64
IL-PULIZIJA Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp Newspaper Post u aktar... Fil-Pa©ni ta ©ewwa Ìrajja Straordinarja fl-Isptar Çentrali Attivitajiet Sportivi Mal-Passi tal-Korp

Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

  • Upload
    others

  • View
    12

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

Newspaper Post

IL-PULIZIJADiçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

Newspaper Post

u aktar...

Fil-Pa©ni ta ©ewwa

• Ìrajja Straordinarja fl-Isptar Çentrali• Attivitajiet Sportivi• Mal-Passi tal-Korp

Page 2: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 3: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

3Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Werrej

Membri tal-Bord Editorjali:

President: Assistent Kummissarju Mario Spiteri

Editur: Spettur Graziella Muscat

Membri: WPS 101 Roberta Grima

WPC 25 Charlene Cilia

PC 256 Kurt Bugeja Coster

Supt Antonello Grech

Il-Pulizija tirringrazzja lid-ditti u l-aġenti tar-reklamar li għoġobhom jagħtu l-għajnuna tagħhom. L-artikli li jidhru f ’dan il-magażin ma jirriflettux bilfors l-opinjoni tal-Bord. Kull korrispondenza għandha tkun ittajpjata u għandha tintbagħat fl-indirizz hawn taħt:

Editur, “il-Pulizija”, C.M.R.U., Police Headquarters, Floriana, VLT 2000 jew [email protected]

Disinn u riklamar

Ability Publications Ltd.Tel: 21 241317, 27 241345

Fax: 21 241317e-mail: [email protected]

Stampar

GUTENBERG PRESS - TARXIEN

Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

WERRE J5

7

9

13

17

22

27

32

35

37

39

43

48

51

55

57

60

62

13

43

51

55

Ritratt: Sezzjoni C.M.R.U.

Messaġġ mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Manuel Mallia lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija

Messaġġ mill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija

Dan l-aħħar...

Kont taf li....

Niket il-Korp

L-importanza li tieħu ħsieb tiegħek innifsek

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Meta Għandha Tagħmel Użu mill-Manetti l-Pulizija?

Paġna għat-Tfal

Ġrajja Straordinarja fl-Isptar Ċentrali

Attivitajiet Sportivi

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Ix-Xelter Sptar ta' Żmien it-Tieni Gwerra Dinjija

Mal-Passi tal-Korp

International Police Association

Malta Association of Retired Police Officers

Mejtin

Editorjal

IL-PULIZIJADiçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

Newspaper Post

u aktar...

Fil-Pa©ni ta ©ewwa

• Ìrajja Straordinarja fl-Isptar Çentrali• Attivitajiet Sportivi• Mal-Passi tal-Korp

3Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Werrej

Membri tal-Bord Editorjali:

President: Assistent Kummissarju Mario Spiteri

Editur: Spettur Graziella Muscat

Membri: WPS 101 Roberta Grima

WPC 25 Charlene Cilia

PC 256 Kurt Bugeja Coster

Supt Antonello Grech

Il-Pulizija tirringrazzja lid-ditti u l-aġenti tar-reklamar li għoġobhom jagħtu l-għajnuna tagħhom. L-artikli li jidhru f ’dan il-magażin ma jirriflettux bilfors l-opinjoni tal-Bord. Kull korrispondenza għandha tkun ittajpjata u għandha tintbagħat fl-indirizz hawn taħt:

Editur, “il-Pulizija”, C.M.R.U., Police Headquarters, Floriana, VLT 2000 jew [email protected]

Disinn u riklamar

Ability Publications Ltd.Tel: 21 241317, 27 241345

Fax: 21 241317e-mail: [email protected]

Stampar

GUTENBERG PRESS - TARXIEN

Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4

Xog˙olna u ˙ajjitna fil-Korp

WERRE J5

9

13

17

22

27

32

35

37

39

43

48

51

55

57

60

62

13

43

51

55

Ritratt: Sezzjoni C.M.R.U.Dan l-aħħar...

Kont taf li....

Niket il-Korp

L-importanza li tieħu ħsieb tiegħek innifsek

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet tal-Pulizija

Meta Għandha Tagħmel Użu mill-Manetti l-Pulizija?

Paġna għat-Tfal

Ġrajja Straordinarja fl-Isptar Ċentrali

Attivitajiet Sportivi

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet tal-Pulizija

Ix-Xelter Sptar ta' Żmien it-Tieni Gwerra Dinjija

Mal-Passi tal-Korp

International Police Association

Malta Association of Retired Police Officers

Mejtin

Editorjal

Messaġġ mill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija

Page 4: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 5: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Editorjal

Ed

ito

rja

l Il-festi t-tajba hi l-iktar frażi komuni li tintqal f ’dawn iż-żminijiet, iżda minbarra l-

festi t-tajba, nixtieq nawguralkom il-ħidma t-tajba, għax hu natu-rali li f ’dan il-perjodu, ix-xogħol għall-membri tal-Korp jiżdied. Iktar minn ġranet oħrajn, nitolbu li tiġina tajba.

Ix-xogħol ma tistax tipprevenih, iżda l-atteġġjament lejn ix-xogħol hu xi ħaġa li tista’ tikkontrollah.

Waħda mill-affarijiet li żgur għandna kontroll fuqha hi l-ko-munikazzjoni tagħna. Il-komuni-kazzjoni mal-pubbliku żgur li ma ssirx biss mis-CMRU, iżda minn kull wieħed u waħda minnk-om, b’mod differenti. Hawn qed nirreferi għall-atteġġjament tagħna mal-pubbliku, għall-mod ta’ kif nesegwixxu x-xogħol tagħna. B'dak li nagħmlu nkunu qed ngħaddu messaġġ lill-pubbliku f ’isem il-Korp li lkoll nirrappreżentaw u li lkoll nagħmlu parti minnu.

L-atteġġjament ħażin ta’ kull wieħed u waħda minna, se tirrefletti fuqna stess. Fil-paġni li ġejjin se taraw numru t’apprezzamenti mill-pubbliku, u nixtiequ li dawn l-apprezzamenti jiżdiedu, mhux għax nippreten-du li n-nies jibagħtu ringrazzja-ment. Wara kollox, in-nies jirrin-grazzjawna ta’ dak li hu xogħolna.

Iżda jekk aħna jkollna atteġġjamenti tajbin lejn ix-xogħol, hi ħaġa awtomatika li r-rispons tal-pubbliku se jkun wieħed tajjeb.

Il-ħidma t-tajba!

5Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Editorjal

Page 6: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 7: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

7Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

7Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Messaġġ mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela

lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija

Inħossni onorat li qiegħed nikteb għall-ewwel darba f ’din il-publikazzjoni sabiex nagħti l-awguri tiegħi lilkom membri u eks membri

tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll lill-familjari tagħkom. Ix-xogħol ta’ Pulizija mhux wieħed kwalunkwe, iżda jġorr miegħu responsabbiltajiet kbar, li żgur għandu jitwettaq b’dedikazzjoni. Ninsab konvint li l-maġġor parti tal-Pulizija jagħmlu ħilithom kollha u xi kultant anke jagħmlu iktar minn dak mistenni minnhom, sabiex jaqdu lis-soċjeta` bl-aħjar mod. Imma naf ukoll li l-poplu dejjem jistenna aktar.Min-naħa tiegħi jiena determinat sabiex nagħti l-assistenza tiegħi ħalli ntejbu s-servizz li nagħtu liċ-ċittadin. Servizz li l-Korp ilu jagħti lil Malta għal mitejn sena sħaħ. Irrid niżgura wkoll li l-membri tal-Korp jiksbu l-ġieħ u r-rispett li ħaqqhom, aktar u aktar meta naf kemm tħabbtu wiċċkom ma’ sitwazzjonijiet diffiċli. Iżda lkoll konxji li l-ġieħ u r-rispett irridu naħdmu għalih kuljum, anzi kull ħin, bil-mod kif inġibu ruħna u kif inkunu ta’ servizz għall-poplu u għall-pajjiż.Dan huwa żmien impenjattiv, għaliex naf li waqt li qed nawguralkom l-isbaħ xewqat għall-

Milied u s-Sena l-Ġdida, intom ser tkunu iktar impenjati mill-kumplament tas-sena. Pero` dan m’għandux inaqqas mill-ispirtu ta’ dawn il-ġranet. Għalhekk, minn qalbi nawguralkom il-festi t-tajba.

Page 8: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 9: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

9Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

9Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Messaġġ mill-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija

Nibda biex nawgura lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija

u lill-familjari tagħhom, kif ukoll lill-ex membri tal-Korp, il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza.

Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp tal-Pulizija nixtieq nemfasizza li t-tmexxi-ja tal-Korp hija waħda diffiċli u delikata. Jien beħsiebni nagħti dak kollu li nista’ nagħti bħalma dejjem għamilt, u li permezz t’hekk, jien ġibt ħafna riżultati pożittivi fil-Korp.

Madankollu, l-ebda kap ma jista’ jkun tajjeb jekk jaħdem waħdu. Irid ikollu tim li jis-sapportjah u li jwassal il-miri li huwa jkun fassal. Għalhekk nemmen li għandu jkun hemm għaqda u ħidma flim-kien mill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija billi jkun hemm dedikazzjoni assoluta, onestà, integrità, lejaltà u sens ta’ esprit des corps minn kull wieħed u waħda minnkom.

Sfortunatament, l-isem tal-Korp mhux qed igawdi li-istima li jixraqlu. Dan jista’ jkun għal diversi raġunijiet fosthom nuqqas ta’ dixxip-lina u rispett lejn il-ġerarkija kif ukoll in-nuqqas ta’ kontabbilità lejn il-pubbliku. Huwa indispensabbli li terġa’ tikber il-fiduċja tal-pubbliku in ġenerali fil-Korp tal-Pulizija. Huwa l-għan ewlieni tiegħi li ngħaqqad ‘il-Korp f ’mentalita’ waħda b’dedikazzjoni u on-esta’ sabiex nerġa’ nnissel dak ir-rispett mill-pubbliku.

Nixtieq nagħlaq dawn il-kelmtejn tiegħi li filwaqt li nesiġi li d-drittijiet kosti-tuzzjonali tal-persuni sus-pettati b’reati kriminali jiġu mħarsa skupolożament, ir-rid nara wkoll li l-vittmi jiġu mħarsa u mogħtija kull-appoġġ waqt u wara r-reat.

Grazzi

Michael Cassar

Kummissarju tal-Pulizija

Page 10: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

10 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Page 11: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 12: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 13: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

13Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

FeatureFeature

Fl-4 t’Ottubru 2014, ġiet iċċelebrata l-ewwel Pass Out Parade fl-Akkademja l-ġdida li tinsab f ’Ta’ Kandja. Da-kinhar ħadu l-ġurament 78 raġel u 35 mara, li għal dawn l-aħħar sitt xhur kienu qegħdin jattendu kors ta’ taħriġ

sabiex isiru kuntistabbli u jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija.

Għal din iċ-ċerimonja attendew kemm il-Ministru Dr Emmanuel Mallia kif ukoll l-Aġent Kummissarju s-Sur Raymond Zammit, fost persuni oħra distinti u uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija.

Dawn il-pulizija ġodda ġew stazzjonati f ’diversi distretti madwar Malta u b’hekk ġiet imsaħħa l-preżenza tal-pulizija fil-lokalitajiet.

Minn hawn nifirħu lil dawn il-membri ġodda u nagħtuhom merħba fil-familja tagħna.

Dan l-aħħar...minn WPC 25 Charlene Cilia - CMRU

Page 14: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

14 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Fil-15 t’Ottubru 2014, fl-Officers’ Mess fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ingħataw il-ġurament 32 per-suna li reġgħu ngħaqdu mal-Korp bħala riservisti. 27 huma rġiel filwaqt li ħamsa huma nisa. Tmien irġiel minn dawn ir-riservisti huma eks-membri tal-Armata ta’ Malta.

F’din id-data wkoll, ingħaqdu lura mal-Korp bħala re-instated tliet persuni li wkoll ħadu l-ġurament.

Fil-ġranet li għaddew tħabbret il-promozzjoni tal-Assistent Kummissarju Sandro Zarb. Is-Sur Zarb dan l-aħħar kien qed iservi fil-kariga ta’ Supreten-dent fl-iskwadra Rapid Intervention Unit.

Fil-preżent hu ġie nkarigat mill-Protective Services u b’hekk għandu taħt il-kmand tiegħu s-Sezzjoni tal-Klieb u Żwiemel, il-Control Room, is-Sez-zjoni tat-Traffiku, il-Garaxx tal-Pulizija kif ukoll ir-Rapid Intervention Unit (RIU).

Nifirħu lill-Assistent Kummissarju Sandro Zarb fil-kariga tiegħu.

[email protected]

Page 15: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 16: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 17: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

17Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

FeatureFeature

Mistoqsija:Kif inhu mqassam il-vacation leave fil-Korp tal-Pulizija? Kif inhi eżatt il-proċedura li wieħed irid jagħmel sabiex ikun korrett fl-ibbukkjar tal-vacation leave?

Tweġiba:• Bħala regola ġenerali, il-membri tal-Korp huma ntitolati għal sitta u erbgħin (46) ġurnata vacation leave. Dawn jikkonsistu f ’erbatax (14)-il festa pubblika, u l-kumplament tnejn u tletin (32) ġurnata jistgħu jittieħdu skont il-bżonnijiet tal-individwu, dejjem jekk is-servizz ikun jippermetti;

• Il-vacation leave hu kkalkulat bħala ġranet u mhux bis-sigħat;

• Membri tal-Korp li jaħdmu ħinijiet tal-uffiċċju, jistgħu jibbenefikaw minn sitt (6) nofs ta’ nari leave li jridu jinqasmu tlieta (3) filgħodu u tlieta (3) wara nofsinhar;

• Membri tal-Korp li jaħdmu fuq bażi ta’ xift ta’ bejn disa’ (9) u tlettax (13)-il siegħa, tinqatgħalhom ġurnata u nofs vacation leave għal kull ġurnata leave li jieħdu, u l-għada jieħdu xorta l-frank li ma jinqatax (eż. xufiera tal-garaxx tal-Pulizija, Rapid Intervention Unit, eċċ);

• Il-vacation leave entitlement jinħadem fuq bażi ta’ pro-rata f ’każi speċifiċi u fuq bażi individwali, bħal pereżempju membri ġodda tal-Korp, re-instatements, meta individwu jkun ħa xi tip ta’ leave ieħor fis-sena (eż. leave tal-maternità, unpaid leave, riżenja, eċċ);

• Sabiex ikun hemm uniformità fl-ibbukkjar tal-vacation leave, kemm għall-individwu konċernat kif ukoll biex is-surġent maġġur inkarigat mid-detail of duties ikun jista’ jippjana diversi attivitajiet li jkun hemm fid-distrett jew branka relattiva, il-leave għandu jinfetaħ sa minn erba’ (4) xhur qabel;

• Fl-ebda każ m’għandu jingħata leave jekk ma jkunx

ġie approvat minn qabel, bil-miktub fuq il-formoli apposta. Ovvjament dan ma japplikax f ’każi ta’ emerġenza li dak li jkun jista’ jkollu;

• F’każ ta’ vacation leave fit-tul, il-ġranet off-duty ma jiġux ikkunsidrati bħala ġranet leave, jiġifieri ma jinqatgħux;

• Meta festa pubblika tinzerta tiġi s-Sibt jew il-Ħadd, din tinqata’ dejjem mill-entitlement tal-individwu, irrilevanti x’tip ta’ xogħol jew xift ikun dakinhar (xogħol, frank, eċċ);

• F’każ ta’ festa pubblika li tiġi f ’xi ġurnata fost il-ġimgħa, din tinqata’ biss mill-entitlement tal-individwu f ’każ li jinzerta xogħol. Filwaqt li meta l-individwu jkun imissu frank skont ir-roster tiegħu, din ma tinqatax;

• Fiċ-ċirkustanza meta wieħed ikun bis-sick leave, u tinzerta festa pubblika waqt dak il-perjodu ta’ sick leave, dik il-ġurnata tinqata’ bħala vacation leave u mhux sick leave;

• Bħala proċedura, meta wieħed jiġi biex japplika għall-vacation leave fil-ġranet tal-festa tal-belt jew raħal tiegħu, dan ikun preferut fuq il-kollegi tiegħu għal tlett (3) ijiem, jiġifieri lejlet il-festa, nhar il-festa u l-għada tal-festa. Dan ma jfissirx li l-individwu għandu d-dritt li jrid bilfors jieħu dawn il-ġranet, għax l-esiġenzi tas-servizz xorta jirbħu fuq kollox;

• It-talbiet għall-għoti tal-vacation leave, iridu jgħaddu kif ngħidu aħna through proper channels and chain of command, jiġifieri għand is-surġent maġġur u l-fizzjali nkarigati mit-tmexxija ta’ dak id-distrett jew branka;

• L-approvazzjoni għall-vacation leave lokali, kemm f ’Malta kif ukoll għal Għawdex, jingħata mill-fizzjali inkarigati, filwaqt li dak għas-safar u/jew waqt xi ordni ta’ stop-leave jingħata mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani, Kwartieri Ġenerali;

Kont taf li....minn SM 128 Joseph Farrugia għar-Riżorsi Umani

Page 18: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

18 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

• Fit-talbiet għall-vacation leave tas-safar, apparti mid-dati relattivi, għandu jiġi indikat l-indirizz li fih l-individwu se jkun qed jirrisjedi, kif ukoll numru tat-telefon jew ċellulari biex f ’każ ta’ emerġenza jkun jista’ jsir kuntatt. Hu importanti wkoll il-fatt li l-individwu jrid iġib l-approvazzjoni għall-vacation leave qabel ma jibbukkja t-titjira u l-akkomodazzjoni relattiva;

• Importanti li meta wieħed ikun ibbukkja l-vacation leave, u dan ikun approvat, xorta għandu jimxi mal-proċedura li jċempel ta’ kuljum għad-detail of duties fl-għassa jew branka li hu stazzjonat fiha;

• Minħabba n-natura tax-xogħol tal-pulizija, parti mill-vacation leave tista’ tiġġedded minn sena għall-oħra, wara li jkun hekk ġie approvat mill-Kummissarju tal-Pulizija u wara li jkun ġie żgurat li jkun hemm raġuni valida;

• Fil-bidu tax-xahar ta’ Jannar ta’ kull sena, jintalab rendikont dettaljat lis-surġenti maġġuri kollha nkarigati miż-żamma tar-records tal-vacation leave, u dan sabiex jiġu vverifikati ċerti dettalji li jistgħu wkoll ikunu suġġett għal stħarriġ mill-Awditur Ġenerali. Għalhekk hu importanti li l-individwu jara u jiffirma l-kartuna tal-leave tiegħu, flimkien mad-detail officer, fi żminijiet raġonevoli;

• Bħala referenza wieħed jista’ jara ċirkularijiet GHQ nru. 11/2014, 77/2013, 97/2010, 50/2010, 105/2009 u 117/2007.

[email protected]

Feature

Page 19: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 20: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 21: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

21Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Page 22: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

22 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Ma jistax jonqos li kull membru tal-Korp tal-Pulizija kien jaf lill-eks WPC 189 Victoria Gili, jew kif kienet magħrufa aħjar bħala Vicky.

Vicky kienet tħaddan valuri sodi. Kienet dejjem onesta, ħabrieka u min ħadem magħha kif ħdimna aħna nistgħu bla tlaqliq ta’ xejn ngħidu li kienet mara organizzata u tal-affari tagħha ħafna.

Kienet ilha taħdem fis-sezzjoni tagħna tas-Central Immigration Office għal 14-il sena sħaħ u għal dawn l-aħħar seba’ snin kienet taħdem fl-Uffiċċju tal-

Istatistika. Ma jistax jonqos li matul dawn l-14-il sena, li ħadmet magħna għaddejna minn ħafna esperjenzi u memorji kemm sbieħ u kemm mhux daqstant.

Vicky kienet waħda minn ta’ quddiem biex tagħti eżempju tajjeb fl-ilbies u ċjoè fl-uniformi, dejjem smart, pulita u b'dik id-daħka fuq wiċċha. Dejjem lesta biex taqbeż għad-drittijiet tagħha u tal-kollegi.

Ftit wara li bdejna din is-sena ġiet fl-uffiċċju tagħna kif dejjem kienet tħobb tagħmel, u staqsietna jekk fil-brejk irridux immorru magħha nisimgħu quddiesa Sarria. Din kienet turning point għalina fl-uffiċċju, għax minn dakinhar bqajna mmorru regolari għall-quddiesa u dan kollu grazzi għal mertu ta’ Vicky.

Niftakar tajjeb li l-ewwel darba li morna magħha għall-quddiesa, hekk kif ħrigna barra mill-uffiċċju ħarset ’il fuq u tefgħet bewsa lejn is-sema u qalet Thank you Jesus inwiegħdek li nipprova nġib id-Depot kollu jisma’ l-quddiesa.

Waqt il-ħin tax-xogħol kienet tagħmel minn kollox biex tnaqqas naqra mill-istress li kien ikollna fl-uffiċċju u dan billi kienet taqbad tkanta jew tqabbel xi frażi kif kienet taf tagħmel tajjeb hi, u nista’ ngħid li bi kliemha kienet tifqa’ lil kulħadd bid-daħk.

Kienet ta’ eżempju kbir fost l-oħrajn għal ħutha u n-neputijiet tagħha, li kienet tħobb b’tant għożża.

Kien sewwa sew is-16 ta’ Ġunju ta’ din is-sena li ħadna l-aħbar kera mingħandha stess li ħakmitha l-marda tant kiefra tal-kanċer. Nista’ ngħid li konna mmorru narawha sew meta kienet l-Isptar Mater Dei u sew meta kienet l-Isptar Boffa u kont issibha dejjem lesta biex tgħid kelma u tidħak, għalkemm kienet għaddejja minn tbatija kbira.

Ma tantx damet magħna, għax minn meta qaltilna bil-marda, tliet xhur biss wara u eżatt fit-23 ta’ Settembru,il-Mulej għoġbu jsejħilha biex bla dubju ta’ xejn tmur tingħaqad miegħu flimkien mal-għeżież tagħha.

Tajjeb li kulħadd ikun jaf li mill-ġbir li sar, ingħatat is-somma ta’ €1,417.67 lil Vicky meta kienet għadha magħna u nġabar ammont ieħor għall-funeral, li minnhom għamilna kuruna sabiħa u l-kumplament li kien fadal ingħatat donazzjoni ta’ €130 lill-Moviment Hospice.

Niket il-KorpCentral Immigration Office

Page 23: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

23Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Mill-ġbir kollu ngħatat ukoll is-somma sabiħa ta’ €1,512 lill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani, peress li l-maħbuba tagħna Vicky laħqet ġiet nieqsa. Dawn mistennija mmorru donazzjoni għall-Istrina.

Filwaqt li minn qalbna nirringrazzjaw lil kulħadd għall-kooperazzjoni u l-għajnuna tagħkom f ’dan iż-żmien hekk diffiċli, nitolbukom iżżommu lil Vicky Gili fit-talb tagħkom.

[email protected]

Feature

Page 24: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 25: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 26: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 27: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

27Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Ix-xogħol tal-pulizija jinvolvi li jkun espost

għal sitwazzjonijiet li jikkawżaw problemi

emozzjonali sinifikanti. Meta wieħed ikollu

ħafna xogħol u jaffaċċja qagħdiet diffiċli,

li wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu ma tingħatax

prijorità. Li tieħu ħsieb tiegħek innifsek tinvolvi li

tieħu ħsieb is-saħħa fiżika, psikoloġika u emozzjonali.

Tfisser ukoll li wieħed għandu jibqa’ attiv billi jagħmel

affarijiet li huma importanti għalih, bħal jiltaqa’ mal-

ħbieb u l-familja; jipparteċipa f ’attivitajiet fiżiċi, kif

ukoll billi jiffoka fuq il-ħiliet u t-talenti tiegħu. Stil

ta’ ħajja b’saħħitha hi element importanti tal-kura

tiegħek innifsek.

Il-kura tiegħek innifsek hi xi ħaġa suġġettiva u

personali, fejn wieħed jagħraf dawk l-attivitajiet li

jħossu komdu u ferħan li jipparteċipa fihom. Biex din

il-kura tkun effettiva, tajjeb li jkollok livell tajjeb ta’

għarfien tiegħek innifsek. Importanti li tkun kapaċi

tagħraf sinjali fik innifsek bħal rabja, nuqqas ta’

motivazzjoni u diffikultajiet ta’ rqad. Għaldaqstant

li tagħraf l-impatt ta’ stress fuq il-ħajja tiegħek hu

importanti ħafna għall-kura tiegħek innifsek.

Ftit eżempji tal-attivitajiet li bihom tista’ tieħu ħsieb

tiegħek innifsek jinkludu li:

• Issib ħin għalik innifsek;

• Tagħmel affarijiet li jogħġbuk;

• Tieħu sehem f ’eżerċizzji fiżiċi;

• Tkun assertiv u titgħallem tgħid le;

• Tqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja u l-ħbieb.

Kura tiegħek innifsek fi żmien

il-Festi tal-Milied.

Il-festi tal-Milied jistgħu jkunu perjodu stressanti

għal xi wħud. Bosta nies iħossu ħafna pressjoni li

jkunu ferħanin u li jieħdu gost b'dawn il-festi. Hemm

aspettattivi għoljin bl-idea li kulħadd qed jgħix f ’familja

ideali u li qed jiċċelebra bl-aħjar mod possibbli. Mhux

talli jista’ dan iż-żmien ikun stressanti, iżda ħafna

jnaqqsu mill-affarijiet li normalment jagħmlu biex

jindirizzaw l-istress fil-ħajja tagħhom. Ħafna drabi

nispiċċaw nieklu u nixorbu b’mod eċċessiv, innaqqsu

l-eżerċizzju fiżiku u nonfqu ħafna iktar flus mis-soltu.

Ir-riżultat hu li tħossok iktar vulnerabbli u l-kura

tiegħek innifsek tkun f ’riskju. Fil-fatt, li wieħed iħossu

waħdu f ’dawn iż-żminijiet ta’ festi hi komuni għax

hemm individwi li jistgħu jkunu għaddejjin minn

xi telfa ta’ xi ħadd għażiż, diffikultajiet fil-familja u

separazzjoni mill-għeżież tagħhom.

Dawn huma xi modi kif wieħed jista’ jieħu ħsieb

tiegħu nnifsu waqt dan iż-żmien ta’ festi:-

Fittex il-kumpanija

L-aħjar mod li tiġġieled is-solitudni hi li titħallat ma’

nies oħra minkejja li tkun tixtieq tiżola ruħek minn

ħaddieħor. Għalhekk tajjeb li tagħmel telefonata lil xi

ħabib tal-qalb tiegħek, oħroġ ħu kafè jew ixtri xi rigali.

Aqsam is-sentimenti Kun onest mal-persuni li tafda, u għidilhom li qed tħossok waħdek. Li tiżvela dawn is-sentimenti jaf ikun intimidanti iżda bosta nies japprezzaw l-onestà tiegħek u jkunu jridu jgħinuk.

minn Stelmart Khalil - ESP Unit Co-Ordinator Employee Support Programme Unit

L-importanza li tieħu ħsieb tiegħek innifsek

Page 28: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

28 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Għaraf il-bżonnijiet tiegħekKun ċar fil-bżonnijiet tiegħek mal-oħrajn, kemm jekk tkun trid ftit ħin għalik jew ix-xewqa li tagħmel kuntatt ma’ ħaddieħor. Is-solitudni hi aggravata meta l-bżonnijiet tagħna ma jkunux milħuqa. Għalhekk ilħaq u esprimi l-ħtiġiet tiegħek ma’ dawk qrib tiegħek.

Evita l-midja soċjaliLi tqabbel ħajtek ma’ ta’ oħrajn fuq il-midja soċjali hu mod ċert li tħossok ħażin, speċjalment meta n-nies għandhom it-tendenza li jaqsmu l-ħajja ‘perfetta’ tagħhom fuq il-midja soċjali li toħloq aspettativi li huma iebsa li jintlaħqu u diżappuntanti meta ma jkunx il-każ.

Ħu ħsieb tiegħek innifsek Iffoka fuq il-ħarsien tiegħek innifsek – orqod biżżejjed, ħu sehem f ’attività fiżika u sib ħin fejn tirrilassa u tinqata’ ftit għalik waħdek.

Fittex appoġġ professjonaliJekk qed tesperjenza solitudni intensiva, appoġġ professjonali u counselling jistgħu jgħinuk tħossok aħjar u iktar konness. Il-counselling hu importanti biex tkun taf lilek innifsek u tiżviluppa aħjar.

Aħna lkoll fl-Employee Support Programme nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nixtiequ lilkom u lill-għeżież tagħkom Milied Hieni u l-Festi t-tajba.

Għal aktar informazzjoni u appoġġ jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 2200 1210 jew fuq

[email protected]

[email protected]

Page 29: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 30: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 31: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 32: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

32 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Page 33: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

33Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Page 34: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 35: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

35Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Meta Għandha Tagħmel Użu mill-Manetti l-Pulizija? minn Dr Mark Said - Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-użu tal-manetti dejjem meħtieġ? Hemm xi eċċezzjonijiet għar-regola? Meta tista’ l-Pulizija titħalla ma timmanettjax lil individwi taħt suspett?

Il-Pulizija tingħata ċerti setgħat. U bl-għoti ta’ dawk is-setgħat lill-pulizija, nistennew ċerti affarijiet mingħandhom bhala kumpens. Pereżempju, nistennewhom li jħarsuna. Il-Pulizija tuża l-awtorità tagħha tal-arrest sabiex tħares lill-pubbliku billi tinforza l-liġijiet u jarrestaw lil min jikser dawk il-liġijiet. U waqt li twettaq id-dmir tagħha maħluf li jżommuna żguri, il-Pulizija jinħtiġilha wkoll li żżomm lilha nnifisha ħielsa mill-periklu. Għalhekk, waħda mill-affarijiet li tagħmel sabiex tħares lilha nnifisha u lilna wkoll, hi li timmanettja lil min tkun arrestat.

Ġeneralment, il-Pulizija dejjem għandha titħalla timmanettja lis-suspettati arrestati. Hi x’inhi r-raġuni tal-arrest, qatt ma tkun taf l-arrestat x’beħsiebu jagħmel. Iċ-ċirkustanzi tal-arrest jafu jidhru xejn serji għall-pulizija, iżda fl-istess waqt jafu jfissru d-dinja kollha għal min hu fil-kustodja. L-arrestat jaf iħares lejn l-arrest bħala r-rovina ta’ ħajtu, taż-żwieġ, ta’ xogħlu, jew ta’ kull ħaġa oħra. Jaf sempliċment ikun irid juri li b'danakollu hu aktar intelliġenti mill-pulizija. Jaf jixtieq jevita l-arrest minħabba xi ħaġa aktar serja milli tista’ tobsor il-Pulizija. Hemm ħafna aspetti dwar x’jista’ jagħmel dak li jkun, ġaladarba arrestat, u m’hemmx mod kif il-Pulizija tkun taf x’ikun għaddej minn moħħ l-arrestat. Ħaġa waħda biss li l-Pulizija tkun taf fiċ-ċert. Kulħadd jittanta jaħrab jekk tiġih l-opportunità u jkollu kuraġġ biżżejjed. Hu min hu. Il-Pulizija ma tistax telimina l-ħajra. Jistgħu biss iwarrbu l-opportunità.

Uffiċjal tal-Pulizija li jħalli lil xi ħadd jaħrab mill-kustodja tiegħu ma jkunx qed iwettaq dmiru li jzommna ħielsa mill-periklu. Hemm ħafna eżempji ta’ x’jiġri meta xi ħadd arrestat jaħtaf l-opportunità mogħtija lilu fuq platt tad-deheb mill-pulizija billi ma jagħmlux użu mill-manetti.

Każi li seħħew lil hinn minn xtutna: priġunier mhux immanettjat kien qed jiġi ttrasportat fl-Ingilterra, meta tella’ l-handbrake tal-karozza b’mod li nqalbet u kuntistabbli spiċċa tilef ħajjtu. Darb'oħra, żewġ uffiċjali

tal-Pulizija f ’Massachusettes, skortaw raġel minn ħanut wara l-arrest tiegħu b’mandat. Ir-raġel għall-ewwel telaq mill-ħanut mal-uffiċjali minn jeddu, u għalhekk ma ġiex immanettjat. Hekk kif l-uffiċjali kienu qed jeskortaw lir-raġel lejn il-karozza tagħhom, dan ħarab. Fil-ġirja warajh, wieħed mill-uffiċjali sofra feriti serji f ’għonqu. U darb'oħra, pazjent minn Sptar Mentali fi New York kien qed jiġi ttrasportat mingħajr manetti għall-appuntament regolari mediku tiegħu, iżda ħarab. Il-pazjent kellu storja vjolenti twila. Għal sigħat sħaħ, il-pazjent -- mentalment żbilanċjat -- kien maħrub qalb il-pubbliku.

Kull min jaħrab mill-kustodja tal-pulizija għax ma jkunx miżmum kif suppost, ikun qed jaħrab lura fis-soċjetà. Lura fejn ikun jista’ jkompli jagħmel ħsara lil vittmi innoċenti. Il-Pulizija teħtieġ tħares lis-soċjeta'; lilna, minn aktar periklu. Mhix biss ħtieġa, iżda dmir. U biex iwettquh, huma jridu jżommu lill-arrestati bil-manetti, u b’miżuri oħra skont il-każ.

Dan mhux dejjem jinżel tajjeb ma’ dak li jkun. Xi ħadd li jkun imwaqqaf minn uffiċjal minħabba veloċità eċċessiva u li jkun fi triqtu biex jara lil ommu moribonda, u din hi l-unika opportunità li għandu biex jilħaqha, ser jieqaf u jħalli lill-uffiċjal jittratenih, jew se jaħrab fi triqtu? U l-uffiċjal, kif se jkun jaf?

Il-Pulizija mistennija twettaq dmirijietha bl-aħjar mod possibbli sabiex tinforza l-liġijiet tagħna u żżommna ’l bogħod mill-periklu. Li tħalli l-opportunità lil dak li jkun biex jaħrab u possibbilment jikkommetti aktar reati jkun nuqqas tal-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijietha.

Kiefra kemm tinstema’ kiefra, il-Pulizija ma tistax tgawdi l-lussu li tipprova teddeċiedi jekk lil min qed jarrestaw hux ‘bniedem t’għemil tajjeb’ li mhux se jittanta jaħrab. Kieku kien faċli tiddistingwi bejn in-nies ‘twajba’ u n-nies ‘ħżiena’ ma kienx ikollna bżonn tal-Pulizija fl-ewwel lok. Iżda għandna bżonnha. U għandna bżonnha biex tħares lis-soċjetà u żżommha ħielsa mill-perikli. L-immanettjar mhux kastig. Huwa mezz ta’ protezzjoni, miżura meħtieġa ta’ sigurtà li għandha dejjem tiġi osservata kull meta l-Pulizija jkollha tesegwixxi arrest.

[email protected]

Page 36: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 37: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

37Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Pa©na g˙at-Tfal

Dawk il-membri tal-Korp li għandhom it-tfal u jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom f ’din il-paġna, permezz ta’ kitba jew tpinġija relatata mal-Korp tal-Pulizija, jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu kuntatt mal-Bord Editorjali fuq [email protected]

Winona AttardMcCarthy13-il sena

Page 38: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Ġrajja Straordinarja fl-Isptar Ċentrali

Page 39: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Forsi għal dawk li sa issa għadhom ma jafux biżżejjed u jinteressahom xi ftit mill-ġrajjiet u fat-ti storiċi li seħħew fil-bini preżenti fejn jinsab il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, tajjeb li jaqraw dan l-artiklu. L-oriġini tiegħu tmur lura lejn l-1725/37, fi żmien it-tmexxija tal-Gran Mastru Portugiż, An-

ton Manuel de Vilhena, meta fuq inizjattiva tiegħu bena u waqqaf istituzzjoni - li f ’dawk iż-żminijiet, kellha l-iskop li tiġbor lix-xebbiet u nisa fqar, ma’ oħrajn b’xi problema soċjali - sabiex tkun ta’ kenn u residenza għalihom.

B’xi mod, din l-inizjattiva setgħet kienet ukoll kontin-

wazzjoni ta’ waħda mill-missjonijiet li kellhom is-Sorijiet Franġiskani, magħrufin aħjar bħala s-Sori-jiet tal-Madalena, minħabba l-ħidma li kellhom mal-prostituti, nisa fqar u oħrajn bi problemi varji tal-ħajja. Il-monasteru tagħhom kien fil-Belt Val-letta, viċin Forti Sant Iermu. Dwar dan is-suġġett, li hu fattur ieħor interessanti mill-istorja ta’ pajjiżna, wieħed jinħtieġ ġustament kapitlu għalih.

Il-Konservatorju, bl-iskop filantropiku beda jissejjaħ ‘Casa d’industria’.

L-isem innifsu jindika li f ’dan il-bini kien għaddej xi tip ta’ xogħol. Fil-fatt kienu jiġu pprattikati ċerti snajja’, bħalma huma fost l-oħrajn il-ħjata, ir-rakkmu, l-insiġ, xogħol bis-suf, qoton eċċ. Fi ftit taż-żmien wara, dawn ix-xebbiet iltiema ma’ oħrajn li spiċċaw hemm minħabba li ntlaqtu minn xi żvintura milli kienet taf tofri l-ħajja f ’dawk iż-żminijiet; beda jrendi lilhom qligħ u introjtu tajjeb għall-istess istituzzjoni, kif ukoll għalihom person-

ali. Fl-1824, il-Gvernatur Ingliż ta’ dak iż-żmien, Sir Francis Rawdon Hastings, kompla bil-proġett nob-bli ta’ de Vilhena, billi kabbar l-inizjattivi tas-snajja’, waqt li żied ukoll in-numru ta’ tfajliet u ltiema f ’din id-dar, jew aħjar iċ-Ċentru tas-Snajja’, li f ’dak iż-żmien po-polarment beda jissejjaħ ukoll bħala ‘l-Abazija tas-Sultan’ (Romans - mill-Isqalli, Aba-zzia). Iżda bħalma jiġri ħafna drabi, inqalgħu l-intoppi ma’ diffikultajiet oħrajn u għalhekk ittieħdet id-deċiżżjoni li jittieħdu fi stitut ieħor fil-Belt.

Wara kważi mitt sena li serva bħala dar, ċentru ta’ snajja’ u kummerċ, fl-1 ta’ Novembru tal-1848, beda jilqa’ fih nies morda u għalhekk minn post magħruf bħala l-‘Abazija tas-Sultan’, issa ngħata l-isem ta’ ‘L-Isptar Ċentrali’.

Ftit tas-snin wara, minn meta beda jopera bħala sptar; fl-1854 waqt iż-żjara li kellha f ’Malta l-magħrufa Florence Nightingale; fundatriċi għall-prattiċi moderni tal-infermiera, għamlet żjara f ’dan l-isptar. Kif nistgħu nimmaġinaw, bħalma għamlet kull fejn marret, ma setgħetx ma għamlitx ukoll f ’Malta; billi tat l-għajnuna tagħha fl-organizzazzjoni ta’ dan l-isptar u tal-istess infermi-era. Matul iż-żmien li għamlet Malta, kienet żaret ukoll l-isptar San Vincenz de Paul.

39Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Ġrajja Straordinarja fl-Isptar Ċentraliminn SM 1133 Joseph Borg – Kwartieri Ġenerali

Sir Francis Rawdon Hastings

Anton Manuel de Vilhena

Florence Nightingale

Page 40: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

40 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Ġrajja straordinarja fil-kappella tal-isptar

Fatt storiku u straordinarju kien seħħ fil-kappella ta’ dan l-istess sptar. F’dawk iż-żminijiet, it-tmexxi-ja u x-xogħol b’mod ġenerali ta’ dan l-isptar kien f ’idejn is-Sorijiet tal-Karità. Is-superjura ta’ dawn is-sorijiet, li kienu wkoll residenti f ’dan l-istess post, kienet Suor Paola Alieri. Din is-soru kienet maħkuma minn mard serju u terminali, hekk kif kienet dikjarata wkoll mit-tobba Maltin.

Kien wasal il-jum mistenni għas-sorijiet ta’ din il-kongregazzjoni; it-23 ta’ Mejju 1926, f ’dak il-jum li l-Knisja Kattolika bbeatifikat lil Sour Giovanna An-tida Thouret, fundatriċi tal-istess Sorijiet tal-Karità. Għal din l-okkażjoni kommoventi, is-sorijiet tal-Isptar Ċentrali ħarġu lill-Madre tagħhom minn ka-mritha fuq siġġu u ħaduha fil-kappella fejn kellha ssir ċerimonja ta’ radd il-ħajr ’l Alla, għal din il-be-

atifikazzjoni ta’ Antida Thouret. Ġara li f ’ħin minnhom u pro-prju waqt it-te deum, il-Madre; minn persuna mitluqa għall-mewt, b’qalbha maqsuma u bla tama, iżda biss b’rassenjazzjoni għar-rieda tal-Mulej, bdiet tħoss bidla ġewwa fiha, ta’ rbit jinħall mill-mard kiefer li kellha. Dak il-ħin stess, minn kif kienet fil-kappella, din id-darba b’qalb

maqsuma, iżda b’ferħ minħabba l-fejqan li kien qiegħed iseħħ, infexxet tibki u niżlet għarkupptejha titlob, tirringrazzja ’l Alla u lill-Beata Fundatriċi tagħha, għall-fejqan li kien għadu kif sar magħha. Dawk kollha li kienu fil-kappella lkoll baqgħu mistgħaġba. Paula Alieri, minn dak il-ħin stess, qa-met u bdiet miexja weħidha, mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd. Wara, jingħad li marret ukoll ma’ sħabha biex tiekol fir-refettorju. Ċertament li kien miraklu mwettaq b’intervent divin mill-beata l-ġdida. Hekk kien ġie dikjarat ukoll mit-tobba Maltin u barranin li ntbagħtu mill-kongregazzjoni għall-qaddisin, sa-biex jeżaminaw lill-Madre tal-Isptar Ċentrali.

Żewġ każi ta’ fejqan li dehru mirakolużi kienu ġraw f’malta.

Bejn it-3 u 17 ta’ Ġunju 1928 kien ġie Malta l-Professur Sympa, tabib delegat għall-proċess ap-postoliku, sabiex jistudja bir-reqqa dawn il-każi mirakolużi li kienu saru bl-interċessjoni tal-Beata Madre Fundattriċi. Il-każ l-ieħor kien dwar Karme-lina Cassar, tifla żgħira mill-Imsida.

L-Arċisqof Mawru Caruana u tliet Monsinjuri li ssejħu bħala mħallfin, flimkien ma’ assistent pro-motur tal-kawża, nutar u tabib delegat minn Ruma, tlaqqgħu sabiex jistudjaw dawn il-każi. Is-sezzjoni-jiet kienu bejn it-3 u 6 ta’ Ġunju, fl-Isptar Ċentrali stess. Ġie kkonfermat li kien sar miraklu tassew, sabiex Suor Paola Alieri fieqet mill-mard gravi li kellha fuqha. L-approvazzjoni ta’ Ruma għall-miraklu ta’ din is-soru kien pass importanti ħafna lejn il-konklużjoni tal-proċess sabiex il-fundatriċi tiġi dikjarata qaddisa.Fil-fatt il-Beata Thouret kienet ġiet iddikjarata bħala qaddisa ftit wara. Favur tagħha jkollha wkoll miraklu ieħor, dikjarat li seħħ bl-interċezzjoni tagħha fl-istess jum tat-23 ta’ Mejju 1926, f ’Napli.

Il-post tal-kappella fejn sar il-miraklu

Fil-post eżatt fejn twettaq dan il-miraklu, illum insibu l-Uffiċċju Legali tal-korp. Fi żmien meta l-post kien sptar, il-kappella kienet fis-sular ta’ fuq; preċiżament fuq il-kappella li għandna llum, li hi ddedikata lis-Santissimu Kurċifiss.

Fil-fatt, wieħed għadu sal-lum jista’ jara xi orna-menti fil-ġebla, bħal dawk li nsibu fil-knejjes u l-kappelli. Fil-post fejn illum insibu l-kappella, fiż-żmien li qed insemmu, kien hemm l-Ispiżerija Ċentrali.

Suor Giovanna Antida Thouret

[email protected]

Page 41: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 42: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 43: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

43Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Attivitajiet Sportivimill-Malta Police Sports Committee

Il-Ġimgħa l-10 t’Ottubru 2014 fil-Victor Tedesco Ground, il-Ħamrun, intlagħbet logħba ta’ ħbiberija bejn il-Pulizija ta’ Malta u A.S. Siracusa Calcio eks Berretti. Din kienet it-tieni darba li ltqajna f ’Malta għal-logħba ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ timijiet, fejn dejjem tiġġedded il-memorja tal-minuri Taljana ‘Alexia’, li ħalliet din id-dinja f ’età tenera wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-marda qer-rieda tal-kanċer.

Għalkemm il-logħba ntrebħet bl-iskor ta sitta bit-tnejn għall-pulizija, l-importanti kien il-ħsieb wara din il-logħba u li ntlagħbet f ’ambjent sportiv. Għan-naħa tal-pulizija skurja darbtejn PC 121 J. Vassallo, PS 1187 Omar Zammit, PC 123 R. Vassallo, PC 1214 Mal-colm Brandon Sammut u PC 280 Justin Muscat.Għal-logħba li jmiss li hi maħsuba għall-aħħar ta’ Marzu 2015, il-logħba ser issir fi Sqallija.

L-iskop tal-Kumitat Sportiv hu li permezz ta’ diversi dixxiplini sportivi, fosthom il-logħba tal-futbol, titkabbar il-ħbiberija mal-Forzi oħra tal-Ordni ’l barra minn dawn il-gżejjer biex tintuża

d-dixxiplina sportiva ħalli tikber il-familja taż-żamma tal-ordni, u l-ħbiberiji jitkattru sabiex per-

mezz t’hekk ukoll, il-kriminalità u l-vizzji qerrieda jiġu immini-mizzati.

Impenn ta' partecipazzjoni lokali u esteru - logħba ta' ħbiberija• Pulizija ta’ Malta vs. A.S. Siracusa Calcio ex Berretti

Page 44: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Impenn Lokali – fil-league tal-futbol• Malta Employment Sports Association (M.E.S.A) Bħas-snin preċedenti, il-Pulizija ta’ Malta se terġa’

tieħu sehem fil-league organizzat mill-Malta Em-

ployees’ Sports Association. Jidher li hu fatt storiku

li ż-żewġ timijiet tal-pulizija li jikkompetu f ’dan il-

league se jiltaqgħu kontra xulxin. Dan se jseħħ għax

iż-żewġ timijiet qegħdin fl-istess diviżjoni, għax

it-tim tal-Pulizija ‘A’, is-sena l-oħra kien irrelegat

mill-ewwel diviżjoni. Barra minn hekk, it-tim tal-

Pulizija ‘B’ spiċċa biex tilef il-logħba deċiżiva biex jit

la’ mit-tieni diviżjoni għall-ewwel diviżjoni.

Fl-istess diviżjoni li qegħdin fiha, iż-żewġ timijiet tal-

pulizija, jiġifieri t-tieni diviżjoni, hemm magħhom

it-timijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta ‘B’, l-Air Malta,

tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, tal-Protezzjoni Ċivili, tad-

Dwana, tal-Awtorità tad-Djar, u ta’ Transport Malta.

Diversament mis-snin ta’ qabel, il-logħob kollu

se jsir fil-grounds ta’ Pembroke u Ħal Għargħur

fuq bażi ta’ 8-a-side. Mill-indikazzjonijiet pre-

liminari jidher li t-tieni diviżjoni se tkun waħda

kumbattuta, u diffiċli tgħid liema huma ż-żewġ

timijiet li jistgħu jkunu promossi għall-ewwel

diviżjoni. Iż-żmien jagħtina parir, mhux hekk!

44 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Ħsieb - żgħir u importanti • Attivitajiet sportivi – biżżejjed u/jew le?

Il-Kumitat analizza li qed ikun hemm nuqqasijiet ta’

parteċipazzjoni f ’attività sportiva mill-membri tal-

Korp, l-aktar mis-sess femminili u l-uffiċjali. Dan

jista’ jkun riżultat ta’ żewġ raġunijiet partikulari bħal:

li l-Kumitat mhux jorganizza biżżejjed attivitajiet

sportivi u/jew l-attivitajiet sportivi ma kinux jilħqu

lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija.

Għalhekk, barra li l-Kumitat jagħraf li għandu jkun

kommess aktar fl-organizzar ta’ aktar attivitajiet

sportivi, iħoss li għandhom ikunu wkoll il-membri

tal-Korp li jagħtu l-parti tagħhom billi jindikaw atti-

vitajiet sportivi li jixtiequ li jiġu organizzati fil-futur.

Għal dan l-iskop, il-Kumitat jistenna bil-miktub lill-

membri kollha jindikaw x’attivitajiet sportivi jixtiequ

jkunu organizzati. Iżda fl-istess nifs, il-parteċipazzjoni

tal-membri tal-Korp għandha tkun waħda aktar

inkorraġġanti. Qiegħda tiġi annessa formola li biha

kull membru tal-Korp jista’ jagħti t-tagħrif meħtieġ

(ara paġna 45)

Feature

Page 45: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

45Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

• Is-saħħa – waqt u ’l barra mid-doveri u mir-responsabbiltajiet

Hu fatt li jidher, li wara li l-membri tal-Korp ittemmu

l-perijodu fl-Akkademja, qisu fenominu li jintiret,

li l-attenzjoni tal-figura u l-piż tiġi xi ħaġa sekond-

arja. Il-Kumitat żgur mhux qiegħed b’xi mod jipponta

subgħajh, għax żgur hemm iżjed swaba’ jippuntaw

lejh. Iżda, bħala kumitat sportiv iħoss li għandu

jfakkar fil-bżonn li nkunu fiżikament u medikament

b’saħħitna. Hu żgur li biex wieħed jieħu ħsieb tiegħu

nnifsu m’għandux għaliex jagħmel għeġubujiet, iżda

jagħraf u jifhem il-ħtieġa ta’ dan. Huwa diġà pass kbir

’il quddiem. Aktar minn hekk, il-Kumitat iħeġġeġ

lill-membri, jużaw il-ħin liberu tagħhom tajjeb u jsi-

bu ħin li jħarsu l-figura u l-piż tagħhom; barra mill-

fatt li jaraw x’jieklu matul il-ġurnata. Wieħed għandu

jara li jiekol ikel ideali u bnin għas-saħħa u jevita ikel

li joħloq problemi fil-futur.

Żgur u mhux forsi, il-Kumitat m’għandux fi ħdanu

nies esperti fil-qasam ta’ saħħa u dak mediku, iżda hu

possibbli li jagħmel minn kollox biex jistieden nies

professjonali fil-qasam u jingħata tagħrif aħjar f ’dan

is-settur. Biex isir dan, hu meħtieġ is-sehem ta’ kull

membru fil-Korp tal-Pulizija, mill-kbir saż-żgħir.

Insellmulkom

Formola – aqta’ hawn

Distrett u/jew Sezzjoni …………………………………………………………………………………………………

Attivita Sportiva mixtieqa

(a) ………………………………………………………………………………………………………………………

(b) ………………………………………………………………………………………………………………………

(c) …………………………………………………………………………………………………………………………

Kumment / Suġġeriment

……………………………………………………………………………………………………………………………

……………………………………………………………………………………………………………………………

Attivitajiet Sportivi Oħra

Feature

Page 46: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 47: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 48: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

48 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Page 49: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

49Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Apprezzamenti u kommendazzjonijiet lill-Pulizija

Page 50: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 51: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

51Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Minħabba li l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija kien iservi bħala l-Isptar Ċentrali ta’ Malta fl-

1941, inħasset il-ħtieġa mill-awtoritajiet, li jitħaffer xelter sabiex fih ikunu jistgħu jsiru u jibqgħu għaddejjin ċerti interventi mediċi, l-aktar dawk intensivi; bħalma kienu operazzjonijiet urġenti u oħrajn li ma setgħux jistennew ħafna, ma’ diversi interventi oħra ta’ kura partikulari li waqt dan il-perijodu ta’ intervent, il-pazjent ma jkunx jista’ jiġi mċaqlaq minn post għall-ieħor.

Wieħed irid iqis u jimmaġina x’jista’ jiġri ladarba tkun bdiet jew se tibda operazzjoni fuq pazjent u jkollhom jiefqu sabiex tmur issib kenn f ’xelter bil-pazjent b’kollox, minħabba li naturalment hekk ikun neċessarju f ’mument li qed joqrob attakk mill-ajru. Kif ikkalkulat, dan ix-xel-ter li għandu kobor fuq medda ta’ 45 metru, b’40 metru

fih 15-il kamra b’funzjonijiet differenti, b’kuritur ċentrali ma’ oħrajn sekondarji. Fih żewġ entraturi jew bokok prinċipali u tnejn oħra ta’ emerġenza, li wieħed seta’ jit-la’ minnhom permezz ta’ garigor tal-konkos. Din kienet inġinerija Ingliża, ispirata mill-istruttura ta’ garigor tra-dizzjonali Malti magħmul mill-ġebla tal-franka, li kienu draw jaraw l-Ingliżi f ’diversi binjiet fi żminijiet li kienu ilhom hawn Malta.

Fost dawn il-kmamar imħaffrin f ’dan ix-xelter, insibu

b’mod prinċipali żewġ teatri tal-operazzjonijiet u kon-tro-kamra żgħira, fejn wieħed kien isib żewġ mejjilli taċ-ċeramika kbar, fejn il-kirurgi u l-assistenti tagħhom kienu jippreperaw irwieħhom sew mill-ilbies tagħhom, kif wkoll il-ħasil tal-idejn u l-steralizzar tal-għodod meħtieġa. Kamra oħra li wkoll kienet importanti f ’dan il-kumpless

Ix-Xelter Sptar ta' Żmien it-Tieni Gwerra Dinjija minn SM 1133 Joseph Borg - Kwartieri Ġenerali

Page 52: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

52 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

[email protected]

Kamra oħra li wkoll kienet impor-tanti f ’dan il-kumpless mediku ta’ taħt l-art, fl-eqqel żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, kienet il-kamra bl-istallazzjoni tal-apparat tal-X-Ray, b’kontro-intrata oħra żgħira magħha, li kienet tissejjaħ id-Dark Room. Nat-uralment hawn kienu jiġu żviluppati l-films tal-X-Rays. F’dawn il-kmamar wieħed għadu jista’ jara fejn kien imqabbad tip ta’ reċipjent tawwali taċ-ċeramika, probabbilment li kien ikun fih ċerta kimika għall-iżviluppar tal-films.

Niftakar li meta kont inżilt l-ewwel darba f ’dan ix-xelter, f ’April tal-2011, kien għad hemm imqabbdin mal-ħitan is-switches kbar, bil-levers kbar daqs l-istess switches, li permezz tagħhom kien jiġi attivat l-apparat. Dan kien laħaq tneħħa (naħseb li ħafna żmien qabel). Kien hemm ukoll il-folji taċ-ċomb li jiksu l-ħajt tal-blat ta’ din il-kamra l-kbira tal-X-Ray. Dan kien iservi sabiex jirrestrinġi r-raġġi milli jkomplu jinfirxu mal-kumplament tal-post. Kmamar oħra

li wieħed isib ma’ strutturi u fatturi oħra interessanti huma l-kmamar insulati (insulated rooms); speċi ta’ kmamar ħdejn xulxin, li biex tmur minn waħda għall-oħra wieħed seta’ jgħaddi minn kuritur dejjaq fuq in-naħa ta’ wara tal-kamra, kemm jgħaddi bniedem ħażin ħażin. Dan kien iservi sabiex l-arja tiċċirkula aħjar fil-parti fejn ikun qiegħed jinżamm il-pazjent, waqt il-kura par-tikulari.

Kmamar oħra pjuttost ftit iżgħar u li mhumiex insulati -- insibu li kienu wżati, skont pjanta tal-post li kont sibt ftit wara -- mis-sorijiet li kienu jieħdu ħsieb dan il-post u sintendi l-kura tal-pazjenti. (Tajjeb li wieħed ifakkar li dan l-isptar kien jitmexxa mis-Sorijiet tal-Karità.) Kamra oħra simili kienet tkun użata mis-Supre-tendent responsabbli mill-post. M’għandniex xi ngħidu li bħal kull post ieħor ta’ importanza storika u arkeoloġika ma jonqosx li wieħed jiltaqa’ ma’ xi forma ta’ graffiti, li nistgħu ngħidu, jeżistu wkoll f ’dan il-post. Jeżistu fil-forma ta’ kitba kif wkoll forom ta’ disinji simboliċi, l-aktar dawk reliġjużi.Xi ħaġa qajmitli ċerta kurżità li ntqa-litli u kkonfermajt ma’ żewġ persuni differenti hi, li l-post kien ristrett ħafna, saħansitra anki ċerti impjegati ta’ dan l-isptar ma kinux jafu bih, jew oħrajn għalxiex kien jintuża.

Page 53: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 54: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 55: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

55Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Feature

Din is-sena tfakkar il-200 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Minke-jja li nsibu bosta kitbiet fuq il-ħsieb għat-twaqqif tal-Korp; il-ħtieġa li kien hemm

għalih u min kienu n-nies li tul dawn is-snin mexxew il-Korp bħala Kummissarji, ftit insibu tagħrif fuq x’kien isir u x’kienet titlob il-ħidma tal-pulizija bejn l-1938 u l-1950.

Biex dan it-tagħrif ma jintilifx, il-ġurnalista Charles B. Spiteri, li fost l-oħrajn hu l-awtur tal-ktieb Tifkiriet tal-Imgħoddi, qed iwasslilna aneddoti li kien irrak-kuntalu George Muscat minn Ħad-Dingli, fl-2001, li kien Surġent tal-Pulizija u li miet fit-12 ta’ Marzu tal-2003. 

L-ewwel żewġ siltiet minn intervisti mal-eks Surġent George Muscat minn Ħad-Dingli

Id-dixxiplina fil-Korp“Id-dixxiplina kienet iebsa kemm fl-ilbies kif ukoll fl-atteġġjament. Fil-fixed duty ma tista’ tkellem lil ħadd jekk mhux b’servizz. Minn sotto Spettur ’il fuq trid tagħtih tislima b’idejk mal-beritta jew elmu u għal dan kienu intitolati l-Membri Parlamentari.

Qabel l-1921 il-paga kienet xi skud (xelin u tmien soldi jew 47ċ ta’ issa) kuljum u billi kien inqla’ l-istor-bju, kien ġie Bamford u sab ħafna pulizija bid-dejn. Għalhekk għamel il-paga erba’ xelini għall-pulizija on probation u erba’ xelini u nofs meta ssir regulari. Surġent £7.10s (€17.50ċ) fix-xahar. Il-Kummissarju kellu ferm aktar. Barra minn hekk lill-Kap tal-Pu-lizija, il-Gvern kien ipprovdielu karozza bin-numru 300, avolja ma kienx għad hawn daqshekk karozzi.

Il-paga u l-pensjoni tal-pulizija kienu mill-aħjar, għax ħlief l-impjegati għoljin taċ-Ċivil, ma kienx hawn pensjoni u lanqas paga daqs tagħhom.”

It-tul u l-edukazzjoni tat-tagħlim“Għar-rank ta’ bejn subaltern sa Surġent tal-prima, bħalma spiċċajt jien bil-pensjoni wara 25 sena li għamilt servizz bejn Ġunju tal-1928 u Ġunju tal-1953, u għal Spettur ta’ ’l fuq minn 21 sena, it-tul kien irid ikun ta’ ħames piedi u sitt pulzieri. Jien kont twil ħames piedi u tmieni pulzieri u kien hemm min kien twil sitt piedi u żewġ pulzieri.

Min kien ikun jaf jikteb ismu u ftit aktar kien ikun aċċettat fi żmieni, iżda qabel kien hemm min lanqas ismu ma kien jaf jikteb u meta kien irid jikteb isem, pereżempju Fenech, kien ipinġi fenek.

Fl-antik, l-aktar li kienu jidħlu fil-Korp, kienu dawk li spiċċaw minn seba’ snin suldati u dawn kienu jgħoddu mat-30 sena għall-pensjoni.

Wara l-1921, in-Nazzjonalisti bdew proċedura ġdida fejn jiġbru 50 raġel, li wara eżami fiżiku jibdew kors ta’ xahrejn; dejjem pajżani, f ’liġijiet u dak ix-xogħol ta’ pulizija. Wara xahrejn, min jiġi minn tal-ewwel jidħol tal-post.

Bħala pulizija kien irid jippreveni li ma jsirux del-itti jew xi ħaġa li tmur kontra l-liġijiet li kienu mik-tubin fil-Liġijiet Kriminali, fil-Liġijiet tal-Pulizija, fil-Liġijiet Sanitarji, Liġijiet li jirregolaw il-bini eċċ. Għal kull ksur ta’ liġi kienu joħorġu ċitazzjonijiet lill-persuni u jsir it-tressiq tagħhom quddiem il-Pulizija Ġudizzjarja.”

Mal-Passi tal-Korp minn Charles B Spiteri

George Muscat – meta laħaq Surġent fl-1 ta’

Ottubru, 1940. Kien fl-Għassa ta’ Tas-Sliema.

[email protected]

Page 56: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 57: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

57Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Għeżież membri,

Bħalma tafu, nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru kellna Konferenza Ġenerali Straordinarja sabiex fiha nemendaw l-Istatut tal-għaqda tagħna. Din il-bidla kienet ilha tinħass għall-żmien twil u għalhekk illum għandna għodda aħjar sabiex biha nkunu nistgħu nagħmlu proġetti ġodda.

Dawn huma siltiet mill-preżentazzjoni waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja:

“Nixtieq nagħtikom merħba u nirringrazzjakom talli attendejtu għall-ewwel laqgħa minn meta l-Kumitat il-ġdid ġie elett sabiex imexxi ’l quddiem l-għaqda tagħna.

L-għaqda, ma tistax timxi ’l quddiem jekk il-membri tagħha ma jkunux parteċipi kemm jista’ jkun b’mod dirett. Aħna ma nistgħux nippretendu li membru tajjeb biss biex iħallas il-miżata u jiġi jivvota kull meta jkollna elezzjoni. Il-membru hu l-qalb tal-għaqda, u dak kollu li jsir irid ikun b’dan il-ħsieb. Il-Kumitat għandu r-responsabbiltà li jmexxi u jamministra f ’isem il-membri.

Illum għalhekk qegħdin hawn. Din il-laqgħa ssejħet sabiex jinbidel l-Istatut li għandna fil-preżent, u li ilu jiġi mraqqa biċċa biċċa, li ġie fi stadju li ma tistax tużah bħala l-gwida prinċipali tiegħek. L-Istatut preżenti ma joffrix soluzzjoni għal bosta problemi li naffaċċjaw irwieħna magħhom ta’ kuljum waqt il-ħidma tagħna. Bħalma forsi nnutajtu, minn Jannar li għadda, sar ħafna tibdil, ħafna attivitajiet u intom qegħdin tiġu infurmati b’dak kollu li qiegħed isir. Aħna għandna bżonn għodda sabiex naħdmu u nimirħu f ’oqsma li sfortunatament, sal-lum ma tantx sar xogħol fuqhom, fosthom tagħlim u esperjenzi barra minn Malta iktar frekwenti.

L-IPA toffri diversi benefiċċji lill-membri tagħha, iżda jekk ma nkunux aħna li dawn ngħiduhom, il-membri tagħna, u dawk prospettivi ma jkunux jafu bihom. Jekk aħna ma nxandrux dak li tfisser l-IPA, l-interess fiha sejjer ikun minimu. Aħna nixtiequ li kull min ikun/kien fil-Korp tal-Pulizija jidħol membru fl-IPA, iżda

dan ma jistax isir jekk ma jkunx hemm fiduċja sħiħa f ’min imexxi. Ma nixtieqx nieħu fit-tul, iżda ser nieħu ftit ħin ieħor sabiex tkunu tafu l-ħidma tagħna minn Jannar sal-lum fiex kienet tikkonsisti, kif konna u kif ninsabu llum.

Fil-25 ta’ Jannar, 2014, wara li ħassarna 154 membru li kienu jew mejta, irriżenjaw, imkeċċija jew li ma ħallsux is-sħubija tagħhom għal għaxar snin, kellna 187 membru fuq il-kotba tagħna.

Illum, 16 ta’ Novembru, 2014, għandna 374 fully paid members. Membru jitneħħa mill-kotba jekk ma jħallasx tliet snin il-miżata tas-sħubija. Jekk membru ma jħallasx u jibqa’ miktub, IPA Malta xorta tħallas il-levy tiegħu lill-IPA.

L-ewwel deċiżjoni tagħna kienet li jinbidlu l-kards antiki u mhux komdi li kellna għas-sħubija. IPA Malta kienet waħda mill-ftit sezzjonijiet li għadha bis-sistema tal-bolli.

Mill-1 ta’ Jannar, 2015, sejrin jibdew jiġu mqassma l-kards il-ġodda tas-sħubija u li dawn jinbidlu kull sena. Lil dawk il-membri li kienu ngħataw membership card (Credit card style) li kienet immarkata bħala valida għal 25 sena, ngħidulhom li l-kards sejrin jinġabru kollha lura għax inħargu kontra dak li jipprovdi l-Istatut lokali u internazzjonali.

Pajjiż jista’ jkollu diversi membership options, iżda l-membership card xorta trid toħroġ ġdida kull sena. Dan hu proġett ewlieni u qiegħed jieħu ħafna ħin, però hu essenzjali li jkollna kard ta’ sħubija preżentabbli u ta’ livell għoli.

Membru elett fil-Kumitat ma għandux jistenna li l-affarijiet isiru, iżda jrid ikun hu li jagħmilhom, u jagħmilhom b’mod serju u effiċjenti. Sfortunatament, għalkemm sar xi xogħol, għad fadal membri li jaħsbu li huma mistednin għal attività, u mhux li huma jridu jaħdmu biex l-attività tkun suċċess u l-membri

International Police AssociationInternational Police Association

International Police Association

Page 58: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

58 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

tagħna jkunu sodisfatti. Nisperaw li maż-żmien, dan l-atteġġjament jinbidel.

Filwaqt li kulħadd għandu jifhem li aħna voluntieri, ma nistgħux ninħbew warajha u nonqsu, għax aħna voluntieri. Dak li ma jsirx illum, hu opportunità mitlufa għal kulħadd. Fi żmien li kulħadd jitlob akkontabbiltà, aħna wkoll irridu, la dħalna aħna għal xi kariga, li nerfgħu r-responsabbiltà tagħna u nagħtu sehmna, u mhux f ’dak biss li jinteressa u jaqbel lilna.

Dan il-Kumitat kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-attivitajiet kollha sabiex jiġi ċċelebrat kif xieraq il-50 anniversarju tal-Għaqda tagħna.

Bħalma tafu, il-President Internazzjonali għoġbu jingħaqad magħna, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien. Organizzajna Pasta Night fl-Insipre, Marsacala fejn attendew numru sabiħ ta’ membri. Wara dak is-suċċess, organizzajna buffet fil-Fortizza Bar & Restaurant, fejn ukoll kellna attendenza tajba.

Il-Kumitat se jibqa’ jorganizza attivitajiet simili sabiex il-membri jkollhom iktar kuntatt flimkien.

F’Settembru li għadda, jien attendejt għall-Kungress tal-IPA, fejn kien hemm delegati mill-pajjiżi kollha. Hawnhekk beda jiġi implimentat il-Proġett – IPA Tomorrow li se jbiddel l-operat kollu tal-IPA.

Illum hu imperattiv li jkollna kuntatt ma’ membri u mhux membri f ’pajjiżi oħrajn. Dan isir b’mod formali permezz tal-websajt tagħna. Bi kburija ngħidilkom li l-websajt tagħna ħadet il-Bronze Award 2014. Dan hu unur għalina li qatt ma rbaħna xejn, forsi għax qatt ma wrejna interess.

Rapport sħiħ jinsab fuq is-sit tagħna – www.ipamalta.comNixtieq nieħu din l-opportunità sabiex f ’ismi, u f ’isem il-Kumitat Eżekuttiv, nawgura lilkom u lill-familji tagħkom, il-Milied hieni u Sena ġdida mimlija risq u hena.

[email protected]

International Police Association

Page 59: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 60: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

Il-Pulizija Magazine • Diçembru 201460

Malta Association of Retired Police Officerseks-Sur©ent Joe Borda, PRO/Ass. TeΩorier (M.A.R.P.O.)

Alfred Lia

Minn hawn insellem lill-memorja ta’ Alfred Lia, li għal żmien twil kien membru fil-Kumitat tal-Għaqda Pulizija Pensjonanti u tal-Malta Association of Retired Police Officers. Sfortunatament, is-Sur Lia, ħalla din id-dinja, fis-7 ta’ Ottubru.

Fit-2 ta’ Novembru, il-President u l-Membri tal-Kunsill tal-MARPO attendew għall-quddiesa għal ruħ il-membri mejta tal-Korp, li saret fil-kappella taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata.

Il-Kappillan tal-Korp, Fr. Ray Bonnici qaddes il-quddiesa. Preżenti kien hemm l-Aġent Kummissarju Raymond Zammit u s-Sinjura Zammit, il-Ministru Emmanuel Mallia u s-Sinjura Mallia, membri tal-Kumitat tal-MARPO, IPA u MPA, kif ukoll numru sabiħ ta’ uffiċjali tal-Korp, u nies oħra.

Ċerimonja fuq l-Oqbra tal-Pulizija

Wara l-quddiesa saret iċ-ċerimonja ta’ tberik fuq l-oqbra tal-Korp, fejn wara tpoġġew għadd ta’ kuruni tal-fjuri minn diversi għaqdiet, fosthom il-Malta Association of Retired Police Officers, International Police Association, u l-Malta Police Association.

Fis-16 ta’ Novembru saret quddiesa għall-pulizija Għawdxin u pensjonanti, fil-kappella taċ-Ċimiterju Santa Marija, kif ukoll tqegħid ta’ kuruni tal-fjuri mill-Aġent Kummisarju u l-MARPO.

Jum it-Tifkira

Il-Ħadd 9 ta’ Novembru l-Malta Association of Retired Police Officers ħadet sehem għat-tieni darba fil-parata li ssir kull sena, ħdejn il-Monument tal-Gwerra, il-Furjana, fejn jitfakkru dawk kollha li mietu fl-Ewwel u t-Tieni Gwerra.Ta’ min ifakkar li fl-aħħar Gwerra kienu mietu tmien membri tal-Korp.

Page 61: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

61Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Malta Association of Retired Police Officers

MiżataIssa li riesaq iż-żmien biex titħallas il-miżata tal-Għaqda, inħeġġeġ lill-membri biex jaġġustaw il-ħlas dovut ta’ €5 fis-sena. Il-ħlas jista’ jsir fl-uffiċċju tal-Għaqda fil-Menqa, li jkun miftuħ kull nhar ta’ Tnejn, bejn id-9.30 u nofsinhar, jew b’ ċekk pagabbli lil MARPO u jimpustawh f ’dan l-indirizz : MARPO, Kaxxa Postali 36, Birkirkara jew Għawdex l-uffiċċju tal-għassa r-rabat. Wara l-ħlas tintbagħat irċevuta bil-posta.

Xewqat Sbie˙

Il-President, l-Uffiçjali u l-Membri

tal-Kunsill jixtiequ l-isba˙ xewqat

g˙all-Milied u s-Sena l-Ìdida

lill-membri u lill-familji tag˙hom,

kif ukoll lill-qarrejja kollha

ta’ dan il-magaΩin.

Riċeviment Annwali tal-KummissarjuNixtiequ ninfurmaw lill-membri li r-riċeviment annwali għas-sena d-dieħla ser isir

fl-4 ta' Jannar 2015 f 'Malta u fl-10 ta' Jannar 2015 f 'Għawdex.

Page 62: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp

62 Il-Pulizija Magazine • Diçembru 2014

Orbitwarju

Ps 187 Anthony Spiteri1922 – 20141946 – 1966

Pc 296 Alfred Lia1942 – 20141982 – 2003

Pc 341 Carmel Aquilina1925 – 20141948 – 1977

Ex Ps 323 Francis Debono

1941 – 20141964 – 2001

Gozo

Ex Pc 67 Joseph Rapa1931 – 20141956 – 1982

Gozo

Ex Pc 168 Saviour Gatt1927 – 20141946 - 1971

Gozo

Ex Pc 285 Lino Falzon1943 – 20141967 – 1997

Ex Pc 810 Carlo Anastasi1950 – 20141978 - 2004

Page 63: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp
Page 64: Diçembru 2014 • Vol 21 • Nru. 4 IL-PULIZIJA Magazines/Police... · il-Milied it-tajjeb u sena l-ġdida mimlija saħħa u kuntentizza. Fl-ewwel messaġġ tiegħi lill-membri tal-Korp