12
Iż-Żurrieq

Zurrieq yr 4.4

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Zurrieq yr 4.4

Iż-Żurrieq

Page 2: Zurrieq yr 4.4

L-Arma taż-ŻurrieqIl-kuluri tal-arma taż-Żurrieq huma blu u abjad. Din għandha forma ta’ salib fuqha. Din l-arma nsibuha fuqil-bandiera taż-Żurrieq.

Page 3: Zurrieq yr 4.4

Fejn jinsab iż-Żurrieq?Din hi l-mappa ta’ Malta. Fejn hu mmarkat bl-aħmar hu ż-Żurrieq. Iż-Żurrieq jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Iż-Żurrieq imiss mal-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Kirkop, L-Imqaba u Birżebbuġa. Iż-Żurrieq imiss mal-baħar.

Page 4: Zurrieq yr 4.4

Il-Knisja taż-ŻurrieqDin hija l-knisja parrokkjali ta’ Santa Katarina ġewwa iż-Żurrieq. Hija waħda mill-eqdem knisja fil-gżejjer Maltin. Ġewwa din il-knisja nsibu diversi pitturi ta’ Mattia Preti.

Page 5: Zurrieq yr 4.4

Il-Mitħna tax-Xarolla Il-Mitħna tax-Xarolla

nbniet fi żmien il-Kavallieri. Ftit snin ilu din il-mitħna ġiet irrestawrata. Illum din hija l-unika mitħna f’Malta li taħdem bir-riħ.

Page 6: Zurrieq yr 4.4

Blue GrottoBlue Grotto huwa għar magħruf għall- baħar kaħlani u ċar. It-turisti jmorru hemmhekk bid-dgħajsa.

Page 7: Zurrieq yr 4.4

It-Torri ta’ BubaqraDan hu t-Torri ta’ Bubaqra. It-Torri ta’ Bubaqra hu qadim. It-Torri kien mibni bħala residenza fil-kampanja. It-Torri ta’ Bubaqra jinkera lit-turisti.

Page 8: Zurrieq yr 4.4

L-Armerija

L-Armerija nbniet fl-aħħar tas-seklu sbatax. L-Armerija hu palazz kbir u sabiħ ħafna. Jgħidu li fil palazz kienet tghix familja sinjura li kienet stiednet lil Napuljun biex jara l-palazz meta kien f’Malta.

Page 9: Zurrieq yr 4.4

Il-KatakombiDawn huma oqbra imħaffrin fil-blat. Dawn instabu ħdejn il- mitħna tax-XarollaF'dawn l-oqbra instabu fdalijiet umani kif ukoll xi fuħħar.Dawn imorru lura għas seklu 7 Qabel Kristu.

Page 10: Zurrieq yr 4.4

Id-dar ta’ Mattia PretiDin hi d-dar fejn kien joqgħod Mattia Preti. Mattia Preti twieled fl-1613 f'Calabria. Għamel xi żmien jgħix fir-raħal taz-Żurrieq. Din id-dar kien jużaħha bħala residenza għas-sajf. Fir-raħal taz-Żurrieq insibu kollezzjoni ta' tmien pitturi ta’ Preti. L-ewwel pittura li għamel Preti kien fl-1662-1663 il-martirju ta' San Stiefnu. Aktar tard, bejn l-1665 u l-1667 għamel il-pittura ta' Sant Andrija. Pero l-akbar kapolavur li għamel hi bla dubju l-pittura ta' Santa Katarina ta' Lixandra li nsibu wara l-artal tal-knisja. Mattia Preti ħalla numru kbir ta' xogħolijiet f'Malta. Hu kien influwenzat hafna mill-pittur Caravaggio. L-arti għal Preti kienet mod biex jersaq qrib Alla.

Page 11: Zurrieq yr 4.4

Il-Festi taż-ŻurrieqFiż-Żurrieq niċċelebraw żewġ festi ta’ Santa Katarina u tal-Karmnu.Santa Katarina tiġi ċċelebrata f’Settembru u tal-Karmnu f’Lulju.

Page 12: Zurrieq yr 4.4

Wied iz-ŻurrieqWied iż-Żurrieq huwa post mfittex ħafna mit-turisti speċjalment fis-sajf. Ħafna għawwiema u dilettanti tal-baħar kemm barranin u kemm Maltin ukoll jaraw dan il-post bħala ġenna tal-art. F'dan il-post jiġu ukoll offruti servizzi ta' sightseeing bid-dgħajjes li jduru l-għerien tal-madwar. Fil-viċinanzi nsibu ukoll xi restoranti, vannijiet tal-ġelati u saħansitra ħwienet ta' xi aċċessorji.