15
MT MT IL-KUMMISSJONI EWROPEA Brussell, 7.1.2022 C(2021) 4335 final REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... ta’ 7.1.2022 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d- Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal- Burkina Faso, il-Gżejjer Kajman, il-Haiti, il-Ġordan, il-Mali, il-Marokk, il-Filippini, is- Senegal u s-Sudan t’Isfel mat-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tħassir tal-Bahamas, il- Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u Mauritius minn din it-tabella (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT MT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussell, 7.1.2022

C(2021) 4335 final

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 7.1.2022

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-

Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-

Burkina Faso, il-Gżejjer Kajman, il-Haiti, il-Ġordan, il-Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-

Senegal u s-Sudan t’Isfel mat-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tħassir tal-Bahamas, il-

Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u Mauritius minn din it-tabella

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Page 2: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 1 MT

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-ATT DELEGAT

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2015/849/UE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema

finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif emendata bid-

Direttiva (UE) 2018/843, il-ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi

fir-reġimi tagħhom Kontra l-Ħasil tal-Flus/Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT)

li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni (“pajjiżi terzi b’riskju għoli”)

iridu jiġu identifikati sabiex jiġi protett il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-Artikolu 9(2)

tad-Direttiva jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex tidentifika dawk il-

pajjiżi terzi b’riskju kbir, wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strateġiċi, u jistabbilixxi l-

kriterji li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuqhom. L-atti delegati

għandhom jiġu adottati fi żmien xahar wara l-identifikazzjoni tad-defiċjenzi strateġiċi. L-

Artikolu 18a tad-Direttiva (UE) 2015/849 jobbliga lill-Istati Membri jirrikjedu li l-entitajiet

marbutin b’obbligu japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa meta

jistabbilixxu relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi

b’riskju għoli identifikati mill-Kummissjoni.

Fl-14 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li

identifika għadd ta' pajjiżi terzi li għandhom defiċjenzi strateġiċi fir-reġimi tagħhom ta’ AML

/ CFT li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Dan ir-Regolament

Delegat ġie sussegwentement emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2018/105, ir-

Regolament Delegat (UE) 2018/212, ir-Regolament Delegat (UE) 2018/1467, ir-Regolament

Delegat (UE) 2020/855 u r-Regolament Delegat (UE) 2021/37.

Metodoloġija riveduta għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir, li tieħu post dik

preċedenti, ġiet ippubblikata fis-7 ta’ Mejju 20201. L-elementi ġodda ewlenin tagħha huma

interazzjoni akbar mal-proċess ta’ elenkar tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF);

involviment imsaħħaħ mal-pajjiżi terzi; u konsultazzjoni msaħħa mal-Istati Membri u l-

Parlament Ewropew.

Mill-aħħar emendi għar-Regolament (UE) 2016/1675, l-FATF aġġornat il-lista tagħha ta’

“Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud” kif ġej:

Fil-laqgħa Plenarja tagħha ta’ Frar 2021, l-FATF żiedet il-Burkina Faso, il-Gżejjer

Cayman, il-Marokk u s-Senegal mal-lista tagħha;

Fil-laqgħa Plenarja tagħha ta’ Ġunju 2021, l-FATF żiedet lill-Haiti, il-Filippini u s-

Sudan t’Isfel u ħassret lill-Ghana mil-lista tagħha;

Fil-laqgħa Plenarja tagħha ta’ Ottubru 2021, l-FATF żiedet lill-Ġordan, il-Mali u t-

Turkija u ħassret il-Botswana u Mauritius mil-lista tagħha.

Barra minn hekk, fir-raba’ trimestru tal-2021 il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha

tal-Bahamas u tal-Iraq f’konformità mal-metodoloġija tagħha għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi

terzi b’riskju għoli. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Bahamas

indirizza n-nuqqasijiet strateġiċi identifikati qabel mill-Kummissjoni fir-reġim tal-AML/CFT

tiegħu meta titqies l-informazzjoni disponibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat li

l-Iraq għamel progress sinifikanti biex jindirizza diversi nuqqasijiet strateġiċi identifikati fil-

1 Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi

b’riskju kbir skont id-Direttiva (UE) 2015/849, SWD (2020) 99.

Page 3: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 2 MT

valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Bahamas u l-Iraq

jitħassru mil-lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli.

Jeħtieġ li r-Regolament Delegat ikompli jiġi aġġornat sabiex titqies l-informazzjoni minn

organizzazzjonijiet internazzjonali u minn dawk li jistabbilixxu l-istandards fil-qasam tal-

AML/CFT, bħal dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-FATF, evalwazzjoni reċiproka jew rapporti ta’

valutazzjoni dettaljati jew rapporti ta’ segwitu ppubblikati. In-natura li dejjem tinbidel tat-

theddid tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, iffaċilitata minn evoluzzjoni

kostanti tat-teknoloġija u tal-mezzi għad-dispożizzjoni tal-kriminali, teħtieġ li jitwettqu

adattamenti rapidi u kontinwi tal-qafas legali fir-rigward tal-pajjiżi terzi b’riskju kbir sabiex

jiġu indirizzati b’mod effiċjenti r-riskji eżistenti u jiġi impedit li jinqalgħu oħrajn ġodda. Meta

wieħed iqis il-livell ta’ integrazzjoni tas-sistemi finanzjarji, is-suq intern se jkun espost għal

riskji serji ta’ ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jekk l-UE ma żżidx

ġuriżdizzjonijiet identifikati mill-FATF mal-lista tal-UE.

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 jiġi emendat billi jiżdiedu

pajjiżi terzi li ġew identifikati li għandhom nuqqasijiet strateġiċi kif ukoll billi jitneħħew

dawk li ma għadhomx jippreżentaw nuqqasijiet strateġiċi abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-

Direttiva 2015/849/UE.

A. Żieda mal-lista tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675

Il-Kummissjoni qieset, kif xieraq, informazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali u

dawk li jistabbilixxu l-istandards fil-qasam tal-AML/CFT, id-Dikjarazzjonijiet Pubbliċi

reċenti tal-FATF, il-lista tal-FATF ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”,

ir-rapporti tal-FATF tal-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Kooperazzjoni Internazzjonali, u r-rapporti

ta’ evalwazzjoni reċiproka mwettqa mill-FATF u l-Korpi Reġjonali tal-Istil tal-FATF

(FSRBs) fir-rigward tan-nuqqasijiet strateġiċi ta’ pajjiżi terzi individwali, f’konformità mal-

Artikolu 9(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849 .

B’mod partikolari, hija qieset li l-Burkina Faso, il-Gżejjer Cayman, il-Haiti, il-Ġordan, il-

Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-Senegal, u s-Sudan t’Isfel għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-

reġim AML/CFT tagħhom, ibbażat ukoll fuq il-fatt li dawn il-pajjiżi ġew identifikati fil-lista

tal-FATF ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud” fi Frar, Ġunju jew Ottubru

2021.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-Burkina Faso, il-Gżejjer Cayman, il-Haiti, il-

Ġordan, Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-Senegal u s-Sudan t’Isfel jissodisfaw il-kriterji

stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Jenħtieġ li dawn il-pajjiżi jiżdiedu

mal-lista tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2016/1675 bħala pajjiżi li jippreżentaw defiċjenzi

strateġiċi fir-reġimi tagħhom ta’ AML/CFT tagħhom li huma ta' theddid sinifikanti għas-

sistema finanzjarja tal-Unjoni.

Il-Burkina Faso, il-Gżejjer Cayman, il-Haiti, il-Ġordan, Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-

Senegal, is-Sudan t'Isfel u t-Turkija pprovdew impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex

jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF għal dan il-

għan. Il-Kummissjoni tilqa’ dawn l-impenji u tistieden lil dawn il-ġuriżdizzjonijiet sabiex

ilestu malajr l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u fl-iskedi ta’ żmien proposti. L-

implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni se tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-FATF; Sabiex

jitqies il-livell ta’ impenn li ntwera fil-kuntest tal-FATF, dawn il-pajjiżi terzi b’riskju kbir

huma elenkati fit-tabella fil-punt I tal-Anness tar-Regolament Delegat (“pajjiżi terzi b’riskju

għoli li pprovdew impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex jindirizzaw in-nuqqasijiet

identifikati u żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF”).

Page 4: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 3 MT

Skont l-Artikolu 18a tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-entitajiet marbutin b’obbligu fl-Istati

Membri kollha se jkunu marbuta li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa

fir-rigward ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi inklużi fir-

Regolament Delegat (UE) 2016/1675.

B. Tħassir mil-lista tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675

Fl-2020, l-FATF ferħet lill-Bahamas għall-progress sinifikanti li għamel fit-titjib tar-reġim

tal-AML/CFT tiegħu. Il-Bahamas saħħet l-effettività tas-sistema tal-AML/CFT tagħha u

indirizzat in-nuqqasijiet tekniċi relatati biex tissodisfa l-impenji fil-pjan ta’ azzjoni tagħha u

jirrimedja n-nuqqasijiet strateġiċi identifikati mill-FATF f’Ottubru 2018. Għalhekk, l-FATF

neħħiet lill-Bahamas mil-lista tal-Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud

f’Diċembru 2020. Il-Bahamas għalhekk m’għadux soġġett għal żieda fil-proċess ta’

monitoraġġ tal-FATF. F’April 2021, il-Kummissjoni stabbiliet punti ta’ riferiment

addizzjonali, li issa ġew indirizzati mill-Bahamas. Il-Bahamas implimenta miżuri li huma

komprensivi biżżejjed u li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi kkunsidrat li n-

nuqqasijiet strateġiċi li ġew identifikati skont l-artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 ma

għadhomx jeżistu.

F’Ġunju 2018, il-FATF neħħiet lill-Iraq mil-lista ta’ Ġuriżdizzjonijiet taħt Monitoraġġ

Miżjud, b’segwitu għall-azzjonijiet meħuda mill-Iraq biex isaħħaħ is-sistema AML/CFT

tiegħu u jindirizza nuqqasijiet tekniċi relatati biex jissodisfa l-impenji fil-pjan ta’ azzjoni

tiegħu u jirrimedja n-nuqqasijiet strateġiċi identifikati mill-FATF f’Ottubru 2013.

Madankollu, minkejja li ma għadux soġġett fil-proċess taż-żieda fil-monitoraġġ tal-FATF, l-

Iraq ma tneħħiex mil-lista tal-UE. F’Jannar 2019, il-Kummissjoni kkondividiet valutazzjoni

preliminari tar-reġim tal-AML/CFT tal-Iraq mal-awtoritajiet, u identifikat nuqqasijiet

strateġiċi ewlenin. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, kien hemm diversi laqgħat bejn l-uffiċjali tal-

Kummissjoni u l-awtoritajiet Iraqini. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll informazzjoni addizzjonali

mill-Iraq fuq bażi kostanti biex tifhem aħjar il-progress li sar mill-pajjiż. Skont il-progress li

sar, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Iraq implimenta miżuri li huma komprensivi biżżejjed u

li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jitqies li n-nuqqasijiet strateġiċi identifikati skont l-

Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tneħħew. L-FATF laqgħet il-progress sinifikanti li sar

mill-Botswana, il-Ghana, u Mauritius fit-titjib tar-reġim tal-AML/CFT tagħhom u nnotat li l-

Botswana, il-Ghana, u Mauritius stabbilixxew il-qafas legali u regolatorju biex jissodisfaw l-

impenji fil-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom fir-rigward tan-nuqqasijiet strateġiċi li l-FATF kienet

identifikat.

L-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan l-istadju, il-Bahamas, il-Botswana, il-Ghana,

l-Iraq, u Mauritius m’għadx għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħhom

abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Il-Bahamas, il-Botswana, il-Ghana, l-Iraq u Mauritius

saħħew l-effettività tar-reġim AML/CFT tagħhom. Dawn il-miżuri huma komprensivi

biżżejjed u jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi kkunsidrat li n-nuqqasijiet strateġiċi li

ġew identifikati skont l-artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 ma għadhomx jeżistu.

C. Pajjiżi terzi oħra identifikati pubblikament mill-FATF

F’Ottubru 2021, l-FATF identifikat pubblikament lit-Turkija bħala li għandha nuqqasijiet

strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha. It-Turkija ħadet impenn politiku ta’ livell għoli biex

taħdem mal-FATF biex issaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tagħha. Mill-adozzjoni

tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka (MER) tagħha f’Ottubru 2019, it-Turkija għamlet

progress fuq għadd ta’ azzjonijiet rakkomandati mir-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka biex

ittejjeb is-sistema tagħha, inkluż billi: tippromwovi strateġija nazzjonali globali għall-

awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ĦF u t-TF; tistabbilixxi reġistru tas-sjieda

benefiċjarja; tiżviluppa l-kapaċità ta’ analiżi strateġika fi ħdan l-UIF; iżżid il-livell ta’

Page 5: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 4 MT

sekwestri ta’ flus kontanti bil-kuntrabandu bejn il-fruntieri; tirrevedi sentenzi disponibbli

għall-finanzjament tat-terroriżmu biex jiġi żgurat li jkun hemm inċentiv għall-infurzar tal-liġi

biex tiġi investigata l-attività ta' finanzjament tat-terroriżmu b’mod indipendenti u flimkien

ma’ reati terroristiċi; u telimina d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji

mmirati taħt il-UNSCRs relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-

proliferazzjoni.

It-Turkija qed taħdem biex timplimenta l-pjan ta’ azzjoni tagħha tal-FATF billi: (1) tiddedika

aktar riżorsi fl-UIF għas-superviżjoni tal-konformità mal-AML/CFT minn setturi ta’ riskju

għoli u ż-żieda fl-ispezzjonijiet fuq il-post b’mod ġenerali; (2) tapplika sanzjonijiet dissważivi

għal ksur tal-AML/CFT, b’mod partikolari għal servizzi ta’ trasferiment ta’ flus mhux

irreġistrati u uffiċċji ta’ skambju u fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni adegwata,

preċiża u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja; (3) issaħħaħ l-użu tal-intelligence finanzjarja

għall-appoġġ tal-investigazzjonijiet tal-ML u żżid id-disseminazzjonijiet proattivi mill-UIF;

(4) twettaq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet aktar kumplessi dwar il-ħasil tal-flus; (5)

tistabbilixxi responsabbiltajiet ċari u objettivi ta’ prestazzjoni u metriċi li jistgħu jitkejlu

għall-awtoritajiet responsabbli għall-irkupru ta’ assi kriminali u ssegwi każijiet ta’

finanzjament tat-terroriżmu u tuża statistika biex taġġorna l-valutazzjonijiet tar-riskju u

tinforma l-politika; (6) twettaq aktar investigazzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ terroriżmu,

tagħti prijorità lill-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tat-TF relatati ma’ gruppi

nnominati min-NU u tiżgura li l-investigazzjonijiet tal-finanzjament tat-terroriżmu jiġu estiżi

biex jiġu identifikati n-networks ta’ finanzjament u appoġġ; (7) rigward sanzjonijiet

finanzjarji mmirati taħt il-UNSCR 1373 u 1267, issegwi talbiet ħerġin u deżinjazzjonijiet

domestiċi relatati ma’ gruppi indikati min-NU, f’konformità mal-profil tar-riskju tat-Turkija;

(8) timplimenta bis-sħiħ approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni ta’ organizzazzjonijiet

mingħajr skop ta’ qligħ biex jiġi evitat l-abbuż tagħhom għall-finanzjament tat-terroriżmu,

tilħaq firxa wiesgħa ta’ NPOs fis-settur u tinvolvi ruħha fir-rispons tagħhom, tiżgura li s-

sanzjonijiet applikati jkunu proporzjonati għal kwalunkwe ksur, u tieħu passi biex tiżgura li s-

superviżjoni ma tfixkilx jew tiskoraġġixxi l-attività leġittima tal-NPO, bħall-ġbir ta’ fondi.

Kif previst mill-metodoloġija riveduta, fir-rigward tal-pajjiżi kandidati, il-Kummissjoni, fil-

valutazzjoni tagħha, tista’ tikkunsidra miżuri ta’ mitigazzjoni inklużi fin-negozjati tal-

adeżjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet strateġiċi identifikati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni

żviluppat aktar miżuri ta’ mitigazzjoni mat-Turkija sabiex tiżgura allinjament mad-Direttiva

(UE) 2015/849. Soġġett għall-implimentazzjoni tal-impenji meħuda mit-Turkija, il-

Kummissjoni tqis li dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali jippermettu li jiġu indirizzati

b’mod suffiċjenti n-nuqqasijiet li fadal. Għalhekk, m’hemmx bżonn li jiġu adottati aktar

miżuri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 f’dan l-istadju.

2. KONSULTAZZJONIJIET QABEL L-ADOZZJONI TAL-ATT

Fil-21/12/2021, il-Grupp Espert dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu

(EGMLTF) ġie kkonsultat dwar l-abbozz tar-Regolament Delegat bi proċedura bil-miktub.

3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-ATT DELEGAT

Dan ir-Regolament Delegat jemenda l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675.

L-effetti ġuridiċi tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat huma rregolati bl-att

bażiku, id-Direttiva (UE) 2015/849.

Bħala konsegwenza diretta tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat, l-entitajiet marbutin

b’obbligu fl-Istati Membri kollha huma marbuta li japplikaw miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-

Page 6: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 5 MT

klijenti msaħħa skont l-Artikolu 18a tad-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward ta’ relazzjonijiet

ta’ negozju jew tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi li jibqgħu inklużi fl-Anness ta’ dan ir-

Regolament Delegat .

Barra minn hekk, l-Artikolu 155(2) tar-Regolament Finanzjarju2 jipprojbixxi persuni u

entitajiet li jimplimentaw fondi jew garanziji baġitarji tal-Unjoni milli jidħlu f’operazzjonijiet

ġodda jew imġedda ma’ entitajiet inkorporati jew stabbiliti f’pajjiżi inklużi f’dan ir-

Regolament Delegat skont id-Direttiva (UE) 2015/849, ħlief meta azzjoni tkun fiżikament

implimentata f’dawn il-pajjiżi u soġġetta għan-nuqqas ta’ fatturi ta’ riskju oħrajn. Is-sħab

inkarigati mill-implimentazzjoni jridu jittrasponu dawk ir-rekwiżiti wkoll fil-kuntratti

tagħhom stess ma’ intermedjarji finanzjarji magħżula.

2 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tat-18 ta’ Lulju 2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE)

Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013,

(UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li

jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ĠU L 193, 30.7.2018.

Page 7: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 6 MT

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 7.1.2022

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-

Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-

Burkina Faso, il-Gżejjer Kajman, il-Haiti, il-Ġordan, il-Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-

Senegal u s-Sudan t’Isfel mat-tabella fil-punt I tal-Anness u t-tħassir tal-Bahamas, il-

Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u Mauritius minn din it-tabella

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar

il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament

tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1)3, u b’mod partikulari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1) L-Unjoni trid tiżgura protezzjoni effettiva tal-integrità u l-funzjonament xieraq tas-

sistema finanzjarja tagħha u tas-suq intern mill-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-

terroriżmu. Għaldaqstant, id-Direttiva (UE) 2015/849 tipprovdi li l-Kummissjoni

jenħtieġ li tidentifika l-pajjiżi li jippreżentaw defiċjenzi strateġiċi fir-reġimi tagħhom

dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (“AML/CFT”) li

huma ta’ theddid serju għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

(2) Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/16754 jidentifika l-pajjiżi terzi b’riskju kbir u li

għandhom nuqqasijiet strateġiċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat fejn

adatt fid-dawl tal-progress li jkun sar minn dawk il-pajjiżi terzi b’riskju kbir biex

ineħħu n-nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-

finanzjament tat-terroriżmu. Jenħtieġ li fil-valutazzjonijiet tagħha l-Kummissjoni tqis

l-informazzjoni ġdida li tasal mingħand organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet

li jistabbilixxu l-istandards, bħal dawk maħruġa mit-Task Force ta’ Azzjoni

Finanzjarja (FATF).

(3) Minħabba l-livell għoli ta’ integrazzjoni tas-sistema finanzjarja internazzjonali, ir-

rabta stretta tal-operaturi tas-suq, il-volum għoli ta’ tranżazzjonijiet transfruntiera lejn

jew mill-Unjoni, kif ukoll il-livell ta’ ftuħ tas-suq, huwa kkunsidrat li kwalunkwe

theddida tal-AML/CFT fuq is-sistema finanzjarja internazzjonali tirrappreżenta wkoll

theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

3 ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73. 4 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-

Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir

b'nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).

Page 8: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 7 MT

(4) F’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849, il-Kummissjoni tqis l-

informazzjoni reċenti disponibbli, b’mod partikolari Dikjarazzjonijiet Pubbliċi reċenti

tal-FATF, il-lista tal-FATF ta’ “Ġuriżdizzjonijiet soġġetti għal Monitoraġġ Miżjud”, u

r-rapporti tal-FATF tal-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Kooperazzjoni Internazzjonali b’rabta

mar-riskji ppreżentati minn pajjiżi terzi individwali, f’konformità mal-Artikolu 9(4)

tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(5) Fi Frar 2021, il-Burkina Faso ħadet impenn politiku ta’ livell għoli biex taħdem mal-

FATF u l-GIABA (West Africa Money Laundering Group) biex issaħħaħ l-effettività

tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Sa Mit-tlestija tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka

(MER) tagħha fl-2019, il-Burkina Faso għamlet progress fuq għadd ta’ azzjonijiet

rakkomandati mill-MER tagħha biex ittejjeb il-konformità teknika u l-effettività,

inkluż billi adottat strateġija nazzjonali dwar l-AML/CFT f’Diċembru 2020. Il-

Burkina Faso se taħdem biex timplimenta l-pjan ta’ azzjoni tagħha, inkluż billi: (1)

tadotta u timplimenta mekkaniżmi ta’ segwitu għall-azzjonijiet ta’ monitoraġġ fl-

istrateġija nazzjonali; (2) tfittex assistenza legali reċiproka (MLA) u forom oħra ta’

kooperazzjoni internazzjonali f’konformità mal-profil tar-riskju tagħha; (3) issaħħaħ

il-kapaċitajiet tar-riżorsi tal-awtoritajiet superviżorji kollha tal-AML/CFT u

timplimenta superviżjoni bbażata fuq ir-riskju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u Negozji

u Professjonijiet Mhux Finanzjarji Maħtura (DNFBPs); (4) iżżomm informazzjoni

komprensiva u aġġornata dwar is-sjieda bażika u benefiċjarja u t-tisħiħ tas-sistema ta’

sanzjonijiet għal ksur tal-obbligi ta’ trasparenza; (5) iżżid id-diversità tar-rappurtar tar-

Rapport dwar it-Tranżazzjonijiet Suspettużi (STR); (6) issaħħaħ ir-riżorsi umani tal-

Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) permezz ta’ reklutaġġ, taħriġ u baġit

addizzjonali; (7) twettaq taħriġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (LEAs), il-

prosekuturi u awtoritajiet rilevanti oħra; (8) turi li l-awtoritajiet qed isegwu l-konfiska

bħala objettiv ta’ politika; (9) issaħħaħ il-kapaċità u l-appoġġ għal-LEAs u l-

awtoritajiet tal-prosekuzzjoni involuti fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu

(FT), f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tal-FT; u (10) timplimenta reġim effettiv

ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu u l-

finanzjament tal-proliferazzjoni kif ukoll il-monitoraġġ u s-superviżjoni bbażati fuq ir-

riskju ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (NPOs). Abbażi ta’ dan, jenħtieġ

li l-Burkina Faso titqies bħala pajjiż b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT

tiegħu skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(6) Fi Frar 2021, il-Gżejjer Cayman ħadu impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdmu

mal-FATF u t-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja tal-Karibew (CFATF) biex isaħħu l-

effettività tar-reġim tal-AML/CFT tagħhom. Jenħtieġ li l-Gżejjer Cayman ikomplu

jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħhom biex jindirizzaw in-

nuqqasijiet strateġiċi tagħhom, inkluż billi: (1) jimponu sanzjonijiet adegwati u

effettivi f’każijiet fejn il-partijiet rilevanti (inklużi l-persuni ġuridiċi) ma

jippreżentawx informazzjoni preċiża, adegwata u aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja

f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti; u (2) juru li qed jipprosegwixxu t-tipi kollha ta’

każijiet ta’ ħasil tal-flus f’konformità mal-profil tar-riskju tal-ġuriżdizzjoni u li tali

prosekuzzjonijiet qed jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dissważivi, effettivi u

proporzjonati. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Ġżejjer Cayman jitqiesu bħala pajjiż

b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tiegħu skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva

(UE) 2015/849.

(7) F’Ġunju 2021, il-Haiti ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u s-

CFATF biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Il-Haiti se jaħdem

biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu, inkluż billi: (1) jiżviluppa l-proċess ta’

Page 9: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 8 MT

valutazzjoni tar-riskju ĦF/FT tagħha u xxerred is-sejbiet; (2) jiffaċilita l-kondiviżjoni

tal-informazzjoni mal-kontropartijiet barranin rilevanti; (3) jindirizza n-nuqqasijiet

tekniċi fil-qafas legali u regolatorju tiegħu li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-miżuri

preventivi tal-AML/CFT u l-implimentazzjoni tas-superviżjoni tal-AML/CFT ibbażata

fuq ir-riskju għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u d-DNFBPs meqjusa li

jikkostitwixxu riskju ogħla ta’ ĦF/FT; (4) jiżgura li l-informazzjoni bażika u dwar is-

sjieda benefiċjarja tinżamm u tkun aċċessibbli fil-ħin; (5) jiżgura l-użu aħjar tal-

intelligence finanzjarja u informazzjoni rilevanti oħra mill-awtoritajiet kompetenti

għall-ġlieda kontra l-ĦF u l-FT; (6) jindirizza n-nuqqasijiet tekniċi fir-reat tal-ĦF

tiegħu u juri li l-awtoritajiet qed jidentifikaw, jinvestigaw u jipprosegwixxu każijiet ta’

ĦF b’mod konsistenti mal-profil tar-riskju ta’ Haiti; (7) juri żieda fl-identifikazzjoni,

it-traċċar u l-irkupru tar-rikavat minn reati; (8) jindirizza n-nuqqasijiet tekniċi fir-reat

ta’ TF tiegħu u r-reġim ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati; (9) iwettaq monitoraġġ

xieraq ibbażat fuq ir-riskju tal-NPOs vulnerabbli għall-abbuż tat-TF mingħajr ma jiġu

mfixkla jew skoraġġuti attivitajiet leġittimi tal-NPO. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Haiti

jitqies bħala pajjiż b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha skont l-

Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(8) F’Ottubru 2021, il-Ġordan ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u

t-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja għal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq

(MENAFATF) biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tiegħu tal-AML/CFT. Mill-

adozzjoni tal-MER tiegħu f’Novembru 2019, il-Ġordan għamel progress fuq għadd ta’

azzjonijiet rakkomandati mill-MER biex itejjeb is-sistema tiegħu, inkluż billi

jiffinalizza l-Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju (NRA) tiegħu. Il-Ġordan se jaħdem

biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-FATF billi: (1) ilesti u jxerred il-

valutazzjonijiet tar-riskju tal-ĦF/FT tal-NPOs, il-persuni ġuridiċi u l-assi virtwali; (2)

itejjeb is-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi,

proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità; (3) iwettaq programmi ta’

taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni għad-DNFBPs dwar l-obbligi tagħhom tal-AML/CFT,

b’mod partikolari fir-rigward tal-preżentazzjoni u s-sottomissjoni tal-STRs; (4) iżomm

informazzjoni komprensiva u aġġornata dwar is-sjieda bażika u benefiċjarja fuq

persuni ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi; (5) iwettaq investigazzjonijiet u

prosekuzzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus, inkluż permezz ta’ investigazzjonijiet

finanzjarji paralleli, għal reati predikati f’konformità mar-riskju identifikat fl-NRA; (6)

joħloq obbligu legali għall-konfiska ta’ mezzi strumentali użati jew maħsuba biex

jintużaw f’reati tal-ĦF; (7) jiżviluppa u jimplimenta qafas legali u istituzzjonali għal

sanzjonijiet finanzjarji mmirati; u (8) jiżviluppa u jimplimenta approċċ ibbażat fuq ir-

riskju għas-superviżjoni tas-settur tal-NPO biex jiġi evitat l-abbuż għal skopijiet ta’

FT. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Ġordan jitqies bħala pajjiż b’nuqqasijiet strateġiċi fir-

reġim tal-AML/CFT tagħha skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(9) F’Ottubru 2021, il-Mali ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u l-

GIABA biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Mill-adozzjoni tal-

MER tiegħu f’Novembru 2019, il-Mali għamel progress fuq għadd ta’ azzjonijiet

rakkomandati mill-MER biex itejjeb is-sistema tiegħu, inkluż bl-adozzjoni tal-

Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju (NRA) tiegħu. Il-Mali se jaħdem biex jimplimenta

l-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-FATF billi: (1) ixerred ir-riżultati tal-NRA lill-partijiet

interessati rilevanti kollha inkluż billi jitwettqu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni mas-

setturi tal-ogħla riskju; (2) jiżviluppa u jibda jimplimenta approċċ ibbażat fuq ir-riskju

għas-superviżjoni tal-AML/CFT tal-FIs kollha u DNFBPs b’riskju ogħla u li juri

sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità; (3)

iwettaq valutazzjoni komprensiva tar-riskji ta’ ĦF/FT assoċjati mat-tipi kollha ta’

Page 10: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 9 MT

persuni ġuridiċi; (4) iżid il-kapaċità tal-UIF u l-LEAs u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni

tagħhom dwar l-użu tal-intelliġenza finanzjarja; (5) jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti

rilevanti jkunu involuti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ĦF; (6) isaħħaħ il-

kapaċitajiet tal-awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-investigazzjoni u l-

prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ FT; (7) jistabbilixxi qafas u proċeduri legali għall-

implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati; u (8) jimplimenta approċċ

ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tas-settur tal-NPO għall-prevenzjoni tal-abbuż

għal skopijiet ta’ FT. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Mali jitqies bħala pajjiż

b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva

(UE) 2015/849.

(10) Fi Frar 2021, il-Marokk ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u l-

MENAFATF biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Il-Marokk ħa

passi biex itejjeb ir-reġim tal-AML/CFT tiegħu, inkluż billi jipprovdi lill-UIF b’riżorsi

finanzjarji u umani biex itejjeb il-kapaċitajiet analitiċi sabiex iwettaq il-mandat ewlieni

tiegħu ta’ analiżi operazzjonali u strateġika. Il-Marokk għandu jkompli jaħdem biex

jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu biex jindirizza n-nuqqasijiet strateġiċi tiegħu,

inkluż billi: (1) itejjeb is-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju u t-teħid ta’ azzjonijiet ta’

rimedju u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-

nuqqas ta’ konformità; (2) jiżgura li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja,

inkluża l-informazzjoni ta’ persuni ġuridiċi u arranġamenti legali barranin tkun

adegwata, preċiża u vverifikata; (3) iżid id-diversità tar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet

suspettużi; (4) jagħti prijorità lill-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni

tat-tipi kollha ta’ ĦF f’konformità mal-profil tar-riskju tal-pajjiż; u (5) jissorvelja

b'mod effettiv il-konformità tal-FIs u d-DNFBPs mal-obbligi ta’ sanzjonijiet

finanzjarji mmirati. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Marokk titqies bħala pajjiż

b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva

(UE) 2015/849.

(11) F’Ġunju 2021, il-Filippini ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u

l-Grupp ta' l-Asja/Paċifiku kontra l-Ħasil tal-Flus biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim

tal-AML/CFT tiegħu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-Filippini ħa passi lejn it-titjib tar-

reġim tal-AML/CFT tiegħu, billi żviluppa u implimenta gwida dwar it-tneħħija mil-

listi u t-tneħħija tal-iffriżar tal-assi għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-

PF. Il-Filippini se jaħdem biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tagħha, inkluż billi: (1)

turi li qed isseħħ superviżjoni effettiva bbażata fuq ir-riskju tad-DNFBPs; (2) turi li s-

superviżuri qed jużaw il-kontrolli tal-AML/CFT biex itaffu r-riskji assoċjati mal-

junkets tal-każinò; (3) timplimenta r-rekwiżiti l-ġodda ta’ reġistrazzjoni għall-MVTS u

l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal operaturi ta’ rimessi mhux reġistrati u illegali; (4)

ittejjeb u tissimplifika l-aċċess tal-LEA għall-informazzjoni BO u t-teħid ta’ passi biex

jiġi żgurat li l-informazzjoni tal-BO tkun preċiża u aġġornata; (5) turi żieda fl-użu tal-

intelligence finanzjarja u żieda fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-ĦF

f’konformità mar-riskju; (6) turi żieda fl-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-

prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ TF; (7) turi li jittieħdu miżuri xierqa fir-rigward tas-settur

tal-NPOs (inklużi NPOs mhux irreġistrati) mingħajr ma tiġi mfixkla l-attività leġittima

tal-NPOs; u (8) issaħħaħ l-effettività tal-qafas ta’ sanzjonijiet finanzjarji fil-mira

kemm għat-FT kif ukoll għall-PF. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li l-Filippini jitqies bħala

pajjiż b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tiegħu skont l-Artikolu 9 tad-

Direttiva (UE) 2015/849.

(12) F’Frar 2021, is-Senegal ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-FATF u l-

GIABA biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Jenħtieġ li s-Senegal

Page 11: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 10 MT

ikompli jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu biex jindirizza n-

nuqqasijiet strateġiċi tiegħu, inkluż billi: (1) jiżgura fehim konsistenti tar-riskji ta’

ĦF/FT (b’mod partikolari relatati mas-settur tad-DNFBP) fost l-awtoritajiet rilevanti

permezz ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni; (2) ifittex l-MLA u forom oħra ta’

kooperazzjoni internazzjonali f’konformità mal-profil tar-riskju tagħha; (3) jiżgura li l-

Istituzzjonijiet Finanzjarji u d-DNFBPs ikunu soġġetti għal superviżjoni adegwata u

effettiva; (4) jaġġorna u jżomm informazzjoni komprensiva dwar is-sjieda benefiċjarja

dwar persuni u arranġamenti ġuridiċi u t-tisħiħ tas-sistema ta’ sanzjonijiet għal ksur

tal-obbligi ta’ trasparenza; (5) ikompli t-tisħiħ tar-riżorsi umani tal-UIF biex jiġi

żgurat li żżomm kapaċitajiet effettivi ta’ analiżi operattiva; (6) juri li l-isforzi mmirati

lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ detezzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċità li jitwettqu

investigazzjonijiet u attivitajiet ta’ prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-ML/predikati

huma sostnuti b’mod konsistenti f’konformità mal-profil tar-riskju tas-Senegal; (7)

jistabbilixxi politiki u proċeduri komprensivi u standardizzati għall-identifikazzjoni, l-

intraċċar, il-qbid u l-konfiska tar-rikavat u l-mezzi strumentali tal-kriminalità

f’konformità mal-profil tar-riskju tiegħu; (8) isaħħaħ il-fehim tal-awtoritajiet dwar ir-

riskji tat-FT u jsaħħaħ il-kapaċità u l-appoġġ għal-LEAs u l-awtoritajiet tal-

prosekuzzjoni involuti fit-FT f’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali tat-FT tal-2019;

u (9) jimplimenta reġim effettiv ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-

finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-proliferazzjoni kif ukoll il-monitoraġġ

u s-superviżjoni bbażati fuq ir-riskju tal-NPOs. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li s-Senegal

jitqies bħala pajjiż b’nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tagħha skont l-

Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(13) F’Ġunju 2021, is-Sudan t’Isfel ħa impenn politiku ta’ livell għoli biex jaħdem mal-

FATF biex isaħħaħ l-effettività tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu. Is-Sudan t’Isfel se

jaħdem biex jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tagħha, inkluż billi: (1) japplika u jinvolvi

l-Grupp Kontra l-Ħasil tal-Flus tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (ESAAMLG)

għal sħubija u jimpenja li ssir evalwazzjoni reċiproka mill-ESAAMLG jew korp ieħor

ta’ valutazzjoni; (2) iwettaq reviżjoni komprensiva tal-Att dwar l-AML/CFT (2012),

bl-appoġġ tas-sħab internazzjonali, inkluża l-assistenza teknika, biex jikkonformaw

mal-Istandards tal-FATF; (3) jaħtar awtorità/awtoritajiet responsabbli mill-

koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet tar-riskji tal-ML/TF nazzjonali; (4) isir parti mill-

Konvenzjoni ta’ Vjenna tal-1988, il-Konvenzjoni ta’ Palermo tal-2000, u l-

Konvenzjoni dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-1999 u timplimentahom; (5)

jistruttura awtoritajiet kompetenti kapaċi jimplimentaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju

għas-superviżjoni tal-AML/CFT għall-istituzzjonijiet finanzjarji; (6) jiżviluppa qafas

legali komprensiv biex tinġabar u tivverifika l-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar is-

sjieda benefiċjarja għal persuni ġuridiċi; (7) joperazzjonalizza UIF indipendenti u li

tiffunzjona bis-sħiħ; (8) jistabbilixxi u timplimenta tal-qafas legali u istituzzjonali

għall-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati f’konformità mar-

Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-finanzjament tat-

terroriżmu u l-proliferazzjoni; u (9) jibda l-implimentazzjoni ta’

superviżjoni/monitoraġġ immirati bbażati fuq ir-riskju tal-NPOs f’riskju ta’ abbuż

minn TF. Abbażi ta’ dan, jenħtieġ li s-Sudan t’Isfel jitqiesu bħala pajjiż b’nuqqasijiet

strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tiegħu skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE)

2015/849.

(14) F’konformità mal-aħħar informazzjoni rilevanti, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

kkonkludiet li jenħtieġ li l-Burkina Faso, il-Gżejjer Cayman, il-Haiti, il-Ġordan, il-

Mali, il-Marokk, il-Filippini, is-Senegal, u s-Sudan t’Isfel jitqiesu bħala

ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim

Page 12: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 11 MT

AML/CFT tagħhom li jippreżentaw theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-

Unjoni, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

Qiegħed jiġi nnutat li dawn il-pajjiżi taw impenji politiċi ta’ livell għoli bil-miktub li

jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati u li żviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni mal-FATF.

(15) Huwa tassew importanti li l-Kummissjoni twettaq monitoraġġ permanenti ta’ pajjiżi

terzi u tivvaluta l-iżviluppi fil-qafas legali u istituzzjonali tagħhom, tas-setgħat u tal-

proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti, u tal-effettività tar-reġimi tal-AML/CFT

tagħhom, bil-għan tal-aġġornament tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE)

2016/1675.

(16) Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi assistenza teknika, fejn xieraq, lil pajjiżi

terzi inklużi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 sabiex tgħinhom

jirrimedjaw in-nuqqasijiet strateġiċi identifikati.

(17) Il-Kummissjoni rrevediet il-progress fl-indirizzar tan-nuqqasijiet strateġiċi tal-pajjiżi

elenkati fir-Regolament (UE) 2016/1675 li tneħħew mil-lista f’Ġunju jew f’Ottubru

2021 mill-FATF jew ġew rieżaminati mill-Kummissjoni f’konformità mal-

metodoloġija riveduta tagħha biex tidentifika pajjiżi terzi b’riskju għoli abbażi tar-

rekwiżiti l-ġodda tad-Direttiva (UE) 2015/849, kif emendata bid-Direttiva (UE)

2018/843. Il-Kummissjoni kkonkludiet ir-rieżami tal-progress li sar mill-Bahamas, il-

Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u Mauritius.

(18) Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Bahamas indirizza n-nuqqasijiet

strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tiegħu identifikati mill-Kummissjoni f’konformità

mal-metodoloġija tagħha għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli. Il-

Bahamas reċentement ħa għadd ta’ miżuri sabiex isaħħaħ il-qafas AML/CFT tiegħu u

b’mod partikolari l-aspetti ta’ trasparenza tar-reġim tas-sjieda benefiċjarja tiegħu.

Dawn il-miżuri jindirizzaw il-punti ta’ riferiment addizzjonali stabbiliti mill-

Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem f’kollaborazzjoni mal-FATF u s-

CFATF biex timmonitorja l-evoluzzjoni tar-reġim AML/CFT tal-Bahamas.

(19) Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Iraq għamel progress suffiċjenti fl-

indirizzar tan-nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT tiegħu identifikati mill-

Kummissjoni f’konformità mal-metodoloġija tagħha għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi

terzi b’riskju għoli. Dan l-aħħar l-Iraq ħa għadd ta’ miżuri sabiex isaħħaħ il-qafas tal-

AML/CFT tiegħu. Dawn il-miżuri jindirizzaw it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni

fil-valutazzjoni preliminari tagħha. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem

f’kollaborazzjoni mal-FATF u l-MENAFATF biex timmonitorja l-evoluzzjoni tar-

reġim AML/CFT tal-Iraq.

(20) L-FATF laqgħet il-progress sinifikanti li sar mill-Botswana, il-Ghana, u Mauritius fit-

titjib tar-reġim tal-AML/CFT tagħhom u nnotat li l-Botswana, il-Ghana, u Mauritius

stabbilixxew il-qafas legali u regolatorju biex jissodisfaw l-impenji fil-pjanijiet ta’

azzjoni tagħhom rigward in-nuqqasijiet strateġiċi li l-FATF kienet identifikat.

Għaldaqstant il-Botswana, il-Ghana, u Mauritius ma għadhomx suġġetti għall-proċess

ta’ monitoraġġ tal-FATF skont il-proċess ta’ konformità globali dwar l-AML/CFT li

jinsab għaddej. Il-Botswana, il-Ghana, u Mauritius se jissoktaw jaħdmu mal-Entitajiet

Reġjonali Simili għall-FATF biex ikompli jtejbu r-reġim tal-AML/CFT tagħhom.

(21) L-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-Bahamas, il-Botswana, il-Ghana, l-Iraq, u

Mauritius m’għadhomx għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tal-AML/CFT

tagħhom meta wieħed iqis l-informazzjoni disponibbli. Il-Bahamas, il-Botswana, il-

Ghana, l-Iraq, u Mauritius saħħew l-effettività tar-reġim AML/CFT tagħhom u

Page 13: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 12 MT

indirizzaw nuqqasijiet tekniċi relatati biex jissodisfaw l-impenji fil-pjan ta’ azzjoni

tagħhom fir-rigward tan-nuqqasijiet strateġiċi li l-FATF identifikat u l-punti ta’

riferiment addizzjonali jew tħassib preliminari stabbiliti mill-Kummissjoni.

(22) Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 jiġi emendat skont

dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fit-tabella taħt il-punt “I. Pajjiżi terzi

b’riskju kbir li taw impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex jindirizzaw in-nuqqasijiet

identifikati u li żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF”, jiżdiedu l-linji li ġejjin:

il-Burkina Faso

il-Gżejjer Cayman

il-Haiti

il-Ġordan

il-Mali

il-Marokk

il-Filippini

is-Senegal

is-Sudan t’Isfel

Artikolu 2

Fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fit-tabella taħt il-punt “I. Pajjiżi terzi

b’riskju kbir li taw impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex jindirizzaw in-nuqqasijiet

identifikati u li żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF”, jitħassru l-linji li ġejjin:

il-Bahamas

il-Botswana

il-Ghana

l-Iraq

Mauritius

Page 14: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 13 MT

Artikolu 3

Fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, it-tabella taħt il-punt “I. Pajjiżi terzi

b’riskju kbir li taw impenn politiku ta’ livell għoli bil-miktub biex jindirizzaw in-nuqqasijiet

identifikati u li żviluppaw pjan ta’ azzjoni mal-FATF” tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Nru Pajjiż terz b'riskju kbir

1 l-Afganistan

2 il-Barbados

3 il-Burkina Faso

4 il-Kambodja

5 il-Gżejjer Cayman

6 il-Haiti

7 il-Ġamajka

8 il-Ġordan

9 il-Mali

10 il-Marokk

11 Il-Myanmar

12 in-Nikaragwa

13 il-Pakistan

14 il-Panama

15 Il-Filippini

16 is-Senegal

17 is-Sudan t’Isfel

18 is-Sirja

19 Trinidad u Tobago

20 l-Uganda

21 il-Vanwatu

22 il-Jemen

23 iż-Żimbabwe

Page 15: 6XGDQW¶,VIHOPDW W«DVVLUWDO **HMMHU.DMPDQ LO -Haiti, …

MT 14 MT

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu

f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri

kollha.

Magħmul fi Brussell, 7.1.2022

Għall-Kummissjoni

Mairead McGUINNESS

Membru tal-Kummissjoni