċ, parċmina u ħafna oħrajn. Passatemp ieħor huwa ċ-ċinema. Illum ħafna jippreferu wkoll jaraw xi dvd id-dar. Ħafna nies jiprattikaw wkoll xi tip ta’ sport fosthom il-futbol, l-għawm, il-karat, in-netbol, it-tlielaq tal-karozzi u ħafna sport ieħor. Illum issib ħafna li jattendu xi gym biex jiċċaqalqu ftit u jagħmlu xi ftit eżerċizzju. It-tfal jistgħu jmorru xi mixja fil-kampanja jew xi dawra bir-rota. Żgur però illi l-passatempi jgħinu ħafna lill-bniedem biex jistrieħ.
P a ġ n a | 70
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ Agħmel sinjal ( X ) fil-kolonna t-tajba.
Fl-imgħoddi Illum
1 kanzunetti, vidjows u DVDs
2 tlielaq tal-karozzi
3 logħob tat-tombla fuq l-għetiebi
4 dawl tax-xemgħa, fjakkli, lampi
5 ħanut tax-xorb (inbid)
6 televiżjoni
7 għana, kitarra u teatru
8 logħob fuq il-kompjuter
9 iċ-ċinema
10 osservazzjoni tal-għasafar
11 karrettuni u roti
12 toroq bit-tarmak
13 dawl elettriku, kuker, friġġ
14 bars u diskows
15 insiġ tal-lożor tas-suf
16 passju, żibeġ u boċċi
17 kwilts
P a ġ n a | 71
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Festi u Tradizzjonijiet Maltin
F’Malta u Għawdex niċċelebraw bosta festi, festi ta’ kull tip. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-festi huma ta’ xeħta Nisranija, imma marbuta magħhom insibu diversi drawwiet u tradizzjonijiet. Il-festi prinċipali li ser nitħaddtu fuqhom huma: il-Milied, l-Għid il-Kbir, l-Imnarja u l-festa tar-raħal. Tajjeb nitgħallmu kif iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dawn il-festi inbidlu matul iż-żmien. F’xi każi, iċ-ċelebrazzjonijiet baqgħu l-istess.
IL-MILIED
1. Fil-25 ta’ Diċembru niċċelebraw il-festa tat-twelid ta’ Ġesu Bambin fl-għar ta’ Betlehem – il-MILIED. Kif nippreparaw għal din il-festa? Inżejnu d-djar, il-ħwienet u l-klassijiet tal-iskola. Narmaw is-siġra tal-Milied bid-dwal; fuq kollox infakkru t-twelid ta’ Ġesu’ Bambin billi narmaw il-presepju. Minn żmien qabel naħsbu għall-ġulbiena.
2. Xi tfal ikollhom ix-xorti li jistudjaw bl-amment il-prietka tal-Milied biex imbagħad jagħmluha fil-quddiesa ta’ nofsillejl.
3. Il-presepji ilhom isiru f’Malta. Fil-ġranet tal-Milied bosta jmorru jduru madwar Malta u Għawdex biex jaraw il-presepji, presepji ta’ kull tip, presepji jiċċaqalqu, kbar, żgħar, b’pasturi ta’ kull tip u għamla.
Kapaċi nirriċerka l-festi tradizzjonali Maltin u nidentifika
karatteristiċi li għadhom isiru sal-lum.
P a ġ n a | 72
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
4. Hemm żewġ tipi ta’ pasturi: hemm dawk li fihom ilbies tal-Palestina u hemm dawk li fihom ilbies Malti.
5. L-ewwel presepju sar minn San Franġisk fis-sena 1223. Dan l-ewwel presepju kien jikkonsisti f’raġel u mara lebsin ta’ Madonna u San Ġużepp, maxtura b’Bambin tax-xama’, rgħajja, kor tat-tfal lebsin ta’ anġli jkantaw, baqra u ħmara ħajjin. San Franġisk bena għarix tal-injam fit-triq ta’ quddiem il-knisja fil-belt ta’ Greccio. Fuq il-bieb waħħal kewkba kbira safra tal-karti.
L-Għid il-Kbir
1. Fl-Għid il-Kbir aħna nfakkru kif Sidna Ġesu’ Kristu, wara li bata passjoni mill-eħrex u miet fuq is-salib, wara tlett ijiem irxoxta, qam mill-mewt.
2. F’din il-ġurnata minn ħafna knejjes toħroġ il-vara tal-irxoxt, akkumpanjata mill-banda tal-lokal. Din il-purċissjoni hija differenti mill-oħrajn għax fiha daħlet id-drawwa li dawk li jerfgħu l-vara jiġru biha għal xi waqtiet mill-purċissjoni.
3. Għall-Għid kulħadd iħobb jiekol xi figolla. Id-drawwa tal-figolli hija waħda antika ħafna. Il-figolli jkollhom forom differenti. Min jiksihom biċ-ċikkulata u min jiksihom bl-icing.
4. Biex nagħmlu figolla, l-ewwel nagħmlu l-għaġina, imbagħad naqtgħu l-għaġina skont il-forom. Nitfgħu l-mili u nagħlqu l-forma bl-għaġina. Wara ndaħħluhom fil-forn imbagħad inżejnuhom. Fuq ħafna figolli wkoll inwaħħlu bajda taċ-ċikkulata.
5. Fl-Għid bosta familji jbierku d-djar tagħhom.
P a ġ n a | 73
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-Imnarja
Informazzjoni: Ara dan il-vidjow dwar l-Imnarja: http://youtu.be/kOJb5K8HtiQ 1. Fid-29 ta’ Ġunju niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, jew
aħjar kif inhi magħrufa mal-Maltin u l-Għawdxin l-IMNARJA.
2. Fl-Imnarja, fil-Buskett issir wirja tal-ħxejjex, tal-annimali u tal-frott. Isiru wkoll tlielaq tal-bhejjem.
3. Lejlet il-festa ħafna nies jiltaqgħu l-Buskett biex jagħmlu fenkata waqt li jisimgħu l-għana.
4. Din il-festa tiġi ċċelebrata wkoll fil-parroċa tan-Nadur f’Għawdex.
P a ġ n a | 74
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-Festa tar-Raħal
1. Fil-bliet u fl-irħula Maltin u Għawdxin kważi kollha, tiġi ċċelebrata festa f’ġieħ il-patrun jew patruna. Il-postijiet li jiċċelebraw din il-festa jkunu mżejnin. IL-knisja tkun imżejna minn barra u minn ġewwa bid-dwal. Mal-ħitan tal-knisja fuq ġewwa jiddendel id-damask. Tinħareġ il-vara min-niċċa u quddiemha jitpoġġew bukketti tal-fjuri. It-toroq ukoll mżejnin bid-dwal u l-pavaljuni kif ukoll b’xi statwi. Id-djar jiżżejnu wkoll bid-dwal mal-gallariji, jinxtegħlu l-arbli tal-bnadar fuq il-bjut.
2. Ma jonqosx lanqas il-logħob tan-nar kemm tal-art kif ukoll tal-ajru – il-ġigġifogu u l-murtali li jixegħlu s-sema bil-kuluri sbieħ tagħhom. Dawn l-affarijiet kollha jiġbdu l-attenzjoni ta’ ħafna Maltin u turisti li jkunu Malta fis-sajf.
3. Il-baned għandhom parti speċjali fiċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru. Ikun hemm daqq ta’ marċi u programmi speċjali mill-baned. Matul il-ġimgħa tal-festa, il-banda toħroġ iddoqq fit-toroq. Għall-programi tal-banda jintrama l-planċier fil-pjazza.
4. Ikun hemm ukoll ċelebrazzjonijiet speċjali fil-knejjes, ġigġifogu u logħob tan-nar tal-ajru. It-turisti jħobbuhom ħafna dawn il-festi tal-Maltin u l-Għawdxin.
5. Dakinhar tal-festa jkun hemm il-marċ, filwaqt li filgħaxija ssir il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis/a. Waqt li tkun ħierġa l-vara tinħaraq il-kaxxa. Il-festa tintemm hekk kif il-vara terġa’ tidħol lura fil-knisja.
6. L-għada tal-festa ħafna jkunu dawk li jmorru għax-xalata fejn jgħaddu ġurnata l-baħar.
P a ġ n a | 75
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A: Kompli
1. Il-Milied jigi fil- ___________________________________.
2. Ġesu twieled fil-belt ta’ ______________________________.
3. Il-maxtura ta’ ġo l-għar kienet isservi biex _________________
_______________________________________________.
4. L-aħbar li l-anġli taw lir-rgħajja kienet li __________________.
5. Is-slaten sabu lil ____________ permezz ta’ ______________.
6. L-isbaħ pasturi huma dawk ta’ _________________________.
7. Is-slaten narawhom fuq l-iġmla għax _____________________
_______________________________________________.
8. Il-baqra u ___________ qagħdu _____________ lil Ġesu għax
_______________________________________________.
9. Il-presepju narmawh biex ____________________________.
10. Barra l-presepju narmaw ukoll _________________________.
11. Is-siġra tal-Milied inżejnuha bil- ________________________
_______________________________________________.
12. It-tajjar li nagħmlu fuq is-siġra tal-Milied ifisser li f’dan l-istaġun
_______________________________________________.
P a ġ n a | 76
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
13. Nibagħtu l-kartolini tal-Milied biex ______________________
_______________________________________________.
14. Meta nagħtu xi rigal irridu nfissru _______________________
________________________________________________.
15. Ir-rigal li qala’ Ġesu mingħand is-slaten kienu ______________
_______________________________________________.
16. Noel u Nathalie msemmijin għal _______________________.
17. L-aktar ħelu popolari tal-Milied hu _____________________.
B: Waħħal stampi jew pinġi xi affarijiet li jfakkruk fil-Milied.
P a ġ n a | 77
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.
1. Xi ġrajja tfakkarna l-festa tal-Għid il-Kbir?
___________________________________________________
2. Għaliex tindaqq il-glorja?
___________________________________________________
3. X’inhu l-ħelu tradizzjonali tal-Għid?
___________________________________________________
4. Għaliex taħseb li l-ikla tal-ħaruf hi popolari f’dan iż-żmien?
___________________________________________________
D: Ikteb il-kliem li ġej fil-kolonni rispettivi tagħhom.
ċikkulatini – pudina – figolli – dundjan – vaganzi – ħaruf – qagħaq tal-għasel – twelid –
kartolini – qawmien – Kristu – bajd – Xitwa – Rebbiegħa – rigal
Milied Komuni L-Għid il-kbir
P a ġ n a | 78
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
E: Imla l-vojt.
1. L-Imnarja tiġi fid-____ ta’ ______________ u din il-festa hija
ddedikata lil San ___________ u San ___________.
2. Din il-festa tiġi ċċelebrata kemm f’ __________ kif ukoll f’
_______________.
3. Lejliet l-Imnarja, in-nies imorru bi ħġarhom biex iqattgħu l-lejl
hemmhekk, jisimgħu l-_____________ fuq il-kitarri, jieklu xi ikla
_______________ u jixorbu xi xarba ____________.
4. Dak in-nhar tal-festa jkun hemm
il-______________________
tal-frott u l-ħxejjex u tal-annimali.
5. Wara nofsinhar isiru t-_______________ taż-żwiemel u l-ħmir,
(taħt is-Saqqajja fir-Rabat) u lir-rebbieħa jagħtuhom
_________________ bħala rigal.
6. Il-festa tal-Imnarja tiġi fl-istaġun tas- ___________.
P a ġ n a | 79
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
F: Ma’ liema festa hu marbut dan l-ikel?
Fenek __________________
Inbid __________________
Dundjan __________________
Pudina __________________
Figolla __________________
Ħaruf __________________
Ġ: Agħti l-kulur.
Dawn li ġejjin kollha għandhom x’jaqsmu mal-festa li niċċelebraw fl-
irħula tagħna. Agħti l-kulur aħdar lil dawk li għandhom x’jaqsmu mal-
festa ta’ barra, u agħti kulur isfar li dawk li nsibu fil-knejjes.
Mwejjed tal-qubbajt
Translazzjoni - purċissjoni
lejliet
Paniġierku – priedka twila
fil-festa
Programm strumentali
Briju waqt
il-marċ filgħodu
Logħob tan-nar tal-art
Logħob tan-nar
tal-ajru Murtali
Trikkitrakki Damask Bradella Pavaljuni u bandalori
Quddiesa korali
Orgni u orkestra Antifona Marċi
mill-baned
P a ġ n a | 80
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Iċ-Ċivika
P a ġ n a | 81
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ix-xogħol hu attivita` li ġeneralment isir għal perjodu ta’ żmien f’post
‘il bogħod mid-dar. Ix-xogħol huwa wkoll parti importanti fil-proċess
tas-soċjalizzazzjoni tagħna. Dejjem kien meħtieg li n-nies jaħdmu biex
ikunu jistgħu jipprovdu n-neċessitajiet bażiċi għall-ħajja ….. ikel, kenn
u ħwejjeġ. Għalhekk ix-xogħol huwa mezz biex in-nies jaqilgħu dak li
huwa meħtieg biex jgħixu.
Hemm żewġ tipi ta’ xogħlijet. Xogħol li taħdem u titħallas għalih u
xogħol li taħdem imma ma titħallasx għalih. Dan insejħulu xogħol
volontarju. Għalkemm min jagħmel xogħol volontarju ma jitħallasx,
xorta waħda jagħmel xogħol meħtieg u importanti ħafna. Xi eżempji:
mexxejja tal-iscouts, katekisti tal-mużew, kumitati tal-każini tal-
baned, qassisin, nisa tad-dar, eċċ
Kapaċi nidentifika x’uħud mill-persuni li jgħinuna fil-komunità, kemm dawk voluntiera kif ukoll dawk li huma mpjegati.
P a ġ n a | 82
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A. Kompli dawn il-profili skont l-eżempju:
Persuna li tgħinna: It-Tabib
Kif jgħinna: Jagħtina pariri kif ma nimirdux u jgħinna nfiqu meta nimirdu.
Persuna li tgħinna: Il-Gwardjan Lokali
Kif jgħinna:
Persuna li tgħinna: Il-Pulizija
Kif jgħinna:
Persuna li tgħinna: Is-Saċerdot
Kif jgħinna:
Persuna li tgħinna: L-Għalliem/a
Kif jgħinna:
P a ġ n a | 83
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B. Aqra, imbagħad wieġeb il-mistoqsijiet.
Impjegati u voluntiera.
1. Il-pulizija huwa mpjegat; huwa jirċievi salarju (il-paga)
talli jagħmel xogħlu. Liema minn dawn li ġejjin huma
impjegati wkoll?
a) il-president tal-każin. ċ) l-għalliem.
b) il-gwardjan lokali. d) is-superjur tal-MUSEUM.
2. Ġanni Ellul huwa membru fil-kumitat tal-każin tal-banda. Ġanni
ma jirċevix paga tax-xogħol li jagħmel fil-każin. Ġanni huwa
voluntier. Liema minn dawn li ġejjin huma voluntiera wkoll?
a) il-mexxej tal-grupp tal-Iscouts. ċ) l-għalliem.
b) is-superjur tal-MUSEUM. d) il-gwardjan lokali.
D. Ikteb żewġ mistoqsijiet li tixtieq tistaqsi lill-mexxej tal-Iscouts
tar-raħal tiegħek:
1.
__________________________________________________?
2. ________________________________________________ ?
P a ġ n a | 84
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
E. Aqra u mmarka r-risposta t-tajba.
1. Marija ma tistax tifhem kif tinħadem somma. X’għandha tagħmel?
2. Frida ilha jumejn b’daharha juġagħha. X’għandha tagħmel?
3. In-nannu ta’ Fredu ilu ħmistax ma joħroġ barra għax marid. Jixtieq
imur il-knisja imma ma jistax. Fredu kif jista’ jgħin lin-nannu?
a) ikellem lil taż-żebgħa
b) jgħid lill-għalliem
ċ) ikellem qassis
d) ikellem lill-mexxej tal-iscouts
a) tistaqsi lill-pulizija
b) twaqqaf warden u tistaqsih
ċ) tistaqsi lill-għalliema
d) tfittex fuq enċiklopedija
a) tistaqsi lill-pulizija
b) tmur iċ-Ċentru tas-Saħħa u tara tabib
ċ) tfittex fuq il-kotba
d) tieħu mediċina li ssib fuq l-ixkaffa tal-kamra tal-banju
P a ġ n a | 85
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
4. Rożi toqgħod waħedha. Semgħet ħsejjes mhux tas-soltu ġejjin minn
fuq il-bejt tad-dar tagħha. X’għandha tagħmel Rożi?
a) iċċempel lill-kappillan ċ) tissakkar fil-kamra tas-sodda
b) iċċempel lill-pulizija d) tixgħel it-televixin
5. Wara li għamlet ħafna xita, it-triq tagħna mtliet kollha ħofor.
X’nista’ nagħmel?
a) inkellem kunsillier ċ) inkellem lill-pulizija
b) inkellem warden d) ngħid lis-surmast
6. Ħija ħareġ bil-karozza u sakemm għalaq il-bieb tal-garaxx karozza
oħra ħabtet mal-karozza tiegħu. Ħadd ma weġġa’ imma l-karozza
għandha l-ħsara.
X’għandna nagħmlu?
a) inċemplu lis-surmast tal-iskola
b) inċemplu lill-warden
ċ) nibagħtu għat-tabib
d) nibagħtu għas-sindku
P a ġ n a | 86
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Fil-lokalità tagħna nsibu ħafna nies li lesti jipproteġuna u meta jinqala’
bżonn imbagħad jgħinuna. Fost dawn insibu:
Persuna Kif tipproteġina
Kif tgħinna
dentista tal-
iskola
Meta tgħidilna kif nieħdu ħsieb
snienna id-dentista tkun qed
tipproteġina mill-mard tas-
snien.
Meta jkollna xi uġigħ
ta’ snien, id-dentista
tgħinna billi tikkurana.
il-pulizija
F’każ ta’ serq il-pulizija
jipproteġina.
F’każ ta’ inċident il-
pulizija ikun minn tal-
ewwel li jagħtina l-
għajnuna.
l-għalliem
Permezz tat-tagħlim li aħna
niskopru fil-klassi, l-għalliem
jipproteġina mill-injoranza u
minn kull informazzjoni
żbaljata li tasal għandna.
L-għalliem jgħinna
sabiex nagħmlu
suċċess fil-ħajja u nsiru
ċittadini aħjar billi
jkollna valuri sodi.
Kapaċi nesplora r-relazzjoni bejn għajnuna u protezzjoni u nidentifika l-għajnuna u/jew il-protezzjoni li jagħtuna bosta persuni fil-lokalità tagħna.
P a ġ n a | 87
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
il-kennies
Permezz tal-indafa li jżomm,il-
kennies jipproteġina mill-
ħmieġ li jġib ħafna mard.
Meta jitħammġu t-
toroq tagħna, il-
kennies jgħin sabiex
tinżamm l-indafa.
is-saċerdot
/
il-kappillan
Saċerdot jipproteġina mit-
telfien tar-ruħ. Meta mmorru
nqerru huwa jaħfrilna f’isem
Alla b’hekk nersqu iżjed lejn
Alla u lejn xulxin fl-imħabba
ta’ Kristu.
Saċerdot jew kappillan
jgħin lin-nies biex
jgħixu ħajja tajba
spiritwalment.
pulizija tat-
tifi tan-nar
/
pumpier
Meta tat-tifi tan-nar iżuru l-
iskola u jagħmlu
dimonstrazzjoni, jkunu qed
juruna kif nipproteġu ruħna
minn kull periklu tan-nar.
Jekk ikollna d-dar
qiegħda taqbad bin-nar
il-pulizija tat-tifi tan-
nar jgħinna noħorġu
minnu u jnaqqas il-
ħsara.
gwardjan
lokali/
‘warden’
Gwardjan lokali jipproteġina
minn kull ksur ta’ liġi relatati
mat-traffiku, tniġġis tat-toroq
bl-iskart jew ħmieġ tal-
annimali.
Il-gwardjan lokali
jgħinna meta jkollna
inċident tat-traffiku.
Jgħin ukoll lill-pulizija
biex tinżamm l-ordni.
P a ġ n a | 88
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Kif qed tinnutaw, bosta drabi minkejja l-protezzjoni li jagħtuna diversi
persuni, fil-fatt ġieli jkollna bżonn l-għajnuna. Irridu nitgħallmu kif
infittxu l-għajnuna f’sitwazzjonijiet differenti jew f’każ ta’ inċidenti.
X’inhu inċident? Inċident huwa xi ħaġa li ma tkunx qiegħed tistenna u
lanqas tkun trid li tiġri iżda li tikkawża ħafna danni jew lis-saħħa jew
lil bini eċċ.
F’każ ta’ inċident ta’ natura ħafifa, għandha tiġi applikata l-ewwel
għajnuna (first aid) u wara nitolbu parir mediku. F’każ ta’ inċident
serju għandna nitolbu l-għajnuna minn persuni mħarrġa sew bħal
eżempju lill-pulizija jew ambulanza.
X’għandi nagħmel u fejn infittex l-għajnuna f’każ ta’ .....
Sitwazzjoni X’għandi
nagħmel? Fejn infittex l-għajnuna?
Serq Inżomm kalm u nara
eżatt x’inhuma l-
affarijiet li naqsu
mid-dar.
Inċempel l-għassa tal-
Pulizija ġewwa l-lokal tiegħi.
P a ġ n a | 89
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ħruq fid-dar
Kunu żguri li
kulħadd ħareġ mid-
dar u agħlqu l-bibien
kollha warajkom.
Ċempel fuq in-numru tal-
emerġenza 112.
Inċident tat-
traffiku żgħir
fejn ħadd ma
weġġa’.
L-adulti jimlew il-
formola magħrufa
bħala bumper to
bumper fuq il-post
tal-inċident.
Nikkuntattjaw lil gwardjan
lokali fuq in-numru
21320202.
Inċident gravi
Importanti li żżomm
kalm.
F’każ ta’ emergenza biss
inċemplu fuq in-numru 112 u
jassisstuk sakemm jaslu l-
pulizija.
A. Għid kif u fejn għandna nfittxu l-għajnuna fil-każi li ġejjin.
1. Kont ġej mill-iskola bil-mixi u x’ħin kont ħdejn il-bieb tad-dar
tiegħek, tara karozza li weġġgħet tifla serjament.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 90
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
2. Tnejn mill-bozoz tat-triq fejn toqgħod int, ilhom jumejn ma jixegħlu
bil-lejl għax inħarqu.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
3. L-aħħar biċċa tal-lezzjoni tal-Matematika, illum ma stajtx nifhimha.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
4. Dal-lejl bilkemm stajt norqod għax għandi sinna li tgħidx kemm qed
tuġagħni.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
5. Dalgħodu kelli appuntament m’ommi l-Belt u ma stajtx immur skola.
Issa ma nafx x’għandna bħala ħowmwerk.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 91
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
6. Sa ftit ilu Jeremy kien ħabib tiegħi. Issa ma nafx x’ġara, sar
jittantani fil-klassi u ma jħallinix kwiet, fil-brejk jipprova jwaqqagħni
għaċ-ċajt ma’ sħabi. Jiena nipprova nevitah, imma hu moħħu biex jiġi
fejn inkun jien u jipprova jweġġagħni.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
B. Ħares lejn l-eżempju, imbagħad ibni s-sentenzi l-oħra bħalu.
Kif jipproteġina Kif jgħinna
L-Għalliem Iħarisna mill-injoranza Meta ma nifhmux xi ħaġa
jispjegahielna.
It-Tabib
Il-Pulizija
Is-Saċerdot
P a ġ n a | 92
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ. F’każ ta’ emerġenza dejjem għandek iċċempel fuq in-numru 112.
Sitwazzjoni tkun ta’ emerġenza meta xi ħadd iweġġa’ serjament jew
ikun ma jiflaħx ħafna. Għall kull stampa mmarka jekk hija
sitwazzjoni ta’ emerġenza u jekk mhix sitwazzjoni ta’ emerġenza.
tinfaraġ
persuna tintilef minn sensiha
ksur fl-għadam
uġigħ ta’ żaqq
P a ġ n a | 93
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
barxa ħiereġ ħafna demm minn ġerħa
kbira
ħaditek ftit ix-xemx
P a ġ n a | 94
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Kulħadd ikollu bżonn l-għajnuna xi darba jew oħra. Ġieli jkollna xi
inċidenti wkoll u nweġġgħu. Meta jiġri hekk inkunu rridu li xi ħadd itina
l-ewwel għajnuna u jkun jaf x’għandu jagħmel. Importanti li aħna
dejjem nipproteġu lilna nfusna l-ewwel u qabel kollox.
L-Ewwel Għajnuna (first aid) hija dik l-għajnuna li tingħata biex tiġi
salvata persuna filwaqt li jitnaqqsu l-konsegwenzi u / jew l-effetti
kkawżati minn xi tip ta’ inċident. Importanti ħafna li:
1. Tibqa’ kalm u tiċċekkja li l-post ma fih l-ebda periklu.
2. Aħseb qabel tagħmel xi ħaġa.
3. Tkellem mal-persuna li għandha bżonn l-għajnuna.
4. Ara ssibx lil xi adult li jista’ jgħinek.
5. Ftakar li f’każ ta’ emerġenza dejjem għandek iċċempel fuq in-
numru 112.
Kapaċi niddeskrivi modi ta’ kollaborazzjoni mal-persuni li jgħinuna fil-lokalità tagħna; u napprezza kif il-kollaborazzjoni tagħna tista’ tiswa ta’ ġid.
P a ġ n a | 95
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-vidjow li ġej jurina każijiet sempliċi fejn huwa importanti li jkollna
idea tal-Ewwel Għajnuna: http://youtu.be/b97kq2etQF0
Ipproteġi lilek innifsek meta tgħin
lil ħaddieħor.
• Ħares sewwa u fittex għal xi
periklu.
• Ara li m’hemm xejn li jista’ jkun
ta’ periklu għalik jew għal min
qiegħed miegħek.
Fittex l-għajnuna. • Ara hemmx xi adult li jista’
jgħinek.
• Jekk hemm bżonn ċempel għal
ambulanza fuq in-numru 112.
• Għid lil min ikun fuq il-linja:
- fejn tinsab
- min weġġa’
- x’ġara.
- what has happened
Jekk xi ħadd jaħraq parti minn
ġismu ...
• Kessaħ il-ferita taħt ilma ġieri
minn tal-inqas għal 10 minuti.
• Informa adult.
• Jekk il-ħarqa hi gravi ċempel
112.
P a ġ n a | 96
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Jekk tinfaraġ...
• Oqgħod bilqiegħda dritt.
• Mejjel rasek ftit ‘l quddiem.
• Agħfas il-parti r-ratba tal-
imnieħer għal 10 minuti.
• Jekk id-demm ma jiqafx jinżel
avża adult jew ċempel 112.
Jekk xi ħadd qiegħed jivga ... • Agħti daqqa tajba fuq dahar il-
persuna għal 5 darbiet.
• Iċċekkja ħalqhom.
• Jekk l-oġġett jibqa’ ma jinqalax
avża adult u ċempel 112
minnufih.
Jekk xi ħadd intilef minn sensih u
trid tiċċekkja hux jieħu nifs ...
• Persuna mitlufha minn sensiha
ma tiċċaqlaqx u ma
tirrispondikx meta tkellimha.
• Bil-mod agħfas fuq moħħ il-
persuna billi tmejjel ras il-
persuna lura.
• Ħares, ara tismax u tħossx xi
nifsijiet.
• Jekk mhux tieħu nifs avża adult
u ċempel 112 minnufih.
P a ġ n a | 97
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Jekk xi ħadd mitluf minn sensih
imma qed jieħu nifs ...
• Persuna mitlufa minn sensiha
ma tiċċaqlaqx u ma
tirrispondikx meta tkellimha.
• Dawwar il-persuna fuq il-ġenb.
• Bil-mod agħfas fuq moħħ il-
persuna billi tmejjel ras il-
persuna lura.
• Avża adult u ċempel 112
minnufih.
Jekk xi ħadd għandu xi għadma
miksura ...
• Avża lil persuna biex ma
tiċċaqlaqx wisq.
• Waqqaf kull moviment billi
sserraħha fuq xi mħadda,
ħwejjeġ jew kuxin.
• Avża adult u ċempel 112.
Jekk xi ħadd ferut u qed joħroġlu
d-demm ...
• Agħmel pressure fuq il-ferita
fejn qed joħroġ id-demm u
żommha magħfusa.
• Uża flokk jew biċċa drapp biex
tagħfas fuqha jekk tista’.
• Avża adult u ċempel 112.
P a ġ n a | 98
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Jekk xi ħadd ikollu reazzjoni għal
xi allerġija ...
• Żomm il-persuna l-bogħod minn
dik il-ħaġa li qed tikkawża l-
allerġija.
• Poġġi lill-persuna bilqiegħda
komda.
• Inkoraġġiha sabiex tieħu l-
mediċina jekk għandhom.
• Avża adult u ċempel 112.
Jekk xi ħadd tah attakk ta’
ażma ...
• Poġġi lill-persuna bilqiegħda
komda.
• Inkoraġġiha tuża l-inhaler.
• Avża adult u ċempel 112.
Jekk xi ħadd jinsab eċitat jew
panikuż ħafna ...
• Żomm il-kalma.
• Saqsi lill-persuna fhiex tista’
tkun ta’ għajnuna.
• Ismagħha.
• Għinha kemm tista’.
• Wara tkellem ma’ adult li tafda.
P a ġ n a | 99
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A. Agħżel it-tweġiba t-tajba:
1. Meta nitkellmu dwar il-First Aid, inkunu qegħdin nifhmu
2. Ħafna drabi, meta xi ħadd iweġġa’ d-dar, l-ewwel għajnuna
3. Meta wara xi inċident jibda ħiereġ id-demm, l-ewwel għandna :
4. Meta taħraq x’imkien, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hu:
5. Meta wara inċident naħsbu li hemm ksur fl-għadam:
a) kif iċċempel għat-tabib. b) l-ewwel għajnuna li għandna nagħtu fil-każ ta’ xi inċident. ċ) x’tagħmel l-ewwel ħaġa wara l-iskola.
a) jista’ jagħtiha l-għalliem b) nistgħu nagħtuhielu aħna stess. ċ) jista’ jagħtiha s-sindku.
a) ngħattu lil min weġġa’ b’liżar tas-suf. b) inċanfru lil min weġġa’. ċ) nippruvaw inwaqqfu d-demm billi nagħfsu l-ferita’.
a) orbotha b’xugaman. b) kessaħ il-ġilda maħruqa għal 10 minuti taħt l-ilma. ċ) idlikha biż-żejt tal-karozza.
a) żomm il-pazjent mimdud. b) żomm il-pazjent wiċċu ’l isfel. ċ) żomm il-post fejn taħseb li hemm ksur biex ma jiċċaqlaqx.
P a ġ n a | 100
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Meta tmur xi mkien, jista’ jkun li tara xi sinjali sabiex ma nweġġgħux.
Per eżempju, tista’ tara sinjal li jurik li ma tistax tidħol f’dak il-post,
jew li l-art imxarrba u tista’ tiżloq.
Isimgħu din l-għanja li titratta dwar l-importanza tas-sinjali li naraw
madwarna biex inħarsu mill-perikli: http://youtu.be/28Xc0iCJWP4
Dawn huma xi wħud mis-sinjali li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom:
tixrobx
tidħolx
ħruġ ta’ emergenza
Kapaċi nagħraf kif bosta nies jgħinuna f’ħajjitna, imma l-prevenzjoni tibqa’ l-aħjar għajnuna li nistgħu nagħtu lilna nfusna.
P a ġ n a | 101
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
jista’ jaqbad
fire extinguisher
tpejjipx
A. Dawn l-istampi kollha juruna li hemm xi periklu.
Wieġeb billi timla l-vojt jew taqta’ sing taħt it-tajba.
1. Din l-istampa (tal-lemin) turina li hemm il-periklu ta’ xi
a) ikel velenuż.
b) xokk elettriku.
ċ) art tiżloq.
P a ġ n a | 102
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
2. Din l-istampa (tal-lemin) turina li f’dan il-post, hemm xi ħaġa, li
jekk tagħmilha tkun qiegħed tidħol fil-periklu.
X’inhi din il-ħaġa?
________________________________________
________________________________________
3. L-istampa tal-lemin turina xi ħaġa li m’għandniex nagħmlu qatt
għaliex tista’ tkun perikoluża ħafna. M’għandna qatt
a) nixegħlu kompjuter bil-lejl.
b) nixegħlu fan tal-elettriku.
ċ) inqabbdu ħafna affarijiet jaħdmu bid-dawl elettriku
ma’ plakka tad-dawl waħda.
4. L-istampa tal-lemin tgħallimna li għandna noqogħdu attenti minn
periklu li jista’ jkun hemm kullimkien, fid-dar, l-iskola, kullimkien.
X’inhu dal-periklu?
_________________________________________
P a ġ n a | 103
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
5. Fejn naraw sinjali bħal dan tal-istampa tal-lemin, għandna
noqogħdu attenti ħafna minn xi
a) art tiżloq.
b) nar mikxuf, eżempju xi sigarett mixgħul.
ċ) wajer tad-dawl fil-għoli.
6. L-istampa li jmiss tavżana li huwa perikoluż li tidħol fil-post fejn
hemm dan is-sinjal. Semmi periklu wieħed li tista’ tidħol fih jekk ma
tagħtix kas dan is-sinjal.
_________________________________________
_________________________________________
7. L-istampa tal-lemin nistgħu niltaqgħu magħha biss meta nsiefru
barra minn Malta. Għaliex?
____________________________________
____________________________________
____________________________________
____________________________________
P a ġ n a | 104
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-Istorja
P a ġ n a | 105
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Dun Mikiel Xerri (1737-1799)
Wieħed mill-personalitajiet Maltin li tassew
għandna nkunu kburin bih huwa Dun Mikiel Xerri.
Huwa twieled, kiber u għex f’Ħaż-Żebbuġ. Huwa
laħaq qassis u anke fetaħ skola għal dawk in-nies
li ma kellhomx flus biex iħallsu. Wara laħaq
professur fl-Universita’ ta’ Malta, li dak iż-żmien
kienet il-Belt u għalhekk mar joqgħod hemm.
Dun Mikiel Xerri kien jgħix fi żmien meta Malta kienet immexxija mill-
Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dawn bnew ħafna palazzi kbar fil-
Birgu u fil-Belt Valletta, fejn bnew ukoll il-konkatidral ta’ San Ġwann.
Fl-1798 ġew Malta l-Franċiżi. Dawn keċċew lill-Kavallieri u għalhekk
bdew jikkmandaw huma. Il-Maltin mill-ewwel iddejqu bit-tmexxija tal-
Franċiżi għax dawn ma kinux qalbhom tajba. Fost affarijiet oħra, kienu
jisirqu l-aktar affarijiet prezzjużi mill-knejjes tagħna. Il-Maltin
Kapaċi nagħmel riċerka dwar it-tliet personaġġi msemmija
P a ġ n a | 106
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
irvellaw kontra l-Franċiżi u keċċewhom mill-parti l-kbira ta’ Malta.
Għalhekk, il-Franċiżi kellhom jibqgħu msakkrin wara s-swar tal-Belt.
Grupp ta’ Maltin qalbiena, bil-kap tagħhom Dun Mikiel Xerri, riedu
jkeċċu għal kollox lill-Franċiżi minn Malta. Huma ħasbu fi pjan biex
jagħmlu dan iżda b’xorti ħażina dan il-pjan inkixef. Dun Mikiel flimkien
ma’ xi erbgħin persuna oħra, ġew xkubettjati fil-Pjazza ta' quddiem il-
Palazz fil-Belt fl-1799. Dun Mikiel Xerri u xi Maltin oħra ġew maqtula
mill-Franċiżi fil-Belt. L-aħħar kliem li lissen Dun Mikiel Xerri kien Viva
Malta. Dun Mikiel Xerri miet fis-17 ta’ Jannar, 1799.
Għalkemm il-pjan ta’ Dun Mikiel falla, il-Maltin baqgħu sa ma ħelsu
mill-Franċiżi bl-għajnuna tal-Ingliżi. Fil-fatt, il-Franċiżi damu Malta
sentejn biss u warajhom bdew jikkmandaw l-Ingliżi. Dun Mikiel Xerri u
sħabu jibqgħu magħrufin għall-qlubija tagħhom u nsejħulhom patrijotti
jew eroj għax mietu għal pajjiżhom. Fil-Belt hemm monument fi Pjazza
Indipendenza li jfakkar din il-ġrajja. Fuq l-eżempju ta’ nies bħal Dun
Mikiel Xerri, bosta Maltin, għalkemm aħna poplu żgħir, qatt ma qtajna
qalbna niddefendu lil art twelidna meta kien hemm bżonn.
P a ġ n a | 107
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Araw dawn il-vidjow minn YouTube dwar Dun Mikiel Xerri:
www.youtube.com/watch?v=guLYp7hSJVY
Taħriġ
A: Uża l-kliem mill-kaxxa biex tkompli s-sentenzi dwar Dun Mikiel
Xerri.
eroj Franċiżi pjazza tal-Belt Viva Malta
1. Dun Mikiel Xerri baqa’ magħruf bħala ____________________
wara li nqatel mill-____________________.
2. Qabel miet Dun Mikiel Xerri għajjat ____________________.
3. Lil Dun Mikiel Xerri sparawlu fil-____________________.
B: Ħares lejn dawn iż-żewġ stampi u wara wieġeb il-mistoqsijiet.
P a ġ n a | 108
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
1. Dun Mikiel Xerri kien patrijott. Il-kelma patrijott tfisser:
(a) qassis (ċ) iħobb ħafna lil pajjiżu
(b) patri (d) iħobb l-isports
2. Għaliex ngħidu li Dun Mikiel Xerri kien patrijott?
___________________________________________________
___________________________________________________
3. Fil-monument (Stampa A) jidhru l-figuri ta’ __________________
u __________________.
4. Liema stampa turina li għal bosta snin Dun Mikiel Xerri għex fil-Belt
Valletta?
Stampa A Stampa B
5. Fejn twieled u fejn kien jgħix Dun Mikiel Xerri qabel mar joqgħod il-
Belt Valletta? ______________________
6. Għaliex taħseb li għandna naqraw u nistudjaw dwar Dun Mikiel Xerri
u sħabu?
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 109
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Qabbel.
1 eroj rewwixta
2 konfoffa Valletta
3 mafkar Rabat
4 Buskett qlubija
5 Kon-Katidral monument
Dun Karm Psaila (1871- 1961)
Fi żmien meta l-lingwa Maltija ma kinitx apprezzata
ma’ min kien jaf ħafna skola, Dun Karm Psaila kien
minn tal-ewwel li beda jikteb bil-Malti. Għall-bidu
Dun Karm kien jikteb il-poeżiji tiegħu bit-Taljan,
bħalma kienu jagħmlu l-poeti l-oħra. Dun Karm
ħassu jaqta’ qalbu iżda mbagħad niżel
għarkopptejh quddiem l-inkwatru tal-Madonna li
kellu f’kamartu u talabha biex tgħinu. Dik il-lejla, Dun Karm kiteb l-
ewwel poeżija tiegħu bil-Malti bl-isem ta: Quddiem Xbieha tal-
Madonna. F’dik is-sena, 1912, Dun Karm kellu 41 sena.
Dun Karm twieled Ħaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871. Ommu u
missieru kienu Żebbuġin u ġejjin minn familji tal-bdiewa. Filwaqt li
P a ġ n a | 110
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
ommu kienet mara tad-dar, missieru kien baħri u għalhekk Dun Karm
ma setax iqatta’ ħin twil miegħu.
L-ewwel skola ta’ Dun Karm kienet l-Iskola
Primarja tal-Gvern ta’ Ħaż-Żebbuġ. Għalih dan
kien l-isbaħ żmien, tifel mibrum u mimli saħħa.
Wara daħal dritt is-Seminarju u minn hemm, ta’
23 sena, ħareġ qassis. Barra li kien qassis, Dun
Karm kien għalliem. Kien għalliem dħuli u fuq
tiegħu u waqt il-ħin tal-mistrieħ, kien iħobb jaqbad il-mandolina u
joqgħod idoqqha. Għalkemm f’din il-ħabta Dun Karm kien beda jikteb
xi poeżiji bit-Taljan, il-bidu l-kbir tiegħu bħala poeta seħħ meta kellu
41 sena.
Għodwa waħda, żewġ kittieba, il-Monsinjur Pawl Galea u Ġużè Muscat
Azzopardi, iltaqgħu ma’ Dun Karm il-Belt. Qalulu li huma kellhom
jibdew joħorġu gazzetta bil-Malti bl-isem ta’ “Il-Ħabib”, u stidnuh biex
jiktbilhom xi poeżija sabiħa bil-Malti għall-ewwel ħarġa. Għalkemm
Dun Karm minn dejjem kien iħobb il-lingwa tagħna, huwa kien għadu
jikteb poeżiji bit-Taljan biss. Għall-ewwel ħabat se jaqta’ qalbu, imma
mbagħad niżel għarkopptejh quddiem inkwatru tal-Madonna li kellu
P a ġ n a | 111
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
f’kamartu u talabha biex tgħinu. Dik il-lejla stess, fl-1912, Dun Karm
ta’ 41 sena kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti u semmieha: Quddiem
Xbieha tal-Madonna.
Minn dakinhar ’l hawn, Dun Karm beda jikteb ħafna poeżiji bil-Malti.
Fosthom insibu l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ…), l-Innu ta’
Filgħaxija (Riesaq il-lejl Mulejja…), Innu lill-Madonna (Fil-ħlewwa ta’
Mejju…) u fuq kollox l-Innu Malti u għadd kbir ta’ poeżiji sbieħ fuq
pajjiżna li wassluh biex ikun magħruf bħala l-Poeta Nazzjonali. L-Innu
Malti ndaqq għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel fl-1923.
Dun Karm għex ħajja kwieta u waħdu. Għal xi żmien l-uniku ħabib li
kellu kien daqsxejn ta’ għasfur lelluxi li għalih kiteb il-poeżija “Lill-
Kanarin tiegħi”. Dun Karm baqa’ dejjem mimli bi ħsibijiet kbar u bi
mħabba safja lejn il-lingwa tagħna sakemm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-
1961, meta kellu kważi 90 sena.
Araw dawn il-vidjows minn YouTube dwar Dun Karm Psaila:
https://www.youtube.com/watch?v=VePOvzJKNww
https://www.youtube.com/watch?v=kyBI1PbekUc
P a ġ n a | 112
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
L-INNU MALTI
Versi: Dun Karm Psaila
Mużika: Robert Sammut
.
Taħriġ
A: Qabbel.
Dun Karm twieled u ndifen fil-Belt.
Meta miet kellu il-Furjana.
Il-monument tiegħu qiegħed 40 sena wara mewtu.
It-teatru Manoel qiegħed kważi 90 sena.
Il-monument twaqqaf kważi f’tas-Sliema.
Dun Karm għex għal ħafna snin f’Ħaż-Żebbuġ.
Lil din l-art ħelwa, l-omm li tatna isimha,
Ħares, Mulej, kif dejjem int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-Sid, saħħa ’l-ħaddiem;
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.
P a ġ n a | 113
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Wieġeb dawn li ġejjin:
Daħħal il-kelma li tgħaqqad f’dawn iċ-ċrieki fis-sentenza t’hawn taħt:
Lil Dun Karm insejħulu ___________________
għax ħadem u stinka biex il-lingwa Maltija timxi ‘l quddiem.
P a ġ n a | 114
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Kompli.
1. L-Innu Malti fih ______________________ versi.
2. Il-kliem tiegħu kitbu ______________________ u l-mużika
kkomponieha ________________________.
3. L-Innu Malti hu forma ta’ ____________.
4. Dan l-innu ndaqq l-ewwel darba fit- _________________ fl-
______________.
5. Fl-innu Malti nitolbu ‘l Alla biex iħares lil ____________, biex
jagħti d-___________ lil min imexxieha, biex is-sidien jimxu
tajjeb mal-____________ u biex il-Maltin kollha jgħixu fl-
__________ bejniethom.
6. ‘L-oħla dawl’ ifisser il-______________ li ġabilna
____________.
7. L-iskola nkantawh kull _______________ wara t-talba.
8. Jitkanta wkoll fil-knejjes fil-festi __________________.
9. Jindaqq mal-wasla tal-__________________ f’xi okkażjoni
pubblika.
10. Dun Karm Psaila hu meqjus bħala l-poeta ______________ għax
ħadem ħafna biex iġib ‘il quddiem l-____________ Malti.
P a ġ n a | 115
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
D: Poġġi dan il-kliem fil-kolonna t-tajba.
Franċiżi Innu Malti it-Taljan kittieb konfoffa Malti
patrijott poeta qassis serq xkubettjat Żebbuġi
Dun Karm Psaila Dun Mikiel Xerri Komuni għat-TNEJN
________________
________________
_______________
________________
________________
________________
________________
________________
________________
________________
________________
________________
P a ġ n a | 116
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
E: Kompli s-sentenzi b’dawn il-kliem:
kliem Maltija inħobbu Palazz Franċiżi
ħajtu Taljana jeħilsu Poeta mużika
1. Dun Karm Psaila huwa l-_______________ Nazzjonali Malti.
2. Dun Karm kiteb il- _______________ tal-Innu Malti.
3. Il-_________________________ tal-Innu Malti nkitbet minn
Mro Robert Sammut.
4. Dun Karm, bl-eżempju tiegħu, iħeġġiġna biex ________________
l-lingwa tagħna.
5. Għall-bidu, Dun Karm kien jikteb il-poeżiji tiegħu bil-lingwa
__________________ imma mbagħad kiteb poeżiji mill-isbaħ bil-
lingwa __________________.
6. Dun Mikiel Xerri kien eroj li ta __________________ għal pajjiżu.
7. Dun Mikiel Xerri u sħabu riedu ___________________ lil Malta
minn taħt idejn il- __________________.
8. Dun Mikiel Xerri u sħabu nqabdu u għalhekk ġew maqtula fil-Belt
Valletta quddiem il- __________________.
P a ġ n a | 117
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
San Ġorġ Preca (1880 – 1962)
Dun Ġorġ, kif kien magħruf mal-Maltin u l-
Għawdxin kollha, twieled il-Belt Valletta fis-sena
1880 meta Malta kienet art maħkuma (kolonja) tal-
Ingilterra. Huwa laħaq saċerdot, għex ħajja
qaddisa u ġie kanonizzat, jiġifieri ġie ddikjarat
qaddis mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007. Il-festa ta’ San
Ġorġ Preca niċċelebrawha fid-9 ta’ Mejju kull sena. San Ġorġ baqa’
magħruf l-iktar għall-importanza kbira li ta lit-tagħlim. Meta laħaq
qassis huwa kien iqaddes fil-knisja ta’ San Gejtanu l-Ħamrun. Meta
darba sema’ lis-sagristan jgħallem tagħlim żbaljat, huwa waħħalha
f’moħħu li jagħmel xi ħaġa. Huwa ġabar grupp ta’ żgħażagħ u beda
jgħallimhom il-Bibbja. Meta ħass li kienu ppreparti biżżejjed, huwa
ħajjarhom jibdew jgħallmu d-Duttrina Nisranija lit-tfal żgħar. Din
kienet xi ħaġa ġdida u kbira, għaliex sa dak iż-żmien, is-saċerdot biss
kien jitkellem dwar il-Bibbja. Hekk bdiet is-Soċjetà tal-MUSEUM. Is-
Soċjetà tal-MUSEUM fetħet Oqsma (djar) fil-bliet u l-irħula kollha
Maltin u Għawdxin. L-ewwel qasam (dar) infetaħ fil-Ħamrun. Illum
insibu membri tal-MUSEUM jaħdmu fl-Awstralja, il-Perù, l-Albanija, il-
Polonja, il-Kenja u s-Sudan.
P a ġ n a | 118
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Għaliex jibqa’ jissemma San Ġorġ? Fost l-oħrajn:
1. San Ġorġ wera fiduċja kbira fil-lajċi – il-lajċi huma dawk li jaħdmu
fil-knisja imma li m’humiex reliġjużi (qassisin, patrijiet jew sorijiet).
San Ġorġ kien isejħilhom soċi, jiġifieri membri tas-Soċjetà tal-
MUSEUM; ħafna minnhom kienu għalliema fl-iskejjel, jew ħaddiema fit-
Tarzna;
2. Waqqaf djar tal-MUSEUM anke għall-membri nisa, fi żmien meta l-
mara ma tantx kienet titbiegħed ħafna mid-dar tagħha; dawn il-
membri nisa bdew imexxu d-djar tad-Duttrina b’mod indipendenti
minn dawk tas-subien;
3. Beda l-puċissjonijiet bil-Bambin nhar lejlet il-Milied, liema
purċissjonijiet għadhom isiru sal-lum;
4. Xerred it-tagħlim tal-Bibbja fost il-kbar u ż-żgħar;
5. Ġabar tfal u żgħażagħ fl-oqsma tal-MUSEUM fejn setgħu jitgħallmu,
u jiffurmaw il-karattru tagħhom.
San Ġorġ Preca u l-MUSEUM bir-ritratti:
wieħed mill-oqsma tal-MUSEUM,
dak tal-Mosta; hawnhekk it-tfal u
ż-żgħażagħ jinġabru biex
jitgħallmu
P a ġ n a | 119
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
l-arma tal-MUSEUM, magħrufa
bħala l-VERBUM DEI; il-membri
tal-MUSEUM jilbsu badge żgħira
bħal din
il-purċissjoni bil-Bambin tal-
Milied
San Ġorġ qiegħed
jgħallem fil-pubbliku.
Id-Dar Ċentrali tal-MUSEUM
fil-Blata l-Bajda
Araw dan il-vidjow minn YouTube dwar San Ġorġ Preca:
http://youtu.be/1yNsGqv_MD0
P a ġ n a | 120
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Uża l-kliem mill-kaxxa biex tkompli s-sentenzi dwar San Ġorġ Preca.
l-Ħamrun Valletta nisrani is-soċi
ħaddiema il-Bibbja filgħaxija lill-oħrajn
1. San Ġorġ Preca baqa’ magħruf għax-xogħol li wettaq fil-qasam
tat-tagħlim ________________.
2. Huwa twieled il-Belt _________________ imma għex għal żmien
twil fil-parroċċa ta’ San Gejtanu ___________________.
3. San Ġorġ insista ħafna biex ____________ jew membri tal-
MUSEUM jitħarrġu sew fil-għerf dwar ____________________,
biex imbagħad ikunu jistgħu jgħallmu _______________.
4. Is-soċi tal-MUSEUM, kemm dawk irġiel kif ukoll nisa, huma
______________ normali, imorru għax-xogħol filgħodu,
imbagħad jiftħu d-djar tad-Duttrina __________________, kif
ukoll is-Sibt u l-Ħadd biex fihom imorru ż-żgħażagħ ħalli jiffurmaw
il-karattru tagħhom.
P a ġ n a | 121
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Ikteb XERRI, PSAILA jew PRECA.
1. Eżempju:
Il-monument tiegħu qiegħed fi Triq Sant’
Anna l-Furjana.
Psaila
2. Għall-bidu kien jikteb il-poeżiji tiegħu bit-
Taljan.
3. Il-monument tiegħu qiegħed ġol-Belt Valletta.
4. Beda l-puċissjoni bil-Bambin tal-Milied
5. Ħa sehem fi pjan biex jitkeċċew il-Franċiżi
minn Malta.
6. Waqqaf is-Soċjetà tal-MUSEUM.
7. Ġie maqtul bl-azzarini tas-suldati Franċiżi fil-
Belt.
8. Kien eroj għax ta ħajtu għall-poplu Malti.
9. Kiteb il-versi tal-Innu Malti.
10. Qabel ġie maqtul għajjat “Viva Malta!”
P a ġ n a | 122
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
11. Kiteb bosta innijiet sbieħ reliġjużi bil-Malti
bħall-Innu “Nadurawk Ja Ħobż tas-Sema”.
12. Wera kuraġġ meta beda jikteb poeżiji bil-
lingwa Maltija.
13. Għallem lill-membri tal-għaqda tiegħu biex
iħobbu l-Bibbja.
14. Ġie ddikjarat qaddis fis-sena 2007.
15. Għex fi żmien meta Malta kienet immexxija
mill-Kavallieri ta’ San Ġwann.
16. Is-Soċjetà li waqqaf xterdet f’bosta pajjiżi.
P a ġ n a | 123
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Meta l-poplu jħoss li xi personaġġ storiku jkun jistħoqqlu li jsirlu
monument, sinjal li dan il-personaġġ:
• ikun importanti għall-poplu
• ikun ħalla effett fuq il-ħajja tal-poplu
Hekk ġara fil-każ ta’ Dun Karm Psaila, Dun Mikiel Xerri u ta’ San Ġorġ
Preca.
Għaliex Dun Karm Psaila kien personaġġ importanti?
Fost l-oħrajn Dun Karm tant sar iħobb l-ilsien Malti li kiteb bosta
poeżiji sbieħ bil-lingwa Maltija; dan għamlu minkejja li fi żmienu, l-iktar
lingwa li kienet tintuża’ għall-kitba hawn Malta kienet il-lingwa
Taljana. Dun Karm kiteb l-Innu Malti li llum jindaqq f’diversi
okkażjonijiet uffiċjali, bħal f’okkażjonijiet politiċi, qabel logħba futbol
u kull filgħodu fl-iskejjel Maltin.
Kapaċi napprezza għaliex il-poplu Malti għadu jgħożż il-memorja ta’ dawn il-personaġġi; u x’nistgħu nagħmlu biex infakkruhom dejjem iktar u aħjar.
P a ġ n a | 124
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
X’effett ħalla Dun Karm fuq il-poplu tiegħu?
L-imħabba li Dun Karm kellu għall-ilsien Malti, għaddiha lil bosta
Maltin. Illum għandna bosta kitbiet mill-aqwa ta’ Dun Karm. Dawn il-
kitbiet juru kemm l-Ilsien Malti huwa lsien sabiħ u sinjur. Dun Karm
huwa l-Poeta Nazzjonali Malti.
Għaliex Dun Mikiel Xerri kien personaġġ importanti?
Dun Mikiel Xerri kien EROJ. Eroj huwa bniedem qalbieni u kuraġġuż li
lest anke jmut għal dak li jemmen fih. Dun Mikiel Xerri kien ukoll
PATRIJOTT, jiġifieri tant kien iħobb lil art twelidu li kien lest imut għal
pajjiżu.
Fi żmien Dun Mikiel Xerri, il-Franċiżi kienu jaħkmu fuq il-Gżejjer
Maltin. Il-Franċiżi ma mxewx tajjeb magħna u allura Dun Mikiel Xerri
flimkien ma’ grupp ta’ rġiel oħra, ippjanaw kif jistgħu jiftħu l-bibien tal-
Belt Valletta biex il-Maltin tal-kampanja jidħlu fil-Belt u jirbħu lill-
Franċiżi. Dun Mikiel Xerri u sħabu inqabdu u ta’ dan ħallsu qares għax
inqatlu bit-tiri tal-azzarini Franċiżi.
P a ġ n a | 125
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
X’effett ħalla Dun Mikiel Xerri fuq il-poplu tiegħu?
Dun Mikiel Xerri tana eżempju ta’ kemm wieħed għandu jħobb lil
pajjiżu. Ma tistax tagħmel sagrifiċċju ikbar milli għamel Dun Mikiel
Xerri. Meta l-Maltin jiftakru kemm Dun Mikiel Xerri ħabb lil Malta,
nimtlew aħna wkoll bl-imħabba u r-rispett lejn l-art tagħna.
Għaliex San Ġorġ Preca kien personaġġ importanti?
Tassew huwa personaġġ importanti għax San Ġorġ Preca huwa l-ewwel
qaddis Malti. Dan kien devot ħafna tal-Bambin. Ried jagħmel minn
kollox biex jurih lid-dinja kollha u għalhekk waqqaf is-soċjeta’ tal-
MUSEUM għat-tfal u għaż-żgħażagħ Maltin. Il-Beatifikazzjoni tiegħu
saret fl-2001 minn Papa Ġwanni Pawlu II filwaqt li l-Kanonizzazzjoni
tiegħu seħħet fl-2007 minn Papa Benedittu XVI.
X’effett ħalla San Ġorġ Preca fuq il-poplu tiegħu?
Sal-lum il-ġurnata, il-maġġoranza tat-tfal Maltin jattendi għal-
lezzjonijiet tad-duttrina organizzati mis-soċjeta’ tal-MUSEUM. Prova
oħra tal-effett ta’ San Ġorġ Preca fuq il-Maltin, bla dubju hija l-
purċissjoni bil-Bambin ta’ lejlet il-Milied. Fil-purċissjoni, it-tfal u s-soċi
tal-MUSEUM, iduru mal-belt jew mar-raħal ikantaw għanjiet tal-Milied
u jaqraw xi siltiet dwar il-Bambin. F’idejhom ikollhom xi lampi jew
fanali.
P a ġ n a | 126
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A: Wieġeb dawn il-mistoqsijiet dwar l-Innu Malti.
1. Min hi din l-art ħelwa? ________________________________
2. Min kiteb il-kliem tal-Innu Malti? _______________________
3. ‘Dehen’ tfisser (mistħija, paċenzja, għerf).
4. L-Innu Malti huwa talba (lil Alla, lill-President, lill-Prim Ministru).
5. Għaliex għandna noqogħdu dritti meta jindaqq l-Innu Malti?
___________________________________________________
B: Imla l-vojt.
1. Dun Karm kien wieħed mill-akbar ____________
_____________.
2. Hu jissejjaħ il-__________ __________ għax kiteb ħafna poeżiji
bil-Malti.
3. Dun Karm twieled f’Ħaż-___________ fl-1871 u miet fl-19___.
Meta miet kellu kważi _________ ___________.
4. Hu kiteb l-___________ __________, illum l-Innu Nazzjonali
tagħna.
P a ġ n a | 127
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Wieġeb il-mistoqsijiet.
1. Għalfejn ġie maqtul Dun Mikiel Xerri?
___________________________________________________
2. X’kien ix-xogħol ta’ Dun Mikiel Xerri?
___________________________________________________
3. Fejn twieled u għex Dun Mikiel?
___________________________________________________
4. Patrijott huwa wieħed li ________________________________
5. Għalfejn taħseb li Dun Mikiel kien qalbieni?
___________________________________________________
___________________________________________________
D: Kompli dawn is-sentenzi.
1. Dun Mikiel Xerri kien iħobb ħafna lil ______________________.
2. Il-Maltin riedu jeħilsu mill-Franċiżi. Il-qassis li mexxa lill-Maltin
kien _________________________.
3. Bħala kastig, il-Franċiżi _______________ lil dan il-qassis u lil
sħabu.
4. Dawn il-Maltin kienu eroj. Eroj tfisser ___________________
______________________________________________.
P a ġ n a | 128
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
E: Fittex.
1. Meta nfakkru Jum Dun Karm? _________________________
2. Kif infakkruh ġeneralment? ___________________________
________________________________________________
3. Meta niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca? ______________
4. Għaliex dawn id-dati huma importanti? ___________________
________________________________________________
F: Qabbel.
1 San Ġorġ Preca tinsab Blata l-Bajda.
2 Huwa twieled fil-Belt Valletta insejħulhom soċi.
3 Meta laħaq qassis, kien
iqaddes
hu ġie dikjarat qaddis.
4 Kien hu li beda l- fil-knisja ta’ San Gejtanu.
5 Hu kien jgħin liż-żgħażagħ waqqaf is-soċjeta’ tal-
MUSEUM.
6 Id-Dar Ċentrali tal-Mużew fis-sena 1880.
7 Il-Membri tas-soċjeta’ tal-
Mużew
jiffurmaw il-karattru
tagħhom.
8 Fit-3 ta’ Ġunju 2007 purċissjoni bil-Bambin.
P a ġ n a | 129
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ġ: Wieġeb bil-għajnuna tal-istampi.
monument lil Dun Mikiel Xerri u sħabu fil-Belt Valletta
monument lil Dun Karm Psaila fil-Furjana
1. Semmi raġuni waħda għaliex taħseb li l-Maltin ħassew il-bżonn li
jagħmlu monument lil Dun Mikiel Xerri u sħabu fil-Belt Valletta.
___________________________________________________
___________________________________________________
2. Għaliex taħseb li Dun Karm Psaila kien jistħoqqlu li jibqa’ jissemma
u mfakkar permezz ta’ monument?
___________________________________________________
___________________________________________________
3. Semmi effett li Dun Karm Psaila ħalla fuq in-nies li ġew fi żmienu u
warajh.
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 130
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
4. Kull sena, nhar it-18 t’Ottubru, infakkru Jum Dun Karm. Fost diversi
ċelebrazzjonijiet oħra ssir ċerimonja u diskors fuq il-monument tiegħu
fi Triq Sant’ Anna l-Furjana. Jieħdu sehem ħafna tfal tal-iskola. Agħti
raġuni waħda għaliex din it-tifkira għandha tibqa’ ssir.
___________________________________________________
___________________________________________________
5. Il-knisja kull sena tiċċelebra l-festa ta’ San Ġorġ Preca nhar id-9 ta’
Mejju. Għaliex huwa tajjeb illi kull sena nibqgħu nfakkru lil San Ġorġ
Preca?
___________________________________________________
___________________________________________________
6. San Ġorġ illum jinsab midfun f’parti apposta mid-Dar Ċentrali tal-
MUSEUM li hemm fil-Blata l-Bajda. Bosta nies iħobbu jżuru dan il-
qabar. Semmi żewġ affarijiet ta’ ġid li għamel San Ġorġ meta kien
għadu ħaj:
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 131
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
G. Ikteb ittra fiċ-ċrieki t-tajba.
a) Liema hu l-monument li jfakkar lil Dun Mikiel Xerri? Ikteb l-ittra X
fiċ-ċirku.
b) Liema hu l-monument li jfakkar lil Dun Karm? Ikteb l-ittra K fiċ-
ċirku.
P a ġ n a | 132
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Tajjeb li nfittxu provi li juru li Dun Karm, Dun Mikiel Xerri u San Ġorġ
Preca ħallew effetti li għadhom jinħassu sal-lum. Fittex xi eżempji
konkreti ta’ din l-evidenza fil-ħajja ta’ kuljum. Dawn li ġejjin huma xi
eżempji:
• Meta jindaqq/jitkanta l-Innu Malti
• Meta ngħaddu minn ħdejn il-monument ta’ Dun Karm fi Triq Sant’
Anna l-Furjana
• Meta nisimgħu innijiet bħal ‘Nadurawk Ja Ħobż tas-Sema’ u ‘Tina
l-Ħlewwa’
• Meta naraw il-monument iddedikat ‘Lil Dun Mikiel Xerri u lil
Sħabu’ fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta quddiem il-Berġa
ta’ Aragona
• Meta naraw il-lapida fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Furjana
• Meta ngħaddu minn quddiem xi qasam tal-MUSEUM li għandna fil-
Gżejjer Maltin
Kapaċi nfittex evidenza tal-effetti li dawn il-personaġġi
ħallew fuq il-kultura Maltija
P a ġ n a | 133
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A: Immarka bis-sinjal X dawk li juru l-effett li ħallew Dun Karm, San
Ġorġ u Dun Mikiel Xerri fuq il-kultura Maltija.
1. L-Innu Nazzjonali jew l-Innu Malti
2. L-Innu ta’ Filgħaxija, versi ta’ Dun Karm Psaila
3. Il-qasam tal-MUSEUM ta’ Ħal Tarxien
4. Lapida bl-ismijiet tal-Maltin maqtula flimkien ma’ Dun Mikiel
Xerri fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana
5. Għalqa mimlija tin u bajtar
6. Bosta tfal li jippreparaw għall-Ewwel Tqarbina billi jattendu l-
lezzjonijiet fid-Djar tad-Duttrina
7. Monument lil Dun Mikiel Xerri fi Pjazza Aragona fil-Belt Valletta
8. Soċi tal-MUSEUM Maltin qegħdin jgħallmu fl-Albanija
9. Il-katidral tal-Imdina
10. Il-purċissjoni bil-Bambin tal-Milied li ssir kull sena mill-
membri u t-tfal tal-MUSEUM
11. Daħal il-kompjuter fl-iskejjel
12. Il-monument lil Dun Karm Psaila fi Triq Sant’ Anna l-Furjana
13. It-traffiku ta’ Triq il-Lewż
P a ġ n a | 134
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Dawn huma xi ideat li intom l-istudenti qed tiġu mħajra tiktbu b’mod
kreattiv dwar xi wieħed mill-personaġġi msemmija.
.
Dun Karm Psaila għadu kif lesta l-versi tal-Innu
Malti. Ikteb ix-xewqat li għandu Dun Karm għall-
futur tal-versi tal-Innu Malti li għadu kif kiteb.
Dun Karm Psaila għadu kemm kiteb l-ewwel ftit poeżiji tiegħu bil-
Malti. Ħabib tiegħu, Lorenzo Caligari, jixtieq li l-poeżiji jinkitbu bit-
Taljan u mhux bil-Malti. Ikteb djalogu qasir bejn Dun Karm U
Lorenzo Caligari dwar dan is-suġġett.
San Ġorġ Preca, għadu kemm fetaħ l-ewwel Mużewijiet tas-subien.
Il-pjazza jara erba’ żgħażagħ jitkellmu fuq bank għall-frisk. San
Ġorġ resaq lejhom u pprova jħajjarhom biex
minflok joqogħdu hemm jaħlu l-ħin, jattendu għal-
laqgħat tal-MUSEUM. Ikteb fi kliemek, il-kliem li
qalilhom San Ġorġ.
Kapaċi nfakkar lil dawn it-tliet personaġġi permezz ta’ kitba
kreattiva
P a ġ n a | 135
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ġużi għandu tmien snin. San Ġorġ Preca ltaqa’ ma’ Ġużi fi triq il-
Ħamrun u pprova jħajru biex jibda jattendi għal-lezzjonijiet tal-
MUSEUM. Ikteb id-djalogu li sar bejn San Ġorġ u Ġużi.
Lil Dun Mikiel Xerri għadhom kif qatgħuhielu
għall-mewt. Ġiet l-ordni minn Franza li għandu
jiġi xkubettjat talli ħa sehem fil-konfoffa biex
jitkeċċew il-Franċiżi minn Malta. Ikteb il-
ħsibijiet li għaddejjin minn moħħ Dun Mikiel
Xerri bħalissa, fiċ-ċella jistenna l-mewt.
Il-gwardjan ta’ Dun Mikiel Xerri huwa raġel Malti mill-Belt Valletta,
jismu Xandru. Il-gwardjan Xandru jżomm mal-Franċiżi. Ikteb
djalogu li seħħ bejn Xandru u Dun Mikiel Xerri fil-lejla qabel Dun
Mikiel Xerri kellhom joqtluh billi jisparawlu.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 136

P a ġ n a | 137
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-Ġeografija
P a ġ n a | 138
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-pjanti jiġu ddisinjati minn perit. Il-periti jiddisinjaw djar, skejjel,
palazzi, ġonna, toroq, mini jew xi bini ieħor.
Id-disinn tal-pjanta jurina d-daqs u kif se jkun il-bini, kemm minn
ġewwa u kif ukoll minn barra. Għalhekk minn pjanta nkunu nafu kif
inhu l-ambjent tal-post li ddisinja l-perit.
Naraw fejn ġejjin il-kmamar, il-btieħi, il-bibien, it-twieqi u dettalji
oħra. Professjonisti oħra bħall-inġiniera wkoll jiġu bżonn ipinġu pjanti
fix-xogħol tagħhom, bħall-pjanti ta’ makkinarji.
Kapaċi nispjega x’inhi pjanta tal-klassi, tal-iskola u tal-
pjazza; u x’inhi mappa
P a ġ n a | 139
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Pjanta ta’ Klassi
Din li ġejja hija pjanta ta’ klassi. Din il-pjanta tagħtina ħafna
informazzjoni, bħal kemm hi kbira l-klassi, fejn jinsabu l-imwejjed u s-
siġġijiet, il-kompjuters, il-wajtbord u oġġetti oħra li jkun hemm bżonn
għat-tagħlim.
Importanti li klassi tkun spazjuża, arjuża u mdawla.
P a ġ n a | 140
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Pjanta ta’ Skola
Minn din il-pjanta nistgħu nifhmu, kif inhu mqassam is-sular t’isfel ta’
din l-iskola. Faċli li nifhmu fejn insibu l-uffiċċji tas-Surmast u tal-
assistenti tiegħu, il-klassijiet, il-bitħa, it-tojlits, il-kurituri u postijiet
oħra.
P a ġ n a | 141
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Pjanta tal-pjazza tar-raħal
Fiċ-ċentru ta’ ħafna bliet u rħula nsibu knisja kbira.
It-toroq prinċipali jduru mal-knisja u fihom insibu bini importanti bħal:
L-għassa tal-pulizija
Iċ-ċentru ċiviku
Ħwienet
Servizzi: dentist, nutar, tabib ...
Djar tan-nies
Ġonna pubbliċi
Bandli
Skola.
P a ġ n a | 142
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
It-toroq kollha għandhom isem. Dawn jgħinu lin-nies biex isibu l-post
fejn iridu jmorru u għalhekk jagħmlu l-ħajja aktar faċli.
L-istampa li jmiss turi veduta mill-ajru (aerial view) taċ-ċentru tar-
Rabat, Malta.
L-istampa li jmiss turi l-pjanta tal-istess ċentru tar-Rabat, Malta. Kif
qed taraw hija aktar faċli biex issegwiha.
P a ġ n a | 143
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A: Ħares lejn din l-istampa ta’ karozza kif tidher fi pjanta.
Issa pinġi pjanta ta’ kif taħseb li jkunu jidhru tapit u siġġu fil-kaxxi
t’hawn taħt.
B: Immaġina li poġġejt erba’ bottijiet tal-ħalib f’kull kantuniera tal-
mejda. Issa, fil-kaxxa t’hawn taħt, pinġi l-mejda bil-bottijiet kif taħseb
li tkun tidher minn fuq.
P a ġ n a | 144
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ċ: Ħares sewwa lejn din il-pjanta u wieġeb il-mistoqsijiet.
1. Din hija pjanta ta’ (villa, skola, triq, appartament).
2. Kemm-il kamra tas-sodda tista tara f’din il-pjanta? ____________
3. Taħseb li dan il-post jinsab fis-sular t’isfel jew ta’ fuq? __________
4. F’din il-pjanta qed naraw kamra vojta.
a. Liema kamra taħseb li jonqos? _________________________
b. Semmi xi affarijiet li nesa jpinġi? ________________________
_________________________________________________
ċ. Kieku int xi tpoġġi taħt it-tieqa ta’ din il-kamra? _____________
_________________________________________________
P a ġ n a | 145
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
d. Issa pinġi l-għamara ta’ din il-kamra. Importanti li tpinġi kollox
kif jidher minn fuq.
5. Bil-kulur aħmar pinġi s-simboli li juru li hemm bieb.
6. Bil-kulur blu pinġi s-simboli li juru li hemm tieqa.
7. Immarka dawn l-ismijiet fil-kmamar it-tajbin: kċina, kamra tal-ikel
u salott, kamra tas-sodda, kamra tal-banju u taraġ.
D: Iddisinja l-pjanta tal-kamra tas-sodda tiegħek.
• Iddisinja l-pjanta billi tuża’ l-lapes u r-riga.
• Tista’ tuża’ xi simboli li tgħallimna s’issa.
• Tinsiex tpinġi l-għamara u l-affarijiet skont kif jidhru minn fuq.
P a ġ n a | 146
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
P a ġ n a | 147
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
E: Wieġeb skont dak li tara fil-pjanta tar-raħal.
P a ġ n a | 148
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
1. Il-knisja tar-raħal qiegħda fil- __________________.
2. It-triq faċċata tal-knisja jisimha ________________.
3. Toni jħobb jgħaddi l-ħin tal-mistrieħ fil-__________
____________.
4. Biex imur l-ispiżerija Toni jrid jimxi matul Triq il-Fanali, jikser fuq
ix-xellug u jaqsam Triq ____________________________.
5. Il-lukanda qiegħda kantuniera ma’ Triq ________________ u Triq
__________________.
6. Omm Toni daħlet tixtri minn żewġ ħwienet faċċata ta’ xulxin. L-
ewwel marret għand tal-__________ u wara għand tal-_________.
7. Immarka b’kulur aħmar kif l-aħjar li jgħaddi Toni biex imur mill-
knisja għall-ħanut tal-kotba.
8. Fuq il-pjanta fadal biċċa art immarkata ‘art vojta’. Din tinsab
faċċata tal-iskola. Kieku kont int, x’tagħmel biha biċċa art bħal dik
faċċata tal-iskola? _____________________________________
9. Kieku kellek issib post għall-monument ta’ Dun Karm Psaila fejn
tagħżel li tpoġġih? Immarka dan il-post fuq il-pjanta billi tpinġi ċirku
kulur blu. Taħt iċ-ċirku, ikteb ‘monument’.
P a ġ n a | 149
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
X’inhi mappa?
Mappa hija stampa żgħira ta’ kif jidher pajjiż, belt jew raħal mill-għoli.
Nużaw mappa meta nkunu qed infittxu xi belt jew raħal f’xi pajjiż
partikulari. Nużaw mappa meta nsiefru u nkunu rridu nafu fejn
qegħdin. It-turisti jużaw mappa biex jivvjaġġaw minn post għall-ieħor.
Biex turist isib it-triq minn fejn irid jgħaddi għandu bżonn mappa.
Biex insib belt jew raħal f’Malta għandna
bżonn mappa ta’ Malta.
Biex insib fejn qiegħda Spanja għandi
bżonn mappa tal-Ewropa.
Biex insib fejn qiegħed xi kontinent għandi
bżonn mappa tad-dinja.
P a ġ n a | 150
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A: Ikteb Veru jew Falz.
1 Biex insir naf fejn hi l-Mosta għandi bżonn mappa
tal-Ewropa.
2 Nuża’ mappa ta’ Malta biex insib il-bajja tal-
Għadira.
3 Niġi bżonn pjanta tal-Afrika biex immur Pariġi.
4 Użajt mappa tad-dinja biex tgħallimt il-
kontinenti.
5 F’ mappa tal-Ewropa issib l-irħula ta’ Malta.
6 Xtrajt mappa ta’ Franza qabel ma sifirt Pariġi.
7 Kelli bżonn mappa ta’ Londra biex sibt l-
ajruportijiet ta’ Heathrow u Gatwick.
8 Biex issib triq f’xi belt jew raħal għandek bżonn
mappa tad-dinja.
9 Mappa tad-dinja ma turikx it-toroq ta’ kull pajjiż.
10 Jekk trid tara kif inhi mqassma l-iskola għandek
bżonn mappa tal-iskola.
P a ġ n a | 151
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
B: Qabbel is-sentenzi billi tniżżel in-numri fit-tielet kolonna.
1. Permezz ta’ mappa ta’
Ruma
meta vjaġġajna mill-
Ingilterra sal-Iskozja.
2. Claudio xtara mappa ta’
Għawdex
għandek bżonn mappa tal-
Eġittu.
3. Użajna mappa tar-Renju
Unit
rajna l-oċeani kollha.
4. Sibna l-kontinent tal-Asja ssib il-kanal ta’ Swejs.
5. Fil-mappa tal-Portugal kemm Malta hija żgħira.
6. Fil-mappa tal-Amerika ta’
Fuq
biex idur dawra mal-gżira
t’Għawdex.
7. Mill-mappa tal-pajjiżi
Mediterranji
hemm il-Kanada.
8. Fuq il-mappa tad-dinja sirt naf fejn insib il-Vatikan.
9. Biex issib il-Kajr għandek issib il-belt ta’
Lisbona.
10. Mappa tad-dinja turik mill-mappa tad-dinja.
P a ġ n a | 152
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Malta, Għawdex u Kemmuna huma tliet gżejjer fil-Baħar
Mediterran.
Il-belt kapitali ta’ Malta hija l-Belt Valletta.
Il-belt kapitali ta’ Għawdex hija r-Rabat (Victoria).
Il-bandiera ta’ Malta hija bajda u ħamra.
Kapaċi nsib fuq mappa xi lokalitajiet tal-Gżejjer Maltin.
P a ġ n a | 153
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Il-Belt Valletta
1. Il-Belt Valletta hija l-belt kapitali ta’
Malta.
2. Inbniet fi żmien il-kavallieri ta’ San Ġwann u hi msemmija għal Gran
Mastru Jean de La Valette.
3. It-toroq tal-Belt Valletta huma kollha dritti u hija belt mdawwra bis-
swar – dawn kienu jservu bħala difiża mill-attakki tal-għadu.
4. Hija belt kummerċjali u fiha nsibu ħafna ħwienet differenti, monti u
stabbilimenti ta’ divertiment fosthom ċinema, restoranti u lukandi.
5. Xi bini importanti (storiku) fil-Belt Valletta huma l-Konkatidral ta’
San Ġwann, il-Palazz tal-President, Kastilja, il-Barrakka ta’ Fuq u l-
Barrakka t’Isfel, il-Qorti, il-Mużew tal-Arkeoloġija u oħrajn.
Ir-Rabat (Victoria)
1. Ir-Rabat Victoria hija l-belt kapitali ta’ Għawdex, hija belt qadima
ħafna u fiha nsibu ħafna toroq dojoq.
2. Hija tinsab fil-parti ċentrali (fin-nofs) tal-gżira ta’ Għawdex.
3. Bini importanti li nsibu fir-Rabat huwa ċ- Ċittadella. Iċ-Ċittadella
hi mibnija fuq għolja u hi mdawwra bis-swar.
4. Fir-Rabat insibu ukoll ħafna ħwienet, monti, restoranti u lukandi.
P a ġ n a | 154
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Ir-raħal jew belt tiegħi
1. Ikteb l-isem tal-belt jew raħal fejn toqgħod.
___________________________________________________
2. Għid f’liema parti ta’ Malta jinsab il-belt jew raħal tiegħek.
___________________________________________________
3. Ikteb dwar ix-xogħol tal-Kunsill Lokali u ikteb l-isem tas-Sindku tar-
raħal tiegħek.
___________________________________________________
___________________________________________________
4. Ikteb dwar postijiet ta’ interess u ta’ importanza fil-belt jew fir-
raħal fejn toqgħod.
___________________________________________________
___________________________________________________
5. Iddeskrivi x’tip ta’ post hu (eż. turistiku, kummerċjali, tas-sajjieda,
antik, modern eċċ.).
___________________________________________________
6. Spjega kif inbidel l-belt/raħal tiegħek matul is-snin.
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 155
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Tgħallem fejn jiġu l-lokalitajiet miktubin fuq din il-mappa.
L-Imdina (u r-Rabat)
L-Imdina hi l-belt antika ta’ Malta. Fejnha nsibu r-Rabat. Dawn iż-
żewġ lokalitajiet huma mibnija fuq għolja.
P a ġ n a | 156
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Is-Siġġiewi
Dan huwa raħal kbir f’Malta. Maġenbu nsibu ħafna barrieri. Hemm
ukoll is-Salib tal-Għolja, il-Limestone Heritage u l-bajja ta’ Għar Lapsi.
Il-Birgu
Din il-belt hija magħrufa wkoll bħala Vittoriosa. Tinsab ħdejn il-Port
il-Kbir u hija waħda mit-Tlett Ibliet li huma l-Birgu, Bormla u l-Isla.
Fil-Birgu nsibu l-Palazz tal-Inkwiżitur.
Tas-Sliema
Din hija belt qrib il-baħar. Tas-Sliema huwa popolari ħafna mat-turisti
minħabba li fih insibu ħafna lukandi, ristoranti u postijiet ta’
divertiment.
Marsaxlokk
Dan hu raħal tipiku Malti magħruf għas-sajd. Kull nhar ta’ Ħadd jarma
l-monti li huwa ferm popolari mal-Maltin u mat-turisti li jkunu qed
iżuruna.
P a ġ n a | 157
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Buġibba
Din hija lokalita’ żgħira ħdejn il-baħar. Fis-sajf tkun mimlija bin-nies
speċjalment bil-Maltin li għandhom xi villeġġjatura hemm jew turisti li
jmorru jgawdu l-baħar.
Il-Mellieħa
Dan ir-raħal hu mibni fuq għolja u jħares lejn il-bajja tant sabiħa tal-
Għadira.
Il-Gudja
F’din il-lokalita’ nsibu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Il-Mosta
Dan il-post hu msemmi għall-koppla kbira tonda magħrufa bħala r-
Rotunda.
Iċ-Ċirkewwa
Ħafna nies imorru ċ-Ċirkewwa biex jaqbdu l-vapur tal-Gozo Channel,
jaqsmu l-fliegu u jaslu Għawdex.
P a ġ n a | 158
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Marsalforn
Din hija lokalita’ f’Għawdex li tinsab qrib il-baħar. Hawnhekk insibu
ħafna postijiet ta’ villeġġjatura. Il-bajja dejjem tkun mimlija bil-
Maltin, Għawdxin u turisti.
Mġarr
Dan hu l-port ta’ Għawdex. Fih jidħlu l-vapuri tal-Gozo Channel.
Fuq mappa tal-Portijiet tgħallem fejn jiġu Valletta, Sliema u Birgu.
P a ġ n a | 159
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
A: Agħżel wieħed minn dawn l-irħula li ġejjin. Sib stampa u ikteb żewġ
sentenzi fuqu. Tista’ tuża l-websajts tal-kunsilli lokali biex issib xi
karatteristika bażika dwar dawn il-bliet u rħula.
MALTA: Valletta, l-Imdina (u r-Rabat), is-Siġġiewi, il-Birgu, Tas-
Sliema, Buġibba, Marsaxlokk, il-Mellieħa, il-Gudja, il-Mosta, iċ-
Ċirkewwa;
GĦAWDEX: Victoria, Marsalforn u Mġarr.
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 160
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Xi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jinsabu, jew,
fil-għoli,
fil-baxx jew
ħdejn il-baħar.
fil-għoli fil-baxx ħdejn il-baħar
il-Mellieħa is-Siġġiewi Buġibba *
l-Imdina (u r-Rabat) il-Gudja Marsaxlokk *
Iċ-Ċittadella
(Victoria)
il-Birgu * Tas-Sliema
Valletta * Buġibba * Marsalforn
il-Mosta Valletta *
Marsaxlokk * iċ-Ċirkewwa
Mġarr
Birgu *
Fejn hemm * tfisser li l-lokalita’ hija msemmija darbtejn.
Kapaċi nesplora l-pożizzjoni ġeografika ta’ xi bliet u rħula
Maltin u Għawdxin.
P a ġ n a | 161
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A. Immarka t-tajbin:
1. Ir-ritratt tal-lemin juri biċ-ċar illi l-Mellieħa hija raħal mibni
ġo wied.
fuq għolja.
fil-baħar.
2. Immarka żewġt ibliet antiki li huma wkoll mibnija fuq għolja
Mdina Birgu Mqabba
Mosta Qrendi Victoria
3. Belt oħra antika, imma did-darba mibnija fil-baxx u qrib il-baħar hija
iċ-Ċirkewwa. il-Birgu. is-Siġġiewi.
4. Lokalità moderna, li żviluppat ħafna f’dawn l-aħħar 20 sena, u li
nsibu qrib il-baħar hija
Il-Mosta Il-Gudja Bugibba.
5. Lokalità li nsibu mibnija fil-baxx kif ukoll qrib il-baħar hija
Marsaxlokk. ir-Rabat Malta. Victoria.
P a ġ n a | 162
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
6. Lokalità f’Għawdex qrib il-baħar fejn insibu bajja bir-ramel, bosta
ristoranti u ħwienet għat-turisti, kif ukoll numru ta’ sajjieda, hija
Marsalforn. Victoria. is-Sannat.
7. Raħal fejn insibu ħafna pjanuri, għelieqi fertili u anke bosta barrieri
minn fejn jinqata’ l-ġebel, huwa
Marsaxlokk. Buġibba. is-Siġġiewi.
B. Aħseb, imbagħad wieġeb dawn.
1. Fir-ritratt jidhru parti mis-swar tal-
belt qadima tal-Imdina. Għaliex l-
Imdina nbniet ’il bogħod mill-baħar,
inbniet fuq għolja u ġiet imdawra bis-
swar?
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 163
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
2. Fejn tixtieq li tkun toqgħod, raħal jew belt mibnija fuq għolja bħall-
Imdina, jew post fil-baxx bħas-Siġġiewi? Għaliex?
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
3. Semmi vantaġġ u żvantaġġ li jkollok jekk tkun toqgħod xi lokalità
turistika bħal Buġibba:
a) il-vantaġġ:
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
b) l-iżvantaġġ:
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
Araw dan il-vidjow biex titgħallmu aktar dwar l-għoljiet, l-irdumijiet,
l-għerien, id-daħliet u l-bajjiet:
www.youtube.com/watch?v=B5fjs1yROEQ
P a ġ n a | 164
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Araw vidjow li jittratta dwar il-ħajja fil-belt imqabbla mal-ħajja fil-
kampanja u wara nwieġbu xi mistoqsijiet dwaru.
YouTube: http://youtu.be/2wyyPxgXFj0
Xi differenzi bażiċi bejn li tkun tgħix f’xi belt jew li tgħix f’xi raħal:
Żgur li f’belt insibu iktar varjeta ta’ oġġetti x’nistgħu nixtru filwaqt li
f’xi raħal insibu iktar kwiet u postijiet fejn nistgħu mmorru xi
passiġġata.
Eżempju, il-Belt Valletta hija l-belt kapitali tagħna, imma jekk irridu
nduru dawra fil-kampanja mmorru lejn xi raħal bħas-Siġġiewi. Jekk
irridu nimmaġinaw kif kienet il-ħajja fl-antik nistgħu mmorru nduru
dawra fit-toroq dojoq tal-Imdina, imma jekk irridu naraw ambjent
modern immorru nduru dawra Tas-Sliema.
Kapaċi nidentifika xi differenzi bejn il-ħajja fil-belt u l-ħajja
fil-kampanja.
P a ġ n a | 165
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
Taħriġ
A. Wieġeb bil-għajnuna tal-istampi.
1. X’jurina l-ewwel ritratt, xena fil-
kampanja jew fil-belt?
____________________________
2. Minn fejn indunajt?
____________________________
___________________________________________________
3. Semmi vantaġġ wieħed li jista’ jkollok jekk tkun toqgħod f’post viċin
bħal dan.
___________________________________________________
___________________________________________________
4. It-tieni ritratt jurina xena fil-
kampanja jew f’xi belt?
_____________________________
5. Minn fejn indunajt?
______________________________
___________________________________________________
P a ġ n a | 166
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
6. Semmi vantaġġ li jista’ jkollok meta tkun toqgħod f’post viċin bħal
dan:
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
B. Immarka b’ X liema minn dawn li ġejjin issib jekk tkun toqgħod fil-
kampanja.
1. arja friska 6. xeni sbieħ
2. razzett 7. storbju
3. raba’ bil-frott 8. ħitan tas-sejjieħ
4. traffiku 9. siġar u ħaxix salvaġġ
5. kwiet 10. fabbriki
Ċ. Immarka b’ X liema minn dawn li ġejjin issib jekk tkun toqgħod fl-
ibliet.
1. djar u bini għoli 6. uffiċini
2. ħwienet 7. ħafna nies
3. banek 8. ċentri ta’ ħwienet
4. kwiet 9. postijiet ta’ divertiment
5. ilma nieżel mal-għoljiet 10. widien
P a ġ n a | 167
Ktejjeb tal-Istudji Soċjali għar-Raba’ Sena Adattament ta’ Ms. Sephorah Saliba Skola Primarja Siġġiewi
D. Agħżel bejn dawn li nsibu fil-kampanja u dawn li nsibu fil-belt. Penġi
dawk li nsibu fil-kampanja b’kulur aħdar u dawk li nsibu fil-belt b’kulur
isfar.
arja friska iktar ħwienet ikel iktar bnin flettijiet
fjuri u ħaxix siġar bdiewa ħafna nies
xeni sbieħ arja maħmuġa storbju ta’ karozzi skola
E. Wieġeb bil-għajnuna tal-istampi.
1. Din hija xena li sibna meta morna dawra fil-kampanja.
Ikteb sentenza u fiha għid KIF GĦANDHA TKUN L-IMĠIBA TAGĦNA
META MMORRU FIL-KAMPANJA.

Tmiem