L-Affarijiet li Ghandu jkun jaf kull Abbati
L-Ewwel Taqsima
PARTIJIET FIL-KNISJA
Korsija
Il-Knisja tinqasam fi tlett partijiet importanti: il-Korsija, in-Navi u l-Presbiterju. Il-Korsja hija
dik il-part fejn joqogħdu l-insara meta jinġabru fil-Knisja. Hija dik il-parti fejn hemm il-bankijiet
u s-siġġijiet, jiġifieri mit-tarġa ta’fejn iqarben is-saċerdot sa fejn il-bieb ta’barra.
Navi
In-Navi huma dawk il-kappelli fil-ġnub tal-Knisja.
Presbiterju
Il-Presbiterju hi dik il-parti tal-Knisja, distinta mill-bqija għax merfugħha ‘l fuq b’xi targiet, li
fuqha jserraħ l-artal, is-sedja u l-ambone. Il- Presbiterju hu l-post fejn joqgħod iċ-Ċelebrant u l-
ministri l-oħra, fosthom l-abbatini.
Artal
L-artal hu l-mejda li fuqha jiġi ċċelebrat is-Saġrifiċċu Ewkaristiku, jiġifieri s-sagrifiċċju
ta’Ġesu’. L-artal hu simbolu ta ġieħ u r-rispett lejn l-artal permezz tal-bewsa li jagħtih fil-bidu u
fit-tmiem tal-Quddiesa.
Artali Laterali
Minbarra l-Artal maġġur (prinċipali) li jkun f’nofs il-Presbiterju, fil-Knejjes li nbnew qabel il-
Konċilju, issib Artali oħra fil-ġenb li jissejħu, Artali Laterali. Illum il-ġurnata ma għadhiex tiġi
ċċelebrata Quddiesa fuq dawn l-Artali imma xorta għandha tibqa’ċerta qima u rispett lejn l-Artali
Laterali.
It-Tieni Taqsima
OĠĠETTI MEĦTIEĠA FIL-KNISJA
Trieħi
Fuql-artal mejda għandu jkun hemm dejjem it-trieħi magħmulin minn biċċa drapp twila bajda li
tgħatti wiċċ l-artal kollu. It-Trieħi jintuzaw biex juru l-qdusija ta’ l-artal u tas-Sagrifiċċju
Ewkaristiku.
Korporal
Fuq it-terħa f’nofs l-Artal, waqt il-Quddiesa, tiġi mifruxa biċċa drapp bajda illamtata li tissejjaħ
Korporal, sabiex fuqu titqiegħed il-Patena bl-Ostja u tiġi kkonsagrata, kif ukoll il-Kalċi jekk ikun
hemm ħtieġa, il-Pissidi bil-partikoli għat-tqarbin tal-fidili. Il-kelma Korporal ġejja mill-kelma
‘corpus’, li tfisser ġisem. Għalhekk il-Korporal jilqa’fuqu il-Ġisem ta’ Kristu.
Xemgħa u Kandlieri
Ix-Xemgħa fuq l-artal hi mitluba mill-istess normi liturġiċi. Juru fuq kollox l-atteġġjament ta’ l-
insara li huma dejjem imħejjija bl-imsiebaħ mixgħula biex jiltaqgħu ma’ Kristu fil-Liturġija. Il-
Kandlieri jintuzaw biex izommu x-Xemgħa u għandhom skop ornamentali.
Sedja
Is-Sedja hi dak is-siġġu, li minnu ċ-Ċelebrant jippresidi l-Quddiesa jew iċ-Ċelebrazzjonijiet l-
oħra li jsiru fil-Knisja. Is-Sedja li minnha jippresiedi l-Isqof waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi,
tissejjaħ Katedra.
Battisterju
Il-Battisterju hu l-post fejn jiġi amministrat is-sagrament tal-magħmudija. F’ħafna knejjes
parrokkjali, dan jinsab fuq il-Presbiterju.
Salib
F’kull Knisja, fuq l-artal maġġur jew imqiegħed ‘xi post ieħor ċentrali dejjem issib Salib. Is-
Salib ifakkarna f’Ġesu’ Kristu li bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, fdiena.
Via Sagra
Meta ngħidu Via Sagra nkunu qed nirreferu għal dawk l-erbatax-il kwadru imwħħlin mal-ħitan
tal-Knisja, li jirrapprezentaw il-Passjoni ta Ġesu’ u f’xi knejjes, wkoll il-Qawmien tiegħu.
Slaleb tal-Konsagrazzjoni
Huma tnax-il Salib li jfissru t-tnax-il Appostlu u li l-Knisja hija kkonsagrata. Illum jistgħu jkunu
erbgħa biss.
Kwadru titulari
Il-Kwadru titulari hu dak il-Kwadru li jirrappreżenta lil qaddis jew qaddisa li lilu jew lilha tkun
iddedikata il-Knisja. Dan il-Kwadru, ġeneralment, ikun f’post fejn jidher sew. Per eżempju, il-
kwadru Titulari tal-Knisja tal-Kappuċċini Għawdex hu dak tal-Madonna tal-Grazzja.
Lampier
Bħala sinjal tal-preżenza ta’Ġesu’ Ewkaristija fit-Tabernaklu. Tinżamm tixgħel lejl u nhar
xemgħa maġenb jew quddiem it-Tabernaklu. Il-Lampier hu kontenitur ftit kbir tal-metall
imdendel mill-għoli tas-saqaf tal-Knisja biex fih tinżamm din ix-xemgħa taqbad quddiem it-
Tabernaklu. In-naħa ta’ fuq tal-Lampier, tissejjaħ Loppa (dik il-parti miksija bid-drapp). Hemm
Lampieri oħra li jiddendlu quddiem il-Kwadru Laterali tal-Knisja (fil-Kappelli).
Lampieri tas-Santwarju
Dawn huma sitt Lampieri Quddiem xbiena tal-Madonna jew San Ġużepp (jew Kristu),
b’devozzjoni antika f’santwarju li jiġbed ħafna pellegrinaġġi. Fil-Knisja tal- Kapuċċini Madonna
tal-Grazzja Għawdex, hemm sitt lampieri tas-Santwarju mdendlin fuq il-Presbiterju.
Blandun
Il-Blandun hu dik ix-xemgħa kbira li titbierek fil-funzjoni ta’Sibt il-Għid. Il-Blandun hu sinjal ta’
Kristu, li bil-qawmien tiegħu mill-mewt sar id-dawl tad-dinja. Huwa jfisser wkoll id-dawl ta’
Kristu.
Ħawt ta’ l-ilma mbierek
Is-sinjal tas-salib li l-insara jaghmlu bl-ilma mbierek huma u deħlin fil-Knisja jħejjihom għall-
quddiesa u jfakkarhom fil-ħtieġa li huma jersqu għall-Ewkaristija b’qalb niedma u sogħbiena, bla
ebda tebgħa ta’ dnub. L-ilma mbierek ifakkarna wkoll fil-magħmudija tagħna, fi Kristu u fil-
ħtieġa tal-konverżjoni mid-dnub.
Konfessinarju
Il-Konfessinarja huwa l-post fejn jigi amministrat is-sagrament tal-qrar (jew tar-
Rikonċiljazzjoni).
Armarji
Hemm żewġ Armarji li jissejħu,
(i) Reliquiae Sanctorum, li fih jitpoġġew ir-Relikwi tal-Qaddisin u Beati, u jkun mgħotti
b’purtiera ħamra.
(ii) Oleum Infirmorum, li fih hemm iż-żejt tal-Magħmudija (Oleum Cathecumenorum), tal-
Griżma (Oleum Chrismatis), tal-Griżma tal-Morda (Oleum Infirmorunm). Il-purtiera ta’ dan l-
Armarju tkun vjola bħal sinjal tal-penitenza. Dawn iż-żjut imqaddsa jkunu mberkin mill-Isqaf
f’nhar Ħamis ix-Xirka fil-għodu fil-Knisja Katidrali.
It-Tielet Taqsima
OGGETTI GĦAX-XANDIR
TAL-KELMA T’ALLA
Ambone
Il-post, fuq il-Presbiterju, mnejn tiġi mxandra l- Kelma t’Alla. Minn dan il-post issir ukoll l-
omelija u t-talbiet tal-fidili. Id-drapp li jgħatti jew aħjar iżejjen l-Ambone jista’ jissejjaħ ‘Sopra
Ambone’.
Missal Ruman
Il-Missal Ruman hu dak il-Ktieb li jkun fuq l-Artal. Jigbor fin it-talbiet tal-Quddiesa bħalma
huma l-kolletti, il-prefazji u t-talbiet ewkaristiċi. Il-Missal fih wkoll iċ-Ċelebrazzjoni tal-
Quddiesa fis-solennitajiet u festi tal-Mulej, festi u tifkiriet tal-Madonna u tal-Qaddisin. Il-Missal
fih għażla ta’quddies ritwali, quddies votiv, u quddies għal ħtigijiet partikulari bhal, per eżempju,
quddiesa għall-għaqda fost l-insara, għall-vokazzjonijiet u għall-morda. Fil-Missal insibu wkoll
il-quddies għall-mejtin.
Legiju
Il-Legiju hu dak l-oġġet ta’ l-injam, fuq l-artal, taħt il-Missal. L-użu tal-Leġiju hu li jżomm u
jservi ta’sapport għall-Missal.
Lezzjonarju
Il-Lezzjonarju hu l-Ktieb li jitqiegħed fuq l- Ambone biex minnu jinqraw is-siltiet Bibliċi tal-
Quddiesa. Il-Lezzjonarju jinqasam f’diversi kotba:
Lezzjonarju għall-Ħdud
Jinqasam fi tliet volumi (A, B, Ċ) li jimxu skond is-sena (eżempju s-sena 2002 hi sena A). Jigbru
fihom il-Lezzjonijiet tal-Hdud u tas-Solennitajiet ta’ precett jew dawk li jistgħu jissostitwixxu l-
festa tal-Ħadd.
Lezzjonarju Ferjali
Jinqasan fi tliet volumi (I, II, III) u jiġbor fih il-qari tal-ġranet kollha ta’ matul is-sena (barra tal-
Ħdud).
Lezzjonarju għall-Quddiesa tal-Qaddisin, Ritwali u Votiv
Jiġbor fih il-Lessjonijiet mill-Komun, Lezzjonijiet proprju fil-festi u t-tifkiriet tal-Quddiesa,
Lezzjonijiet għall-Quddies ritwali, Lezzjonijiet għall-Quddies għal ħtigijiet differenti,
Lezzjonijiet għall-quddies votiv u Lezzjonijiet fil-Quddies tal-mejtin.
Lezzjonarju tal-Vergni Mqaddsa Marija
Jiġbor fih il-Lezzjonijiet tal-festi u t-tifkiriet tal-Madonna.
Ir-Raba’ Taqsima
VAZI SAGRI GĦAS-SAGRIFIĊĊJU
Kalċi
Il-Kalci huwa għamla ta’ tazza tal-metall bis-sieq u fih jitqiegħed l-inbid u ilma għall-
Konsagrazzjoni waqt il-Quddiesa biex isir d-Demm ta’ Ġesu’. Ħafna drabi l-Kalċi hu ta’ metall
prezzjuż, u dan minħabba t-‘teżor’ kbir li jkun jilqa’ fih.
Purifikatur
Il-Purifikatur huwa maktur żgħir ta’ l-għażel abjad li jintuża biex jixxotta l-Kalċi, u f’kas ta’
bżonn anke l-Patena u l-Pissidi waqt il-Quddiesa. Dan il-Purifikatur ġeneralment jitqiegħed fuq
l-Kalċi.
Patena
Il-Patena hi bħal plattina żgħira, tonda fl-għamla, li fuqha titqiegħed l-Ostja il-kbira għall-
Konsagrazzjoni waqt il-Quddiesa.
Palla
Il-palla hija dik il-kartun żgħira kwadra, miksija bi drapp abjad, li tintuża biex tgħatti l- Kalċi.
Jekk il-Patena tkun fuq il-Kalċi, il-Palla, titqiegħed fuq il-Patena.
Kif jitlesta l-Kalċi għal quddiesa:
Lewwel jitpoġġa l-Purifikatur fuq l-Kalċi. Imbagħad il-Patena bl-Ostja titqiegħed fuq kollox. Fl-
aħħarnett, il-Palla, titpoġġa fuq l-Patena kif muri.
Pissidi (Ciborium)
Il-Pissidi jixbaħ fil-forma lill-Kalċi, imma aktar wiesa’. Jintuża sabiex fih jiġu mqegħdin l-Ostji
żgħar ikkonsagrati, imsejħa partikoli, li jiġu kkonsagrati fil-quddiesa u li jitqassmu fit-Tqarbin.
Il-Pissidi jservi wkoll biex fih jinżammu l-Ostji kkonsagrati fit-Tabernaklu. Il-Pissidi jista’wkoll
jieħu l-forma ta’ bieqja.
Il-Ħames Taqsima
OĠĠETTI MEĦTIEGA
GĦAS-SAGRIFIĊĊJU
Ampulluzzi (Impolluzzi)
L-Ampulluzzi huma żewġ kontenituri żgħar, qishom ġarar ċkejknin. Waħda jkun fiha l-Inbid u l-
oħra jkollha l-Ilma.Dawn l-Ampulluzzi jingħataw lis-Sacerdot wara l-offertorju sabiex l-Ilma u l-
inbid jitfergħu fil-Kalċi għall-Konsagrazzjoni. Ma’ l-Ampulluzzi ġieli ssib anke’ kuċċarina
żgħira. Li biha is-Saċerdot jitfa’ tlett taqtiriet ilma mill-Ampulluzza għal ġol-Kalċi.
Manuterġju
Il-Manuterġju hu biċċa drapp bajda, li jixbaħ ħafna lill-Purifikatur, imma jintuża biex is-Saċerdot
jixxotta idejh fih wara l-Offertorju, meta l-Abbati jaħsel subgħajn is-Saċerdot. Il-Manuterġju
jinżamm fuq l-Ampulluzzi.
Buqar
Reċipjent li fih jtpoġġa l-ilma għall-ħasil ta’ l-idejn.
Baċil
Il-Baċil huwa reċipjent li fih jintefa’ l-ilma għal waqt il-ħasil ta’ l-idejn.
Plattini
Dawn huma Plattini tal-metall, li jintażaw waqt i-tqarbin biex, f’kas ta’ bżonn, jilqgħu fihom l-
Ostji jew il-frak ta’ l-Ostji li jistgħu jaqgħu. Minħabba f’hekk hu importanti li l-Assistent izomm
il-Plattina sewwa, mingħajr ma din tkun ta’ ostaklu għal min ikun iqarben jew jitqarben. Il-
Plattina tinżamm, dritta biex ma jaqgħux fl-art frak ta’l-Ostji kkonsagrati li jista’ jkun hemm
fuqha. Qabel ma tittieħed fil-post fejn tinżamm, il-Plattina tingħata lil min ikun qarben biex
ifarfar il-frak ta’ l-Ostji fil-Kalċi qabel jippurifikah.
Inċens
L-Incens hu dak l-ispeċi ta’ trab li jinżamm fin-Navetta u li meta jintefa’ fuq l-faħma fiċ-Ċensier,
jiprovoka dak id-duħħan ifuħ miċ-Ċensier. L-Inċens jintuża fil-Liturġija bħala sinjal ta’
venerazzjoni u qima. Fuq l-Artal, is-Saċerdot biss jista’ jitfa’ l-Incens fiċ-Ċensier għax hu
għandu l-awtorita’. Id-duħħan ta’ l-inċens ifuħ hu simbolu tat-talb li jsir lil Alla, waqt li l-Inċens
huwa simbolu ta’ talba u sagrifiċċju.
Navetta
In-Navetta hi kontenitur tal-metall, forma ta’ dgħajsa ċkejkna, li fiha jinżamm l-Inċens. Fiha
tinżamm ukoll Kuċarina żgħira li tintuża biex jittieħed l-Inċens meta dan jitpoġġa fiċ-Ċensier.
Ċensier
IĊ-Ċensier hu recipjent partikulari, imdendel bi ktajjen żgħar, li fih jinħaraq il-Faħam u l-Inċens.
Hu jservi biex issir l-inċensazzjoni ta’ l-oġġetti sagri u tal-persuni waqt iċ-ċelebrazzjonijiet
Liturġiċi. L-Abbati li jżomm iċ-Ċensier waqt is-servizz jissejjaħ Turiferarju.
Torċi
It-Torċa hi dik ix-xemgħa twila li tintuża għal waqt il-Konsagrazzjoni u Barka Sagramentali eċċ.
Qabel il-Konsagrazzjoni, l-Abbatini li jkunu qed izommu t-Torċi joħorġu quddiem l-Artal.
Salib tal-Kleru
Is-Salib tal-Kleru hu dak is-salib li jintża fil-Purċissjoni tal-bidu u ta’ tmiem il-quddiesa u
f’purċissjonijiet li jsiru barra mill-Knisja. Dak l-abbati li jerfa’ is-Salib tal-Kleru jissejjaħ
Kruċiefru.
Akkolta
L-Akkolta hi dik ix-xemgħa twila. Din tintuża fil-Purċissjoni tal-bidu u ta’
tmiem il-quddiesa (u f’purċissjonijiet oħra) u takkumpanja lis-saċerdot għal fuq l-Ambone għal
qari tal-Evanġelu.
Aspersorju (Asperges)
L-Aspersorju hu dak l-oġġett, generalment tal-metall, b’ras qisha boċċa li ikolla ħafna toqob
żgħar. Jintuża għal waqt it-Tberik waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Liturġija jew funżjonijiet oħra. L-
Aspersorju jinżamm dejjem fis-Satla, fl-ilma imbierek.
Satla
Is-Satla qisha barmil żgħir tal-metall li tintuża biex fiha jinżamm l-ilma imbierek meta jkun se
jsir it-tberik bl-Aspersorju.
Is-Sitt Taqsima
QIMA LEJN ĠESU SAGRAMENTAT
Tabernaklu
It-Tabernaklu huwa l-post fejn tinżamm l-Ewkaristija wara ċ-Ċelebrazzjoni tal- Quddiesa.
F’diversi Knejjes, it-Tabernaklu nsibuh fuq artal f’ġenb tal-Knisja. L-iskop li nżommu l-
Ewkaristija fit-Tabernaklu hu sabiex l-insara li ma setgħux jitqarbnu waqt il-quddiesa, ikunu
jistgħu jitqarbnu, għat-tqarbin tal-morda u għat-talb privat fis-skiet u l-ġabra quddiem il-
preżenxa ta’Ġesu Ewkaristija. It-Tabernaklu jkollu purtiera żgħira quddiemu.
Ostensorju
L-Ostensorju huwa tagħmir solenni u maħdum b’mod fin minn metall prezzjuż, ta’ dimensjoni
pjuttost kbira, li fih titqiegħed Ostja kbira kkonsagrata meta ssir l-Adorazzjoni solenni, bħal per
eżempju, fil-Kwaranturi u fl-ewwel ġimgħa tax-xahar. L-Ostensorju jintuża wkoll meta tingħata
l-barka sagramentali b’mod solenni u fil-purċissjonijiet tal- Kwaranturi u ta’Korpus. Xi drabi, L-
Ostensorju jissejjaħ wkoll ‘Sfera’ minħabba l-forma tonda tiegħu.
Teka (Kustodja)
Il-Kustodja hija reċipjent li fiha jkun hemm il-Lunett ta’ l-Isfera żżomm l-Ostja l-kbira
kkonsagrata u tkun fit-Tabernaklu. It-Teka żgħira li tkun tal-fidda jew deheb tintuża għat-tqarbin
tal-morda.
Relikwarju
Dan huwa ornament tal-metall fejn jinżammu fih l-għadam tal-qaddisin jew oġġetti tagħhom
(relikwi) għall-qima tal- fidili.
Umbrellun u Baldakkin
Dawn jintużaw ghall-Proċessjoni tas-Sagrament u l- Umbrellun anke’ fil-Proċessjoni bil-
Velomeral. L-Umbrellun jintuża’ minn taht l-ewwel tarġa tal-Presbiterju sal-bieb ta’ barra u l-
Baldakkin għal tul it-triq. Dan minħabba r-rispett lejn Ġesu Ħaj fl-Ewkaristija.
Is-Seba’ taqsima
HWEJJEĠ LI JINTLIBSU
GĦAS-SAGRIFIĊĊJU
Amittu
L-Amittu hu biċċa drapp bajda ta’ forma rettangulari li tintlibes qabel l-Alba. U sservi biex
tgħatti l-għonq u l-ispallejn. L-Amittu jintrabat mal-qadd permezz ta’ żewġ strixxi marbutin
miegħu. Jintuża l-aktar meta l-Alba ma tkunx tingħalaq ma’ l-għonq. It-tifsira simbolika tiegħu
hija l-qawwa tal-Fidi li biha għandu jkun imseddaq is-Saċerdot ta’ Kristu.
Alba
L-Alba, jew il-‘Kamżu’, hija libsa twila li tġħatti l-persuna tas-Saċerdot minn għonqu sa tarf
riġlejh marbuta mal-qadd permezz taċ-cinglu. Hi l-ibsa komuni għall-Ministri kollha ta’ kull
grad. Gieli anke’, l-Alba tintlibes mill-Abbatini u minn Ministranti oħra minflok is-Suttana u l-
Ispellizza. Il-kulur abjad tagħha juri li hija tfisser is-safa tal-qalb.
Ċinglu
Iċ-Ċinglu huwa bhal ħabel abjad jew ta’ xi lewn ieħor u ġieli fit-tarf ikollu ġummiena. Huwa
jintuża mis-Saċerdot biex jorbot l-Alba minn qaddu. Iċ-Ċinglu huwa l-għelm ta’ ħajja kasta.
Stola
L-istola hi biċċa drapp twila u dejqa. Is-Saċerdot jilbisha fuq spallejh it-tnejn u mdendla minn
wara u minn quddiem għal ġenbu tal-lemin, fejn tiġi mehmuża fil-kas tad-Djaknu. Il-kulur
tagħha jkun jaqbel mal-Liturġija propja li tkun se tigi ċċelebrata (ta’ l-istess lewn tal-Pjaneta). L-
istola tintlibes flimkien u taħt il-Pjaneta. Fil-Konċellebrazzjoni, speċjalment meta m’hemmx
biżżejjed Pjaneti, tista’ tintuża weħida mingħajr l-użu tal-Pjaneta. L-Istola hi simbolu ta’ l-
immortalita’, jiġifieri tal-ħajja li tibqa’ għal dejjem, u tas- setgħat sagramentali li huma proprju
tas-sagrament ta’ l-Ordni Sagru.
Pjaneta
L-ilbies Imqaddes iservi biex jidhru aktar qawwija l-funzjoni u d-dinjita’ tal-Ministru sagru waqt
il-funzjoni Liturġika li hu jkun qiegħed imexxi. L-Pjaneta hija l-ilbies proprju tas-Saċerdot u
tintlibes fuq l-Alba u fuq l-Istola. Il-kulur tagħha jiddependi miż-żmien Liturġiku jew mit-tifkira
proprja li tkun qed issir fiċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Hija simbolu tal-virtujiet tal-karita’ u tar-rabta mar-rieda t’Alla, li biha nġorru s-salib kif ġarru
Kristu. Hemm żewġ tipi ta’ pjaneti: dik Rumana li Hi waħda pjuttost qasira u li tasal sa fuq l-
ispalla u dik Gotika (imsejħa wkoll Casula) li tgħatti d-dirgħajn. Ħafna drabi s-Saċerdot jilbes il-
Pjaneta Gotika u rari jilbes dik Rumana.
Kif jintlibsu l-ħwejjeġ fuq is-Saċerdot għal Quddiesa:
L-ewwel jinlibes l-Amittu (a) u wara l-Alba (b). Kollox jintrabat mill-qadd permezz taċ-Ċinglu
(Ċ). Imbagħad tintlibes l-Istola li fl-aħħar tgħaddi minn taħt ċ-Ċinglu (d). Fl-aħħarnett, tintlibes
il-Pjaneta fuq l-ilbies kollu kif muri (e).
Dalmatika
Id-Dalmatika hi l-libsa propja tad-Djaknu li jilbes għall-funzjonijiet Liturġiċi. Hja tintlibes
minflok t-Tuniċella (li ma għadhiex tintuża).
Kappa (Pivjal)
Il-kappa (jew Pivjal) tixbaħ lill-mantel twil li jinżel kważi sa l-għekiesi, miftuħa minn quddiem u
tinqafel fuq is-sider permezz ta’ bokkla. Tintuża l-aktar fil-benedizzjoni Ewkaristika, fil-
pruċissjonijiet Ewkaristiċi, pruċissjinijiet oħra waqt il-Vespri u t-talb ta’ sbieħ l-jum u fil-Vespri
meta dawn isiru b’mod solenni.
Velomeral
Dan hu biċċa drapp twila u pjuttost wiesa’ li ċ-Ċelebrant jilbes fuq spallejh biex iġorr l-
Ostensorju jew il-Pissidi. Tintuża l-aktar waqt il-benedizzjoni Ewkaristika. Meta tintuża wkoll il-
Kappa, il-Velomeral jitlibes fuqha.
Spellizza
Tixbaħ lill-Alba, izda hi ferm iqsar. Il-kulur tagħha hu dejjem abjad u tintlibes mill-Ministri waqt
il-funzjonijiet meta ma tintużax l-Alba. Tintuża għat-Tberik, Espożizzjoni tas-Sagrament u
Benedizzjoni, Tqarbin eċċ.
Mitra
Il-Mitra hi għata tar-ras ta’ l-Isqof (li għandu l-milja tas-Saċerdożju) u tfisser awtorita’. Tintlibes
ukoll mil-Papa.
Baklu
Il-Baklu hu l-bastun li l-Isqof juża waqt funzjonijiet Puntifikali. Ifisser li l-isqof hu ir-Ragħaj tal-
merħla tiegħu. Dan huwa fit-tond in-naħa ta’ fuq, dritt fin-nofs, u għall-ponta in-naha t’isfel
tiegħu.
Vimpa
Il-Vimpa hi speċi ta’Stola wiesa’ li tintlibes mill-Abbati meta waqt iċ-Ċelebrazzjoni jkun hemm
l-Isqof. Il-Vimpa, li tkun ta’ lewn bajdani, tintuża biex fuqha tinżamm il-Mitra ta’ l-Isqof u oħra
għall-Baklu.
Tre Renju
It-Tre Renju hu għatta ta’ ras il-Papa, maqsum fi tlieta, u li jfisser awtorita’ Papali.
Dan it-Tre Renju, illum il-ġurnata ma għadux jintuża.
It-Tmien Taqsima
MATUL IS-SENA LITURĠIKA
Żminijiet Liturġiċi
Is-Sena Lituriġika hi żmien ta’ tnax-il xahar (żmien li ma jikkorrispondix għas-sena ċivili jew
dik skolastika, għax jibda bl-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent) li fih il-Knisja tiċċelebra l-opra tas-
salvazzjoni li wettaq Kristu, li jilħaq il-qofol tiegħu fit-tlett ijiem mqaddsa ta’ l-Għid li fihom
niċċelebraw il-Passjoni, Mewt u Qawmien. Is-Sena Liturġika tinqasam f’ċikli jew Żminijiet
Liturġiċi, li fihom ‘il-Knisja tffakkar il-misteru kollu ta’ Kristu, mill-Inkarnazzjoni sa Għid il-
Ħamsin u sa l-istennija tal-Miġja tal-Mulej’. Niftakru wkoll fil-Madonna, il-Qaddisin u fl-
Erwieħ tal-Pugatorju.
Żmien l-Avvent
Is-sena Lituriġika tibda bl-ewwel Ħadd ta’ L-Avvent. Matul ż-żmien ta’ l-Avvent il-Knisja
titħejja għat-twelid ta’ Ġesu’, l-Iben t’Alla li sar bniedem bhalna.
Żmien il-Milied
Fi żmien il-Milied, il-Knisja tifraħ bil-preżenza ta’ Ġesu’ fostha. F’dan ż-żmien, il-Knisja
tiċċelebra wkoll il-festi tal-Familja Mqaddsa, ta’ Marija Omm Alla, ta’ L-Epifanija u tal-
Magħmudija ta’ Ġesu’.
Żmien ir Randan
Matul ir-Randan, il-Knisja tiġġedded permezz ta’ l-indiema u l-konverżjoni biex tissieħeb fil-
Passjoni u l-mewt ta’ Ġesu’.
Żmien l-Għid
Żmien l-Għid jibda bil-funzjoni tal-Viġili ta’ l-għid, li fiha l-Knisja xxandar il-Qawmien ta’
Ġesu’ mill-mewt u tiċċelebra bil-ferħ ir-rebħa tiegħu fuq id-dnub u l-mewt. F’dan ż-żmien, il-
Knisja tiċċelebra wkoll il-festa ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema’ u Nżul l-Ispirtu s-Santu fuq l-
Appostli.
Żmien ‘Matul is-Sena’
Iż-Żmien ‘matul issena’ jibda mill-għada tal-Ħadd tal-festa tal-Magħmudija tal-Mulej u jibqa’
sejjer sa lejlet Ras ir-Randan. Jerġa’ jkompli mill-għada ta’ Għid il-Ħamsin sa qabel l-Ewwel
Għasar ta’ l-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent. Fl-aħħar Ħadd ‘matul is-sena’ issir il-festa ta’ Kristu
Sultan tal-Ħolqien kollu.
Ilwien liturgici
Fl-użu tal-paramenti sagri, il-Liturġija tal-Knisja Kattolika tinqeda b’diversi lwien, skond il-festa
li tkun qegħda tiġi ċċelebrata u skond iċ-ċirkustanzi u ż-żmien li fihon issir l-azzjoni Liturġika.
L-ilwien li jintużaw fil-Liturgija ta’ żminijietna huma l-abjad, l-ahmar, l-ahdar, il-vjola u anke’ r-
roża.
Abjad
L-Abjad hu sinbolu tas-safa u tad-dawl tal-qdusija, u jfisser ferħ, dawl, u ħajja. Għalhekk jintża
fi żmien il-Milied, żmien il-Għid, fil-festa tal-Mulej, tal-Madonna, ta’ l-Anġli, tal-Qaddisin
mhux Martri, fil-festa tal-Qaddisin kollha, fil-Konverżjoni u fin-Nawfraġju ta’ San Pawl. U fil-
festa tal-Kattedra ta’ San Pietru.
Aħmar
L-Aħmar ifisser id-don ta’ l-Ispiru s-Santu li jagħti l-qawwa lin-Nisrani biex jixħed il-fidi tiegħu
b’kuraġġ anke’ sat-tixrid ta’ demmu għall-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. L-aħmar jintuża
f’Ħadd il-Palm, fil-Ġimgħa l-Kbira, Għid il-Hamsin, fiċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni tal-Mulej, fil-
festi u fit-tifkiriet tal-Qaddisin Martri.
Aħdar
Il-kulur Aħdar ifisser iż-żgħożija tal-Knisja, il-mixja ta’ ħajja ġdida u it-tama fil-wegħdiet t’
Alla. Għalhekk jintuża fil-Ħdud u ġranet taż-żmien ‘matul is-sena’.
Vjola
Il-Lewn Vjola hu simbolu ta’ virtu’ tat-tama, l-Ispirtu ta’ penitenza u ċaħda bħala thejjija għal-
laqgħa ma’ Ġesu’. Jiġi wżat fl-Avvent u fir-Randan u fil-quddies tal-mejtin.
Roża
Dan il-kulur juri l-ferħ li issa qiegħed joqrob il-Mulej Ġesu’ u għalhekk jista’ jintuza biss fit-
tielet Ħadd ta’ l-Avvent u fir-raba’ Ħadd tar-Randan.
Quddiesa bil-Malti
Il- Quddiesa tista’ tkun ta’ diversi livelli u għal kull Quddiesa hemm il-qari u talb propju għal dik
ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Ø Il-Quddiesa l-aktar importanti hi dik tal-Ħadd (ta’ jum il-Mulej), lili tfakkar il-qawmien tal-
Mulej mill-imwiet. Tingħad il-Glorja barra fir-Randan u l-Avvent u bl-Omelija.
Ø Solenjita’. Din tfakkar il-Qaddis Titulari tal-Knisja, grajjiet mil-ħajja tal-Mulej e.ż. Milied,
Ghid, Kunċizzjoni, Assunta, etċ., u ta’Qaddisin kbar e.ż. San Ġużepp, S. Pietru u S.Pawl, S.
Ġwann Battista, u fundaturi e.ż. S. Franġisk għal Franġiskani etċ. Meta din taħbat il-Hadd tirbaħ
fuq il-Quddiesa tal-Ħadd. Fiha tingħad wkoll il-Glorja barra fir-Randan u l-Avvent , kif wkoll il-
Kredu u l-Qari propju.
Ø Festa. Hemm festi tal-Mulej, tal-Madonna, festi propji e.ż. qaddisin padruni jew fundaturi ta’
ghaqdiet reliġjużi e.ż. S. Duminku għall-Franġiskani u qaddisin li jkollhom x’jaqsmu mal-Knisja
tal-post jew reliġjużi tal-post. Tista tingħad il-Glorja u hemm il-qari propju.
Ø Tifkira Obbligatorja. Tifkira Obbligatorja ssir mir-reliġjużi għal uħud mill-Qaddisin ta’ l-
Ordni tagħhom, patrun sekondarju tal-Knisja, u qaddisin issugeriti fil-Kanone.
Ø Tifkira. Għal Qaddisin l-ohra kollha. Tista ma ssirx għax mhix Obbligatorja.
Ir-Riti tal-Bidu
Saċerdot: Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Poplu: Amen.
Saċerdot: Il-grazzja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, l-imħabba ta’ Alla, u l-għaqda fl-Ispirtu s-
Santu, tkun magħkom ilkoll.
Poplu: U miegħek ukoll.
Saċerdot: Ħuti, ejjew nagħrfu ħtijietna, biex nitħejjew tajjeb ħalli niċċelebraw il-
misteri qaddisa.
Kulħadd: Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb,
bil-kliem, bl-għemil, u billi ħallejt dmirijieti:
ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Imqaddsa
Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u ‘l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti, biex
titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.
Saċerdot: Iħenn għalina Alla li jista’ kollox, jaħfrilna dnubietna, u jwassalna għall-ħajja
ta’ dejjem.
Poplu: Amen.
Saċerdot: Mulej, ħniena.
Poplu: Mulej, ħniena.
Saċerdot: Kristu, ħniena.
Poplu: Kristu,ħniena.
Saċerdot: Mulej’ ħniena.
Poplu: Mulej, ħniena.
Kulħadd: Glorja ‘l Alla fil-għoli tas-smewwiet,
u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh,
irroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla, Sultan tas-sema, Alla Missier li tista’ kollox,
Mulej Iben waħdieni, Ġesu’ Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’Alla , Bin il-Missier,
int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina,
int li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna,
int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina.
Għaliex int waħdek Qaddis, int waħdek Mulej’, int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu s-Santu, fil-glorja tal-Missier Alla.
Amen.
Saċerdot: Nitolbu.
(Issir il-Kolletta)
Poplu: Amen.
Il-Liturġija tal-Kelma
(inqara l-ewwel qari li jkun meħud mill-Antik Testment, u wara l-qari l-lettur
jgħid...)
Lettur: Il-Kelma tal-Mulej.
Poplu: Irroddu ħajr lil Alla.
(Jekk ikun henn it-tieni qari,li jkun meħud mill-ġdid Testment, jinqara u wara l-qari l-lettur
jgħid...)
Lettur: Il-Kelma tal-Mulej
Saċerdot: Il-Mulej magħkom.
Poplu: Irroddu ħajr lil Alla.
(Is-saċerdot imur fuq l-ambone u jgħid...)
Saċerdot: Il-Mulej magħkom.
Poplu: U miegħek ukoll.
Saċerdot: Qari mill-Evanġelju ta’ San...,
Poplu: Glorja lilek, Mulej.
(Wara li jinqara l-vanġelu, is-saċerdot jgħid...)
Saċerdot: Il-Kelma tal-Mulej.
Tifħir lilek. Kristu.
(jekk ikun il-Ħadd jew xi festa kkmandata, issir l-omelija. Wara l-omelija kulħadd jgħid il-
Kredu...)
Kulħadd: Jiena nemmen f’Alla wieħed,
Il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art. Dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesu’ Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dwal minn dawl, Alla veru minn Alla veru,, imnissel mhux magħmul, natura
waħda mal-Missier, u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. Uħa l-ġisem bis-setgħa ta’ l-Ispirtu
s-Santu minnn Marija Verġni u sa bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet,
skond il-Kotba mqaddsa, u tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa’ jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. U s-saltna tiegħu ma
jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu. Mulej li jagħti l-ħajja, li ġej mill-Missier u mill-Iben, li hu meqjum u
mweġġah flimkien mal-Missier u ma’ l-iben, hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda. Qaddisa, Kattolika, Appostalika,
Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma mill-imwiet, u l-ħajja taż-żmien li ġej.
Amen.
(Imbagħad isir it-talb tal-fidili u wara kull talba ġeneralment il-poplu iwieġeb...)
Il-Liturġija ta’ L-Ewkaristija
(Wara l-offertorju, is-saċerdot jgħid xi talb fuq l-offerti fuq l-artal. Bil-ħobż f’idejh jgħid...)
Saċerdot: Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubietek tajtna l-ħobż li qegħdin
noffrulek, frott ta’ l-art u xogħol tal-bniedem, li minnu jsir għalina l-ħobż tal-ħajja.
Poplu: Imbierek Alla għal dejjem.
(Is-saċerdot bil-kalċi f’idejh, jgħid...)
Saċerdot: Bil-misteru ta’ dan l-ilma u l-inbid, ikollna sehem fin-natura divina ta’ Kristu, kif Hu
jissieħeb magħna fin-natura tagħna l-bnedmin.
Imbierek int, Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-inbid li qegħdin noffrulek,
frott tad-dielja u xogħol il-bniedem, li minnu jsir għalina x-xorb tar-ruħ.
Poplu: Imbierek Alla għal dejjem.
Saċerdot: Ilqagħna, Mulej, Alla tagħna, umli u niedma quddiemek, u għamel li jkun jogħġbok
dan is-sagrifiċċju li sejrin noffrulek.
Naddafni Mulej, minn ħżuniti, u d-dnub tiegħi neħħili.
Itolbu, ħuti, biex is-sagrifiċċju tiegħi u tagħkom ikun jogħġob lil Alla u
L-Missier li jista’ kollox.
Poplu: Jilqa’ l-Mulej minn idejk is-sagrifiċċju għat-tifħir u l-glorja ta’ ismu,
Għall-ħtiġijiet tagħna u tal-Knisja mqaddsa kollha tiegħu.
(Is-saċerdot jgħid i-talba fuq l-offerti u wara l-poplu jwieġeb...)
Poplu: Amen.
It-Talba Ewkaristika
Saċerdot: Il-Mulej magħkom.
Poplu: U miegħek ukoll.
Saċerdot: Nerfgħu qlubna ‘l fuq.
Poplu: Nerfgħuhom lejn il-Mulej Alla tagħna.
Saċerdot: Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna.
Poplu: Hekk sewwa u xieraq.
(is-Saċerdot ikompli l-prefazju u wara flimnkien mal-poplu jgħid l-akklamazzjoni...)
Kulħadd: Qaddis, Qaddis, Qaddis, Mulej Alla ta’ l-eżerċiti. Is-smewwiet u l-art mimlija bil-
glorja tiegħek.
Hosanna fl-għola tas-smewwiet,
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.
Hosanna fl-għola tas-smewwiet.
Il-Konsagrazzjoni
Saċerdot: (is-saċerdot jgħid l-Invokazzjoni...)
Qaddis tassew int, Mulej,
Inti l-għajn ta’ kull qdusija.
Qaddes għalhekk, nitolbuk, dawn l-offerti
Bil-barka ta’ l-Ispirtu tiegħek,
Biex isiru għalina l-Ġisem u d-Demm
Ta’ Sidna Ġesu’ Kristu.
Li, meta kien se jingħata biex minn rajh ibati,
Ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasam,
Ta lid-dixxipli tiegħu, u qal,
HUDU U KULU LKOLL MINN DAN,
GHAX DAN HUWA ĠISMI
LI JINGĦATA GĦALIKOM.
Hekk ukoll, wara l-ikla,
Ha l-Kalċi reġa’ radd il-ħajr, ta lid-dixxipli tiegħu, u qal,
HUDU U IXORBU MINNU LKOLL,
GHAX DAN HUWA L-KALĊI TA’ DEMMI
TAL-PATT IL-ĠDID LI JIBQA’ GĦAL DEJJEM,
ID-DEMM LI JXXERRED GĦALIKOM
U GĦALL-BNEDMIN KOLLHA
GĦALL-MAĦFRA TAK-KNUBIET.
GĦAMLU DAN B’TIFKIRA TIEGĦI.
(wara l-konsagrazzjoni, issir l-Akklamazzjoni...)
Saċerdot: Dan hu l-Misteru tal-Fidi.
Poplu: Inħabbru l-mewt tiegħek. Mulej,
Inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek,
Nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.
(is-saċerdot jitlob quddiem l-offerti waqt li jgħid l-Offerta tal-Knisja u l-Interċessjonijiet.
Wara talb, jgħid id-Dissologija....)
Saċerdot: Bi Kristu, Ma’ Kristu, u fi Kristu,
Jingħata lilek, Alla Missier li tista’ kollox,
Flinkien ma’ l-Ispirtu s-Santu.
Kull ġieh u glorja
Għal dejjem ta’ dejjem.
Poplu: Amen.
Ir-rit tat-Tqarbin
Saċerdot: Ejjew nitolbu kif għallimna u riedna nagħmlu l-Iben ta’ Alla għas-salvazzjoni tagħna.
Kulħadd: Missierna, li inti fis-smewwiet,
Jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek,
Ikun dak li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum għatina illum, aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la
ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni.
Saċerdot: Eħlisna, nitolbuk, Mulej, minn kull deni, agħtina, fit-tjieba u l-ħniena tiegħek, il-paċi fi
żmienna, biex inkunu ħielsa dejjem mid-dnub, u mħarsa minn kull inkwiet, aħna u nistennew u
nittamaw il-hena u l-miġja tas-Salvatur tagħna Ġesu’ Kristu.
Poplu: Għax tiegħek hi s-saltna, il-qawwa u l-glorja għal dejjem.
Saċerdot: Mulej Ġesu’ Kristu, li għidt lill-Appostli tiegħek, inħallilkom is-sliem, nagħtikom is-
sliem tiegħi, la tħarisx lejn dnubietna iżda ħares lejn il-fidi tal-Knisja tiegħek, agħtiha s-sliem u l-
għaqda li int trid fiha.
Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.
Poplu: Amen.
Saċerdot: Agħtu l-paċi lil xulxin.
(wara li kulħadd jagħti sinjal ta’ paċi lil xulxin, kulħadd jgħid...)
Kulħadd: Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħenn għalina.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja
Ħenn għalina.
Haruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Agħtina l-paċi.
Saċerdot: Dan hu l-Ħaruf ta’ Alla dan hu li jneġġi d-dnubiet tad-dinja.
Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tal-Ħaruf.
Poplu: Mulej, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi,
iżda għid kelma waħda,
u ruħi tkun imfejqa.
Saċerdot: Il-Ġisem ta’ Kristu jħarisni għall-ħajja ta’ dejjem.
Id-Demm ta’ Kristu jħarisni għall-ħajja ta’ dejjem.
(Imbagħad isir it-Tqarbin. Wara it-tqarbin s-saċerdot jgħid xi talb ta’ radd il-ħajr u x’ħin jgħid
‘Nitolbu’, il-poplu iqum bil-wieqfa fejn imbagħad wara t-talb tas-saċerdot, il-poplu iwieġeb...)
Poplu: Amen.
Ir-Rit ta’ Tmiem il-Quddiesa
Saċerdot: Il-Mulej magħkom.
Poplu: U miegħek ukoll.
Saċerdot: Iberikkom Alla li jista’ kollox,
Il-Missier, u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.
Poplu: Amen.
Saċerdot: Morru fil-paċi ta’ Kristu.
Poplu: Irroddu ħajr lil Alla.