19
Il-Bini tal-Belt Valletta -

Il bini tal-belt valletta

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Il bini tal-belt valletta

Il-Bini tal-Belt Valletta -

Page 2: Il bini tal-belt valletta
Page 3: Il bini tal-belt valletta

• L-Assedju l-Kbir ħalla ħerba kbira fuq il-fortifikazzjonijiet ta' madwar il-Port il-Kbir. Il-ħitan li kienu jiddefendu lill-Birgu u lill-Isla kienu mġarrfa. L-Ordni ftit kellha flus biex tidħol għall-bini ta' belt ġdida u barra minn dan ftit kien hemm suldati li setgħu jiddefendu din il-belt. Numru mhux ħażin ta' kavallieri riedu jitilqu mill-gżejjer Maltin darba għal dejjem. Madankollu La Valette ħadem kemm seta' biex jikkonviċi lill-Kavallieri ħalli jibqgħu Malta. Huwa talab l-għajnuna tal-Papa Piju V li bagħat lill-perit espert tiegħu Francesco Laparelli biex ifassal il-pjanta tal-belt il-ġdida.

Page 4: Il bini tal-belt valletta

La Valette • La Valette kien jaf li t-Torok setgħu jerġgħu lura b'attakk ieħor fuq Malta ma' l-ewwel ċans li jkollhom u għalhekk minbarra għajnuna ta' flus talab ukoll lis-slaten Ewropej biex jibagħtulu suldati li jkunu jistgħu jiddefendu 'l-bennejja u s-swar il-ġodda waqt xi attakk għall-għarrieda. Wara ħafna talb u anke theddid li l-kavallieri kienu se jitilqu minn Malta darba għal dejjem, ir-Re Filippu II ta' Spanja flimkien mal-Papa bagħtu 6000 suldat.

Page 5: Il bini tal-belt valletta

• Il-post li ntgħażel għall-bini tal-belt il-ġdida kien fuq l-għolja Xiberras. Din l-għolja kienet dejjem problema għall-bliet tal-Birgu u ta' l-Isla waqt l-Assedju l-Kbir billi minbarra li qiegħda qrib ħafna tagħhom, hija ogħla minnhom. Dan l-għoli kien vantaġġ għall-belt il-ġdida biex tinbena hemm. L-għolja Xiberras kienet ukoll peniżola u għalhekk kellha l-vantaġġi li kienet tħares lejn il-portijiet il-kbar u li kienet imdawra bil-baħar ħlief għal naħa waħda. Dan żgur kien ser jgħin fid-difiża tal-belt il-ġdida. L-uniku żvantaġġ li kellha l-għolja Xiberras kien li ma kellha l-ebda għajn ta' l-ilma ġieri li żgur kien ikun importanti għall-belt waqt xi assedju twil.

Page 6: Il bini tal-belt valletta

B: L-Ippjanar tal-Belt Valletta u Laparelli

Page 7: Il bini tal-belt valletta

Meta l-Papa bagħat lil Franġisku Laparelli wara l-Assedju l-Kbir, dan sab numru ta' studji li saru qabel li għenuh mhux ftit biex ifassal ir-rapport tiegħu fi ftit jiem. Laparelli ddeċieda li l-Belt Valletta kellha tokkupa bejn wieħed u ieħor nofs il-peniżola Xiberras u li t-toroq tagħha kellhom ikunu dritti u jaqtgħu lil xulxin f'forma ta' grada. It-toroq dritti u wesgħin kellhom il-vantaġġ li jagħtu sens ta' ordni u preċiżjoni. Laparelli ppropona wkoll li tinbena mill-ġdid il-Forti Sant Jiermu fil-ponta tal-peniżola, biex tkun tista' tiddefendi l-belt f'każ li tiġi attakkata mill-baħar waqt li tkun qed tinbena.

Page 8: Il bini tal-belt valletta

• F'Marzu ta' l-1566 beda x-xogħol fuq il-belt u fi żmien ħames snin dan tant mexa 'l quddiem li l-kavallieri kienu lesti biex jidħlu jgħixu fil-belt il-ġdida. Hija ssemmiet Valletta f'ġieħ il-Gran Mastru La Valette li kien għadu kif mexxa r-rebħa kontra t-Torok. Ġie deċiż ukoll li l-palazzi ta' l-Ordni ma kellhomx jinbnew maqtugħin għalihom mill-bqija tad-djar tal-Belt; jiġifieri ma kellux ikun hemm il-Collachio riservat biss għall-kavallieri. Laparelli għadda triq dawra mejt mal-fortifikazzjonijiet sabiex id-difensuri setgħu jimxu, skond il-bżonn, minn naħa għal oħra tas-swar b'ċerta ħeffa, huma u jiddefendu.

• Minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema, Laparelli ġab ukoll minn flusu 500 ħaddiem Taljan biex jgħinu fil-bini. Biex jiġu mħajra l-bennejja Maltin jidħlu għax-xogħol, dawn bdew jitħallsu sewwa u jingħataw l-ikel ukoll b'mod regolari. B'kollox jaħsbu li daħlu jaħdmu bejn 10,000 u 12,000 ħaddiem fil-bini tal-Belt Valletta.

Page 9: Il bini tal-belt valletta

C: Il-Bini tal-Belt u Ġlormu

Cassar

Page 10: Il bini tal-belt valletta

• Wara Laparelli, Ġlormu Cassar kompla x-xogħol fuq il-belt il-ġdida. Hu ħa ħsieb ta' l-ippjanar u tal-aktar bini importanti fil-Belt Valletta, fosthom il-knisja konventwali, il-palazz tal-Granmastri (ritratt xellug), is-seba' bereġ(ritratt isfel lemin juri l-berġa ta' Kastilja), l-imtieħen u l-ifran ta' l-Ordni.

• Billi Del Monte, il-Gran Mastru li laħaq wara La Vallette, kellu ħeġġa kbira li jieħu l-Ordni mill-Birgu għall-Belt Valletta kemm jista' jkun malajr, il-bereġ bdew jinbnew b'ċerta ħeffa. Il-biċċa l-kbira tal-palazzi ġew ippjanati u nbnew madwar it-triq prinċipali u fil-parti għolja tal-Belt Valletta. Saru numru ta' regoli biex tinżamm l-iġjene u s-sbuħija tal-belt il-ġdia. Barra minn hekk, il-ġebel għall-bini kellu jinqata' min-naħa tal-belt magħrufa bħala l-Manderaggio.

Page 11: Il bini tal-belt valletta

Fl-1571 il-Gran Mastru Del Monte ddeċieda li kien sar iż-żmien li l-Ordni tħalli l-bereġ tagħha fil-Birgu u tmur fil-bereġ ġodda tal-Belt Valletta.

Dan minkejja li l-belt kapitali kienet għadha mhix lesta. Wara, il-kavallieri marru joqogħdu l-

Belt Valletta, il-bini hemmhekk beda tiela' b'ritmu mgħaġġel. Il-Maltin bdew deħlin bi

ħġarhom biex joqogħdu fil-belt il-ġdida. Hemm sabu iżjed sigurtà u xogħol ma' l-Ordni milli fl-

ibliet u l-irħula tagħhom. Fil-fatt, il-popolazzjoni tal-belt fi żmien erbgħin sena telgħet minn xejn

għal għaxart elef.

Page 12: Il bini tal-belt valletta

D: Bini Importanti fil-Belt Valletta

Page 13: Il bini tal-belt valletta

a

(Ritratt xellug: il-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru; ritratt lemin: il-bitħa tal-Palazz)

Page 14: Il bini tal-belt valletta

Il-kavallieri ħadu ħsieb jibnu u jżejnu lill-belt Valletta mill-aħjar li setgħu. Fiha bnew 1-aktar palazzi u knejjes importanti. Fost dan il-bini nsibu l-palazz tal-Gran Mastri, il-bereġ tal-kavallieri, il-knisja konventwali ta’ San Ġwann u s-Sagra Infermerija.Il-palazz tal-Gran Mastri qiegħed f’nofs il-Belt Valletta. Dan fih faċċata twila ħafna b’żewġ bibien prinċipali u l-ispazju bejn it-twieqi tiegħu mhux kollu ta’ l-istess daqs. Il-kantunieri, bħal fil-binjiet prinċipali ta’ Cassar fil-belt huma goffi b’sinjali fondi mimdudin. Il-kmamar huma lussużi, imdaqqsin, b’saqaf għoli u mimlijin pitturi ta’ battalji fuq il-baħar u ta’ l-Assedju l-Kbir. Żewġ kmamar importanti li nsibu fil-palazz tal-Gran Mastri huma l-Armerija tal-kavallieri u s-Sala fejn insibu sett ta’ arazzi famużi

Page 15: Il bini tal-belt valletta

(Ritratt xellug: il-faċċata tal-Berġa ta' l-Italja) Billi l-kavallieri ta’ San Ġwann kienu ġejjin minn pajjiżi differenti, b’lingwi u drawwiet differenti, kien jaqbel li jkollhom il-berġa tagħhom u l-kap tagħhom. Għalhekk inbnew il-bereġ. Berġa kienet palazz kbir li fih kienu joqogħdu l-kavallieri ta’ lingwa waħda. Hemm kienu jieklu, jistrieħu u jorqdu. Kull lingwa kellha d- dmirijiet tagħha, fosthom il-parti tagħha tas-swar x’tiddefendi. Ħafna mill-bereġ inbnew mill-ġdid fis-sekli ta’ wara, nkella twaqqgħu bil-bombi fl-aħħar gwerra dinjija

Page 16: Il bini tal-belt valletta

Il-kon-katidral ta’ San Ġwann inbena biex iservi bħala l-knisja ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Din il-knisja hija mibnija fuq pjanta forma ta’ salib b’faċċata lixxa mingħajr ħafna skultura. Fil-ġnub tal-knisja nsibu l-kappelli ta’ kull Lingwa tal-kavallieri. Madankollu, ġewwa wieħed isib ħitan mnaqqxa b’ ħafna rħam u pitturi ta’ nies famużi li jagħmlu lil San Ġwann mużew ta’ l-arti.

Page 17: Il bini tal-belt valletta

Billi l-għanijiet prinċipali tal-kavallieri kienu l-ġlieda kontra l-misilmin u 1-kura tal-morda u l-feruti, ma setax jonqos li huma ħadu ħsieb jibnu wieħed mill-aqwa sptarijiet ta’ żmienhom. Is-Sagra Infermerija, kif kien imsemmi 1-isptar ta’ l-Ordni fil-Belt Valletta, kien jilqa’ fih diversi kmamar, fosthom waħda mill-akbar kmamar fl-Ewropa li setgħet tilqa’ f’każ ta’ bżonn sa 2,000 sodda. Dan l-isptar kien għall irġie1 biss u kien fih taqsimiet għall-kavallieri, għall-ilsiera u għan-nies komuni. Il-faċċata ta’ dan il-bini hija nieqsa minn kull xorta ta’ tiżjin.

Page 18: Il bini tal-belt valletta

E: Is-Sbuħija tal-Belt il-ĠdidaBilli l-kavallieri kienu nies sinjuri mill-aqwa familji ta’ l-Ewropa, huma ħadu ħsieb isebbħu l-belt il-ġdida tagħhom mill-aħjar li setgħu. Matul is-snin bnew swar ġodda u bini

ġdid li kompla saħħaħ din il-belt bħala fortizza u sebbaħha bħala l-belt kapitali ta’ mexxejja nobbli u sinjuri Ewropej.Biż-żmien il-kavallieri bdew jagħtu dejjem iżjed kas tat-tiżjin tal-bini u kumditajiet oħra. Huma bdew jikkompetu bejniethom dwar min kellu l-ħila jsebbaħ il-palazzi tiegħu l-aktar. Inbnew teatru, djar privati, knejjes, funtani u monumenti. In-naħa ta’ ġewwa tal-knisja konventwali ta’ San Ġwann reġgħet ġiet imżejna fuq stil barokk. B’hekk, il-

bini fil-belt ħa xejra aktar imnaqqxa u mżejna bi skulturi li ħadu post is-sempliċità ta’ l-istil ta’ Ġlormu Cassar.

Page 19: Il bini tal-belt valletta