8
Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Żieda fil-pensjoni fis-sena ta’ €1,000 lill-anzjani biex igawdu ħajja aħjar L-anzjani li jibqgħu jaħdmu llum ma jitilfu xejn mill-pensjoni Muscat ma aċċettax ir-rieda tal-Maltin li pajjiżna jissieħeb fl-UE ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħŻEL ħAŻIN Il-Gvern ta żieda sħiħa lill-anzjani, daqskemm tingħata lill-ħaddiema. Bis-sistema taż-żewġ terzi l-anzjani kienu jieħdu €12.80. Minflok, il-Gvern ta żieda sħiħa ta’ €19.21 fil-ġimgħa. Il-Gvern żied ir-rata tal-Għajnuna Supplimentari kemm għall-miżżewġin li telgħet sa €8.13 fil-ġimgħa kif ukoll għal dawk li jgħixu waħedhom li telgħet sa €4.57 fil-ġimgħa. Bejn l-2008 u l-2012, l-anzjani li jirċievu l-pensjoni tas-servizzi gawdew minn żidiet fil-pensjoni. Din iż-żieda hi riżultat dirett ta’ inizjattiva li permezz tagħha qed jiġu injorati €1,066 fil-kalkolu tal-pensjoni tas- sigurtà soċjali. Minn din l-inizjattiva qed igawdu aktar minn 6,000 anzjan u anzjana. Dawk romol, hi x’inhi l-età tagħhom, ma jitilfux il-pensjoni tar- romol jekk jerġgħu jiżżewġu. Dħul akbar għall-anzjani... jistgħu jaħdmu u ma jitilfu xejn mill-pensjoni Waħda mill-miżuri li daħħal il-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani kienet dik li kemm il- darba anzjan jew anzjana jiddeċiedu li jaħdmu wara l-irtirar tal-pensjoni, allura dawn ma jitilfu assolutament xejn mill-pensjoni li jirċievu. Grazzi għall-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, illum il-persuni li jilħqu l-età tal-irtirar għandhom l-għażla li jibqgħu jaħdmu. Meta jibqgħu f’impjieg huma jieħdu l-paga tax- xogħol tagħhom u l-pensjoni sħiħa. Qabel, anzjani li kienu jiddeċiedu li jibqgħu jaħdmu kienu jitilfu l-pensjoni. 11,500 anzjan qed igawdu minn din il-bidla. F’din il-leġiżlatura l-anzjani ngħataw mill-Gvern żieda ta’ aktar minn €20 fil-ġimgħa li jfisser kważi żieda ta’ €1,000 fis-sena. Settur partikulari li matul din il-leġiżlatura baqa’ jgawdi direttament mill-miżuri tal-Gvern kien dak tal-anzjani fejn komplew jittieħdu diversi miżuri bl-iskop li l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tissokta tkun waħda għolja kif tixirqilhom Mill-2012 il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista ħaseb biex tibda tingħata allowance ġdida għall-anzjani li għandhom tmenin sena u aktar u li qed jgħixu waħedhom jew ma’ qrabathom. Din l-allowance qed tingħata lil 13,000 anzjan u anzjana. Din il-miżura importanti ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-anzjani li bdew jirċievu €300. Il-budget li għadda kompla jwessa’ dan is- servizz soċjali ġdid. Sadattant l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan qed jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex. Fl-2011, 145,102 anzjani li joqogħdu Malta qasmu b’xejn lejn Għawdex, filwaqt li 22,780 qasmu b’xejn lejn Malta. Fl-istess sena kien hemm 28,543 persuna anzjana li qasmu bil-karozza u għalhekk ħallsu anqas tal-karozza. Kien hemm 33,691 anzjan u anzjana Għawdxin li qasmu lejn Malta bil- karozza u ħallsu anqas tal-karozza għaliex għandhom il-KartaAnzjan. Kull min jagħlaq is-sittin sena jirċievi l-KartaAnzjan u għalhekk igawdi minn dan il-benefiċċju. L-anzjani jgawdu wkoll minn nolijiet anqas għall-użu tal- karozzi tal-linja. Fil-fatt l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan iħallsu sostanzjalment anqas għan-nol tal- karozza tal-linja. L-anzjani fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern

Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment 'In-Nazzjon' 24/1/2013

Citation preview

Page 1: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Żieda fil-pensjoni fis-sena ta’ €1,000 lill-anzjani biex igawdu ħajja aħjar

L-anzjani li jibqgħu jaħdmu llum ma jitilfu xejn mill-pensjoni

Muscat ma aċċettax ir-rieda tal-Maltin li pajjiżna jissieħeb fl-UEii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagħŻEL ħaŻIN

Il-Gvern ta żieda sħiħa lill-anzjani, daqskemm tingħata lill-ħaddiema. Bis-sistema taż-żewġ terzi l-anzjani kienu jieħdu €12.80. Minflok, il-Gvern ta żieda sħiħa ta’ €19.21 fil-ġimgħa.

Il-Gvern żied ir-rata tal-Għajnuna Supplimentari kemm għall-miżżewġin li telgħet sa €8.13 fil-ġimgħa kif ukoll għal dawk li jgħixu waħedhom li telgħet sa €4.57 fil-ġimgħa.

Bejn l-2008 u l-2012, l-anzjani li jirċievu l-pensjoni tas-servizzi gawdew minn żidiet fil-pensjoni. Din iż-żieda hi riżultat dirett ta’ inizjattiva li permezz tagħha qed jiġu injorati €1,066 fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minn din l-inizjattiva qed igawdu aktar minn 6,000 anzjan u anzjana.

Dawk romol, hi x’inhi l-età tagħhom, ma jitilfux il-pensjoni tar-romol jekk jerġgħu jiżżewġu.

Dħul akbar għall-anzjani... jistgħu jaħdmu u ma jitilfu

xejn mill-pensjoni

Waħda mill-miżuri li daħħal il-Gvern biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani kienet dik li kemm il-darba anzjan jew anzjana jiddeċiedu li jaħdmu wara l-irtirar tal-pensjoni, allura dawn ma jitilfu assolutament xejn mill-pensjoni li jirċievu.

Grazzi għall-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, illum il-persuni li jilħqu l-età tal-irtirar għandhom l-għażla li jibqgħu jaħdmu. Meta jibqgħu f’impjieg huma jieħdu l-paga tax-xogħol tagħhom u l-pensjoni sħiħa. Qabel, anzjani li kienu jiddeċiedu li jibqgħu jaħdmu kienu jitilfu l-pensjoni. 11,500 anzjan qed igawdu minn din il-bidla.

F’din il-leġiżlatura l-anzjani ngħataw mill-Gvern żieda ta’ aktar minn €20 fil-ġimgħa li jfisser kważi żieda ta’ €1,000 fis-sena.

Settur partikulari li matul din il-leġiżlatura baqa’ jgawdi direttament mill-miżuri tal-Gvern kien dak

tal-anzjani fejn komplew jittieħdu diversi miżuri bl-iskop li l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tissokta

tkun waħda għolja kif tixirqilhom

Mill-2012 il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħaseb biex tibda tingħata allowance ġdida għall-anzjani li għandhom tmenin sena u aktar u li qed jgħixu waħedhom jew ma’ qrabathom.

Din l-allowance qed tingħata lil 13,000 anzjan u anzjana.

Din il-miżura importanti ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-anzjani li bdew jirċievu €300. Il-budget li għadda kompla jwessa’ dan is-servizz soċjali ġdid.

Sadattant l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan qed jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex. Fl-2011, 145,102 anzjani li joqogħdu Malta qasmu b’xejn

lejn Għawdex, filwaqt li 22,780 qasmu b’xejn lejn Malta. Fl-istess sena kien hemm 28,543 persuna anzjana li qasmu bil-karozza u għalhekk ħallsu anqas tal-karozza. Kien hemm 33,691 anzjan u anzjana Għawdxin li qasmu lejn Malta bil-karozza u ħallsu anqas tal-karozza għaliex għandhom il-KartaAnzjan.

Kull min jagħlaq is-sittin sena jirċievi l-KartaAnzjan u għalhekk igawdi minn dan il-benefiċċju.

L-anzjani jgawdu wkoll minn nolijiet anqas għall-użu tal-karozzi tal-linja. Fil-fatt l-anzjani li għandhom il-KartaAnzjan iħallsu sostanzjalment anqas għan-nol tal-karozza tal-linja.

L-anzjani fiċ-ċentru tal-politika tal-gvern

Page 2: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

€1,000il-pensjoni fis-sena żdiedet

b’dan l-ammont biex l-anzjani jgawdu livell

aqwa tal-għixien

167 il-mediċini li l-gvern ra li

jorħsilhom il-prezz, fosthom mediċini wżati ħafna għal mard u kondizzjonijiet li

jaffettwaw lill-anzjani

Fatti u Ċifri

€300 allowance ġdida,

mit-2012, lill-anzjani li għandhom 80 sena

u aktar

13,000 anzjan u anzjana gawdew minn allowance ġdida ta’

€300 għax jgħixu waħedhom jew mal-familja tagħhom

167,000 anzjan u anzjana

qasmu b’xejn bejn Malta u għawdex fl-2011

Matul din il-leġiżlatura l-gvern daħħal fis-seħħ

għadd ta’ miżuri favur żieda fid-dħul tal-anzjani u tahom

iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex inaqqas il-prezzijiet ta’ għadd ta’ mediċini mill-aktar importanti.

L-anzjani huma fost dawk li l-aktar li jiġu bżonn il-mediċini u l-miżura tal-Gvern li jnaqqas il-prezzijiet ta’ lista twila ta’ mediċini ntlaqgħet tajjeb ħafna.

Fil-fatt il-Gvern, flimkien

L-anzjani jgawdu minn roħs f’għadd ġmielu ta’ mediċini

mal-importaturi, ħadem biex il-konsumaturi u l-pazjenti jixtru l-mediċini bi prezzijiet orħos.

Dawn il-mediċini li traħħsilhom il-prezz tagħhom huma għal pazjenti li jbatu minn xi infezzjonijiet, biex ikun ikkontrollat it-tkabbir tal-prostata, biex jikkuraw il-glawkoma u ż-żieda fil-pressjoni fl-għajn, biex jikkontrollaw il-livell tal-

kolesterol fid-demm, kontra l-mard tal-qalb, pressjoni għolja, ulċeri u aċidu fl-istonku, infjammazzjoni tal-ġilda, għall-kura u l-prevenzjoni tal-osteoporożi u għal individwi li jkunu f’periklu li jkollhom trombożi minħabba li jkunu se jagħmlu intervent kirurġiku.

F’dan il-proċess, sa issa, traħħas il-prezz ta’ 176 mediċina differenti.

L-anzjani dejjem huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li mhux biss joffri servizzi personalizzati

lill-anzjani li jkollhom bżonnhom imma jħeġġeġ lill-anzjani li għadhom b’saħħithom biex jibqgħu jgħixu

fil-komunità u jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet li jkunu organizzati

Page 3: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura enfasizza l-importanza li l-anzjani b’saħħithom jibqgħu jgħixu fil-komunità u wkoll li dawk li jkunu jridu jibqgħu jaħdmu jkunu jistgħu jagħmlu dan biex hekk ikabbru d-dħul tagħhom

L-anzjani persuni validi li għandhom ħafna x’joffruIl-mentalità li wara li tilħaq l-età tal-irtirar persuna għandha toqgħod id-dar u ma tagħmel xejn, fortunatament spiċċat u nqerdet darba għal dejjem. L-anzjani baqgħalhom rwol attiv fis-soċjetà tagħna. Illum mhux biss huma qed jgħinu fit-trobbija ta’ wlied uliedhom iżda l-Gvern qiegħed jgħin b’mod attiv biex ikompli jinċentiva lill-anzjani, biex hekk iħossuhom b’saħħithom u jkomplu jaħdmu.

Qabel kienet li dawk li jibqgħu jaħdmu titnaqqrilhom il-pensjoni u allura dak kien fattur li qata’ qalb ħafna persuni li jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar. Illum din tneħħiet u l-pensjoni bdiet tingħata sħiħa u mill-paga tal-anzjan tinqata’ biss it-taxxa u mhux il-bolla għax il-kontribut tal-bolla jkun ingħata qabel.

Gvern li joffri l-aqwa u l-aħjar għall-ġid tal-anzjani Nemmen li l-anzjani ħaqqhom l-aħjar, għaliex kienu huma li fil-passat ħadmu għalina biex seta’ jinbena l-pajjiż li nafuh illum u qegħdin naħsdu l-frott li żergħu huma. Inħoss li l-Gvern għamel tajjeb meta lill-anzjani ta’ ċertu età tahom żieda tal-pensjoni sħiħa u dik tat-€300 fis-sena biex ikomplu jgħixu ħajja aħjar.

Rigward li anzjan jibqa’ jaħdem anke wara li jilħaq l-età tal-pensjoni, naqbel fuq numru ta’ punti iżda b’mod speċjali għax hu importanti li persuna tibqa’ attiva biex tgħix ħajja aħjar u fuq kollox, jekk anzjan irid li jkollu introjtu addizzjonali barra l-pensjoni, għandu jibqa’ jingħata l-opportunità, kif ta dan il-Gvern.

Meta jkollok attività ta’ dan it-tip, aktar anzjani jagħżlu li jużaw flushom bl-aktar mod xieraq.

Għexna qabżiet ta’ kwalità kbira ‘l quddiemIl-ġid li ħoloq il-Gvern Nazzjonalista hu kbir ħafna. Matul dawn il-ħames snin rajna progress ta’ rivoluzzjonijiet pożittivi u mhux evoluzzjonijiet. Rajna kif il-mentalità tal-poplu nbidlet mil-lejl għan-nhar. Faċli ngħiduh illum dan il-kliem, li qegħdin naħsdu l-frott minnu, iżda kemm kien diffiċli li tgħidu u tipprova timplimentah dak iż-żmien. Li n-nisa jmorru jaħdmu, qabel ħadd ma kien jitbissimlek jekk tgħidha.

Li l-anzjani jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom wara l-età tal-pensjoni, ħadd ma kien joħlomha. Niftakarhom jgħidu li meta jirtira xi ħadd, sinjal tajjeb għax ikun inħoloq post tax-xogħol.

Dan ifisser li llum tant kemm qegħdin jinħolqu jobs li biex jimtlew anke għandna bżonn il-kontribut ta’ dawk li rtiraw bl-età.

Importanti ħafna li l-anzjani jagħrfu jibqgħu attiviM’hawnx isbaħ fil-ħajja milli persuna tibqa’ attiva matul il-ħajja tagħha. Attiva kemm fiżikament iżda wkoll soċjalment u ekonomikament. Il-mentalità li l-persuna, meta ssir anzjana, tkun xjaħet u saret marrada, m’għadhiex applikabbli. Dan minħabba raġunijiet differenti, fosthom servizz tas-saħħa aħjar u kultura li fiha l-kura personali u dak li nieklu ħadu spinta ’l quddiem.

Għalhekk kienet inizjattiva tajba immens li dawk kollha li xtaqu jibqgħu attivi fil-ħajja tagħhom permezz tax-xogħol, setgħu jagħmlu dan mingħajr ebda xkiel. Dan setgħu jagħmluh billi ma jħallsux bolla fuq il-paga mogħtija u wkoll ma jitteħdulhomx flus mill-pensjoni. Issa b’hekk, dak li jkun għandu żewġ pagi jekk mhux tlieta minħabba dik tas-sieħba tiegħu u t-tnejn ikunu jistgħu jgħixu ferm aħjar.

Mark PacePembroke

raymoNd caSSarĦaL TarxIeN

carmeLo borGIL-meLLIeĦa

coNNIe azzoPardITaS-SLIema

JoSePh mIzzIIl-Marsa

Nammira lill-anzjani li jattendu l-Università tat-Tielet etàJien ħadt gost meta smajt li dawk li jilħqu l-età tal-pensjoni jistgħu jibqgħu jaħdmu u jkunu ta’ kontribut għas-soċjetà b’mod ġenerali. Qabel jgħaddi mill-esperjenza, ħadd ma jkun jaf kemm hu diffiċli li wieħed, wara li jkun ilu jaħdem f’post għal xi 40 sena, jiġi biex jitlaq, meta jkun għadu b’saħħtu.

Tispiċċa titlaq lil sħabek u lil dawk kollha li f’ħajtek iltqajt magħhom ta’ kuljum. Allura din is-sistema u l-vantaġġi tagħha li l-anzjan ikompli jaħdem, tassew huma ta’ min ifaħħarhom. Ibda qis li llum l-anzjani għandhom il-vantaġġ li jibqgħu jistudjaw u jitgħallmu tul ħajjithom u b’hekk jibqgħu mħarrġin sew.

Dan b’mod speċjali bil-possibbiltà tal-Università tat-Tielet Età, fejn ħafna anzjani qegħdin jagħżlu li jmorru u għal-lezzjonijiet mhux biss għall-interess personali iżda wkoll bħala mezz biex jibqgħu jitgħallmu u jkunu relevanti u utli fil-post tax-xogħol tagħhom.

Page 4: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

L-anzjani llum igawdu minn servizzi personalizzati u minn opportunitajiet li jkattru d-dħul tagħhom

Matul il-ħames snin li għaddew il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla

jsaħħaħ is-servizzi offruti lill-anzjani fil-faċilitajiet u fid-djar għall-anzjani li huma tal-ogħla livell u b’attenzjoni personalizzata

Il-miżuri tal-Gvern meħuda b’mod kontinwu matul din il-leġiżlatura kellhom l-iskop li

jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani li kienu mħeġġa biex sa fejn hu possibbli jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew u għexu

Is-sodisfazzjon tal-politika tal-Gvern hu li l-anzjani tagħna jingħataw l-aqwa kwalità ta’ ħajja biex jgħixu

livell aħjar ta’ għajxien. Hu għalhekk li l-Gvern immexxi mil-Partit Nazzjonalista jkompli jimpenja lilu

nnifsu biex aħna l-Maltin ikollna futur fis-sod

Page 5: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Is-saħħa tibqa’ prijorità assoluta bil-fatti. Fil-budget għal din is-sena n-nefqa fis-saħħa

se tiżdied bi €38 miljun oħra, għal total ta’ €465 miljun. Dan biex, fost l-oħrajn, l-anzjani

jibqgħu jingħataw l-aqwa kura u servizzi u anki biex tiżdied in-nefqa għall-mediċini

Is-sodisfazzjon tal-politika tal-Gvern hu li l-anzjani tagħna jingħataw l-aqwa kwalità ta’ ħajja biex jgħixu

livell aħjar ta’ għajxien. Hu għalhekk li l-Gvern immexxi mil-Partit Nazzjonalista jkompli jimpenja lilu

nnifsu biex aħna l-Maltin ikollna futur fis-sod

Page 6: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Muscat jagħżel ħażin...

bIL-ParoLI JGĦId mod... bIL-FaTTI JaGĦmeL kIF GĦameL IL-LaboUr FL-1981: JaTTakka d-drITT TaL-VoT TaL-maLTIN

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 05.02.12)

Għaxar snin ilu eżatt, il-Maltin kellhom l-opportunità jivvutaw dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea f’referendum li hu vot apposta li ma jkunx marbut ma’ kwistjonijiet oħrajn f’elezzjoni ġenerali... Joseph Muscat ma qabilx li l-poplu juri fehmtu b’referendum

Joseph Muscat mexxa kampanja sħiħa flimkien ma’ Alfred Sant biex ikażbar ir-riżultat ta’ dan il-vot... meta kien ċar li l-poplu vvota b’maġġoranza qawwija favur is-sħubija, Muscat xorta ra kif għadd lil dawk li astjenew mal-voti kontra biex joħroġ rebħa minn telfa

In-nuqqas ta’ twemmin ta’ Muscat fid-dritt li l-poplu juri fehmtu f’vot apposta dwar deċiżjoni kbira u storika kompla għaddej b’kampanja qawwija qabel l-elezzjoni ġenerali li saret wara r-referendum... ir-riżultat ta’ dik l-elezzjoni kien kundanna kbira għal Joseph Muscat u għal Alfred Sant li baqgħu ma aċċettawx il-vot ċar tal-Maltin fir-referendum

...u tbati int

Page 7: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

“Taxxa bla rappreżentanza hi tirannija.” Hekk kien qal l-Avukat James Otis f’Massachusetts, fl-Amerika kolonjali, fil-kampanja ta’ reżistenza kontra taxxa li l-Parlament Ingliż fl-1765 kien għamel fuq dak kollu li jkun stampat fil-kolonji Amerikani.

Dan il-prinċipju – li min iħallas taxxa għandu jkun rappreżentat fl-assemblea li tiddeċiedi dik it-taxxa, li tiddeċiedi l-kemm u l-kif tagħha, u li tiddeċiedi kif jintefqu l-flus li jidħlu minnha – kompla jixtered fis-snin ta’ wara biex anima r-rivoluzzjoni Amerikana. U l-prinċipju li m’għandu jkun hemm l-ebda taxxa bla rappreżentanza hu s-sies ta’ dak li seħħ fid-dinja demokratika tul l-aħħar 250 sena: it-twessigħ tad-dritt tal-vot.

Vot mat-18 eżatt f’malta minn din l-elezzjoniIs-sajf li għadda, il-Parlament Malti għadda emendi għal-liġi

Vot mat-18 eżatt... u hemm bżonn ħafna aktar garanziji għad-dritt tal-vot

elettorali li komplew iwessgħu d-dritt tal-vot f’Malta. Dan seħħ bl-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista li jemmen li d-dritt tal-vot qatt m’għandu jkun ristrett, anzi għandu dejjem jitwessa’ ħalli jagħti leħen effettiv lil kull min jintlaqat mid-deċiżjonijiet li jieħu l-Parlament Malti.

Issa, minn din l-elezzjoni, dawk li jagħlqu t-18-il sena sad-data proprja tal-elezzjoni, sa lejlet l-elezzjoni biex inkunu preċiżi, se jkunu jistgħu jivvutaw. Dan ifisser li ngħata d-dritt tal-vot lil eluf ta’ żgħażagħ li jagħlqu t-18 bejn meta jkun ħareġ l-aħħar Reġistru Elettorali u l-elezzjoni ġenerali li ssir wara. Dawn iż-żgħażagħ qabel ma kinux ikunu jistgħu jivvutaw.

muscat jattakka d-dritt tal-vot tal-maltinWaqt li l-Parlament għadda din il-liġi biex iwessa’ d-dritt tal-vot f’Malta, stunat bil-kbir il-kampanja li l-Labour

Party reġa’ għamel das-sajf biex jaqta’ d-dritt tal-vot ta’ ċittadini Maltin.

L-għajta ‘l-ebda taxxa bla rappreżentanza’ – li nebbħet tant bnedmin li ssieltu għad-demokrazija madwar id-dinja – il-Labour ta’ Muscat għadu ma semagħhiex, anzi għadu jinsisti li juża l-istess metodi antiki li kien juża biex iċaħħad dritt bażiku ħafna ta’ ċittadini Maltin u li l-prova tad-dritt tagħhom li jivvutaw qiegħda fit-taxxi li jħallsu.

mewġa demokratika li għadha ma laħqitx lil-Labour maltiIl-mewġa tad-demokrazija li wessgħet id-dritt tal-vot f’ħafna pajjiżi jidher li għadha ma laħqitx lil-Labour Party ta’ Malta. Il-partit imtebba’ b’ħames snin u ħames xhur fil-gvern kontra r-rieda tal-maġġoranza bejn l-1981 u s-87 illum qed jipprova jneħħi d-dritt tal-vot lil mijiet ta’ Maltin:

n morda li jkunu għall-kura barra minn Malta;

n studenti li jkunu qegħdin jieħdu kors f’xi Università barranija;

n ġenituri li jmorru jżuru lil uliedhom barra;

n ħaddiema li jkunu qed jieħdu esperjenza jew taħriġ speċjalizzat barra mal-kumpanija li magħha jkunu jaħdmu f’Malta;

n saċerdoti u voluntiera missjunarji li jkunu qed jagħtu xi servizz ta’ solidarjetà barra;

n Maltin li qed iservu lil Malta fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Lil dawn kollha, il-Labour Malti qed jipprova jneħħilhom il-vot.

ma jridhomx jivvutaw għall-Parlament li jorbothomMijiet ta’ nies li huma suġġetti għal-liġijiet li jagħmel il-Parlament Malti, fosthom li

jridu jħallsu t-taxxi f’Malta, il-Labour xorta ma jridhomx jivvutaw għal dak il-Parlament li jorbothom.

Dan hu każ ieħor, fost ħafna, li juri li l-impenn tal-Labour lejn id-demokrazija hu nieqes. Hu ta’ dispjaċir tara li f’pajjiż bi tradizzjoni demokratika antika, b’Parlament tagħna li ilu 91 sena, pajjiż illum avanzat u membru tal-Unjoni Ewropea, għad għandna partit jaħdem kontra l-aktar dritt bażiku f’demokrazija: id-dritt tal-vot.

dibattitu li jrid jistenna r-rieda tal-LabourF’Malta għad nistgħu niddiskutu aktar twessigħ tad-dritt tal-vot biex min ikun barra minn Malta, pereżempju, ikun jista’ jivvota f’ambaxxata Maltija. Imma dan id-dibattitu donnu jrid jistenna lil partit ewlieni f’Malta, il-Labour, jinfatam mill-kampanji tiegħu kontra d-dritt tal-vot tal-Maltin.

Iż-żgħażagħ li jagħlqu tmintax sa lejlet l-elezzjoni issa jistgħu jivvutaw... imma għadna nistennew

lil-Labour irabbi r-rieda li jassigura li l-Maltin li jintlaqtu mid-deċiżjonijiet tal-Parlament Malti

jkollhom id-dritt effettiv tal-vot anke meta jkunu barra minn Malta

Page 8: Dħul akbar għall-anzjani – Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“matul dawn il-ħames snin id-dħul tal-anzjani żdied għax l-anzjani llum qed igawdu minn żieda sħiħa fil-pensjoni, bħalma jieħdu l-ħaddiema, u jekk iridu jistgħu jibqgħu jaħdmu. Il-pensjonanti llum qed jaqilgħu elf ewro aktar milli kienu jaqilgħu fl-2008. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani. ”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi