20
1 Veterani Għarfien : Esperjenza : Maturità : Impenn : Entużjażmu : Kuraġġ : Servizz : Valur : Lealtà : Passjoni : Stima : Kapaċità : Enerġija : Serjetà : Kelma : Altruwiżmu Onestà : Wens : Rispett : Bżulija : Sodisfazzjon : Determinazzjoni : Ħila : Umanità Suċċess : Ħeġġa : Solidarjetà : Eżempju : Rieda : Imħabba : Gwida.... EDIZZJONI 18 : LULJU 2017 EDITUR : TONIO BONELLO _____________________________________________________________________________________________________________________________________________________ INT U JIEN : Kollox għandu ħinu. Hekk il-mistrieħ. Bosta ġenituri bħal dan iż-żmien jieħdu nifs twil ta’ mistrieħ wara disa’ xhur ta’ taħbit bl-ulied jippreparawlhom il-kolazzjon għal magħhom, l-uniformi dejjem maħsula, nadifa u mgħoddija, iwassluhom l-iskola u jmorru lura għalihom, jogħqodu magħhom għax-xogħol tad-dar u l-istudju meħtieġ u Alla biss jaf x’aktar. Li forsi l-kbar għandhom tentazzjoni jinsew f’din l -istorja kollha hu li anke l-istess ulied ikunu ħerqana jasal dan iż-żmien ta’ ftit mistrieħ tul sena ħidma ma taqta’ xejn. Kważi mhemmx età llum minn meta wliedna jidħlu fid-dinja adulta f’kuntenst ta’ impenn. Bejn qawmien kmieni, skola, xogħol tad-dar, studju, mużew u elf ħaġa oħra li, jew joħolqu li jridu jagħmlu huma stess, inkella li nissuġġerulhom aħna l -ġenituri, il-jiem mhux jgħaddu iżda jtiru min fuqna!

Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

1

Veterani Għarfien : Esperjenza : Maturità : Impenn : Entużjażmu : Kuraġġ : Servizz : Valur : Lealtà : Passjoni : Stima : Kapaċità : Enerġija : Serjetà : Kelma : Altruwiżmu Onestà : Wens : Rispett : Bżulija : Sodisfazzjon : Determinazzjoni : Ħila : Umanità Suċċess : Ħeġġa : Solidarjetà : Eżempju : Rieda : Imħabba : Gwida....

EDIZZJONI 18 : LULJU 2017 EDITUR : TONIO BONELLO _____________________________________________________________________________________________________________________________________________________

INT U JIEN : Kollox għandu ħinu. Hekk il-mistrieħ. Bosta ġenituri bħal dan iż-żmien jieħdu nifs twil ta’ mistrieħ wara disa’ xhur ta’ taħbit bl-ulied jippreparawlhom il-kolazzjon għal magħhom, l-uniformi dejjem maħsula, nadifa u mgħoddija, iwassluhom l-iskola u jmorru lura għalihom, jogħqodu magħhom għax-xogħol tad-dar u l-istudju meħtieġ u Alla biss jaf x’aktar.

Li forsi l-kbar għandhom tentazzjoni jinsew f’din l-istorja kollha hu li anke l-istess ulied ikunu ħerqana jasal dan iż-żmien ta’ ftit mistrieħ tul sena ħidma ma taqta’ xejn. Kważi mhemmx età llum minn meta wliedna jidħlu fid-dinja adulta f’kuntenst ta’ impenn.

Bejn qawmien kmieni, skola, xogħol tad-dar, studju, mużew u elf ħaġa oħra li, jew joħolqu li jridu jagħmlu huma stess, inkella li nissuġġerulhom aħna l-ġenituri, il-jiem mhux jgħaddu iżda jtiru min fuqna!

Page 2: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

2

Sewwa li t-tfal, wara tant ħidma jkunu ppremjati wkoll. Kemm hu importanti li l-bniedem, hu min hu, hi min hi, għandhom kemm għandhom żmien, dejjem ikollhom xi ħaġa fil-ħajja xi jħarsu ‘l quddiem b’mod pożittiv, ta’ gost, pjaċir, mistrieħ...

Bl-istess qies il-ġenituri għandhom jieħdu din l-okkażjoni ta’ dawn il-ftit xhur ta’ mistrieħ biex sakemm possibbli, inaqqsu ftit mill-pressjoni tax-xogħol, jieħdu xi jiem barra mill-impjieg tagħhom biex ikunu fil-kumpanija ta’ wliedhom, u jgwadu kemm jista’ jkun lil xulxin.

Tħallux żmien jintilef. Dwar l-ilma ngħidu, ‘kull qatra tgħodd’. Dwar uliedna jien ngħid, ‘kull sekonda tgħodd!’. U kollox jagħmel id-differenza.

Is-sempliċità u l-innoċenza tat-tfal tgħallimna li mhux neċessarjament xi cruise ta’ xahar f’Miami u l-Bahamas li jkun meħtieġ.

La qed ngħixu Malta se nuża ikla tipika Maltija sempliċi li kulħadd jgħożż. Kissra ħobż tal-Malti biż-żejt u mħawra b’dawk l-affarijiet li jħobbu wliedek fuq xtajta mal-baħar. Jekk hemm bżonn anke bilqiegħda fuq ir-ramel, din ukoll tagħmel id-differenza kollha.

It-tfal, sakemm ma ndaħlux fihom aħna stess ċerti aspettazzjonijiet u affarijiet ta’ barra minn hawn, ma jarawx kbir ħafna!

Jikkuntentaw irwieħhom b’kollox, basta f’kumpannija tajba; il-ġenituri tagħhom u, għal min għandu, ħuthom.

Iżda mhux biss. Fis-Soċjoloġija u fil-Psikoloġija tgħallimna dwar id-differenza bejn il-Familja Nukleari u dik Estiża.

Nukleari mhux għax tista’ tisplodi, għalkemm ħafna drabi, għax aħna umani, ġieli nisplodu wkoll!... Din tfisser, il-familja fl-element bażiku tagħha, jiġifieri l-omm, il-missier u l-ulied.

Il-familja estiża hi dik li Malta ta’ dari kienet tant tirrispetta u tgħożż. Tinkludi n-nanniet, il-kuġini, iz-zijiet, u xi drabi saħansitra s-sekondi kuġini u l-bużnanniet.

Maż-żmien ħajjet il-bniedem ħadet xejra oħra. Il-bidla li saret dawra tond madwar il-globu laħqet lilna wkoll.

Illum ħafna anzjani jinsabu jgħixu waħedhom ħajja indipendenti għalihom fi djarhom stess.

Oħrajn residenti f’bosta djar tal-anzjani li nsibu f’Malta u Għawdex. Dawk provduti mill-Gvern, tal-Privat, kif ukoll tal-Knisja.

Page 3: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

3

Huwa fatt li dawn l-anzjani li semmejt l-aħħar, fl-ambjent fejn jgħixu, aktarx li kollha jew kważi jsirulhom numru ta’ attivitajiet regolari tul xahar fl-ambjent tal-ħbieb tagħhom residenti.

Dawk jgħixu fi djarhom għandhom opportunitajiet kemm iridu biex jintegraw f’diversità bla qies ta’ inizjattivi u attivitajiet ta’ kull ġeneru.

Jibqa’ iżda l-fatt li għeżeż mill-familja, dawk l-aktar viċin tiegħu l-bniedem m’għandux.

U hawn hu eżatt fejn xtaqt nasal jien illum. Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu!

Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll li kieku f’dawn il-ġimgħat li ġejjin, kull familja timpenja ruħha li darba f’ġimgħa jew kull ħmistax tibda toħloq attività li għaliha tibda tistieden xi

anzjan/a jew anzjani qrib tagħha; ġenituri, nanniet jew familjari oħra.

U jekk hawn min forsi m’għandu lil ħadd, jasal wasla sa waħda minn dawn id-djar tal-anzjani.

Jistaqsi hemm u jagħmel arranġament mal-awtoritajiet konċernati biex iwettaq dan il-ħsieb, naturalment bil-kunsens tal-istess anzjani li, partikolarment ma jkollhom lil ħadd li jiġi minnhom, inkella li m’għadu jmur iżurhom ħadd.

Titilfux opportunità bħal din. Tkun qed tgħin parti mis-soċjetà li jixirqilha kull dinjità li tgħix hi wkoll, kuntenta, ferħana. Li taf li hemm xi ħadd li qed jiftakar fiha.

Fuq kollox però tkun qed tgħin int stess lilek innifsek u lil uliedek tkompli tikbru u timmaturaw, issa mhux f’kuntest akkademiku, iżda fl-imħabba, fis-solidarjetà, fil-karità lejn il-proxxmu.

Dak li tiżra’, taħsad. Kif trabbi lil uliedek, hekk l-istess huma mbagħad jagħmlu ma’ wliedhom.

Jekk inkomplu nħeġġu soċjetà taħseb, mhux aktar b’mod egoist, mil-lum jista’ jkollna ħajja aħjar. U wliedna, u wlied uliedna jkollhom ħajja u dinja ferm aħjar minn dik li hi llum!

Il-paċi miegħek...

Page 4: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

4

Veterani : Ħajr...

L-Onorevoli Anthony Agius Decelis Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva

Is-Sinjura Doris Zammit Dip.H&S fuq il-Post tax-Xogħol, Dip. Ġurnaliżmu, Dip.Ġurnaliżmu Mxandar(UK), Ċert. Qari tal-Provi Malti

Is-Sinjura Mary Grace Cassar Masters fl-Istudji tal-Familja, B.A. (Hons.) fil-Kriminoloġija, kif wkoll Occupational Therapist

Is-Sinjura Sandra Jackson Servizzi tal-Anzjani f’Għawdex

Is-Sinjura Tessie Azzopardi Ex-Għalliema għexet f’Malta u fl-Awstralja

Is-Sur Vincent Tonna

M.Ger; Dip.Appl. Social Studies : Social Worker

Is-Sur Tony Micallef Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

Is-Sur Ronald Zaffarese Impjegat : Residenza San Vinċenz de Paule

Il-Qarrejja kollha ta’ ‘Veterani’ Dawk kollha li jżommu kuntatt magħna

Veterani : L-Editur

‘Veterani’ hi pubblikazzjoni ta’ kull xahar maħruġa mit-Taqsima Informazzjoni u Komunikazzjoni tad-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. ‘Veterani’ toħroġ speċifikament fil-verżjoni on-line għalkemm anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jistgħu jitolbu biex tingħata lilhom kopja stampata. Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ ‘Veterani’ mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali. Jekk jogħġbok tibda tirċievi r-rivista, ‘Veterani’ tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku; [email protected]

Page 5: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

5

MERĦBA U GRAZZI : Segretarju Parlamentari ġdid

MERĦBA - L-Onorevoli Anthony Agius Decelis twieled il-Gżira fit-23 ta’ Ottubru 1967 u jgħix il-Mosta mal-familja tiegħu.

Ingħaqad fiż-żwieġ ma’ martu Josette nhar l-20 ta’ Mejju 1989 u għandhom tlett itfal; Danika, Ann Marie and Jeanine.

Segwa l-istudji tiegħu fl-iskola Santa Monica ta’ Birkirkara u aktar tard fl-Università ta’ Malta, Baċellerat f’Informal Education, Post Graduate f’Health Management u Health Science u Post Graduate / Masters fil-Ġerontoloġija u l-Ġerjatrija mill-Università ta’ Malta.

Serva bħala konsulent għall-Gvern fil-qasam tal-Anzjani kif ukoll ħadem fl-Isptar Mater Dei.

Reċentement kien il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis fil-Burokrazija fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru kif ukoll, Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-Familja u MP.

L-Onorevoli Decelis kien elett mill-ġdid fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenerali u ngħata d-dekasteru ta’ Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva. F’isem l-amministrazzjoni, l-impjegati u l-anzjani kollha, awguri f’din il-ħidma ġdida.

GRAZZI – L-Onorevoli Dr Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva se tkun qed tħalli dan l-irwol.

Dan wara li mill-ġdid ġiet eletta fl-aħħar elezzjoni ġenerali li kellna x-xahar li għadda meta issa ngħatat dekasteru ġdid, dak bħala l-Ministru għal Għawdex.

Dr J Caruana mwielda x-Xewkija, Għawdex kienet ilha sa minn April 2014 responsabbli għas-Segretarjat għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva.

Matul is-snin li mexxiet f’dan l-irwol, ħadmet b’impenn biex dawn l-oqsma jiġu minn ta’ quddiem f’pajjiżna.

F’isem l-amministrazzjoni u l-impjegati tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità...

F’isem ukoll, b’mod speċjali l-anzjani kollha Maltin u Għawdxin, kelmtejn ta’ ħajr u apprezzament lill-Onor. Dr J Caruana u nawgurawlha, issa f’din ir-responsabbiltà ġdida bħala Ministru għal Għawdex.

Page 6: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

6

KELMTEJN : Tal-karti, tal-plastik jew tad-drapp?

Doris Zammit, Dip. Saħħa u Sigurtà

fuq il-Post tax-Xogħol, Dip. Fil-Ġurnaliżmu, Dip. Fil-Ġurnaliżmu Mxandar(UK), Ċert. Fil-Qari tal-Provi tal-Malti.

Tgħiduli dalgħodu biex ġejja? Illum ma xiex se taqbad? Iva mal-basktijiet... tal-karti, tal-plastik jew tad-drapp? Nhar it-3 ta’ Lulju huwa l-jum dedikat biex ifakkarna ma nużawx basktijiet tal-plastik u jien nemmen ukoll, lanqas tal-karti għax lkoll kemm aħna suppost nafu kemm jinqerdu siġar biex isiru l-karti. Ħafna minna l-basktijiet tal-plastik nużawhom kuljum, basktijiet tal-plastik li ħafna minnhom aktarx jingħatawlna meta mmorru nixtru.

Kemm jekk qed nixtru ikel jew ħwejjeġ b’garanzija li se noħorġu b’xi basket tal-plastik mimli b’dak li nkunu xtrajna.

Imbagħad lura d-dar, malajr malajr niżbarazzaw il-basket qisna tfal qed niftħu r-rigali tal-Milied u nispiċċaw inwarrbu l-basket mingħajr l-ebda ħsieb.

Qatt waqaftu u ħsibtu x’jiġri minnhom dawk il-basktijiet tal-plastik? Qatt ħsibtu kemm jgħaddu basktijiet minn idejna individwalment kull sena?

Il-Jum mingħajr basktijiet tal-plastik ġie stabbilit u mfakkar internazzjonalment kull sena, biex tikber il-kuxjenza dwar dawn il-basktijiet tant popolari u xi ħsara jistgħu jagħmlu anke fl-ambjent.

Ifakkruna li dawk il-basktijiet aktarx jintużaw għal ħin qasir ħafna, forsi bejn ħamsa u għoxrin minuta u nofsiegħa l-aktar.

Forsi ma jgħaddilnix minn moħħna, imma mid-dinja l-plastik idum ma jgħaddi.

Il-basktijiet tal-plastik jibqgħu fid-dinja bejn mija u ħames mitt sena qabel ma fl-aħħar jispiċċaw kompletament u jekk jispiċċaw... u minħabba f’hekk ikollhom impatt profond fuq l-ambjent tagħna.

‘Il bogħod ‘il bogħod fl-abbissi tal-oċeani hemm sikka enormi magħmula minn kull kwalità ta’ skart tal-plastik, fosthom numru abbundanti ta’ basktijiet tal-plastik.

Daqstant hija kbira l-problema li dawn il-gżejjer jifflowtjaw għall-mijiet ta’ mili simili għall-monumenti kbar magħmulin biex ifakkrura fil-ħela tal-bnedmin u li ma jimpurtaniex mid-dinja li qed ngħixu fiha.

Page 7: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

7

Din il-ġurnata mfakkra internazzjonalment biex ma nużawx basktijiet u boroż tal-plastik tagħtina opportunità...

Okkażjoni biex infakkru lilna nfusna u lill-oħrajn, li kull azzjoni li nieħdu u kull basket li narmu, jaffetwa ħajjitna u ħajjet l-oħrajn fid-dinja. Mhux biss issa iżda, anke għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Kif nistgħu nosservaw din il-ġurnata?

Hemm diversi modi kif nistgħu nagħmlu l-parti tagħna biex dawn il-basktijiet jonqsu, u l-aktar mod ħafif jirrekjedi biss li nagħmlu riżoluzzjoni.

Anke jekk għal ġurnata waħda, agħżlu basktijiet tad-drapp minflok il-plastik jew aktar aħjar ħudu magħkom basket taċ-ċarruta meta tmorru tixtru.

Illum ukoll hawn dawk il-basktijiet li nistgħu nużawhom għal ħafna drabi, ma jitqattgħux kif ġieb u laħaq.

Fil-fatt anke hawn Malta, ħafna ħwienet bdew l-ewwel jagħtu b’xejn basktijiet taċ-ċarruta, imbagħad ħarġu wkoll għall-bejgħ bi prezzijiet raġjonevoli, basktijiet kif jgħidulhom bl-Ingliż Reusable bags for Life.

Min jaf kieku l-bejjiegħa joffru xi inizzjattiva lill-klijenti biex jinkoraġġuhom jibdew iġibu magħhom basket minflok jagħżlu li jingħataw basket tal-plastik?

Madwar id-dinja jsiru diversi attivitajiet biex ifakkru n-nies ma jużawx basktijiet tal-plastik.

Fost dawn, waħda mill-aktar popolari hi dik fejn jinġabru gruppi ta’ nies, fit-toroq, fix-xtajtiet u jiġbru dak l-iskart kollu li jsibu. Verament jinġabar ammont kbir ta’ skart li lanqas jitwemmen.

Kuljum miljuni ta’ basktijiet tal-plastik jintremew mingħajr ma nagħtu kas. Il-futur ma tantx jidher sabiħ.

Mijiet ta’ eluf ta’ basktijiet tal-plastik jimlew l-oċeani, ix-xmajjar u kull rokna fl-erbat irjieħ tad-dinja.

Tafu xejn li l-problema tant kibret li dak li xi darba kien ramel nadif fuq ix-xtajtiet tagħna, illum qed jinstab li dan huwa magħmul minn frak ta’ sustanzi naturali u skart tal-plastik?

Issa f’idejna biex inħallu l-ambjent u dinja aktar nadifa għal uliedna u ulied uliedna.

—oo—oo—oo—

Page 8: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

8

Page 9: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

9

SVPR : Għalik matul Lulju 2017

Bħalma nagħmlu ta’ kull xahar, bil-kollaborazzjoni tas-Sur Ronald Zaffarese mir-Residenza San Vinċenz de Paul inwasslulkom il-programm ta’ attivitajiet għar-residenti ta’ din id-Dar. Intom l-anzjani residenti jkun tajjeb jekk tagħmlu l-aħjar użu possibbli ta’ dawn l-attivitajiet.

03.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

05.07.17 : 17.00PM - BBQ (Triq l-Admission)

06.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

07.07.17 : 09.15AM - Stedina Quddiesa Ħal-Balzan

10.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

12.07.17 : 17.00PM - BBQ (Bitħa nisa)

13.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

17.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

19.07.17 : 17.00PM - BBQ (JP's Block)

20.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa B'Buġia

24.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa Wied il-Għajn

26.07.17 : 17.00PM - BBQ (Bitħa rġiel)

27.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa Wied il-Għajn 31.07.17 : 17.00PM - Ħarġa sa Wied il-Għajn

Il-ħarġa t-tajba... .

Nixtiequ nfakkru li kuljum fil-knisja SVPR ikun hemm Quddiesa fl-10.15am. Kuljum wara nofsinhar ikunu organizzati wkoll diversi attivitajiet.

Fost dawn ikun hemm; tombla, board games, reminiscence, crosswords, qari, komunikazzjoni, tpinġija, logħob kreattiv ta’ ġeneru sportiv u films.

Attività ġdida li se tibda issa bi craft trolley fejn se nkunu qed induru fis-swali biex flimkien mal-anzjani nibdew nagħmlu souvenirs, kartolini u ħafna aktar.

Titilfux din l-esperjenza ta’ kreattività. Tinsiex ukoll li issa tista’ tibda tieħu sehem f’attivitajiet bl-użu ta’ tablets mal-anzjani sħabek. Staqsi għal aktar tagħrif...

Dejjem lesti biex ngħinuk... .

Page 10: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

10

ĊIRKOSTANZI B’DIFFERENZA : Rigal b’differenza

Tony Micallef mit-Taqsima Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Bank tad-Demm, illum dwar l-għoti tad-demm bħala rigal b’differenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.

L-operazzjonijiet tal-iskoljożi jġibu magħhom żieda fid-domanda għad-demm

Reġa’ wasal iż-żmien li f’Malta jasal tim kirurġiku speċjalizzat biex fl-Isptar Mater Dei isiru għadd ta’ operazzjonijiet fuq is-sinsla tad-dahar lil għadd ta’ pazjenti, l-maġġoranza tagħhom ikunu adoloxxenti. Dawn l-operazzjonijiet huma maġġuri u kif wieħed jista’ jimmaġina jikkonsmaw ammont sostanzjali ta’ demm.

Fil-fatt kull wieħed minn dawn il-pazjenti jieħu medja ta’ 4 boroż demm u għaldaqstant peress li n-numru ta’ pazjenti li ser ikunu operati ser ikun ta’ madwar 20, dan ifisser li fil-jiem li ġejjin ser ikun hemm żieda sostanzjali fid-domanda għat-trasfużjonijiet tad-demm.

Quddiem din it-talba addizzjonali għad-demm dawk li huma f’saħħithom huma ġentilment mitluba jagħtu d-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (inkluż fil-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.

Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Page 11: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

11

Djarju : Il-Ħajja tiegħi ma’ Anzjan (It-Tielet Parti)

Minn Sandra Jackson Servizzi tal-Anzjani f’Għawdex

Disorjentat għall-aħħar

Kultant jiġu mumenti fejn nieqaf minn dak li nkun qed nagħmel u nibda nħares lejn missieri.

Ovvja ma nħallihx jinduna bija għax ma rridtx nagħmlu skomdu. Qed insib ruħi naħseb dawn il-ħsibijiet ta’ spiss dan l-aħħar u dejjem iħalluni mdejjqa.

Sens ta’ dieqa, bħal balla tqila tagħfas naqra naqra fuq il-qalb li min-naħa l-oħra tiġġieled biex tinħeles minn din l-emozzjoni tant kerha. X’għamilt b’idejja u ġibtu jogħqod miegħi!

Illimitali ħajti għall-aħħar u jekk jgħix għal ħafna żmien bħal ma għamlu ħutu, jien mhux ser ikolli ċans nerġa’ ngawdi naqra ħajti.

Naħseb nasal biex nirtira mix-xogħol u nispiċċa ndur bih full-time, minflok indur id-dinja u nagħmel dak kollu li dejjem xtaqt nagħmel. Anke l-ħbieb qtajt minħabba fih. X’għarukaża... Imissni nistħi noqgħod naħseb hekk. Ninqabad f’dawn il-mumenti wara li jkun ġara xi ħaġa partikolari.

Jew anke meta nkunu qed nieklu bil-kwiet flimkien waqt l-aħbarijiet tat-tmienja. Ħeqq, waqt l-ikel mhux ser jinduna bil-ħsibijiet tiegħi għax ikun moħħu biss fl-ikel. Żaqqu minn dejjem kien iħobbha.

Kattiva jien kultant għax noqgħod nanalizza kull ħaġa li jagħmel, sa anke l-mod ta’ kif qed jogħmod il-laħam ta’ fuq il-platt.

“Allura din Bre-shit xinhi eżatt, il-ħin kollu jsemmuha fl-aħbarijiet?” - “Bre-shit?”... Ehh, trid tgħid, “Brexit”, hux?...

Istra kemm tħawwad daddy. Brexit hija l-kelma li qalawielha l-ġurnalisti Ingliżi meta l-maġġoranza fir-Renju Unit ivvutaw f’referendum biex joħorġu mill-Ewropa.

“British – Exit. Fhimt?” Ma nafx jekk l-ispjegazzjoni tiegħi kinitx tajba għax kien reġa’ staqsieni xi darbtejn oħra imma lumenu daħħakni waħda.

Mumenti bħal dawn malajr ipattu għal dawk il-ħsibijiet koroh u nibda nistmerr lili nnifsi għalfejn kont daqshekk dgħajfa u nħalli l-kruha biss li ġġib l-anzjanità tinvadi lil moħħi u lil qalbi.

Tgħid jien waħdi? Possibbli, minn dawk in-nies kollha li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom ma jkollhomx mumenti simili?

Page 12: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

12

Kollha qaddisin - mela? Naħseb ikolli nibda Support Group biex inkun nista’ nirrispondi din il-mistoqsija.

Allura nibda naħseb kemm xjaħ. Mhux daqstant id-dehra tiegħu taf għax ta’ 84 sena x’tistenna! Imma iktar fl-ispirtu u mentalment.

Inkun qed inħares lejh fil-fond u ma nagħarfux. Dan hu l-istess bniedem li kien tant idaħħakni meta kont żgħira?

Kien tant iħaddem rasu! Dan Missieri, li kien Foreman ma’ Farsons u li kellu tant ħaddiema taħtu? Jorganizza r-rosters u jara li kulħadd imissu xi naqra overtime?

Kien maħbub minn ħafna nies. Fejn naf? U żgur li naf. Kieku għalfejn kienu jiġu b’ħafna rigali fi żmien il-Milied u l-Għid?

Għadni niftakar sew dak id-dundjan li qlajna meta wieħed mill-ħaddiema tiegħu ġabu d-dar tagħna ġo xkora.

Issa ma tgħidx li aħna konna noqogħdu ġo dar kbira b’xi ġnien imdaqqas, imma fl-aħħar sular ġo appartament fil-Ħamrun.

Ma konniex nafu x’ser nagħmlu bih. Kif toqtol dundjan ta’ 50 kilo? Kif ser issajru? U iva, forsi ma kienx daqshekk kbir, imma għal tifla ta’ sitt snin, kollox u kulħadd jidher ikbar minnek!

Naf li l-aħħar li rajtu dan l-imbierek dundjan kien fil-banju u missieri jagħqlalu r-rix bit-tnalja. Kemm kien daħħakna dak inhar id-daddy.

Iva d-daddy biss induna li minn ħuti l-oħra, forsi jien għandi potenzjal li nsir xi ħaġa oltre mara tad dar b’xi ċorma tfal?

Għallinqas hekk nispjega ġo moħħi l-fatt li kull Milied jew birthday kien jagħtini ktieb li mal-qoxra tiegħu kien jikteb messaġġ żgħir li jien kont naqra kull darba li nibda kapitlu ġdid.

Fejn mar dak ir-raġel, id-daddy li kien tant jieħu ħsiebi meta kont żgħira u issa qed nieħu ħsiebu jien?

Dan l-aħħar mar lura wisq u ta’ spiss ikun disorjentat, bħal jitfixkel x’qed jiġri fid-dinja u x’parti jagħmel mill-istess dinja.

M’ilux ċempiltlu biex ngħidlu li ser nittardja xi naqra. Ridt niltaqa’ mat-tifel tiegħi biex intih bagalja għax kien sejjer iżur lin-nanniet tiegħu fl-Ingilterra.

Kienu x’il-ħamsa meta ċempilt u għidtlu jridx li nġib miegħi xi chicken take away għax ma jkollix aptit insajjar u jkun tard wisq.

“Mhemmx għalfejn, tagħmel xejn għal nofsinhar”. - “X’nofsinhar daddy, jaqaw għadek rieqed? Issa filgħaxija taf?”...

“Imbagħad inġib chicken miegħi, int tajjeb għalik?” – “Imbagħad noħroġ u nġib xi ħaġa jien..., mela x’ħin sar?”

Wasalt id-dar biċ-chicken fis-sebgħa ta’ filgħaxija u nsib kullimkien dlam ċappa. Nieħu qatgħa meta jiġri hekk għax l-ewwel ħsieb ikun li hu ġralu xi ħaġa.

Page 13: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

13

Ftaħt il-bieb tal-kamra tiegħu u fl-istess ħin reġa rritorna n-nifs ġewwa fija.

“Daddy..., għadek rieqed? Taf x’ħin hu?” Staqsieni jekk jien hux sejra x-xogħol u jien għajjat lura, “Ix-xogħol issa?” biex forsi jismagħni u jiġi f’tiegħu.

Waqt li qed nieklu ċ-chicken reġa’ staqsieni, “Allura int għad trid tmur ix-xogħol jew diġà ġejt?”

Staqsejtu kemm ilu rieqed u wara pawsa eterna u ċass fil-bogħod qalli, “Ma nafx ngħidlek taaa.”

Nixtieq li kieku l-qarrej ta’ din ir-rivista jaħseb naqra dwar dan kollu li qsamt magħkom illum.

Aħna li naħdmu mal-anzjani, jew jista’ jkun li int ukoll li tieħu ħsieb anzjan jew anzjana, ġieli ltqajtu ma’ dawn il-problemi?... U x’kienet is-soluzzjoni?...

Jew forsi għadek ma sibtx tweġiba?... Jista’ jkun li rnexxielek issolvihom waħdek dawn ir-realtajiet, jew inkella bl-għajnuna ta’ xi għaqda jew servizz tal-gvern li forsi mhux kulħadd jaf bih.

Iktbilna u għidilna x’taħseb fuq dan l-indirizz e-mail; [email protected]

L-għan ta’ dawn l-artikli hu li naqsmu flimkien esperjenzi u ġrajjiet, daqqa tad-daħk u oħra tal-biki, u li nitgħallmu minn xulxin; mingħajr preġudizzju, mingħajr akkuża, mingħajr ma niġġudikaw.

—oo—oo—oo—

Page 14: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

14

ATTWALITÀ : Imniedi grupp ta’ sapport

Rokna interessanti mill-kollega veteran Vince Tonna M.Ger; Dip.Appl. Social Studies (Social Worker) dwar il-ħajja anzjana u ġrajjiet kurrenti jew għarfien b’relevanza għal ħutna veterani ta’ pajjiżna s-soċjetà inġenerali.

Impenn b’risq persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom Kif intkom ħbieb?... Nixtieq illum f’din il-ħarġa ta’ ‘Veterani’ nwassal dawn il-kelmtejn qosra iżda dwar suġġett tant importanti għal kull wieħed u waħda minnha f’ħajjitna.

B’mod speċjali billi nafu li l-ikbar numru ta’ persuni b’diżabilità huma anzjani, numru żgħir ta’ anzjani ħbieb tiegħi u jien xtaqna nwaqqfu grupp partikolari.

Grupp ta’ ħidma u Sapport għal persuni b’diżabilità ta’ kull età u diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom fil-lokalità tagħna ta’ Marsaskala.

Minkejja li kulħadd jirrikonoxxi li saru żviluppi importanti f’dan il-qasam għal dawn il-familji, kulħadd għandu jemmen li għad fadal aktar x’isir.

L-ewwel ħaġa li għamilna kien li tlabna l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità sabiex tibgħat informazzjoni dwar dan il-grupp ġdid lil madwar 355 persuna b’diżabilità li jgħixu fil-lokalità tagħna u li huma fir-reġistru tagħha.

Persważi wkoll li hemm ħafna aktar persuni b’diżabilita’ li huma Skalin u li għad mhumiex imnizzla f’dan ir-reġistru.

Saret l-ewwel laqgħa fis-16 ta’ Settembru tas-sena l-oħra u komplejna b’dawn il-laqgħat tagħna kull xahar għax numru sabiħ ta’ persuni xtaqu li nkomplu niltaqgħu fiċ-Ċentru Edukattiv tal-Kunsill Lokali tagħna.

Bħalissa qed inkunu madwar 25 persuna u fi ftit żmien ieħor se jkollna nfittxu post ieħor għax ma jkunx jesagħna l-post!

Page 15: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

15

Mill-ewwel iddiskutejna x’għandhom ikunu l-għanijiet prinċipali ta’ dan il-grupp u qbilna, li dawn għandhom jinkludu li ġej:

1. Li ngħinu lill-persuni b’diżabilità biex

jiżviluppaw it-talenti tagħhom;

2. Li nagħtu għajnuna prattika lill-membri

tagħna, b’mod speċjali permezz ta’

informazzjoni dwar id-diżabilità; u

3. Li norganizzaw attivitajiet rikreattivi lill-

membri tagħna.

F’waħda mill-ewwel laqgħat tagħna ddiskutejna wkoll x’suġġetti rridu li niddiskutu mal-professjonisti f’dan il-qasam.

Fil-lista ta’ suġġerimenti għad-diskussjoni hemm dawn it-temi:

Is-Servizzi mogħtija mill-Aġenzija

Sapport;

L-irwol tas-social worker mal-familji

tal-persuni b’diżabilità;

Prevenzjoni mill-abbużi fuq persuni

b’diżabilità;

L-Irwol u s-servizzi mogħtija mill-

Kummissjoni għad-Drittijiet tal-

Persuni b’Diżabilità;

L-Involviment u protezzjoni żejda mill-

ġenituri ma’ wliedhom li għandhom

diżabilità;

Il-Patient Charter;

Is-Servizzi mogħtija lill-Anzjani billi

ħafna mill-membri tagħna huma

anzjani;

X’għajnuna għandha tingħata lill-

ġenituri meta l-familja ma tkunx tista’

tibqa’ tissapportja lill-persuna

b’diżabilità fi djarhom.

Apparti d-diskussjoni li norganizzaw, aħna li mmexxu dawn il-laqgħat nipprovdu lill- membri tagħna b’hand-outs dwar id-diżabilità.

Tajjeb li nsemmi wkoll li l-Aġenzija Sapport aċċettat li tgħinna biex inwasslu l-messaġġ tagħna billi, meta tkun tista’, tibgħatilna professjonisti biex imexxu dawn it-temi mal-membri tagħna.

Fil-bidu ta’ kull laqgħa ċ-Chairman u jiena nagħtu informazzjoni lill-membri tagħna dwar x’qiegħed jiġri f’dan il-qasam, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna.

Ninfurmawhom ukoll dwar tweġibiet ta’ mistoqsijiet parlamentari li jkunu għadhom kemm saru fuq id-diżabilità.

—oo—oo—oo—

Page 16: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

16

FOR THE ELDERLY : 9 Safe Summer Tips

Summer is the season for outdoor fun, BBQ’s and relaxation. But with higher temperatures and a stronger sunshine it can also pose some serious health threats if the proper precautionary measures aren’t taken. So, make sure you or your loved ones have a fun and safe summer by following these 9 safe summer tips for the elderly. Thanks to the source; care.com (US)

1. Contact Your Doctor Check with your GP to make sure any medications you are on won't be affected by higher temperatures, especially if you don't have air conditioning in your home.

2. Drink Plenty of Water Older people are more susceptible to dehydration than younger people because they lose their ability to conserve water as they age. Remember to drink water more often.

3. Dress Right When it's warm out, some people find natural fabrics (such as cotton) to be cooler than synthetic fibers. Stock your summer wardrobe with light-colored and loose-fitting clothes to help feel cooler and more comfortable.

4. Sunscreen & Hats The elderly especially need the extra sun protection to help keep them healthy. Carers, family and friends can help by gently reminding loved ones about applying sunscreen and helping to put it on when necessary. Hats are also a great idea.

5. Put Shades On Vision loss can be common among the elderly, and too much exposure to the sun can irritate eyes and cause further damage. Wearing sunglasses can protect your eyes from harmful UV rays and preserve your vision.

Page 17: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

17

6. Stay Cool Even small increases in temperature can shorten the life expectancy for seniors who are coping with chronic medical conditions. Shopping malls, movie theaters and libraries provide welcome, cool spaces if an elderly persons' own home isn’t air conditioned.

7. Beware of Hyperthermia During the summer, be particularly cautious about abnormally high body temperatures, a condition known as hyperthermia. Heat stroke is an advanced form of hyperthermia that can be life-threatening.

8. Intelligent Exercise If you enjoy outdoor activities such as walking or gardening, make sure to wear the proper clothing and protective gear. It is also important to keep track of time. Do not stay out for long periods and make sure to drink even more water than usual.

9. Keep in Touch High temperatures can be life-threatening, so communication plays an important role in ensuring the safety of the elderly. For seniors, you should let friends and family know if you'll be spending an extended period of time outdoors.

Page 18: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

18

Page 19: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

19

TAI CHI + : Ċentru ta’ matul il-jum Anzjani Mellieħa

Kitba u Fotografija : Tonio Bonello Information & Communications Executive AACCD

Fil-bidu ta’ Ġunju kelli l-okkażjoni nżur iċ-Ċentru tal-Anzjani ta’ matul il-jum fil-Mellieħa. Dan jagħmel parti mid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa, magħrufa bħala Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Hawnhekk l-anzjani li jattendu f’dan iċ-ċentru, ta’ kuljum isibu tilqagħhom attività b’differenza. Ħafna minn dawn aktarx maħsuba fuq linji ta’ anzjanità attiva.

Ritratt: Adrian Axisa, espert tat-Tai Chi jħarreġ anzjani fiċ-Ċentru ta’ matul il-jum, Mellieħa

Is-sessjoni llum kienet waħda ta’ ċaqliq u eżerċizzju fiżiku kif imwassal minn speċjalist appost f’ambjent seren u trankwill b’mużika mill-aktar rilassanti fl-isfond biex tgħin il-persuna jidħol aktar b’mod attent ma’ dak li qed jagħmel. Dawn it-tip ta’ sessjonijiet jissejħu, Tai Chi.

Tkellimt dwar dan ma’ Ms Christine Galea, Supervisor taċ-Ċentru li spjegat kif dawn is-sessjonijiet jagħmlu parti minn lista ta’ attivitajiet diversi li jsiru għall-anzjani. Mhux biss dawk residenti fil-Mellieħa, iżda anke minn lokalitajiet oħrajn fil-madwar.

Ikompli fil-paġna li jmiss >

Page 20: Ve rani - Active Ageing Veterani...Ejjew aħna lkoll dan is-sajf nagħmlu xi ħaġa differenti, forsi xi ħaġa mhux tas-soltu! Min jaf kemm ikun hawn ferħ intern ġewwa fina lkoll

20

Sessjonijiet Tai Chi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa

Is-sessjonijiet Tai Chi f’dan iċ-ċentru jsiru darba fil-ġimgħa waqt li dawk tal-Aerobics isiru darbtejn fil-ġimgħa. Attivitajiet oħra jinkludu dawk maċ-ċentru tal-Wardija, line-dancing, tagħlim tal-ganutell u saħansitra ħarġiet organizzati, sa anke fil-gżira t’Għawdex.

Iċ-Ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa jiftaħ kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 ta’ filgħodu sat-3.15 ta’ wara nofsinhar. Isegwu dan insibu mhux anqas minn 110 persuni, ilkoll anzjani tal-età bejn is-sittin u t-tmenin sena, għalkemm t’età akbar xi drabi jattendu wkoll.

Waqt din iż-żjara ħadt l-opportunità nsegwi sessjoni sħiħa ta’ Tai Chi mal-espert assenjat f’dan iċ-Ċentru, is-Sur Adrian Axisa li b’abbiltà kbira u dedikazzjoni kapaċi joħloq sens ta’ interess u motivazzjoni f’dawn l-anzjani li qed isegwu dawn il-klassijiet.

Ħasra li waqt li tant attivitajiet u inizjattivi interessanti bħal mhuma dawn jgħinu biex il-bniedem, partikolarment anzjani jibqgħu jżommu saħħithom fl-aħjar kundizzjoni possibbli, il-preżnza maskili f’dan kollu hi xejn jew kważi.

L-appell tagħna hu li nħajru mhux biss lil dawk l-anzjani rġiel biex kemm jista’ jkun isegwu dawn iċ-ċentri, però wkoll aktar anzjani nisa biex jagħmlu kuraġġ u jibdew idaħlu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, ftit mumenti ta’ eżerċizzji fiżiċi li fil-ħajja tal-bniedem, jistgħu jagħmlu dik id-differenza kollha.

F’isem id-direzzjoni ngħid prosit kbira lid-diriġenti li qed jorganizzaw dawn il-korsijiet u mhux b’anqas lill-koordinaturi li b’tant impenn, imħabba u paċenzja qed jirnexxilhom jibdlu mentalità ta’ kultura ta’ anzjani li attivitajiet tali, sa ftit taż-żmien ilu biss forsi qajla kienu joħolmu li jagħmluhom. Prosit ilkoll.

—oo—oo—oo— T M I E M --oo—oo—oo—