1
IL-KUMMISSJONI EWROPEA Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ Id-Direttorat H - Difiża tal-Kummerċ
#Unità
IMLA DIN IL-PARTI
(immarka l-kaxxa kif jixraq u
daħħal isem il-kumpanija)
VERŻJONI RISTRETTA (*)
VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI
ISEM IL-KUMPANIJA:
KWESTJONARJU ANTI-DUMPING
Maħsub għal: Importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi tal-(prod.
inkwistjoni) fl-Unjoni Ewropea
Il-Pajjiż(i) (i)kkonċernat(i) (il-pajjiż(i) (i)kkonċernat(i))
Il-prodott investigat: (il-prod. inkwistjoni)
Il-prodott ikkonċernat: (il-prod. inkwistjoni) li joriġina mill-(pajjiż(i) (i)kkonċernat(i))
Perjodu ta' investigazzjoni
(PI):
(data) sa (data)
Referenza statutorja: L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21)
Referenza regolatorja: Notifika ta' bidu, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C xxx ta' data
In-numru tar-
reġistrazzjoni intern:
AD xxx
Skadenza biex jitwieġeb il-
kwestjonarju:
Data
Indirizz:
European Commission
Directorate General for Trade - Directorate H
CHAR 04/039 B-1049 Brussels, BELGIUM
POSTA ELETTRONIKA: [Functional Mailbox]@ec.europa.eu
INNOTA LI DAN IL-KWESTJONARJU JRID JIMTELA DARBTEJN, DARBA BĦALA VERŻJONI
RISTRETTA U DARBA BĦALA VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI MINN PARTIJIET
TERZI
(*) Innota li informazzjoni kunfidenzjali hija koperta mit-terminu "ristrett" skont ir-regoli interni tal-Kummissjoni Ewropea.
Għalhekk, dokumenti mmarkati bħala "ristretti" biss jitqiesu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru
2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.06.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-
Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Id-dokumenti, li ma fihomx din it-tikketta,
jitqiesu li mhumiex dokumenti kunfidenzjali skont dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, kull tweġiba li jkun fiha
informazzjoni kunfidenzjali trid tiġi mmarkata "Ristretta".
2
INDIĊI
INTRODUZZJONI.............................................................................................................. 3
TAQSIMA A - INFORMAZZJONI ĠENERALI ............................................................... 5
TAQSIMA B - IL-PRODOTT IKKONĊERNAT .............................................................. 6
TAQSIMA C - INFORMAZZJONI DWAR IX-XIRJIET ................................................. 7
TAQSIMA D - BEJGĦ TOTALI TAL-PRODOTT INVESTIGAT .................................. 8
TAQSIMA E - NETWERK TA’ DISTRIBUZZJONI U PREZZIJIET TAL-
BEJGĦ ......................................................................................................................... 8
TAQSIMA F - L-IMPJIEGI ................................................................................................ 9
TAQSIMA G - SITWAZZJONI TAL-PROFITT / TELF .................................................. 9
TAQSIMA H - KAWŻALITÀ ............................................................................................ 9
TAQSIMA I - KWISTJONIJIET OĦRAJN ....................................................................... 9
ĊERTIFIKAZZJONI ......................................................................................................... 10
GLOSSARJU .................................................................................................................... 11
ANNESS I - VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI............................. 15
ANNESS II – DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR ............................. 16
3
INTRODUZZJONI
Qabel ma jimtela l-kwestjonarju għandek taqra n-noti ta' informazzjoni li ġejjin:
1) Il-korrispondenza kollha trid tirreferi għan-numru tar-Reġistrazzjoni tal-
Kummissjoni intern tal-proċedimenti kif muri fil-paġna ta' quddiem.
2) Wieġeb il-mistoqsijiet fl-ordni ppreżentat fil-kwestjonarju. Mehmużin hemm CD-R
bil-kwestjonarju vojt f'Word u fajl excel vojt biex taħdem fuqu / Mehmużin mal-ittra
elettronika ta’ akkumpanjament hemm kwestjonarju vojt f'Word u fajl excel vojt biex
taħdem fuqu. Il-fajl excel jinkludi folji li jikkorrispondu għat-taqsimiet fil-
kwestjonarju. Tista' tirrapporta ċifri fuq il-bażi ta' rati tal-kambju differenti minn
dawk proposti fil-fajl excel, jekk ikun iġġustifikat.
3) Inti mistenni tibgħat it-tweġiba tiegħek bil-fajls elettroniċi kollha fl-indirizz
elettroniku funzjonali: [agħti l-indirizz tal-posta elettronika preċiż] jew, jekk il-fajls
ikunu kbar wisq, ipprovdi verżjoni elettronika tal-kwestjonarju inklużi l-annessi
tiegħu u d-data kollha fuq CD-R/DVD billi tibgħatha bil-posta jew personalment. Iċ-
"Ċertifikazzjoni" għandha tiġi pprovduta elettronikament ukoll
4) Iż-żoni griżi li se ssib fil-folji tal-excel fihom formuli u ma għandhomx jinbidlu. Il-
fajls tad-data ma għandu jkun fihom l-ebda separatur, ħolqa, spazju, eċċ., bejn il-
valuri individwali.
5) Dejjem identifika l-unitajiet kollha tal-kejl u l-muniti użati fit-tabelli, fil-listi u fil-
kalkoli.
6) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma elenkati fil-glossarju. Tweġibiet għal
mistoqsijiet li jirreferu għal "Unjoni Totali" jew "l-Unjoni Ewropea" għandhom
jinkluduhom kollha.
7) Tħalli l-ebda mistoqsija jew taqsima vojta. Jekk it-tweġiba tkun "le" jew "mhux
applikabbli", għandek tgħid hekk. Huwa fl-interess tiegħek li twieġeb kemm jista'
jkun preċiż u komplet u li tehmeż id-dokumenti ta' prova kollha kif mitlub.
8) Il-folji u d-dokumenti kollha użati biex twieġeb dan il-kwestjonarju, b'mod
partikolari dawk li jorbtu l-informazzjoni fornuta mar-reġistri tal-kontabilità u
tal-ġestjoni, għandhom jinżammu għal finijiet ta' verifiki fuq il-post mill-
Kummissjoni Ewropea.
9) Jekk ikollok kwalunkwe problema biex timla l-kwestjonarju, ikkuntattja lill-uffiċjali
tal-Kummissjoni inkarigati mill-proċediment minnufih — dawn jgħinuk.
Informazzjoni ġenerali dwar il-proċessi ta’ difiża tal-kummerċ (ħarsa ġenerali, passi,
eċċ) tinsab fis-sit http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/
10) Jekk il-Kummissjoni ma tirċivix l-informazzjoni mitluba fil-ħin speċifikat, jistgħu
jittieħdu deċiżjonijiet preliminari jew finali fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-
Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-
Kunsill.
11) Jekk beħsiebu jkollok parti oħra taġixxi f'ismek, eż. ditta legali, ditta tal-kontabilità jew ditta
tal-konsulenza, kun ċert li l-Kummissjoni tirċievi kopja skenjata tal-prokura oriġinali u imla
t-tabella tar-rappreżentant legali.
12) L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-
kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma
4
jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta'
terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti
b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta' dan
il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data
lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw
id-dritt tad-difiża tagħhom. Il-partijiet interessati huma mistiedna jimlew il-formola
annessa (l-Anness II) li tikkonferma li l-informazzjoni mibgħuta mhix soġġetta għad-
drittijiet tal-awtur jew li kisbu l-permess imsemmi fuq qabel ma bagħtuha. Il-partijiet
interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni għal kull dubju dwar l-ittrattar ta'
informazzjoni koperta mid-drittijiet tal-awtur.
5
TAQSIMA A - INFORMAZZJONI ĠENERALI
A - 1. Identità u Komunikazzjoni
Agħti d-dettalji mitluba fil-fajl excel. F'każ li tkun qabbadt rappreżentant legali jassistik fil-proċediment,
ipprovdi d-dettalji mitluba fil-fajl excel u ibgħat kopja skenjata tal-prokura oriġinali.
A – 2. Informazzjoni dwar l-azzjonisti u informazzjoni korporattiva addizzjonali
Elenka l-ismijiet tal-azzjonisti prinċipali (li kellhom iktar minn 5% tal-ishma waqt il-perjodu ta'
investigazzjoni) tal-kumpanija tiegħek u indika l-perċentwal u l-attivitajiet ta' dawn l-azzjonisti.
Fir-rigward tal-prodott investigat:
1. Agħti dijagramma li turi l-istruttura ġerarkika u organizzattiva interna tal-kumpanija tiegħek. Id-
dijagramma għandha turi l-unitajiet kollha involuti fil-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-prodott
investigat fl-UE u s-swieq tal-esportazzjoni. Indika b'mod ċar ir-rwol tal-kumpanija tiegħek.
2. Uri l-istruttura korporattiva u l-affiljazzjonijiet tal-kumpanija tiegħek, inklużi l-kumpaniji omm,
is-sussidjarji jew kumpani relatati oħrajn involuti mal-prodott investigat fl-UE u s-swieq tal-
esportazzjoni. Għal din il-fini tista' tagħti grafika.
3. Indika kif tista' tiġi ddefinita l-kumpanija tiegħek: Importatur - negozjant - sensar - aġent - oħrajn
(speċifika).
4. Indika jekk hix il-kumpanija tiegħek stess li twaħħal it-tikketti u/jew tippakkja l-prodotti mixtrija,
jekk tużax kumpanija speċjalizzata għall-ittikkettjar u/jew l-ippakkjar bħala sottokuntrattur jew
jekk il-prodott jinbiegħx kif inhu.
5. Jekk, fir-rigward tal-prodott investigat, il-kumpanija tiegħek ikollha rabtiet kuntrattwali ma'
kumpaniji, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, li jinsabu fl-UE jew f'pajjiżi terzi, rigward il-
produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-bejgħ, irrapporta l-eżistenza ta' dawn ir-rabtiet u żomm kopji
lesti għall-possibbiltà ta' spezzjoni.
A - 3. Firxa tal-prodotti
1. Ipprovdi lista tal-kategoriji ewlenin kollha ta' prodotti ffabbrikati u/jew kummerċjalizzati
mill-kumpanija tiegħek. Jekk il-prodotti ġejjin minn gruppi ta’ prodotti distinti, indika dawn il-
gruppi kif ukoll il-prodotti ewlenin li jappartjenu għal dawk il-gruppi.
2. F'każ li tuża l-prodott investigat fi prodotti manifatturati u/jew kummerċjalizzati mill-kumpanija
tiegħek, ipprovdi lista ta' kull tip ta' dawn il-prodotti. Indika r-rilevanza tal-prodott investigat fil-
prodott finali (valur relattiv fil-prodott finali).
A - 4. Fatturat
Imla t-tabella fil-fajl excel, li tikkorrispondi mal-munita tar-rapport finanzjarju tiegħek u f'dik il-
munita.
6
TAQSIMA B - IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
B.1 Il-Kamp ta' Applikazzjoni tal-Investigazzjoni
Il-prodott kopert minn dan il-proċediment huwa [IKTEB DESKRIZZJONI] ("il-prodott
investigat"), ….. Il-prodott deskritt li hu kopert minn dan il-proċediment bħalissa huwa kopert
mill-kodiċijiet NM [IKTEB IL-KODIĊIJIET].
Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma għandhom l-ebda
effett vinkolanti fuq il-klassifikazzjoni tal-prodott.
Kull referenza għall-prodott investigat f'dan il-kwestjonarju tirreferi għad-deskrizzjoni tal-prodott
ta' hawn fuq. Dan il-proċediment ma jikkonċernax prodotti li ma jaqblux mad-deskrizzjoni ta'
hawn fuq.
B.2 Il-komparabilità tal-prodott
Ikkummenta dwar il-komparabilità tal-prodott investigat importat mill-pajjiż ikkonċernat ma' dak
prodott fl-UE, u identifika kull differenza (eż. karatteristiċi tekniċi jew fiżiċi, prezzijiet, użi,
eċċ…). Meta jkun possibbli, dan it-tqabbil għandu jkun ipprovdut fil-forma tat-tabella pprovduta
fil-fajl excel.
Sa kemm ikun possibbli, ipprovdi din id-data wkoll fir-rigward tal-prodott investigat importat
minn pajjiżi terzi oħrajn mhux koperti mill-proċediment attwali.
7
TAQSIMA C - INFORMAZZJONI DWAR IX-XIRJIET
C.1 Lista tranżazzjoni tranżazzjoni (T-by-T)
Ta' min jinnota li l-Kummissjoni tista' titlob jekk ikun hemm bżonn matul l-investigazzjoni, fajl
tal-kompjuter bix-xirjiet kollha tal-prodott ikkonċernat maħsuba għall-konsum fl-UE rrappurtati.
F'dak il-każ, tirċievi kwestjonarju supplimentari bil-fajl tal-kompjuter u l-linji gwida rilevanti.
C. 2 Taqsiriet
Jekk ix-xirjiet isiru permezz ta’ sussidjarja jew intermedjarju, ipprovdi d-dettalji.
1. Xirjiet tal-prodott investigat – volum
Indika t-total tax-xirjiet kollha tal-prodott investigat li għamlet il-kumpanija tiegħek kif mitlub
fil-fajl excel
2. Xirjiet tal-prodott investigat – valur
Indika l-valur CIF nett fil-fruntiera tal-UE (jew il-valur tal-fabbrika jekk ta' oriġini mill-UE) wara
t-tnaqqis tal-iskonti u r-ribassi kollha. Jekk il-prezz fatturat huwa qabel il-livell ta' CIF fil-
fruntiera tal-UE, indika l-ispejjeż imġarrba minnek għat-trasport u/jew in-nol u l-assigurazzjoni
lill-fruntiera tal-UE.
3. Żvilupp tal-prezzijiet tax-xiri
Imla t-tabella korrispondenti tal-fajl excel mehmuż.
C.3 Tranżazzjonijiet sinifikanti
Għall-ikbar għaxar tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-prodott ikkonċernat mixtri mill-pajjiż(i)
(i)kkonċernat(i) u mibjugħ fl-Unjoni Ewropea, imla t-tabella li ġejja u pprovdi kopji tal-fatturi
rilevanti, u tad-dokumenti doganali rilevanti.
8
TAQSIMA D - BEJGĦ TOTALI TAL-PRODOTT INVESTIGAT
D.1. Bejgħ tal-prodott investigat lil klijenti mhux relatati
Indika l-kwantità u l-valur totali tal-bejgħ kollu1 mill-kumpanija tiegħek tal-prodott investigat
lil klijenti mhux relatati fil-format mitlub (ara l-fajl excel). Il-folji kollha użati għall-mili tat-
tabelli ta' hawn taħt għandhom jinżammu lesti għal spezzjoni sabiex tiġi ffaċilitata r-
rikonċiljazzjoni ta' dawn iċ-ċifri mal-kontijiet finanzjarji u tal-ġestjoni tiegħek.
D.2. Bejgħ ta' prodotti lesti bl-użu jew bl-inkorporazzjoni tal-prodott investigat (JEKK
APPLIKABBLI)
Indika l-kwantità u l-valur totali ta' dan il-bejgħ2 fil-format mitlub (ara l-fajl excel).
TAQSIMA E - NETWERK TA’ DISTRIBUZZJONI U PREZZIJIET TAL-BEJGĦ
E.1 Sistema ta’ distribuzzjoni u kanali tal-bejgħ tal-prodott investigat
Spjega n-netwerk ta’ distribuzzjoni tal-kumpanija fl-Unjoni Ewropea u ddeskrivi l-kanal tal-
bejgħ differenti sal-ewwel klijent indipendenti.
Iddeskrivi d-differenza f'dawn il-kanali tal-bejgħ fit-tabella fil-fajl excel (innota li l-informazzjoni
tikkonċerna biss bejgħ lill-ewwel parti mhux relatata). Indika kif il-bejgħ permezz ta' kanali tal-
bejgħ differenti jaffettwa l-prezz tal-bejgħ tal-kumpanija tiegħek.
Irreferi għall-Istat(i) Membru/i fejn jinsabu dawn il-klijenti, l-importanza tagħhom f'termini ta'
fatturat u t-termini standard tal-bejgħ għal kull kategorija ta’ klijenti (bħall-kundizzjonijiet tal-
bejgħ u tal-konsenja, l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-imballaġġ, l-iskonti diretti u dawk
differiti, il-kummissjonijiet imħallsa, eċċ.).
E.2. Il-prezzijiet tal-prodott investigat mibjugħ mill-kumpanija tiegħek fl-UE
Ipprovdi l-iktar listi tal-prezzijiet rilevanti użati għall-PI u l-aħħar sena kalendarja jew sena
finanzjarja qabel il-PI. Spjega kif jintużaw fin-negozjar ta' kuntratti tal-bejgħ individwali.
Fil-każ li ma jintużawx listi tal-prezzijiet, spjega fuq liema bażi jiġu ffissati l-prezzijiet bażi. Jekk
dan jimplika l-użu ta' dokumenti standard, ipprovdilna kopja ta' dawn id-dokumenti.
Jekk il-prezzijiet ikunu bbażati fuq kuntratti, spjega l-proċess tan-negozjar tal-kuntratti u pprovdi
d-dokumentazzjoni kollha għall-iktar klijenti importanti, li flimkien jirrappreżentaw tal-inqas
30% tal-bejgħ tal-kumpanija tiegħek fis-suq tal-Unjoni.
Ipprovdi dokumentazzjoni sħiħa (mill-kuntratt tal-bejgħ sal-pagament finali) dwar tliet
tranżazzjonijiet ta’ bejgħ, magħżula b’mod aleatorju, lil klijenti indipendenti f'kanali ta'
distribuzzjoni differenti fl-UE. Ehmeż il-formoli tal-ordnijiet, id-dokumenti tat-trasport, il-
kuntratti tal-kreditu, ir-rendikonti bankarji, eċċ.
1 Nett, liberu mit-taxxi kollha, wara l-iskonti kollha. Indika l-munita. 2 Nett, liberu mit-taxxi kollha, wara l-iskonti kollha. Indika l-munita.
9
Indika n-natura u l-ammont tal-pagamenti li saru lil kull parti terza relatati mal-bejgħ (eż.
royalties, kummissjonijiet, spejjeż ta' distribuzzjoni u tar-reklamar, eċċ.). Semmi kif jiġu
kkunsidrati fil-prezzijiet tal-bejgħ.
E.3. Spejjeż addizzjonali
Ikkummenta dwar l-ispejjeż li ġġarrab il-kumpanija tiegħek bejn l-importazzjoni (fruntiera tal-
Unjoni) tal-prodott investigat u l-wasla fil-maħżen tiegħek u kkalkula l-inċidenza ta' dawk l-
ispejjeż jew bħala perċentwal tal-prezz tax-xiri jew bħala ammont fiss skont l-"unità tal-kejl" tal-
prodott ikkonċernat. Imla t-tabella excel kif xieraq.
TAQSIMA F - L-IMPJIEGI
Ipprovdi tabella li turi l-għadd medju ta' nies impjegati mill-kumpanija tiegħek fl-Unjoni
Ewropea (ara l-fajl excel).
TAQSIMA G - SITWAZZJONI TAL-PROFITT / TELF
Din it-taqsima tirreferi għall-profittabbiltà tal-bejgħ tiegħek tal-prodott investigat u l-prodott
ikkonċernat fl-Unjoni Ewropea.
Imla t-tabella korrispondenti fil-fajl excel kif mitlub. Imbagħad spjega fil-qosor kif inġabret id-
data li ntużat biex timtela kull kaxxa, jiġifieri l-ammont assolut ta' profitt/telf.
TAQSIMA H - KAWŻALITÀ
Semmi u elabora kull kawża ħlief għall-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni mill-pajjiż
ikkonċernat li seta' kkontribwixxa għad-dannu li allegatament sofriet l-Industrija tal-Unjoni.
TAQSIMA I - KWISTJONIJIET OĦRAJN
I. Indika jekk il-kumpanija tiegħek tkunx favur jew kontra l-impożizzjoni ta' miżuri anti-
dumping.
10
II. Klijenti - Semmi l-ħames klijenti ewlenin tiegħek għall-prodott investigat (fl-UE jew barra) u
imla t-tabella fil-fajl excel.
III. Fornituri - Semmi l-ħames fornituri ewlenin tiegħek tal-prodott investigat (fl-UE jew barra) u
imla t-tabella fil-fajl excel.
IV. X'jiġrilhom n-negozju tiegħek u s-suq b'mod ġenerali jekk ikunu imposti miżuri fuq
l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn XXX?
V. X'jiġrilhom n-negozju tiegħek u s-suq b'mod ġenerali jekk ma jkunux imposti miżuri
fuq l-importazzjonijiet tal-prodott inkwistjoni minn XXX?
VI. Xi jkunu, fil-fehma tiegħek, l-effetti tal-miżuri anti-dumping fuq:
L-industriji upstream (fornituri ta' materja prima u produtturi tal-makkinarju)
Importaturi, operaturi tas-suq, bejjiegħa bl-imnut u kull parti intermedjarja
L-industriji downstream u l-utenti
L-utenti finali u l-konsumaturi
ĊERTIFIKAZZJONI
Is-sottoskritt jiċċertifika li l-informazzjoni kollha hawnhekk, fornuta bi tweġiba għall-
kwestjonarju hija kompluta u korretta skont l-aħjar għarfien u twemmin tiegħu u jifhem li l-
informazzjoni ppreżentata tista' tkun soġġetta għal awditjar u verifika mill-Kummissjoni
Ewropea.
Numru tar-reġistrazzjoni intern (ara l-paġna 1):
Isem il-kumpanija:
VERŻJONI RISTRETTA (*) VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-
KONSULTAZZJONI
_____________________ _______________________
Data Firma tal-uffiċjal awtorizzat
_____________________ _______________________
Timbru tal-kumpanija
_______________________
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat
GLOSSARJU
Unità ta' xogħol annwali/UXA
Fid-dawl tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE rigward id-definizzjoni
ta' SME, l-ammont tal-persunal għandu jiġi espress f'unitajiet ta' xogħol annwali
(UXA). Kull min ħadem full-time f’intrapriża, jew f'isimha, matul is-sena bażi kollha
jgħodd bħala unità waħda. Staff part-time, ħaddiema staġjonali u min ma ħadimx is-
sena kollha għandhom jiġu ttrattati bħala frazzjonijiet ta' unità waħda.
Pajjiż tal-oriġini
Il-pajjiż tal-oriġini normalment ikun jew il-pajjiż fejn ikun inħoloq kompletament il-prodott
jew, meta jkun ikkonċernat iktar minn pajjiż wieħed fil-produzzjoni tiegħu, il-pajjiż fejn saret
l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali.
Dumping
Prodott jitqies li jkun oġġett ta’ dumping jekk il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni
Ewropea jkun inqas minn prezz komparabbli għal prodott simili, fl-andament normali tal-
kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur jew għal pajjiż terz b'ekonomija orjentata lejn is-
suq.
European Commission
Il-Kummissjoni Ewropea hija l-organu eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea. Fil-proċedimenti
anti-dumping hija għandha r-responsabbiltà li tirċievi l-ilmenti u għat-twettiq tal-
investigazzjoni anti-dumping. Il-Kummissjoni Ewropea hija l-uniku korp deċiżjonali li
jfisser li tiddeċiedi fost affarijiet oħra jekk timponix dazji proviżorji jew definittivi,
ittemmx il-proċedimenti u taċċettax l-impenji.
Pajjiż esportatur
Il-pajjiż esportatur normalment ikun il-pajjiż tal-oriġini. Madanakollu, jista' jkun pajjiż
intermedjarju, ħlief fejn, pereżempju, il-prodotti jkunu sempliċiment trasbordati minn dak il-
pajjiż, jew il-prodotti kkonċernati ma jkunux saru f'dak il-pajjiż, jew ma jkunx hemm prezz
komparabbli għalihom f'dak il-pajjiż.
Prezz tal-esportazzjoni
Il-prezz tal-esportazzjoni huwa l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-
prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea, jew lejn pajjiżi
oħrajn.
Klijenti indipendenti
Klijent jitqies indipendenti jekk ma jkunx jista' jiġi ddefinit bħala kumpanija relatata; ara taħt
kumpanija relatata.
Perjodu ta' investigazzjoni (PI)
12
Għall-fini ta' konklużjonijiet rappreżentattivi, għandu jintgħażel perjodu ta' investigazzjoni li,
fil-każ ta' dumping ikopri normalment perjodu ta' mhux inqas min sitt xhur immedjatament
qabel il-bidu tal-proċedimenti. Il-perjodu ta' investigazzjoni huwa indikat fil-kwestjonarju.
Stati Membri: Irreferi għall-kodiċijiet tal-pajjiż / munita
Pajjiż Kodiċi Munita
L-Awstrija AT EUR
Il-Belġju BE EUR
Il-Bulgarija BG BGN
Il-Kroazja HR HRK
Ċipru CY EUR
Ir-Repubblika
Ċeka
CZ CZK
Id-Danimarka DK DKK
L-Estonja EE EUR Il-Finlandja FI EUR Franza FR EUR
Il-Ġermanja DE EUR
Il-Greċja GR EUR
L-Ungerija HU HUF
L-Irlanda IE EUR
L-Italja IT EUR
Il-Latvja LV EUR Il-Litwanja LT EUR Il-Lussemburgu LU EUR Malta MT EUR
In-Netherlands NL EUR
Il-Polonja PL PLN
Il-Portugall PT EUR
Ir-Rumanija RO RON
Is-Slovakkja SK EUR
Is-Slovenja SL EUR
Spanja ES EUR
L-Iżvezja SE SEK
Ir-Renju Unit UK GBP
13
Spejjeż ta' wara l-importazzjoni: L-ispejjeż tat-trasport mill-punt tal-importazzjoni
sal-istabbiliment tal-kumpanija tiegħek. Spejjeż addizzjonali tal-imballaġġ. Spejjeż
finanzjarji oħra u spejjeż li jkopru l-aġent doganali/is-sensar.
Kumpaniji relatati: Għall-finijiet tal-mili tal-kwestjonarju, persuni fiżiċi jew ġuridiċi
(jiġifieri kumpaniji) għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk:
ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin
ikunu soċji fin-negozju rikonoxxuti legalment
ikunu impjegatur u l-impjegat tiegħu
kull persuna li direttament jew indirettament għandha s-sjieda, il-kontroll jew il-
pussess ta' 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li
huma, jew
wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor, jew
it-tnejn li huma jinsabu direttament jew indirettament kontrollati minn terzi, jew
flimkien, direttament jew indirettament, jikkontrollaw terzi.
ikunu membri tal-istess familja
Spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SBĠA) kumpanija ta' produzzjoni
Is-SBĠA huma parti mill-ispejjeż totali:
+ l-ispejjeż tal-materjali
+ l-ispejjeż tax-xogħol dirett
+ l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura
= l-ispejjeż tal-produzzjoni
+ l-ispejjeż tas-SBĠA
= l-ispejjeż totali
Is-SBĠA jinkludu l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi inkluż l-ispejjeż finanzjarji.
Intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju (SME): L-intrapriżi jikkwalifikaw bħala
mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jekk jissodisfaw il-kriterji
stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE rigward id-definizzjoni
ta’ SME. Dawn il-kriterji huma miġburin fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt. Minbarra l-
ammont massimu ta' persunal, intrapriża tikkwalifika bħala SME jekk tissodisfa l-limitu
tal-fatturat jew il-limitu tal-karta tal-bilanċi, imma mhux neċessarjament it-tnejn li
huma.
Kategorija ta'
intrapriżi
Ammont tal-
Persunal Fatturat jew
Total tal-karta tal-
bilanċi
ta' daqs medju < 250 ≤ € 50
miljun ≤ € 43 miljun
Żgħar < 50 ≤ € 10
miljun ≤ € 10 miljun
Mikrointrapriżi < 10 ≤ €2 miljun ≤ €2 miljun
14
Ħażniet: Inventarji ta' prodotti lesti għandhom jiġu rrappurtati.
15
ANNESS I - VERŻJONI MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI
Meta timla l-verżjoni tal-kwestjonarju miftuħa għall-konsultazzjoni minn partijiet interessati
trid iżżomm f’moħħok li l-esportaturi, l-importaturi u l-prodotturi l-oħra tal-Unjoni kollha
jkollhom aċċess għaliha. It-tweġiba miftuħa għall-konsultazzjoni għandha tkun f'dettall
biżżejjed biex tippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod
kunfidenzjali.
Biex nassistuk timla l-verżjoni tal-kwestjonarju miftuħ għall-konsultazzjoni minn partijiet
interessati, nagħtuk il-parir li tipproċedi kif ġej:
1. Uża t-tweġiba għall-kwestjonarju "ristrett" mimli bħala bażi. Identifika l-informazzjoni
kollha fit-tweġiba ristretta li tqis li mhix ristretta u kkupjaha fil-verżjoni miftuħa għall-
konsultazzjoni.
2. Wara dan, erġa' ara li l-informazzjoni li ma kkupjajtx fil-fajl għall-konsultazzjoni hija
verament ristretta. Jekk tqisha kunfidenzjali, trid tagħti r-raġunijiet għal kull waħda u tiġbor
l-informazzjoni ristretta fil-qosor f'forma li tkun adatta għall-konsultazzjoni mill-partijiet
interessati. Jekk, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, lanqas ma jkun possibbli li l-informazzjoni
ristretta tinġabar fil-qosor, agħti r-raġunijiet għala dan mhux possibbli.
3. Irreferi għar-regoli ġenerali dwar informazzjoni kunfidenzjali vs mhux kunfidenzjali.
Eżempji dwar kif l-informazzjoni "ristretta" tinġabar fil-qosor
Meta l-informazzjoni tikkonċerna numri għal diversi snin tista' tuża l-indiċijiet.
Eżempju ta' informazzjoni ristretta:
2006 2007 2008
20 000 EUR 30 000 EUR 40 000 EUR
It-taqsira miftuħa għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati tista' tkun kif ġej:
2006 2007 2008
100 150 200
Meta l-informazzjoni tikkonċerna numru wieħed tista' tapplika bidla f'% għalih.
Eżempju ta' ċifra ristretta:
"L-ispiża tal-produzzjoni hija EUR 300 t-tunnellata"
It-taqsira miftuħa għall-konsultazzjoni tista' tkun kif ġej:
"L-ispiża tal-produzzjoni hija EUR 330 t-tunnellata" (+ nota f'qiegħ il-paġna li tgħid: "in-
numri reali ġew emendati b'marġni ta' massimu + 10% biex titħares il-kunfidenzjalità").
Meta l-informazzjoni ristretta tikkonċerna test, tista' jew tiġbru fil-qosor jew tneħħi l-ismijiet
tal-partijiet billi tindika l-funzjoni tagħhom.
Eżempju: TRADING COMPANY Ltd qaltli li l-prezzijiet tal-importazzjoni kienu 20%
anqas.
Taqsira għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati: [wieħed mill-klijenti tiegħi] qalli li l-
prezzijiet tal-importazzjoni kienu 20% anqas.
16
ANNESS II – DIKJARAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR
Agħżel waħda mill-alternattivi speċifikati hawn taħt u imla l-forma rispettiva kif indikat fil-punt
12 tal-Introduzzjoni għal dan il-Kwestjonarju.
Alternattiva 1 – it-tweġiba għall-kwestjonarju ma fiha l-ebda informazzjoni suġġetta
għad-drittijiet tal-awtur:
"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li l-ebda biċċa mill-informazzjoni u/jew data mibgħuta f'din it-
tweġiba għall-kwestjonarju ma hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi"
Alternattiva 2 – it-tweġiba għall-kwestjonarju fiha informazzjoni suġġetta għad-drittijiet
tal-awtur
a) Permess miksub:
"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li qed nibgħat informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni fit-
tabelli/annessi eċċ. li hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi li tlabt u ksibt permess
għalihom mingħand id-detentur(i) tad-drittijiet tal-awtur (isem/ijiet il-kumpanija/i) li
espliċitament jippermetti [ehmeż id-dokument li jikkonferma l-permess jekk possibbli]:
- il-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta' dan il-proċediment ta' difiża tal-
kummerċ u
- tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati ta' din l-investigazzjoni
Niddikjara wkoll li l-informazzjoni u d-data kollha ppreżentata għall-fini ta' din l-
investigazzjoni huma liberi mid-drittijiet tal-awtur."
b) Permess mhux miksub:
"Jiena, is-Sur/Sa ..., niddikjara li qed nibgħat informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni fit-
tabelli/annessi eċċ. li hi suġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi li tlabt imma ma ksibtx
permess għalihom mingħand id-detentur(i) tad-drittijiet tal-awtur (isem/ijiet il-kumpanija/i)
biex nipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni (Qed
nipprovdi taqsira tal-informazzjoni suġġetta għad-drittijiet tal-awtur).
Niddikjara wkoll li l-informazzjoni u d-data kollha ppreżentata għall-fini ta' din l-
investigazzjoni huma liberi mid-drittijiet tal-awtur."