8
It-Tlieta, 29 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 €80 miljun f’investiment għal daħla kif jixraq tal-Belt Valletta Ħarisna u seddaqna b’diversi proġetti wirt missirijietna Muscat kiteb u attakka għaqdiet li llum qed jgħid li l-pajjiż tagħhom ukoll ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGĦżEL ĦAżIN Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il- leġiżlatura imbarka fuq għadd ġmielu ta’ proġetti kbar u inqas kbar biex il-kapitali ta’ pajjiżna tassew tkun il-vetrina ta’ pajjiżna. U ċertifikat mill- aqwa għal din il-ħidma kien meta s-sena l-oħra l-Belt Valletta kienet dikjarata bħala l-Belt Kulturali Ewropea għas- sena 2018. Il-lista ta’ proġetti fil-Belt Valletta f’din il-leġiżlatura hi twila ħafna u tinkludi l-proġetti fid-daħla tal-Belt, il- lift tal-Barrakka li diġà tgawda Dinjità u ħajja ġdida lill-Belt Matul din il-leġiżlatura saru ħafna proġetti fil-belt kapitali ta’ pajjiżna u madwarha fil-portijiet. B’hekk, il-Belt Valletta kompliet tingħata d-dehra sabiħa li tixirqilha hekk kif miexja biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018 minn eluf ta’ Maltin u turisti, il-bini tat-teatru miftuħ li diġà saru fih għadd sabiħ ta’ attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ udjenzi numerużi u anki l-bini ta’ Parlament ġdid kif jixraq lil pajjiżna. Il-lista ta’ proġetti li għaddejjin fil-Belt Valletta tinkludi wkoll ix-xogħlijiet fil-Palazz tal-Gran Mastri, l-iżvilupp ta’ lukanda flok il-Pixkerija u ta’ oħra flok l-Isptar Boffa, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ Sant’Iermu u l-proġett tal-parkeġġ fil- Furjana. Pavimentati 65 fil-mija tat-toroq fiċ-ċentru pedonali tal-Belt Valletta Dawk kollha li llum il-ġurnata jżuru l-Belt Valletta u jkollhom iċ-ċans li jżuru ċ-ċentru pedonali jistgħu jirrealizzaw kif il-parti l-kbira ta’ dawn it-toroq matul dawn il-ħames snin li għaddew kienu pavimentati u ngħataw id-dehra sabiħa li tixiraq lilhom u lir-residenti fihom. Jirriżulta fil-fatt li l-ħidma li saret matul din il-leġiżlatura wasslet biex tlestew aktar minn 65 fil-mija tat-toroq pavimentali fiċ-ċentru pedonali tal-Belt Valletta. B’kollox dawn it-toroq fil-Belt se jkunu qed jammontaw għal żewġ kilometri u nofs ta’ pavimentar. Iz-zona pavimentata hi minn Triq l-Ordinanza sa Triq San Kristofru u minn Triq San Pawl sa Triq l-Ifran.

Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Suppliment it-Tlieta 29 ta' Jannar 2013

Citation preview

Page 1: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 29 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

€80 miljun f’investiment għal daħla kif jixraq tal-Belt Valletta

Ħarisna u seddaqna b’diversi proġetti wirt missirijietna

Muscat kiteb u attakka għaqdiet li llum qed jgħid li l-pajjiż tagħhom ukollii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagĦżEL ĦażIN

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura imbarka fuq għadd ġmielu ta’ proġetti kbar u inqas kbar biex il-kapitali ta’ pajjiżna tassew tkun il-vetrina ta’ pajjiżna. U ċertifikat mill-aqwa għal din il-ħidma kien meta s-sena l-oħra l-Belt Valletta kienet dikjarata bħala l-Belt Kulturali Ewropea għas-sena 2018.

Il-lista ta’ proġetti fil-Belt Valletta f’din il-leġiżlatura hi twila ħafna u tinkludi l-proġetti fid-daħla tal-Belt, il-lift tal-Barrakka li diġà tgawda

Dinjità u ħajja ġdida lill-BeltMatul din il-leġiżlatura saru ħafna proġetti fil-belt kapitali ta’ pajjiżna u madwarha fil-portijiet. B’hekk, il-Belt Valletta kompliet tingħata d-dehra sabiħa li tixirqilha hekk kif miexja biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018

minn eluf ta’ Maltin u turisti, il-bini tat-teatru miftuħ li diġà saru fih għadd sabiħ ta’ attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta’ udjenzi numerużi u anki l-bini ta’ Parlament ġdid kif jixraq lil pajjiżna.

Il-lista ta’ proġetti li għaddejjin fil-Belt Valletta tinkludi wkoll ix-xogħlijiet fil-Palazz tal-Gran Mastri, l-iżvilupp ta’ lukanda flok il-Pixkerija u ta’ oħra flok l-Isptar Boffa, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta’ Sant’Iermu u l-proġett tal-parkeġġ fil-Furjana.

Pavimentati 65 fil-mija tat-toroq fiċ-ċentru pedonali tal-Belt VallettaDawk kollha li llum il-ġurnata jżuru l-Belt Valletta u jkollhom iċ-ċans li jżuru ċ-ċentru pedonali jistgħu jirrealizzaw kif il-parti l-kbira ta’ dawn it-toroq matul dawn il-ħames snin li għaddew kienu pavimentati u ngħataw id-dehra sabiħa li tixiraq lilhom u lir-residenti fihom.

Jirriżulta fil-fatt li l-ħidma li saret

matul din il-leġiżlatura wasslet biex tlestew aktar minn 65 fil-mija tat-toroq pavimentali fiċ-ċentru pedonali tal-Belt Valletta.

B’kollox dawn it-toroq fil-Belt se jkunu qed jammontaw għal żewġ kilometri u nofs ta’ pavimentar. Iz-zona pavimentata hi minn Triq l-Ordinanza sa Triq San Kristofru u minn Triq San Pawl sa Triq l-Ifran.

Page 2: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 29 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

€80 miljun

f’investiment għal daħla kif jixraq tal-Belt Valletta

€2 miljunf’investiment

għal pavimentar ta’ toroq fiċ-ċentru

tal-belt kapitali

Fatti u Ċifri

100ħaddiem u aktar jaħdmu

fil-proġett fid-daħla tal-Belt Valletta bi dħul tajjeb

għalihom u għall-familji tagħhom

6kilometri

ta’ swar fil-Belt Valletta u fi bliet oħra għaddejjin

minn xogħlijiet ta’ restawr

Il-belt kapitali ta’ pajjiżna hi l-vetrina ta’ Malta

u tospita kuljum eluf kbar ta’ Maltin u turisti... li ħafna minnhom jaslu bil-cruises u jgawdu l-proġetti ta’ gvern

Nazzjonalista mill-Port sal-Belt

€36 miljun f’investiment għar-restawr

ta’ swar fil-Belt u fi bliet oħra, inkluż fiċ-Ċittadella

f’għawdex

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

Ftit ilu fil-PN adottajna dokument, imsejjaħ L-Għeruq Tagħna, li fih nistqarru biċ-ċar fiex nemmnu u kif inwettqu dak li nemmnu fih. Dan id-dokument huwa l-Karta tal-Identità tagħna għaliex fih tara min aħna, tara l-għeruq tagħna, tara x’jirrappreżenta l-PN u tara x’inhi l-viżjoni tiegħu, illum, fis-seklu wieħed u għoxrin. Id-dokument L-Għeruq Tagħna tista’ tarah minn dan is-sit: http://mychoice.pn/docs/gheruq.pdf

L-għeruq tal-PN jistgħu jiġu spjegati f’10 valuri u prinċipji li huma identifikati mal-PN għaliex huma l-marki tas-swaba’ tagħna. Tista’ tara lill-PN f’kull wieħed minnhom.

1. L-ispirazzjoni tagħna minn valuri Nsara.

2. Il-bniedem u l-familja dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna.

3. Il-libertà li mingħajrha titlef kollox.

4. Ir-responsabbiltà fid-deċiżjonijiet li nieħdu kemm aħna kif ukoll int.

5. Is-solidarjetà dejjem u kullimkien.

6. Is-sussidjarjetà għax l-istat m’għandux jindaħal f’kollox.

7. Id-djalogu minsuġ fit-tessut tagħna.

8. Il-fiduċja fik u fil-pajjiż.

9. Id-direzzjoni għax għandna viżjoni u nafu fejn sejrin.

10. L-identità li tagħmilna kburin b’pajjiżna għax nemmnu fih.

F’kull qasam politiku l-ħidma ta’ Gvern immexxi mill-PN tirrifletti dawn il-valuri li nħaddnu.

Partit tal-bidla, il-bidla li trid int

Il-PN huwa l-partit tal-bidla. Il-bidla li trid int. Il-PN ġab bidla għall-aħjar u mhux bidla għall-agħar.

Il-Partit Nazzjonalista għandu l-esperjenza li jkompli jġib il-bidla għax diġà għeleb sfidi kbar fit-tmexxija tal-pajjiż. Il-PN għandu l-viżjoni biex imexxi għax għandu direzzjoni u miegħu int taf fejn sejjer. Il-PN għandu l-enerġija biex ikompli jġib il-bidla għaliex huwa partit dinamiku b’tim ta’ kandidati dejjem jiġġedded.

L-ekonomija

Fil-qasam ekonomiku l-akbar sfida fil-ħames snin li ġejjin se tkun li nżommu l-finanzi tagħna fis-sod u li nkomplu nsaħħu l-kompetittività tagħna biex b’hekk l-ekonomija tagħna tkompli tikber b’mod sostenibbli. Se nkomplu nieħdu deċiżjonijiet responsabbli.

Il-viżjoni ekonomika tagħna hi ta’ ekonomija dinamika u miftuħa għall-kompetizzjoni li tegħleb l-isfida tal-globalizzazzjoni. Ekonomija kompetittiva li tagħti spazju lis-settur privat, li dejjem tfittex li tiddiversifika, li żżomm il-livell ta’ tassazzjoni baxx, li tiġġenera l-investiment, ix-xogħol u l-ġid u li minnu jgawdi kulħadd.

Din il-politika diġà tat stabbiltà ekonomika, serħan il-moħħ u fetħitilna opportunitajiet ekonomiċi ġodda f’oqsma bħall-farmaċewtika, l-avjazzjoni, l-ekonomija diġitali u tal-kreattività u s-servizzi finanzjarji. Din il-politika tatna wkoll il-possibbiltà li nżommu l-finanzi pubbliċi fis-sod bħala l-bażi li fuqha nibnu futur fis-sod.

Il-partit tiegħek:il-valuri tagħna, il-valuri tiegħek

Page 3: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 29 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemKaratteristika li se tibqa’ timmarka din il-leġiżlatura hi l-impenn kbir tal-Gvern li jħares il-wirt ta’ pajjiżna fid-diversi aspetti tiegħu, fosthom bil-parteċipazzjoni ta’ għaqdiet li jaħdmu biex wirt missirijietna jkun imħares u mseddaq

Investiment fil-wirt ta’ pajjiżnaIl-wirt nazzjonali, għalija hu importanti ħafna, dan għaliex jagħti spunt u informazzjoni ta’ kif kienu jgħixu missirijietna lura fis-snin u liema ħila u sengħa kellhom, għalkemm it-teknoloġija kienet għadha ma teżistix jew kienet fil-bidu tagħha.

Il-Gvern ma setax jagħmel aħjar milli għamel meta investa f’diversi siti storiċi madwar Malta u Għawdex speċjalment meta ffoka fuq siti li għandhom relevanza mhux biss nazzjonali iżda wkoll dinjija bħat-tempji tal-Ġgantija u tal-Imnajdra.

Investiment partikulari fuq dawn is-siti kien mhux biss ir-restawr u studju li jsir ta’ spiss iżda f’tinda speċjalizzata biex l-elementi naturali jagħmlu impatt mill-inqas fuqhom u jnaqqsu d-deterjorazzjoni li tista’ ssir. Il-postijiet ikunu konvertiti fi spazji miftuħa tant li jservu ta’ pulmun ta’ arja friska għal-lokalità.

Attivitajiet għat-tfal u l-kbarJien niftakar li meta kont iżgħar l-iskola fejn kont immur kienu jorganizzawlna ġiti ta’ ġurnata f’postijiet partikulari daqqa fl-armerija, f’xi tempju jew mużewijiet oħra u niftakar kont nieħu gost nattendihom u nitgħallem dwarhom.

Naħseb li d-differenza tinħass li llum il-ġurnata hemm aktar investiment f’dan il-qasam speċjalment ta’ materjal li jeħtieġ minnu nnifsu attenzjoni akbar u restawr ta’ kwalità fosthom pitturi u armi li maż-żmien jiċċaraw jew jissaddu u jintilfu ħafna mill-istorja u l-identità tagħhom.

Wieħed ukoll jista’ jinduna li dan l-aħħar permezz tal-investiment li qiegħed isir f’dan il-qasam anke t-tours interni fil-post inbidlu tant li llum flok gwida li titkellem għandek nies li qegħdin jagħmlu re-enactment ta’ kif kienu jaħdmu n-nies tal-passat u xi wħud anki jagħmlu xi skultura.

Restawr ta’ siti storiċiForsi l-aktar ħaġa komuni li tiġik fil-ħsieb meta tisma’ l-kelma Heritage hi r-restawr partikularment dak relatat ma’ postijiet storiċi kemm dawk antiki ħafna bħat-tempji kif ukoll dawk aktar riċenti bħal bereġ u monumenti.

F’dawn l-aħħar snin saru numru ta’ xogħlijiet fuq restawr relatat mal-bereġ li jinsabu mxerrdin ma’ numru kbir ta’ toroq madwar il-Belt Valletta, bereġ li għandhom storja kbira x’juru kemm fuq l-aspett arkeoloġiku kif ukoll estetitku.

Id-differenza ta’ wara r-restawr ħalliet numru ta’ nies mistagħġba tant li kien hemm numru ta’ nies li bdew jiġbdu ritratti tal-faċċata l-’ġdida’ ta’ Kastilja.

Dan it-tip ta’ restawr jgħin biex ikompli jagħmel lill-Belt Valletta aktar sinjura fil-kultura tagħha u fl-istess ħin, ġawhra għat-turisti li jiġu.

Ċentru Bighi favur ir-restawrIċ-Ċentru ta’ Bighi hu wieħed mill-isbaħ investimenti li l-Gvern seta’ jagħti lil dan il-pajjiż biex jgħin fl-ispeċjalizzazzjoni tar-restawr għaliex dan il-post, barra li joffri t-tagħmir speċjalizzat flimkien mal-esperti professjonali, jgħin ukoll lil dawk l-istudenti biex ikomplu jispeċjalizzaw f’dan il-qasam.

Għalkemm Bighi mux skola formali, fejn jingħataw iċ-ċertifikati għaliex fuq dak il-qasam jispeċjalizza għalih l-MCAST, Bighi hu l-ewwel tarġa għal dawk li jiggradwaw fir-restawr, fejn dan iċ-ċentru hu laboratorju sħiħ fejn dawn il-gradwati friski jiltaqgħu mal-esperti u jaqsmu l-ideat flimkien biex fl-aħħar mill-aħħar isir restawr aktar sofistikat u ta’ utilità ikbar.

Mill-Open Day li saret ftit ilu f’dan iċ-ċentru ta’ Bighi bqajt impressjonata bl-ammont kbir ta’ restawr li sar minn dan il-post fuq numru ta’ siti storiċi li s-somma tagħhom taqbeż l-eluf kbar ta’ ewro.

SANDRA SMARTRAĦAL ĠDID

VINcE SMARTRAĦAL ĠDID

MarIa LUANA BONNIcI

FIONA ELLUL BONNIcIBIRKIRKARA

EMANUEL VELLABIRKIRKARA

Proġetti favur il-patrimonju MaltiHeritage Malta qiegħda tieħu diversi inizjattivi favur il-patrimonju Malti fosthom fuq katakombi, tempji, mużewijiet u siti oħra.

Is-sabiħ ta’ dan hu li, eżempju bħall-attività li saret fil-Birgu jew fil-Belt Valletta, wieħed seta’ jidħol f’diversi siti storiċi li grazzi għal Heritage Malta u x-xogħol siewi tagħha wieħed seta’ jidħol mingħajr ebda ħlas.

Dan kollu jgħin biex il-poplu jkompli jeduka ruħu fuq dan il-qasam u fl-istorja u l-oriġini tagħna li sfortunatament dejjem tibqa’ materja li ftit wieħed jistudja jew jaqra dwarha u li meta jsir jaf dwarha wieħed jibqa’ affaxxinat kemm Malta hi sinjura f’dan il-qasam.

Page 4: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 29 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Investejna fil-patrimonju li ħallewlna missirijietna biex ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet futuri fl-aqwa kundizzjoni

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wettaq diversi inizjattivi biex wirt missirijietna jitħares u jkun protett. Dak li writna mingħand ta’ qabilna jixhed storja rikka ta’ eluf ta’ snin. Hu għalhekk

li l-Gvern imbarka fuq numru ta’ proġetti li jseddqu l-ġojjelli li aħna mdawrin bihom

Patrimonju mill-aktar importanti li għandu pajjiżna huma s-swar li

għandna fil-Belt Valletta, fil-belt l-antika tal-Imdina u fil-Kottonera.

Il-Gvern wettaq xogħlijiet estensivi ta’ restawr f’dawn is-swar biex jingħataw id-dehra li tixirqilhom u biex fl-istess waqt jixhdu l-kwalità ta’ ħajja aħjar li

qiegħed jgħix il-poplu Malti llum

Fl-2018 il-belt kapitali ta’ pajjiżna se tkun il-Belt Kapitali għall-Kultura fl-Ewropa. Dan l-unur prestiġjuż inkiseb għaliex il-Gvern matul dawn is-snin wettaq u qiegħed iwettaq għadd

kbir ta’ xogħlijiet ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni fil-Belt Valletta li qed terġa’ tingħata d-dinjità u l-ħajja li tixirqilha

Page 5: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 29 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Grazzi għall-volum kbir ta’ xogħlijiet ta’ restawr illum nistgħu ngħidu li diversi monumenti u postijiet oħra ta’

valur storiku importanti, ingħataw mill-ġdid id-dehra sabiħa li tixirqilhom. Dan b’investiment qawwi li l-Gvern

għamel għaliex pajjiżna jixraqlu l-aqwa u l-aħjar

Page 6: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 29 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Illum Muscat qed jgħid li l-pajjiż hu ta’ kulħadd, anke ta’ min ma jaqbilx mal-Labour. Hekk għandu jkun. Imma Muscat ġenwin f’dak li qed jgħid? Jew qed jgħidu biss biex jingħoġob?

Meta kien ġurnalist u kien jikteb dak li tassew kien jemmen, kien jattakka lil kull organizzazzjoni li ma taqbilx mal-Labour dwar xi kwistjoni. Muscat kiteb hekk fil-KullĦadd tat-23 t’Ottubru 1994 fuq il-kwistjoni tal-VAT: “Dwar is-CMTU, il-UĦM, il-MUBE eċċ nista’ ngħid li tilfu l-kredibilità li seta’ xi darba kellhom.”

Muscat jagħżel ħażin...

ID-DEĊIŻJONIJIET TAL-LABOUR U TA’ MUScAT DWAR L-EKONOMIJA MALTIJA(dehret għall-ewwel darba: il-mument 31.10.10)

Fl-istess artiklu, Muscat kompla jikteb hekk: “Tinduna kemm hawn organizzazzjonijiet u unions li inti mingħalik li jkunu organizzati iżda mbagħad tinduna biċ-ċuċati li jgħidu.”

Muscat qal li s-CMTU, il-UĦM, il-MUBE eċċ kienu qed jgħidu “ċ-ċuċati” dwar il-VAT... iż-żmien ta parir u lil Muscat tah it-tort

...u tbati int

Page 7: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 29 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Bil-cable li Malta se jkollha mqabbad ma’ Sqallija s-sena d-dieħla, l-EneMalta se tkun tista’ tixtri mill-Italja elettriku bil-lest u bi rħis speċjalment billejl meta ż-żejjed li jipproduċu t-80 power station li hemm fl-Italja jbigħuh bi prezz irħis. Il-cable minn Sqallija jiflaħ elettriku li jkun biżżejjed għal dak li jkollha bżonn Malta matul il-lejl matul il-biċċa l-kbira tas-sena. Min-naħa l-oħra, id-difett tal-proposta tal-Labour dwar l-enerġija hi li se tħalli l-cable mitfi minkejja li l-prezz tal-elettriku mill-cable jkun orħos minn ta’ kwalukwe power station li jkollna f’Malta.

Cable ma’ Sqallija mis-sena d-dieħlaIl-Gvern Nazzjonalista investa f’interconnector, jiġifieri cable li jqabbad lil Malta direttament mas-sistema Ewropea tal-elettriku. Parti mill-ispejjeż ta’ dan il-cable se jitħallsu mill-Unjoni Ewropea. Dan il-cable se jibda jopera sa mis-sena d-dieħla.

għażla tal-Partit Nazzjonalista ferm aktar għaqlija dwar l-enerġija

Pjan ibbażat fuq diversifikazzjoni ta’ sorsiIl-pjan tal-Gvern Nazzjonalista għall-enerġija dejjem kien ibbażat fuq sorsi diversi ħalli l-pajjiż ma jitfax kollox f’qoffa waħda u ma jkunx jiddependi fuq sors wieħed imma jkollu għażliet kemm ta’ provvista kif ukoll ta’ prezzijiet.

Gass, pipeline, enerġija alternattiva u cable separatGħalhekk il-Gvern Nazzjonalista ried li:

n il-parti l-ġdida tal-power station f’Delimara tkun tista’ taħdem kemm biż-żejt kif ukoll bil-gass ħalli jintuża l-fuel li l-aktar jaqbel fil-mument;

n il-Gvern ħaseb biex Malta jkollha pipeline tal-gass minn Sqallija li se jkun imħallas mill-Unjoni Ewropea u li jipprovdi l-gass jekk id-deċiżjoni tkun li l-elettriku jsir bil-gass – dan il-pipeline hu għalkollox differenti mill-interconnector cable;

n il-Gvern inċentiva l-pannelli solari u sistemi oħrajn li jużaw l-enerġija mix-xemx; u

n mis-sena d-dieħla Malta se jkollha l-cable ma’ Sqallija li bih tixtri l-elettriku u dan inaqqas ukoll il-bżonn li l-elettriku tipproduċih Malta stess.

Naqtgħu l-frott tal-investiment li sar minn Gvern NazzjonalistaGvern Nazzjonalista investa wkoll fl-ismart meters li, ladarba dalwaqt ikunu daħlu madwar il-pajjiż kollu, jagħmlu avvanz qawwi fuq is-sistema kif inhi bħalissa. Bl-ismart meters, joħorġu kontijiet attwali u mhux aktar bi stima u l-ismart meters għandhom il-possibilità li jikkalkolaw tariffi differenti għal ħinijiet differenti.

Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li jintroduċi tariffi tal-elettriku orħos għal billejl u b’hekk nibdew naqtgħu l-frott tal-investiment għaqli tal-Gvern

Nazzjonalista fl-interconnector cable u fl-ismart meters.

Proposta ta’ Muscat ferm inferjuri... Fil-proposta tal-Labour Party dwar l-enerġija - jiġifieri li jibni power station oħra ma’ li għandna u li tkun taħdem bil-gass li jiġi bil-vapuri - difett ewlieni, apparti l-ispiża kbira u d-diffikultajiet tekniċi u ta’ żmien, hu li l-Labour Party se jorbot lill-EneMalta li tixtri l-elettriku kollu li tipproduċi din il-power station oħra li se tinbena. Dan għax, biex il-power station żejda tfendi, trid bilfors tbigħ l-elettriku kollu li tipproduċi f’kull ħin lill-EneMalta, anke billejl. Apparti minn hekk, Muscat qed jgħid li, jekk ma jibnix power station oħra, jirriżenja.

… li tħalli l-cable mitfi anke jekk l-elettriku tal-cable jkun orħosDan ifisser li, speċjalment matul il-lejl, il-cable ma’ Sqallija mis-sena d-dieħla Gvern tal-Labour ma jużahx

anke jekk il-prezz tal-elettriku minnu jkun orħos mill-prezz tal-elettriku mill-power station l-oħra li se jibni. Dan minħabba li l-Labour Party se jintrabat li l-ewwel u qabel kollox jixtri l-elettriku kollu li jkun ġej minn din il-power station, anke jekk il-prezz ma jkunx jaqbillu.

L-għażla tal-Partit Nazzjonalista hi ħafna aktar għaqlijaF’kuntrast, l-għażla tal-Gvern Nazzjonalista hi li billejl ikun jista’ jixtri l-elettriku bi rħis mis-sena d-dieħla mill-Italja waqt li binhar ikun hemm ukoll ammont ta’ elettriku prodott bis-sistemi tax-xemx u l-elettriku mill-parti l-ġdida tal-power station f’Delimara li diġà bdiet taħdem u li hi aktar effiċjenti mill-power stations l-antiki.

Din it-taħlita ta’ sorsi u prezzijiet li jrid Gvern Nazzjonalista tagħti flessibilità lill-Gvern u lill-EneMalta jagħżlu dak li jaqbel għall-pajjiż bla ebda rbit jew dipendenza fuq ħadd jew fuq sors wieħed biss.

Il-cable li se jkollna minn Sqallija diġà mis-sena d-dieħla se jagħtina elettriku kemm ikollna bżonn billejl b’tariffi orħos għax, fl-Italja, power stations qodma ma jistgħux joqogħdu jintfew u jerġgħu jinxtegħlu u, allura, jbigħu

l-elettriku żejjed li jipproduċu bi rħis fuq il-grid Ewropea. Dan se jagħmilha possibbli li, b’investiment ieħor kbir ta’ Gvern Nazzjonalista li hu l-ismart meter, jidħlu tariffi orħos għal billejl għax l-ismart meter jaf mhux biss

jikkalkola kemm tkun użajt elettriku minn ġurnata sa ġurnata imma wkoll minn ħin sa ħin

Page 8: Dinjita' u ħajja ġdida lill-Belt - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 29 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Fuq diversi fronti l-Gvern wettaq u qiegħed iwettaq għadd ġmielu ta’ proġetti importanti li qed jagħtu lill-Belt Valletta d-dimensjoni li tixirqilha – proġetti infrastrutturali u kapitali, proġetti ta’ tisbiħ, proġetti ta’ restawr... ħolqa wara oħra li qed jagħtu lill-Belt Valletta d-dehra li tixirqilha bħala l-vetrina ta’ pajjiżna. Mhux biss, iżda qed isiru wkoll għadd ta’ proġetti oħra mill-aktar importanti, fosthom dak tal-interconnector, li wkoll huma ta’ mitqlhom deheb għall-ġejjieni ta’ pajjiżna.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi