8
Is-Sibt, 23 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 €28 miljun f’investiment għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet Il-Gvern wettaq b’suċċess aktar minn mitt proġett ta’ tisbiħ Jinstab l-involviment ta’ Joe Cordina, l-Amministratur Finanzjarju tal-Labour ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Matul din il-leġiżlatura l-Gvern ħa għadd ta’ miżuri mill- aktar importanti biex jitħares l-ambjent ta’ madwarna. Ittieħdu wkoll miżuri importanti li jħarsu saħħet il-poplu. Fost l-oħrajn wieħed isemmi x-xogħol mill-aktar importanti biex ingħalqu l-miżbliet. Il-Gvern tul din il-leġiżlatura investa €28 miljun għar-riabilitazzjoni tal- miżbliet tal-Magħtab, dik ta’ Wied il-Għajn u dik fil-Qortin f’Għawdex. Tajjeb li jingħad li x-xogħol li qed isir fil-Magħtab wassal biex sa issa tneħħew aktar minn 170 miljun metru kubu ta’ gass ħażin. Il-Gvern qed ikompli jinvesti fil-ħarsien tal-ambjent. Fl- aħħar jiem sar pass ieħor biex il-Magħtab jiġi riabilitat f’park nazzjonali. Dan hekk kif b’investiment ta’ €8.5, f’dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab ġie installat dak li jissejjaħ Regenerative Thermal Oxidizer - impjant li jittratta l-gassijiet velenużi li joħorġu mill-muntanja tal-Magħtab biex dawn ma jibqgħux joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent. Dan l-investiment huwa finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan l-Oxidiser se jkun qed jaħdem 24 siegħa kuljum u l-proċess kollu tal-installazzjoni tiegħu mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena. Bħalissa diġà qed jieħu l-gassijiet minn madwar 275 bir li tħaffru apposta fil-partijiet kollha madwar il-miżbla tal-Magħtab. Il-pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla li jidhru faċilment minn min ikun qed isuq fil-Coast Road huma propju l-mezz li mill- bjar iwasslu l-gassijiet lejn dan l-impjant. F’dawn il-bjar qed jinġemgħu l-gassijiet li jridu jiġu trattati u li kaġun tagħhom f’partijiet mill-muntanja t-temperatura titla’ saħanistra sa mitejn grad minħabba n-nirien interni taħt l-art. L-impjant qed jittratta kważi l-gass kollu li jinħoloq minn dik li kienet miżbla, ħlief għall-gass methane - li hu gass li diġà qed jinġibed biex minnu tiġi ġġenerata l-enerġija. Dan il-proġett, li diġà gie approvat mill-Gvern, ukoll hu finanzjat mill-UE u se jinvolvi investiment ta’ tletin miljun ewro mill-budget li Malta ħadet mill-Ewropa għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Intant, minbarra dan il-proġett, bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq il-miżbla l-antika ta’ Marsaskala li minkejja li ġiet magħluqa fl-1979, tletin sena ilu, il-gassijiet minnha għadhom ħergin sal-lum. F’dan is-sit ukoll saru bjar apposta biex jinġabru dawn il-gassijiet li f’dan il-każ jitwasslu sal-Impjant ta’ Sant’Antnin li jinsab fil- viċinanzi, fejn jinqerdu. Proċess simili għal dan qed isiru wkoll fil-Miżbla tal- Qortin, f’Għawdex, li wkoll ingħalqet mill-Gvern. Kemm is-sit f’Marsaskala kif ukoll dak f’Għawdex, bħall-każ tal- Magħtab, jinsabu fil-proċess li jinbidlu wkoll f’park għall- familja. Saħħaħna l-ambjent għall-familja kollha L-ambjent u l-ħarsien ta’ saħħet il-poplu dejjem kienu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista Bit-tneħħija tal-gassijiet, l-arja ta’ madwar il-Magħtab tjiebet tant li l-livell tad- dijossina naqas b’99 fil-mija. Tajjeb li kulħadd japprezza li kieku baqgħet tintuża l-miżbla tal-Magħtab u ma sarux l-investimenti f’engineered landfill u fl-impjant ta’ Sant’Antnin, kieku fil-preżent il-miżbla tal-Magħtab hi 33 sular ogħla milli hi bħalissa. Ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni fiz-zona tal-Magħtab qed jissokta b’ritmu tajjeb u l-iskop hu li dawn l-inħawi jinbidlu f’park kbir ta’ daqs ta’ ħames grounds tal-football. Anki f’Wied il-Għajn qed isir investiment importanti. Dan l-investiment jammonta għal €6 miljun u l-iskop hu li finalment iz-zona tinbidel fi spazju miftuħ ta’ rikreazzjoni għat-tfal u l-familji kif ukoll f’Ċentru tal-Viżitaturi. Dan il-park għandu kobor ta’ tnax-il ground tal-football u se jkun fih attrazzjonijiet oriġinali f’pajjiżna bħal maze magħmula mill-pjanti. F’Għawdex, preċiżament fil-miżbla tal-Qortin, diġà sar ħafna xogħol importanti fuq it-trattament tal-gass u kien istallat apparat b’investiment ta’ miljun ewro. Minn dawn kienu trattati aktar minn 400 tunnellata ta’ gass ħażin. Ir-riabilitazzjoni tal-Qortin qed issir b’investiment ta’ €3.5 miljun. Lejn park għall-familja flok mostru ta’ miżbla fil-Magħtab

Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment is-Sibt 23 ta' Frar 2013

Citation preview

Page 1: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 23 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

€28 miljun f’investiment għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet

Il-Gvern wettaq b’suċċess aktar minn mitt proġett ta’ tisbiħ

Jinstab l-involviment ta’ Joe Cordina,l-Amministratur Finanzjarju tal-Labourii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern ħa għadd ta’ miżuri mill-aktar importanti biex jitħares l-ambjent ta’ madwarna. Ittieħdu wkoll miżuri importanti li jħarsu saħħet il-poplu.

Fost l-oħrajn wieħed isemmi x-xogħol mill-aktar importanti biex ingħalqu l-miżbliet. Il-Gvern tul din il-leġiżlatura investa €28 miljun għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet tal-Magħtab, dik ta’ Wied il-Għajn u dik fil-Qortin f’Għawdex.

Tajjeb li jingħad li x-xogħol li qed isir fil-Magħtab wassal biex sa issa tneħħew aktar minn 170 miljun metru kubu ta’ gass ħażin.

Il-Gvern qed ikompli jinvesti fil-ħarsien tal-ambjent. Fl-aħħar jiem sar pass ieħor biex il-Magħtab jiġi riabilitat f’park nazzjonali. Dan hekk kif b’investiment ta’ €8.5, f’dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab ġie installat dak li jissejjaħ Regenerative Thermal Oxidizer - impjant li jittratta l-gassijiet velenużi li joħorġu mill-muntanja tal-Magħtab biex dawn ma jibqgħux joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent. Dan l-investiment huwa finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-Oxidiser se jkun qed jaħdem 24 siegħa kuljum u l-proċess kollu tal-installazzjoni tiegħu mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena. Bħalissa diġà qed jieħu l-gassijiet minn madwar 275 bir li tħaffru apposta fil-partijiet kollha madwar il-miżbla tal-Magħtab. Il-pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla li jidhru faċilment minn min ikun qed isuq fil-Coast Road huma propju l-mezz li mill-bjar iwasslu l-gassijiet lejn dan l-impjant. F’dawn il-bjar qed jinġemgħu l-gassijiet li jridu jiġu trattati u li kaġun tagħhom f’partijiet mill-muntanja t-temperatura titla’ saħanistra sa mitejn grad minħabba n-nirien interni taħt l-art. L-impjant qed jittratta kważi l-gass kollu li jinħoloq minn dik li kienet miżbla, ħlief għall-gass methane - li hu gass li diġà qed jinġibed biex minnu tiġi ġġenerata l-enerġija.

Dan il-proġett, li diġà gie approvat mill-Gvern, ukoll hu finanzjat mill-UE u se jinvolvi investiment ta’ tletin miljun ewro mill-budget li Malta ħadet mill-Ewropa għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Intant, minbarra dan il-proġett, bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq il-miżbla l-antika ta’ Marsaskala li minkejja li ġiet magħluqa fl-1979, tletin sena ilu, il-gassijiet minnha għadhom ħergin sal-lum. F’dan is-sit ukoll saru bjar apposta biex jinġabru dawn il-gassijiet li f’dan il-każ jitwasslu sal-Impjant ta’ Sant’Antnin li jinsab fil-viċinanzi, fejn jinqerdu.

Proċess simili għal dan qed isiru wkoll fil-Miżbla tal-Qortin, f’Għawdex, li wkoll ingħalqet mill-Gvern. Kemm is-sit f’Marsaskala kif ukoll dak f’Għawdex, bħall-każ tal-Magħtab, jinsabu fil-proċess li jinbidlu wkoll f’park għall-familja.

Saħħaħna l-ambjent għall-familja kollhaL-ambjent u l-ħarsien ta’ saħħet il-poplu dejjem kienu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista

Bit-tneħħija tal-gassijiet, l-arja ta’ madwar il-Magħtab tjiebet tant li l-livell tad-dijossina naqas b’99 fil-mija.

Tajjeb li kulħadd japprezza li kieku baqgħet tintuża l-miżbla tal-Magħtab u ma sarux l-investimenti f’engineered landfill u fl-impjant ta’ Sant’Antnin, kieku fil-preżent il-miżbla tal-Magħtab hi 33 sular ogħla milli hi bħalissa.

Ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni fiz-zona tal-Magħtab qed jissokta b’ritmu tajjeb u l-iskop hu li dawn l-inħawi jinbidlu f’park kbir ta’ daqs ta’ ħames grounds tal-football.

Anki f’Wied il-Għajn qed isir investiment importanti. Dan l-investiment jammonta

għal €6 miljun u l-iskop hu li finalment iz-zona tinbidel fi spazju miftuħ ta’ rikreazzjoni għat-tfal u l-familji kif ukoll f’Ċentru tal-Viżitaturi. Dan il-park għandu kobor ta’ tnax-il ground tal-football u se jkun fih attrazzjonijiet oriġinali f’pajjiżna bħal maze magħmula mill-pjanti.

F’Għawdex, preċiżament fil-miżbla tal-Qortin, diġà sar ħafna xogħol importanti fuq it-trattament tal-gass u kien istallat apparat b’investiment ta’ miljun ewro.

Minn dawn kienu trattati aktar minn 400 tunnellata ta’ gass ħażin. Ir-riabilitazzjoni tal-Qortin qed issir b’investiment ta’ €3.5 miljun.

Lejn park għall-familja flok mostru ta’ miżbla fil-Magħtab

Page 2: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

€28 miljun

f’investiment għar-riabilitazzjoni tal-miżbliet

f’Malta u f’Għawdex

170 miljun

metru kubu ta’ gass ħażin tneħħew mill-miżbla

tal-Magħtab

Fatti u Ċifri

€6 miljun

f’investiment biex il-miżbla f’Wied il-Għajn tinbidel

f’park għall-familja

€3.5 miljun għar-riabilitazzjoni

tal-miżbla fil-Qortin, Għawdex

Il-Gvern hu impenjat li jissokta bil-proġett tiegħu li jibdel

il-miżbliet f’parks għall-familji kollha. Proġett ambizzjuż ta’

riabilitazzjoni li fih innifsu qed jgħin biex ikollna pajjiż aktar

nadif u sabiħ

33sular ogħla kienet tkun il-miżbla tal-Magħtab illum kieku l-Gvern ma imbarkax fuq il-proġett kbir

ta’ riabilitazzjoni ta’ din il-miżbla

Inwaqqfu bank koperattiv biex jgħin lill-koperattivi u lin-negozji ż-żgħar

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

12. Jiġi faċilitat it-twaqqif ta’ Bank koperattiv

Tiġi emendata l-liġi li tirregola l-banek biex ikun possibbli t-twaqqif ta’ bank koperattiv li minnu jibbenefikaw kemm il-koperattivi kif ukoll in-negozji ż-żgħar tagħna.

Fid-dinja hawn eluf kbar ta’ banek koperattivi li għandhom mijiet ta’ eluf ta’ membri. Ebda wieħed minn dawn il-banek ma falla, kellu bżonn għajnuna jew keċċa impjegati fil-kriżi bankarja li ħakmet lid-dinja.

Dan għaliex il-prijorità għal bank koperattiv hi l-ispirtu koperattiv u s-solidarjetà. Il-banek koperattivi fl-Ewropa jipprovdu l-maġġoranza assoluta tal-finanzjament għan-negozji ż-żgħar u jgħinu biex jiżdiedu l-impjiegi.

13. e-Innovation

Niffaċilitaw l-e-innovation li tippermetti lis-settur privat, akkademiku, għaqdiet mhux-governattivi u anki lill-pubbliku jagħmlu dak li jistgħu jagħmlu aħjar mill-Gvern.

Dan isir billi l-Gvern jagħti aċċess għal data mhux personalizzata sabiex kull min irid li jiżviluppa ideat innovattivi għall-użu u l-applikazzjoni ta’ din l-informazzjoni jkun jista’

jagħmel dan. Dan jagħti skop għal min mhux parti mill-Gvern li jagħmel xogħol li qabel seta’ jsir mill-Gvern biss.

B’hekk jinfetaħ aktar spazju għal kull min irid, jitkattar investiment ġdid u innovattiv u jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Fl-istess ħin, il-pubbliku jgawdi minn software, applikazzjonijiet u servizzi ġodda.

14. Is-settur tal-online gaming

F’għaxar snin ħloqna mix-xejn is-settur tal-online gaming u ġibnieh settur ekonomiku li jħaddem 7,000 ruħ direttament jew indirettament.

Fil-ħames snin li ġejjin se nwaqqfu entità dedikata għal dan is-settur, bi sħubija mal-privat, li tagħmel marketing għal pajjiżna bħala l-aħjar post fid-dinja fejn tista’ twaqqaf negozju f’dan is-settur.

Naħdmu mas-settur tal-edukazzjoni biex ikollna korsijiet speċjalizzati ta’ livell għoli f’dan il-qasam li jattiraw studenti anki minn barra. Nirregolaw is-suq ġdid tal-games of skill with prize biex insiru fost l-ewwel fid-dinja f’dan il-qasam ġdid. U nżidu l-inċentivi biex nattiraw aktar kumpaniji tal-mobile-gaming.

Page 3: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 23 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu kburi bil-patrimonju li ħallewlna missirijietna u tul dawn il-ħames snin saru investimenti importanti biex dak li writna nieħdu ħsiebu biex ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Gvern se jkompli jinvesti f’pajjiżna biex inkomplu ngawdu wirt uniku ta’ importanza internazzjonali

Il-Gvern wettaq b’suċċess proġetti li biddlu wiċċ MaltaIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar snin biddel wiċċ Malta. Din kienet bidla għall-aħjar favur il-poplu kollu u dawk li jiġu jżuruna.

Wieħed mill-akbar proġetti li għamel kien dak fil-Belt Valletta fejn irrestawra s-swar u diversi postijiet oħra fosthom il-bereġ.

Dan kollu jgħin biex meta t-turisti jiġu f’pajjiżna jkunu jistgħu jgwdu s-siti storiċi tagħna filwaqt li fl-istess ħin ikompli jinxtered it-tagħlim tal-kultura.

Barra minn hekk, dawn is-siti li ġew restawrati se jservu fit-tul ukoll u b’hekk anke l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna se jgawduhom, bħalma għamilna aħna li tawhomlna ta’ qabilna.

Investiment favur it-turiżmu kulturaliMalta hi magħrufa minn ħafna turisti bħala mużew ħaj, mużew miftuħ għal kulħadd u fuq kollox, għandha l-eqdem siti storiċi madwar id-dinja kollha.

Għandha storja li tmur lura fi żmien il-qedem, Żmien Neolitiku, u tibqa’ sejra sat-Tieni Gwerra Dinjija, speċjalment b’tempji, mużewijiet u binijiet oħrajn.

Il-Gvern ra li dawn is-siti storiċi jkunu restawrati u miftuħin għall-pubbliku biex dak li jkun ikun jista’ jarahom aħjar iżda fuq kollox, il-Gvern investa f’tip ta’ turiżmu ġdid magħruf bħala turiżmu kulturali li meta tisma’ dwaru fi programmi lokali u internazzjonali tinduna kemm hu b’saħħtu.

Proġetti bħal Pjazza San Ġorġ huma pulmun ħajIl-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ hu wieħed mill-aktar proġetti li jibqgħu jissemmew. Fil-bidu nħoloq kjass sħiħ dwaru iżda meta l-proġett tlesta u issa qed igawduh eluf ta’ Maltin u turisti, ġab kummenti pożittivi minn kull qasam.

Dawn l-ispazji miftuħa f’zoni turistiċi, ta’ kummerċ u siti storiċi jgħinu mhux biss biex aktar nies jimxu f’dawk it-toroq aktar faċilment u biex it-tfal jilagħbu u jsibu spazju fejn jimirħu iżda jwasslu biex ikun hemm inqas duħħan u żjut tal-karozzi u b’hekk tinżamm l-indafa u s-siti storiċi jkollhom inqas ħsarat.

Proġetti li llum huma mfaħħrin minn kulħaddL-impenn tal-Gvern b’diversi proġetti li saru fil-ħames snin li għaddew wassal biex il-Belt Valletta nbidlet kompletament. Grazzi għall-investiment li sar b’viżjoni ċara favur kull persuna li tgħix Malta, illum għandna kapitali bid-dehra li tixirqilha.

Tajna ħajja ġdida lill-Belt Valletta, dik li fi ftit snin oħra se tkun il-Belt Kapitali tal-Ewropa kollha, u min qabel kien kontra ċerti proġetti, illum qiegħed ifaħħar ix-xogħol li sar.

Il-bini tal-Parlament il-ġdid sar b’mod li jikkumplimenta l-Belt Valletta, l-intrata tagħha, iżda fuq kollox, jippromwovi l-valur estetiku u l-ġmiel tal-ġebla Maltija, dik tal-franka.

Il-Gvern Nazzjonalista għamel investiment kontinwu b’ġid mifruxIx-xogħol kollu li sar mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar ħames snin kien magħmul u ppjanat apposta biex, filwaqt li jitkattar il-ġid, insebbħu pajjiżna.

Kull proġett kapitali mhux biss għen biex ikun ta’ qabża fil-kwalità iżda fuq kollox, biex jagħti stimolu lill-ekonomija Maltija, li kien tant neċessarju biex inkomplu mexjin ’il quddiem fi żminijiet ta’ kriżi internazzjonali.

Il-Belt Valletta biss, swiet 80 miljun ewro, ċifra sostanzjali li minnha ħadna dehra ġdida tal-Belt, iżda fuq kollox, permezz tagħha ħadmu mijiet ta’ ħaddiema u taw aktar flus fil-but lil mijiet ta’ familji Maltin.

ĊENSU BORGIL-BELT vALLETTA

ĠANNIvELLAĦAŻ-ŻEBBUĠ

ANTOINE ABELABIRKIRKARA

chARLESBONAvIAĦAL QORMI

JOEFORMOSABIRKIRKARA

Page 4: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Bil-finanzi fis-sod saħħaħna l-ambjent ta’ madwarna b’diversi spazji rikreattivi ġodda għat-tfal u l-familji

Il-Bird Park fis-Salini joffri opportunità lit-tfal biex filwaqt li jitpaxxew bis-sbuħija tan-natura u tal-ambjent ta’ madwarna, jitgħallmu dwar speċi differenti li llum jistgħu jitgawdew minn kulħadd

Għax għandna l-finanzi fis-sod ħdimna biex ħloqna numru sabiħ ta’ spazji ta’ rikreazzjoni għall-familji u t-tfal fejn ikunu jistgħu jmorru jistrieħu u jiddevertu. Il-Gvern hu impenjat li jimbarka fuq aktar proġetti bħal dawn fejn zoni użati għal skopijiet oħra, fosthom,

parkeġġi, ikunu riabilitati biex jibdew jintużaw mill-familji

Page 5: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 23 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Investiment ta’ €15-il miljun fir-riabilitazzjoni tal-Magħtab li minn muntanja ta’ skart

bil-perikli kollha li ġġib magħha qed tinbidel f’park ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha.

Dan hu proġett ta’ fejda kbir għall-ambjent ta’ madwarna li l-ewwel fażi tiegħu titlesta fix-xhur li ġejjin biex imbagħad tkun tista’

tinbeda t-tieni fażi tal-proġett

Il-Gvern għandu għal qalbu l-interessi veri tat-tfal li huma fiċ-ċentru tal-politika. għalhekk il-Gvern imbarka u investa bis-sħiħ fl-edukazzjoni

ta’ wliedna u fit-titjib tas-servizzi tas-saħħa. Iżda l-Gvern saħħaħ ukoll l-ambjent ta’ madwarna bil-ftuħ ta’ aktar spazji ġodda ta’ rikreazzjoni

fejn il-familja tista’ tmur u tiddeverti u tistrieħ. Dan l-investiment se jkompli jsir matul il-leġiżlatura li jmiss b’aktar proġetti favur l-ambjent

li jitgawdew mit-tfal u l-familja kollha

Page 6: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Muscat għal ġimgħat sħaħ: Dan hu l-akbar skandlu li qatt rat Malta

Muscat jirrepeti għexieren ta’ drabi: Dan hu tixħim fuq xiri ta’ miljun ewro żejt kuljum

Muscat nhar il-Ħamis li għadda: Qed naċċetta r-riżenja ta’ Joe Cordina mill-ogħla kariga fil-finanzi tal-Partit Laburista, dik ta’ Amministratur Finanzjarju, wara dak li ġie żvelat

Muscat jagħżel ħażin...

IŻ-ŻEJT JITLA’ F’WIĊĊ L-ILMA... U L-OGĦLA UFFIĊJAL FIL-FINANZI TAL-LABOUR ITAQQAL LIL MUScAT

Amministratur Finanzjarju

tal-Partit Laburista

...u tbati int

Page 7: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

Is-Sibt, 23 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

L-Amministratur Finanzjarju tal-Labour Party, Joe Cordina, hu wara l-kumpanija Intershore li kienet il-paraventu għall-kumpanija Aikon li, min-naħa tagħha, kienet qed tieħu l-commissions illegali mħallsin fil-kont tal-bank ta’ Aikon fi New York fil-każ ta’ tixħim għal xiri ta’ żejt mill-EneMalta.

Joe cordina jirriżenja bħala l-ogħla uffiċjal tal-finanzi tal-LabourDak li jmexxi l-finanzi tal-Labour Party, Joe Cordina, qed jiċħad dan, imma rriżenja mill-kariga tiegħu bħala l-uffiċjal tal-Partit Laburista responsabbli mill-finanzi tal-partit. Hu rtira wkoll il-kandidatura tiegħu mal-Labour Party għall-elezzjoni ġenerali fuq it-Tlettax-il

Min imexxi l-finanzi tal-Labour wara l-kumpanija li kienet il-paraventu għal min kien qed jirċievi l-commissions fil-każ ta’ tixħim għal xiri ta’ żejt

Distrett. Waqt li ħabbar dan, Joe Cordina ma ffaċċjax lill-ġurnalisti fil-konferenza stampa li ħabbret ir-riżenja tiegħu. Il-fatt li min qed imexxi l-finanzi tal-Labour Party, l-Amministratur Finanzjarju Joe Cordina, hu mdaħħal wara l-kumpaniji involuti f’dan l-iskandlu ħareġ waqt konferenza stampa mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, li hu responsabbli għall-EneMalta, nhar il-Ħamis filgħaxija.

Trattament ineċċepibbli mill-Gvern u mill-Partit NazzjonalistaDin hi r-realtà ‘l hemm mit-tfigħ tat-tajn dwar min tassew hu involut fil-każ għax paraventu fil-każ: l-ogħla uffiċjal fil-finanzi tal-Labour

Party. Min-naħa tal-Gvern u tal-Partit Nazzjonalista, dan il-każ ta’ tixħim għal xiri ta’ żejt mill-EneMalta ġie ttrattat bl-akbar serjetà u llum hemm dwaru kawżi kriminali l-Qorti kontra żewġ persuni. Il-mod kif ittratta dan il-każ il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista hu ineċċepibbli.

Il-Labour seta’ fittex dokumenti pubbliċiMin-naħa l-oħra, waqt li l-Labour Party kien qed jipprova jimplika lill-Ministri Austin Gatt u Tonio Fenech b’allegazzjonijiet foloz u wħud minnhom anke puwerili, kieku l-Labour Party għamel riċerka sempliċi dwar il-kumpanija Aikon li kienet qed tirċievi l-commissions illegali, kien isib minn dokumenti pubbliċi li Aikon hi ta’ kumpanija oħra,

Intershore, li hi responsabbli għal dak kollu li għamlet Aikon u hi l-benefiċjarja tal-flus li ddaħħal Aikon. Jidderieġu lil Intershore kienu tlieta min-nies li wieħed minnhom hu l-ogħla uffiċjal tal-finanzi tal-Partit Laburista, Joe Cordina.

Kieku l-Labour fittex, kien isib isem l-ogħla uffiċjal finanzjarju tiegħuDan hu x’kien isib il-Labour Party kieku għamel tfittxija sempliċi. Għax l-involviment ta’ min qed imexxi l-finanzi tal-Labour Party f’dan l-iskandlu jirriżulta minn dokumenti pubbliċi li huma aċċessibbli għal kulħadd u li jista’ jarahom kulħadd. Dawn id-dokumenti l-Partit Nazzjonalista bagħathom lill-mezzi tax-xandir u l-istampa u wkoll lill-Kummissarju tal-Pulizija.

Min hu Joe cordinaJoe Cordina sa nhar il-Ħamis li għadda, qabel irriżenja, kellu l-kariga ta’ Amministratur Finanzjarju tal-Partit Laburista. Dan ifisser li wara l-kumpaniji mdaħħlin f’dan l-iskandlu hemm il-persuna li għadu kemm kien qiegħed imexxi l-finanzi tal-Partit Laburista. Joe Cordina hu wkoll direttur fil-kumpaniji kollha tal-Labour Party: MLP Holdings Ltd, Sound and Vision Ltd u Consultancy and Research Ltd. Il-partit politiku implikat f’dan l-iskandlu tal-ħlas ta’ commissions illegali għal xiri ta’ żejt hu l-Partit Laburista. Joe Cordina mhux sempliċi tesserat jew kandidat imma l-persuna li sa nhar il-Ħamis kien imexxi l-finanzi tal-Labour Party.

L-ogħla uffiċjal fil-finanzi tal-Labour Party, Joe Cordina, flimkien mal-mexxej tal-partit, Joseph Muscat... Joe Cordina issa rriżenja mill-kariga tiegħu fil-quċċata tal-finanzi tal-Labour Party u ma ffaċċjax lill-ġurnalisti

Page 8: Saħħaħna l-ambjent għall-familji kollha - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Matul din il-leġiżlatura l-Gvern ħadem u daħħal fis-seħħ għadd ta’ miżuri favur it-tisħiħ tal-ambjent ta’ madwarna. Il-Gvern hu kburi b’dawn l-inizjattivi u hu impenjat li jkompli jieħu aktar miżuri biex isaħħaħ l-ambjent. Fihom infushom dawn l-inizjattivi wasslu wkoll biex inħolqu għadd ta’ impjiegi ġodda.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi