123
IL-KUM M ISSJO NI EW ROPEA Brussell, XXX COM P A 3 […] (2013)XXX draft REG O LAM ENT TAL-K UM M ISSJO N I(U E)N ru .../... ta’XXX lijiddikjara liċertikategorijita’għajnuna hum a kom patibblim as-suq intern bl- applikazzjonital-A rtikoli107 u 108 tat-Trattat (Testb’relevanza għaż-ŻEE) MT MT

ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Brussell, XXX COMP A3 […](2013) XXX draft

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru .../...

ta’ XXX

li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

MT MT

Page 2: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

WERREJ

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru …/.. li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.....................................................................................................................................................2

KAPITOLU I .........................................................................Error: Reference source not found

KAPITOLU II Rekwiżiti proċedurali.....................................Error: Reference source not found

KAPITOLU III Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Kategoriji Differenti ta’ Għajnuna.......Error: Reference source not found

Section 1 - Għajnuna reġjonali..................................................................................................25

Section 2 – Għajnuna għall-SMEs............................................................................................29

Section 3 – Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni.............................................35

Section 4- Għajnuna għat-taħriġ...............................................................................................38

Section 5 - Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità...............................................39

Section 6 – Għajnuna għall-protezzjoni ambjentali..................................................................40

KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet Finali................................Error: Reference source not found

ANNESS I Definizzjonijiet....................................................Error: Reference source not found

Definizzjonijiet għall-għajnuna reġjonali.................................................................................53

Definizzjonijiet għall-għajnuna lill-SMEs................................................................................59

Definizzjonijiet għal għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni...............................61

Definizzjonijiet għall-għajnuna għall-protezzjoni ambjentali..................................................64

ANNESS II Definizzjoni tal-SMEs........................................Error: Reference source not found

ANNESS III Informazzjoni rigward għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.....................................................................................................................71

ANNESS IV Formola ta’ applikazzjoni għal effett ta’ inċentiv (kif speċifikat fl-Artikolu 6)................................................................................................Error: Reference source not found

ANNESS V Dispożizzjonijiet għall-websajt unika tal-Istat Membru......................................79

MT 2 MT

Page 3: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru .../...

ta’ XXX

li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna orizzontali mill-Istat1, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) (a) u (b) tiegħu,

[Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament [Referenza għall-ĠU],]

[Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv għall-Għajnuna mill-Istat,]

Billi:

(1) Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jeħtieġ li jkun notifikat lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Minkejja dan, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista’ jiddetermina kategoriji ta’ għajnuna li jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika. Skont l-Artikolu 108(4) tat-Trattat il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti marbutin ma’ dawn il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat. Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 994/98, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, li l-kategoriji segwenti jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika: għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (‘SMEs’), għajnuna favur ir-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna favur il-ħarsien ambjentali, għajnuna għal xogħol u taħriġ u għajnuna konformi mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għotja ta’ għajnuna reġjonali. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (minn hawn ’il quddiem “Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa”)2 li japplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(2) Bil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istati tal-UE (SAM)3, il-Kummissjoni niedett reviżjoni usa’ tar-regolamenti dwar l-għajnuna mill-

1 ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.2 ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.3 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u

Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), 8.5.2012, COM (2012) 209 finali.

MT 3 MT

Page 4: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Istat. Il-miri ewlenin ta’ din il-modernizzazzjoni huma (i) li ġġib tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f’suq intern kompetittiv, filwaqt li tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Istati Membri biex ikun hemm użu aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi; (ii) li tiffoka l-iskrutinju ex-ante tal-Kummissjoni tal-miżuri ta’ għajnuna fuq il-każi bl-ikbar impatt fuq is-suq intern, waqt li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-infurzar tal-għajnuna mill-Istat; u (iii) li tissimplifika r-regoli u li tipprovdi għal deċiżjonijiet aktar veloċi, infurmati aħjar u aktar b’saħħithom imsejsa fuq ġustifikazzjoni ekonomika ċara, approċċ koumuni u obbligi ċari.

(3) Dan ir-Regolament jippermetti prijoritizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ infurzar, simplifikazzjoni akbar u għandu jissieħeb ma’ trasparenza akbar, evalwazzjoni effettiva u l-kontroll ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, waqt li jżomm il-proporzjonalità u jippreserva l-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

(4) L-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, minn naħa, ippermettitilha tiddefinixxi aħjar il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti kategoriji ta’ għajnuna jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u tifrex il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet ta’ kategorija u, min-naħa l-oħra, uriet biċ-ċar il-ħtieġa li jissaħħu t-trasparenza u l-monitoraġġ, u li tippermetti l-evalwazzjoni xierqa ta’ skemi kbar fid-dawl tal-effett tagħhom fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(5) Id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tista’ tkun imsejsa fuq sett ta’ prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna taqdi skop ta’ interess komuni, tindirizza falliment tas-suq jew ħtieġa ta’ koeżjoni identifikati tajjeb, ikollha effett ta’ inċentiv ċar, tkun xierqa u proporzjonata, tingħata b’mod għal kollox trasparenti u tkun soġġetta għal mekkaniżmu ta’ kontroll u evalwazzjoni regolari, u ma tfixkilx il-kompetizzjoni u l-kummerċ iktar milli huwa aċċettabbli minn perspettiva ta’ interess komuni.

(6) Kull għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali u kemm dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti ta’ għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(7) Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li mhix koperta b’dan ir-Regolament tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-possibilità li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna li l-għanijiet tagħha jikkorrispondu mal-għanijiet koperti minn dan ir-Regolament.

(8) Minħabba l-potenzjal ta’ skemi kbar li jfixklu l-kompetizzjoni, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal skemi li jkollhom nefqa annwali ppjanata jew effettiva li teċċedi limitu bbażat fuq il-PDG nazzjonali u valur assolut, l-aktar bil-ħsieb li jkunu soġġetti għall-evalwazzjoni regolari.

(9) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal għajnuna li tiffavorixxi prodotti domestiċi fuq prodotti importati jew għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. B’mod partikolari, m’għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk tad-distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali jew għal studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment m’għandhiex tikkostitwixxi għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni.

MT 4 MT

Page 5: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(10) Dan ir-Regolament, fil-prinċipju, għandu japplika fil-biċċa l-kbira tas-setturi tal-ekonomija. Madankollu, f’ċerti setturi l-kamp ta’ applikazzjoni hemm bżonn li jkun limitat fid-dawl tar-regoli speċjali applikabbli. Fil-qasam tas-sajd u l-akkwakultura, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna għat-taħriġ, għajnuna biex l-SMEs ikollhom aċċess għall-fondi, għajnuna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, u għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u diżabbli. Fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna reġjonali operanti (kumpens għal spejjeż addizzjonali li mhumiex spejjeż tat-trasport f’reġjun mill-aktar imbiegħda), għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għal innovazzjoni għall-SMEs, għajnuna ambjentali u għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u diżabbli safejn dawn il-kategoriji ta’ għajnuna mhumiex koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni ... [tissostitwixxi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli] .

(11) Minbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni [ir-Regolament Agrikolu ta' Eżenzjoni ta' Kategorija], dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli, sakemm ċerti kundizzjonijiet ikunu sodisfatti. La l-attivitajiet fl-irziezet meħtieġa għat-tħejjija ta’ prodott għall-ewwel bejgħ, la l-bejgħ minn produttur primarju lill-pitkala jew lill-proċessuri, u lanqas kwalunkwe attività għat-tħejjija tal-ewwel bejgħ m’għandhom jitqiesu bħala pproċessar jew tqegħid fis-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet li, ladarba l-Unjoni tkun illeġiżlat favur it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur partikolari tal-agrikoltura, l-Istati Membri huma obbligati li ma jieħdu ebda miżura li tista’ ddgħajjifha jew toħloq eċċezzjonijiet għaliha. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna li l-ammont tagħha huwa stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq. Lanqas ma għandu japplika għal għajnuna marbuta ma’ obbligu li tinqasam mal-produtturi primarji.

(12) Meta wieħed iqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi4, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal għajnuna intenzjonata biex tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010. Barra minn din il-kwalità ta’ għajnuna, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-settur tal-faħam bl-eċċezzjoni tal-għajnuna reġjonali.

(13) Il-Kummissjoni trid tieħu ħsieb li l-għajnuna awtorizzata ma tbiddilx il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess ġenerali. Għalhekk, għajnuna favur benefiċjarju li huwa soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti segwenti għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna partikolari illegali u inkompatibbli mas-suq intern għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14) Għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi din l-għajnuna għandha tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà5 sabiex dawn ma jkunx hemm min idur magħhom. Biex ikun hemm

4 ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24.5 ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2, imtawla mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-

applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà tal-1 ta’ Ottubru 2004, ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3.

MT 5 MT

Page 6: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ċertezza legali, ikun xieraq li jkunu stabbiliti kriterji ċari li ma jeħtiġux valutazzjoni tal-partikularitajiet kollha tas-sitwazzjoni ta’ impriża biex ikun determinat jekk impriża hix ikkunsidrata li tinsab f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(15) L-infurzar tal-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità ta’ għotjiet ta’ għajnuna individwali taħt skemi ta’ eżenzjoni ta’ kategorija.

(16) Minħabba r-riskju ogħla ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni, ammonti kbar ta’ għajnuna mogħtija individwalment jew b’mod kumulattiv għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni wara notifika. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’livell li jieħu inkonsiderazzjoni l-kategorija ta’ għajnuna kkonċernata u l-effetti probabbli tagħha fuq il-kompetizzjoni. Kwalunkwe għajnuna mogħtija ’l fuq minn dawn il-limiti tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(17) Għall-finijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li fir-rigward tagħha jkun possibbli li tiġi kkalkolata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (‘għajnuna trasparenti’). Għal ċerti strumenti speċifiċi ta’ għajnuna, bħal self, garanziji, miżuri fiskali, miżuri ta’ finanzi tar-riskju u, b’mod partikolari, self bil-quddiem li jitħallas lura, dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi f’liema kundizzjonijiet dawn jistgħu jitqiesu trasparenti. L-għajnuna kompriża f’garanziji għandha titqies trasparenti jekk l-ekwivalenti gross tal-għotja tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-primjum minimu annwali stabbilit għat-tip ta’ impriża rispettiva. Pereżempju, għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji6 jindika livelli ta’ primjum annwali li, jekk jinqabżu, garanzija mill-Istat ma tkunx meqjusa li tikkostitwixxi għajnuna.

(18) Sabiex ikun żgurat li l-għajnuna tkun meħtieġa u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati aktar attivitajiet jew proġetti, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal għajnuna għal attivitajiet li l-benefiċjarju jieħu sehem fihom waħdu bil-kundizzjonijiet tas-suq. L-għajnuna għandha tkun eżentata biss min-notifika skont dan ir-Regolament jekk ix-xogħol fuq il-proġett jew attività megħjuna jinbeda wara li l-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna.

(19) GĦAŻLA SUPPLIMENTARI GĦAL EFFETT TA’ INĊENTIV GĦAL INTRAPRIŻI KBAR: Fir-rigward ta’ kwalunkwe għajnuna koperta minn dan ir-Regolament, mogħtija lil benefiċjarju li huwa intrapriża kbira, l-Istat Membru, minbarra l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-SMEs, għandu jiżgura li l-benefiċjarju jkun analizza, f’dokument intern, il-vijabilità tal-proġett jew attività megħjuna kemm bl-għajnuna u kemm mingħajrha. L-Istat Membru għandu jivverifika li dan id-dokument intern jikkonferma żieda materjali fid-daqs jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett/attività, żieda materjali fl-ammont sħiħ minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett jew attività ssussidjata jew żieda materjali fil-ħeffa tat-tkomplija tal-proġett/attività kkonċernata. Fir-rigward ta’ għajnuna reġjonali, l-effett ta’ inċentiv jista’ jkun stabbilit ukoll fuq il-bażi tal-fatt li fin-nuqqas tal-għajnuna l-proġett ta’ investiment ma kienx isir bħalma sar fir-reġjun megħjun ikkonċernat.

(20) Billi ġeneralment huwa diffiċli li jiġi stabbilit l-effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar, din l-għamla ta’ għajnuna għandha tkun eskluża mill-kamp

6 ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

MT 6 MT

Page 7: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni teżamina l-eżistenza tal-effett ta’ inċentiv ta’ għajnuna bħal din fil-kuntest tan-notifika u fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-linji gwida applikabbli, oqfsa jew strumenti oħra tal-Komunità. GĦAŻLA ALTERNATTIVA GĦAL GĦAJNUNA AD HOC LIL INTRAPRIŻI KBAR: Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar għandha tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jkun ivverifika minn qabel li d-dokumentazzjoni mħejjija mill-benefiċjarju tistabbilixxi żieda materjali fid-daqs, fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fl-ammont tal-proġett jew attività.

(21) Skemi fiskali awtomatiċi għandhom jibqgħu soġġetti għal kundizzjoni speċifika fir-rigward tal-effett tal-inċentiv, peress li l-għajnuna li tirriżulta minn skemi bħal dawn tingħata fi ħdan il-qafas ta’ proċeduri differenti minn kategoriji oħra ta’ għajnuna. Dik il-kundizzjoni speċifika tfisser li l-iskemi msemmija qabel messhom ġew adottati qabel inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew attività megħjuna. Madankollu, din il-kundizzjoni m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi jekk l-attività kienet diġà koperta minn skemi fiskali preċedenti, dejjem jekk l-attività kienet diġà koperta minn skemi fiskali preċedenti. Għall-valutazzjoni tal-effett tal-inċentiv ta’ skemi bħal dawn, il-waqt kruċjali huwa l-mument meta l-miżura fiskali ġiet stabbilita l-ewwel darba fl-iskema oriġinali, li mbagħad tiġi ssostitwita mill-iskema suċċessiva.

(22) Fir-rigward ta’ għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ għajnuna f’sussidji fuq il-pagi, għajnuna li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b’diżabilità, għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għal għajnuna finanzjarja u għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis ta’ taxxi ambjentali, l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv tista’ tkun preżunta jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti għal dawk il-kategoriji ta’ għajnuna f’dan ir-Regolament.

(23) Bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont meħtieġ, il-limiti massimi tal-għajnuna għandhom, fejn hu possibbli, ikunu definiti f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna f’relazzjoni ma’ sensiela ta’ spejjeż eliġibbli. Fejn l-intensità massima tal-għajnuna ma tistax tkun stabbilita, minħabba li l-ispejjeż eliġibbli ma jistgħux jiġu identifikati jew inkella biex ikunu pprovduti strumenti iktar sempliċi għal ammonti iżgħar, ammonti massimi ta’ għajnuna definiti f’termini nominali għandhom ikunu stabbiliti biex jassiguraw il-proporzjonalità tal-miżuri tal-għajnuna. L-intensità tal-għajnuna u l-ammonti massimi ta’ għajnuna għandhom jiġu stabbiliti, fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni, f’livell li jnaqqas kemm jista’ jkun id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur megħjun filwaqt li jindirizza b’mod xieraq il-kwistjoni tal-falliment tas-suq jew ta’ koeżjoni kkonċernata. Għal għajnuna reġjonali għall-investiment, l-intensità tal-għajnuna għandha tkun konformi mal-intensitajiet ta’ għajnuna permissibbli skont il-mapep ta’ għajnuna reġjonali.

(24) Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, iċ-ċifri użati kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ħlasijiet oħra. L-għajnuna li titħallas fi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ukoll jiġu skontati sal-valur li jkollhom fil-mument tal-għotja. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għal skopijiet ta’ skontar u għall-kalkolu tal-ammont f’għajnuna fil-każ ta’ għajnuna li ma tiħux il-forma ta’ għotja, għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien tal-għotja, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont7. L-identifikazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli għandha tkun appoġġjata minn evidenza dokumentarja ċara, speċifika u aġġornata. Meta tingħata għajnuna permezz ta’ vantaġġi fiskali, il-porzjonijiet ta’ għajnuna għandhom ikunu skontati abbażi tar-rati

7 ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

MT 7 MT

Page 8: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ta’ referenza applikabbli fid-dati varji li fihom il-vantaġġi fiskali jsiru effettivi. L-użu ta’ għajnuna f’għamla ta’ self bil-quddiem li jrid jitħallas għandu jiġi promoss, peress li dawn l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jwasslu għat-tisħiħ tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit li fejn l-għajnuna tingħata f’għamla ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura, l-intensitajiet tal-għajnuna applikabbli stabbiliti f’dan ir-Regolament jistgħu jiżdiedu, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna reġjonali (billi din tista’ tkun eżentata biss jekk tkun konformi ma’ mapep approvati).

(25) Fil-każ tal-vantaġġi fit-taxxa fuq taxxi fil-ġejjieni, ir-rata ta’ referenza applikabbli u l-ammont eżatt tal-porzjonijiet tal-għajnuna ma jistgħux ikunu magħrufa minn qabel. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel limitu massimu fuq il-valur skontat tal-għajnuna li jirrispetta l-intensità applikabbli tal-għajnuna. Imbagħad, meta jsir magħruf l-ammont tal-porzjon tal-għajnuna f’data partikolari, l-iskontar jista’ jsir fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikabbli f’dak iż-żmien. Il-valur skontat ta’ kull porzjon ta’ għajnuna għandu jitnaqqas mill-ammont globali tal-limitu massimu (“l-ammont limitat").

(26) Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika individwali u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’dan ir-Regolament humiex rispettati, għandu jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew il-proġett megħjuna, indipendentement minn kif dak l-appoġġ huwa iffinanzjat. Sal-punt li l-Kummissjoni tivvaluta globalment l-ammont totali ta’ appoġġ pubbliku meta tawtorizza fondi mill-Unjoni ġestiti mill-Kummissjoni u tiżgura konsistenza mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat, il-finanzjament mill-Unjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru u li ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat m’għandux jittieħed inkonsiderazzjoni meta jkun qiegħed jiġi ddeterminat jekk il-limiti tan-notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna humiex jiġu rrispettati.

(27) Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu akkumulati kategoriji differenti ta’ għajnuna. Għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament u kwalunkwe għajnuna oħra kompatibbli eżentata skont dan ir-Regolament jew approvata mill-Kummissjoni jistgħu jiġu akkumulati sakemm dawk il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti. Meta s-sorsi differenti ta’ għajnuna jkunu relatati mal-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli, li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, għandha tkun permessa akkumulazzjoni sal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-akkumulazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli u mingħajrhom, għall-akkumulazzjoni b’għajnuna de minimis u għall-akkumulazzjoni b’għajnuna favur ħaddiema diżabbli.

(28) Ladarba l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat hija, fil-prinċipju, ipprojbita, huwa importanti li l-partijiet kollha jkollhom possibilità li jikkontrollaw jekk għajnuna partikulari tingħatax b’konformità mar-regoli applikabbli. Għalhekk, it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali biex ir-regoli tat-Trattat ikunu applikati b’mod korrett u twassal għal konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni tal-pari u, fl-aħħar nett, infiq pubbliku aktar effettiv. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, dan ir-Regolament għandu jobbliga lil kull Stat Membru li jistabbilixxi sit elettroniku wieħed dwar l-għajnuna mill-Istat. Din il-websajt għandha tkun awtonoma jew tikseb l-informazzjoni minn bosta websajts (portal). F’din il-websajt l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament f’format standardizzat, it-test kollu ta’ kull miżura ta’ għajnuna u informazzjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna individwali. Dan l-

MT 8 MT

Page 9: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

obbligu għandu jkun kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna individwali mas-suq intern. Il-links għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, informazzjoni sommarja dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata taħt dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(29) Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-miżuri ta’ għajnuna skont ir-Regolament (KE) Nru 994/98, huwa xieraq li jiġu stabbiliti obbligi dwar ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri ta’ miżuri ta’ għajnuna li jkunu ġew eżentati skont dan ir-Regolament u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja aħjar l-effetti kumulattivi tal-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw fuq għotjiet ta’ għajnuna individwali li jaqbżu ċertu ammont ta’ għajnuna. Barra minn hekk, xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw ir-rekords li l-Istati Membri għandhom iżommu rigward l-għajnuna eżentata b’dan ir-Regolament, fid-dawl tal-perjodu ta’ limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/19998.

(30) Biex tissaħħaħ l-effettività tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibilità stabbiliti fl-ewwel Kapitolu ta’ dan ir-Regolament kif ukoll tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-Kapitolu II, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibilità li tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali għall-miżuri ta’ għajnuna fil-futur, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti f’dawn il-Kapitoli. Il-Kummissjoni tista’ tillimita l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali għal miżuri favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet. F’każ li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kompatibilità stabbiliti fil-Kapitolu I ma jintlaħqux, l-għajnuna mogħtija ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament u, bħala konsegwenza, tikkostitwixxi għajnuna illegali, li l-Kummissjoni għandha teżamina fil-qafas tal-proċedura rilevanti kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 659/1999. Jekk l-obbligi tal-Kapitolu II ma jintlaħqux, l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna fil-futur ma jaffettwax il-fatt li l-miżuri ta’ qabel kienu soġġetti għal eżenzjoni ġenerali.

(31) Sabiex ikunu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi differenti tal-Unjoni u nazzjonali li jikkonċernaw l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ċarezza amministrattiva u ċertezza legali, id-definizzjoni ta’ SME użata għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji9.

(32) Billi tindirizza l-iżvantaġġi ta’ reġjuni żvantaġġati, l-għajnuna reġjonali tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Istati Membri u l-Unjoni kollha kemm hi. L-għajnuna reġjonali hija mfassla biex tgħin fl-iżvilupp tar-reġjuni l-aktar żvantaġġati billi tappoġġja l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f’kuntest sostenibbli. F’reġjuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, l-għajnuna reġjonali tista’ tingħata sabiex tippromwovi t-twaqqif ta’ stabbilimenti ġodda, l-estensjoni ta’ stabbilimenti eżistenti, id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment, jew bidla fundamentali fil-proċess kollu tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti. Meta wieħed iqis li l-intrapriżi l-kbar huma inqas milqutin minn żvantaġġi reġjonali mill-SMEs meta jinvestu f’reġjun li jissodisfa l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna reġjonali lil intrapriżi kbar għandha tkun

8 ĠU L83, 27.3.1999, p. 1.9 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36

MT 9 MT

Page 10: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika biss f’investimenti inizjali favur attivitajiet ġodda f’dawn iż-żoni (għajnuna għal investimenti ġodda fjamanti jew id-diversifikazzjoni ta’ stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda).

(33) Meta skema ta’ għajnuna reġjonali tkun immirata lejn oqsma partikolari tal-ekonomija, l-effetti oġġettivi u l-aktar probabbli tal-iskema jistgħu jkunu settorjali aktar milli orizzontali. Għalhekk, skemi settorjali ma jistgħux ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika. Madankollu, il-Kummissjoni, wara notifika, tista’ tevalwa l-effetti possibbli pożittivi tagħhom taħt il-linji gwida jew oqfsa applikabbli. B’mod partikolari, dan jgħodd għal skemi ta’ għajnuna reġjonali li jkopru attivitajiet ekonomiċi fis-settur tal-faħam, is-settur tal-bini tal-bastimenti, is-settur tat-trasport u l-infrastruttura tal-ajruporti. Madankollu, minħabba karatteristiċi speċifiċi ta’ ċerti setturi, bħall-azzar u fibri sintetiċi, huwa meqjus li l-effetti negattivi tal-għajnuna reġjonali f’dawn is-setturi ma jistgħux jingħelbu mill-effetti ta’ koeżjoni pożittivi; għal dawn ir-raġunijiet, ma tistax tingħata għajnuna reġjonali f’dawn is-setturi. Madankollu, is-settur turistiku għandu rwol importanti fl-ekonomiji nazzjonali u, b’mod ġenerali, għandu effett pożittiv partikolari fuq l-iżvilupp reġjonali. Skemi ta’ għajnuna reġjonali mmirati lejn attivitajiet turistiċi għandhom għalhekk ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika.

(34) L-investimenti fir-regjuni assistiti favur enerġija minn sorsi li jiġġeddu, koġenerazzjoni u tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti għandhom ikunu permessi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima ambjentali ta’ dan ir-Regolament; dan għandu jimminimizza l-impatt distortiv għoli tagħhom fuq is-suq intern tal-enerġija u għandu jassigura fokus akbar fuq l-effiċjenza tal-ispiża. Fid-dawl tal-impatt potenzjali qawwi ta’ distorsjoni li għandhom fuq is-suq intern tal-enerġija, l-għajnuna mill-Istat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi mhux rinnovabbli u l-infrastrutturi tal-enerġija m’għandhiex tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(35) Minħabba l-importanza ta’ strateġiji ta’ żvilupp reġjonali, l-investimenti barra mill-programmi operattivi għandhom jintgħażlu skond il-kontribuzzjoni tagħhom għall-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali taż-żoni kkonċernati. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq evalwazzjonijiet ta’ skemi mgħoddija ta’ għajnuna mill-Istat, valutazzjonijiet tal-impatt magħmula mill-awtoritajiet responsabbli mill-għajnuna, jew opinjonijiet esperti. Biex jiġi assigurat li l-iskemi ta’ għajnuna jissodisfaw il-miri tal-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali, l-objettivi għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. Sistema ta’ punteġġ għandha tippermetti lill-awtorità responsabbli mill-għotjiet li tipprijoritizza u tagħżel l-investimenti skont l-għanijiet.

(36) Sabiex ma jiġix ippreferut il-fattur kapitali ta’ investiment fuq il-fattur tax-xogħol, għandu jkun possibbli li titkejjel l-għajnuna għall-investiment reġjonali fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-investiment jew inkella fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-impjiegi maħluqa direttament minn proġett ta’ investiment.

(37) L-għajnuna għall-investiment reġjonali m’għandhiex tkun eżentata min-notifika meta tingħata lil benefiċjarju li jagħlaq l-istess attività produttiva jew waħda simili f’żona oħra fiż-ŻEE fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna jew fejn il-benefiċjarju jkollu pjanijiet konkreti li jagħlaq attività bħal din sa sentejn wara li jkun tlesta l-investiment.

(38) Il-Kummissjoni kisbet esperjenza biżżejjed fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat fir-rigward tal-għajnuna operattiva reġjonali li tikkumpensa l-ispejjeż tat-trasport ta’ oġġetti magħmula fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jew f’żoni b’popolazzjoni baxxa u l-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni u tal-operazzjoni

MT 10 MT

Page 11: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(apparti minn spejjeż tat-trasport) mġarrba mill-benefiċjarji stabbiliti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. L-għajnuna biex tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tista’ tkun kompatibbli mas-suq intern biss u tista’ tkun eżentata biss mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-livell ta’ dik l-għajnuna huwa limitat għal ċertu proporzjon tad-dħul iġġenerat minn dawn l-impriżi fir-reġjun l-aktar imbiegħed ikkonċernat. Biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali u l-emissjonijiet, l-għajnuna għandha tkun ikkakolata abbażi tal-mezz ta’ trasport li jirriżulta fl-iktar spejjeż esterni baxxi għall-ambjent inkluż l-użu tal-enerġija.

(39) L-investimenti li jikkorrispondu għall-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 fit-teknoloġiji ekoloġiċi, ir-R&Ż&I, li jxaqilbu lejn ekonomija b’karbonju baxx, meta mwettqa f’reġjuni inqas żviluppati jistgħu jirċievu ammonti ogħla ta’ għajnuna permezz ta’ bonus reġjonali. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, dawn l-investimenti inizjali jistgħu jkunu appoġġjati taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet differenti ta’ dan ir-Regolament.

(40) L-SMEs għandhom rwol deċiżiv fil-ħolqien tax-xogħol u, b’mod aktar ġenerali, jaġixxu bħala fattur ta’ stabbiltà soċjali u imbuttatura ekonomika. Madankollu, l-iżvilupp tagħhom jista’ jkun limitat b’nuqqasijiet tas-suq, li jwasslu biex dawn l-SMEs ibatu minn żvantaġġi tipiċi. L-SMEs ta’ spiss ikollhom diffikultajiet biex jiksbu kapital jew self, minħabba n-natura avversa għar-riskju ta’ ċerti swieq finanzjarji u l-garanzija limitata li jkunu kapaċi joffru. Ir-riżorsi limitati tagħhom jistgħu wkoll jirrestrinġu l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, notevolment dwar teknoloġija ġdida u swieq potenzali. Biex jiffaċilita l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi tal-SMEs, dan ir-Regolament għandu għalhekk jeżenta ċerti kategoriji ta’ għajnuna meta jingħataw favur l-SMEs.

(41) B’kunsiderazzjoni għall-iżvantaġġi u d-differenzi speċifiċi bejn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, intensitajiet differenti ta’ għajnuna bażika u bonuses differenti jistgħu japplikaw.

(42) Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat biex jippromwovu investimenti kapitali ta’ riskju f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, jidher li hemm numru ta’ nuqqasijiet tas-suq kapitali ta’ riskju speċifiku fl-Unjoni fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ investimenti f’ċerti stadji tal-iżvilupp tal-impriżi. Dawn in-nuqqasijiet tas-suq jirriżultaw minn taqbil difettuż tal-provvista u d-domanda għal kapital ta’ riskju. Bħala riżultat, il-livell ta’ kapital ta’ riskju pprovdut fis-suq jista’ jkun ristrett wisq u l-impriżi ma jiksbux finanzjament minkejja li jkollhom mudell kummerċjali ta’ valur u prospetti ta’ tkabbir. Is-sors prinċipali ta’ falliment tas-suq rilevanti għal swieq kapitali ta’ riskju, li b’mod partikolari jaffettwa l-aċċess għall-kapital minn SMEs u li jista’ jiġġustifika l-intervent pubbliku, jirrigwarda informazzjoni difettuża jew asimmetrika. Din mhux biss taffettwa l-forniment tal-kapital ta’ riskju, iżda wkoll ixxekkel l-aċċess għall-finanzjament tad-dejn għal ċerti SMEs. Konsegwentement, jiġu ffinanzjati miżuri ta’ riskju li jfittxu li jattiraw kapital privat għall-forniment tal-iffinanzjar ta’ riskju lil SMEs mhux ikkwotati li huma affettwati mid-distakk fil-finanzjament u li jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament immexxija mill-profitti u l-ġestjoni kummerċjali ta’ intermedjarji finanzjarji għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet.

(43) Taħt ċerti kundizzjonijiet, għajnuna inizjali għall-SMEs, għajnuna għall-pjattaformi ta’ kummerċ alternattiv speċjalizzati fl-SMEs u għajnuna għall-ispejjeż relatati mat-tiftix tal-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew li joperaw għal anqas minn

MT 11 MT

Page 12: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ħames snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom f’suq għandhom ukoll ikunu kkunsidrati kompatibbli mas-suq intern u eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika.

(44) L-SMEs parteċipanti fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea spiss isibu diffikultajiet biex jiffinanzjaw spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-kooperazzjoni bejn l-imsieħba li jinsabu f’reġjuni differenti u fi Stati Membri differenti. Minħabba l-importanza tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea taħt politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, l-għajnuna għall-ispejjeż ta’ kooperazzjoni relatati ma’ proġetti koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni [COM(2011)611 ERDF/ETC] għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika.

(45) Il-promozzjoni ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni hija għan importanti ta’ interess komuni. Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta’ għajnuna għall-SMEs tista’ tikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli, issaħħaħ il-kompetittività u tagħti spinta lill-impjiegi. L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 u l-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għal għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta’ għajnuna għall-SMEs turi li fallimenti tas-suq jistgħu jżommu s-suq milli jilħaq l-aħjar produzzjoni u jwasslu għal ineffiċjenzi. Dawn ir-riżultati ineffiċjenti ġeneralment ikollhom x’jaqsmu ma’ aspetti esterni, beni pubbliċi/riperkussjonijiet ta’ għarfien, informazzjoni difettuża u asimmetrika, u nuqqasijiet fil-koordinazzjoni u fin-netwerk.

(46) L-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni hija ta’ importanza partikolari għall-SMEs, li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, għat-trasferiment tal-għarfien jew għal impjegati kwalifikati ħafna. L-għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, l-għajnuna għal studji ta’ fattibilità, kif ukoll l-għajnuna għall-innovazzjoni tal-SMEs, inkluża l-għajnuna biex tkopri spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs, jistgħu jirrimedjaw dawn il-problemi u għandhom għalhekk ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet.

(47) Fir-rigward ta’ għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, il-parti assistita tal-proġett tar-riċerka għandha taqa’ kompletament fil-kategoriji ta’ riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali. Meta proġett iħaddan kompiti differenti, kull biċċa xogħol għandha tkun ikkwalifikata bħala li taqa’ taħt il-kategoriji ta’ riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali jew bħala li ma taqax taħt xi waħda minn dawk il-kategoriji. Dik il-kwalifika mhux bilfors għandha tkun kronoloġika, li timxi b’mod sekwenzjali maż-żmien minn riċerka fundamentali għal attivitajiet aktar viċin is-suq. Għaldaqstant, biċċa xogħol li ssir fi stadju mwaħħar tal-proġett tista’ tiġi kkwalifikata bħala riċerka industrijali. Bl-istess mod, attività mwettqa fi stadju aktar bikri tista’ tikkostitwixxi żvilupp sperimentali. Il-parti assistita tal-proġett tista’ tinkludi wkoll studji ta’ fattibbiltà bi preparazzjoni għal attivitajiet ta’ riċerka.

(48) L-infrastrutturi tar-riċerka ta’ kwalità għolja qegħdin isiru dejjem aktar meħtieġa għal riċerka rivoluzzjonarja u l-innovazzjoni minħabba li jattiraw talent globali u huma essenzjali b’mod partikolari għal informazzjoni, teknoloġiji tal-komunikazzjoni u teknoloġiji abilitanti ewlenin ġodda. Infrastrutturi tar-riċerka pubbliċi għandhom ikomplu jissieħbu mar-riċerka tal-industrija. Aċċess għall-infrastrutturi ta’ riċerka ffinanzjati b’mod pubbliku għandhom jingħataw fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja u fuq termini tas-suq. Jekk il-kundizzjonijiet tal-aħħar ma jiġux irrispettati, il-miżura ta’ għajnuna ma tistax tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika. Partijiet multipli jista’ jkollhom pussess, joperaw u jużaw infrastruttura tar-riċerka

MT 12 MT

Page 13: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

partikolari, u l-entitajiet pubbliċi u l-impriżi jistgħu jużaw l-infrastruttura b’mod kollaborattiv.

(49) Infrastrutturi tar-riċerka jistgħu jwettqu kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi. Sabiex tiġi evitata għajnuna mill-Istat mhux dovuta lil attivitajiet ekonomiċi permezz tal-finanzjament pubbliku ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi, l-ispejjeż u l-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi għandhom ikunu separabbli b’mod ċar. Jekk l-infrastruttura tkun użata kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, il-finanzjament pubbliku jaqa’ taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat biss safejn dan ikopri l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi. Jekk l-infrastruttura tkun użata kważi esklussivament għal attività mhux ekonomika, tista’ taqa’ lil hinn mir-regoli tal-għajnuna tal-Istat kompletament, anki jekk tintuża wkoll għal attività ekonomika purament anċillari, jiġifieri attività li hija direttament relatata mal-operat tal-infrastruttura u neċessarja għalih, jew intrinsikament marbuta mal-użu mhux ekonomiku ewlieni tagħha, u hija limitata fil-kamp ta' applikazzjoni.

(50) Il-promozzjoni tat-taħriġ u r-reklutaġġ / impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità jikkostitwixxu għan ċentrali tal-politiki ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(51) It-taħriġ normalment jiġġenera aspetti esterni pożittivi għas-soċjetà kollha kemm hi, peress li jżid il-grupp ta’ ħaddiema mħarrġa li minnhom jistgħu jagħżlu intrapriżi oħra, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni u għandu rwol importanti fl-istrateġija tax-xogħol tal-Unjoni. Għalhekk din il-għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet. Fid-dawl tal-iżvantaġġi partikolari li jiffaċċjaw l-SMEs u l-ispejjeż relattivament ogħla li jridu jbatu meta jinvestu fit-taħriġ, l-intensitajiet tal-għajnuna eżentati b’dan ir-Regolament għandhom jiġu miżjuda għall-SMEs. Barra minn hekk, l-intensitajiet tal-għajnuna eżentati minn dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu jekk it-taħriġ jingħata lill-ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati. Il-karatteristiċi tat-taħriġ fis-settur tat-trasport marittimu jiġġustifikaw metodu speċifiku għal dak is-settur.

(52) Ċerti kategoriji ta’ ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati għadhom jesperjenzaw diffikultajiet partikolari biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet pubbliċi huma ġġustifikati fl-applikazzjoni tal-miżuri li jipprovdu inċentivi lill-impriżi biex iżidu l-livelli tal-impjiegi ta’ dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema, b’mod partikolari taż-żgħażagħ. L-ispejjeż tal-impjiegi jiffurmaw parti mill-ispejjeż amministrattivi normali ta’ kull impriża. Huwa għalhekk partikolarment importanti li l-għajnuna għall-impjegar ta’ ħaddiema b’diżabilità u żvantaġġati ikollha effett pożittiv fuq il-livelli tal-impjiegi ta’ dawk il-kategoriji ta’ ħaddiema u m’għandhiex biss tippermetti lill-impriżi jnaqqsu l-ispejjeż li kieku kien ikollhom ibatu. Konsegwentement, din l-għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika meta jkun probabbli li tgħin dawk il-kategoriji ta’ ħaddiema sabiex jidħlu jew jidħlu mill-ġdid u jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

(53) It-tkabbir sostenibbli għal ekonomija iktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, iktar ekoloġika u iktar kompetittiva huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-istrateġija għat-tkabbir tal-Ewropa 2020. L-iżvilupp sostenibbli huwa bbażat, fost affarijiet oħra, fuq livell għoli ta’ ħarsien u titjib tal-kwalità tal-ambjent. Il-qasam tal-ħarsien ambjentali qed jaffaċċja nuqqasijiet tas-suq b’tali mod li taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-impriżi mhux neċessarjament ikollhom inċentiv biex inaqqsu t-tniġġis ikkawżat minnhom peress li kwalunkwe tnaqqis bħal dan jista’ jżid l-ispejjeż tagħhom mingħajr benefiċċji korrispondenti.

MT 13 MT

Page 14: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(54) Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni matul l-applikazzjoni tal-linji gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali, diversi miżuri ta’ għajnuna jistgħu jiġu inklużi fl-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ notifika. Dawn il-miżuri eżentati jkopru l-oqsma tal-effiċjenza tar-riżorsi, tat-tibdil fil-klima u tal-miżuri tal-enerġija b’benefiċċju ambjentali.

(55) B’mod partikolari, miżuri li jikkonċernaw l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija, il-koġenerazzjoni u t-tisħin distrettwali jimmiraw għal effiċjenza tar-riżorsi. Miżuri li jinċentivaw l-impriżi sabiex jiksbu livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali minn dak meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni jistgħu jgħinu l-effiċjenza tar-riżorsi u l-ambjent jibbenifikaw b’mod aktar wiesa’, filwaqt li l-għajnuna għar-rijabilitazzjoni ta’ siti kontaminati – li jistgħu jkunu ġġustifikati f’każijiet fejn min iniġġes ma jistax jiġi identifikat – speċifikament timmira li tissewwa ħsara ambjentali. F’dan ir-rigward, qed issir referenza fost l-oħrajn għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali10, kif emendata mid-Direttiva 2006/21/KE11 u d-Direttiva 2009/31/KE12.

(56) Biex jintlaħqu l-miri għall-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni u safejn l-appoġġ addizzjonali huwa meħtieġ apparti qafas regolatorju bħall-iskema tal-Unjoni għall-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti ħieles mit-teknoloġija, li huwa miftuħ għall-offerenti minn naħa għal oħra tal-fruntieri nazzjonali. Tali proċess jista’ jgħin lill-Unjoni tilħaq il-miri tagħha b’mod kosteffettiv billi jillimita x-xkiel tas-suq intern. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri huma mħeġġa jidħlu fil-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni previsti fid-Direttiva 2009/28/KE, sabiex l-enerġija appoġġjata tkun tgħodd għall-miri nazzjonali tagħhom.

(57) Prezzijiet negattivi jseħħu meta jkun hemm provvista eċċessiva tal-elettriku. Dan jista’ jseħħ ukoll minħabba kundizzjonijiet favorevoli tat-temp. Produtturi tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jissoktaw bil-produzzjoni sakemm il-prezz jaqa’ taħt il-valur tal-għajnuna. Minn banda, sitwazzjoni bħal din tista’ ġġiegħel il-produtturi kollha jwaqqfu l-produzzjoni tagħhom jew iħallsu għall-produzzjoni. Mill-banda l-oħra, tista’ tinċentiva l-istess produtturi biex jieħdu miżuri ta’ reazzjoni għad-domanda, li jippermettulhom jirreaġixxu b’mod aktar flessibbli għall-prezzijiet tal-elettriku li qed jonqsu.

(58) Għandu jiġi żgurat ukoll li l-kriterji sostenibbli applikabbli jintlaħqu meta jingħata appoġġ għall-enerġija rinnovabbli. L-għajnuna għall-investiment ambjentali għall-użu tal-bijomassa għandha tkun eżentata biss sakemm l-investimenti megħjunin jintużaw esklussivament għall-użu ta’ bijomassa sostenibbli, ladarba dawn il-kriterji ta’ sostenibbiltà jiġu adottati.

(59) Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa taħt id-Direttiva 2003/96/KE13 li tiffavorixxi l-protezzjoni ambjentali koperta b’dan ir-Regolament jista’ jibbenefika minnha l-ambjent b’mod indirett u għandha tkun limitata għal perjodu ta’ għaxar snin. Wara dan

10 ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.11 Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’

skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.12 Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku

tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006: ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

13 ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

MT 14 MT

Page 15: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

il-perjodu, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-korrettezza tat-tnaqqis tat-taxxa kkonċernat. Madankollu, meta Artikolu speċifiku f’dan ir-Regolament ikopri l-miżura ta’ għajnuna pprovduta minn eżenzjoni tat-taxxa dan l-Artikolu japplika.

(60) Kalkolu korrett tal-ispejjeż żejda għall-investiment jew għall-produzzjoni sabiex jinkiseb ħarsien ambjentali huwa essenzjali sabiex jiġi ddeterminat jekk l-għajnuna hijiex kompatibbli mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. Fid-dawl tad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fid-determinazzjoni tal-ispiża żejda li tirriżulta mill-investiment għat-titjib tal-protezzjoni ambjentali, dan ir-Regolament jipprovdi metodu simplifikat għall-kalkolu tal-ispejjeż ta’ investiment ambjentali, limitat b’intensitajiet massimi ta’ għajnuna.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Artikolu IKamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:

(a) għajnuna reġjonali;

(b) għajnuna lill-SMEs fl-għamla ta’ għajnuna għall-investiment, għajnuna operattiva u aċċess tal-SMEs għall-finanzjamenti;

(c) għajnuna għall-protezzjoni ambjentali;

(d) għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp;

(e) għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs;

(f) għajnuna għat-taħriġ;

(g) għajnuna għar-reklutaġġ u l-impjieg ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) skemi li għalihom in-nefqa pubblika annwali ppjanata jew effettiva taqbeż iż-0,01 % tal-prodott domestiku gross nazzjonali (PDG) tal-Istat Membru kkonċernat għas-sena kalendarja preċedenti14 u sakemm il-baġit annwali ppjanat jew effettiv tal-iskema in kwistjoni jaqbeż il-EUR 100 miljun. Skemi bħal dawn għandhom jiġu notifikati skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat mhux iżjed tard minn sitt xhur mid-data li fiha l-kundizzjoni ta’ hawn fuq tiġi ssodisfata. Jekk diversi skemi b’karatteristiċi identiċi jew simili ħafna jiddaħħlu fis-seħħ fl-istess Stat Membru f’perjodu ta’ tliet snin, dawn l-iskemi jiġu kkunsidrati b’mod konġunt għall-fini tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

(b) għajnuna lil attivitajiet relatati mal-esportazzjoni, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ spejjeż kurrenti oħra marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni;

14 Bl-użu tad-dejta annwali tal-Eurostat dwar il-PGD nazzjonali fl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS).

MT 15 MT

Page 16: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(c) għajnuna kontinġenti fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi minflok dawk importati.

3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal għajnuna fis-setturi li ġejjin:

(a) tas-sajd u l-akkwakultura, kif koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/200015; fi ħdan dan is-settur, madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna għat-taħriġ, l-għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, l-għajnuna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, l-għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs u l-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità;

(b) tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli; fi ħdan dan is-settur, madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-kumpens għal spejjeż addizzjonali minbarra spejjeż tat-trasport fir-reġjuni l-aktar imbiegħda skont l-Artikolu 16(2)(b), l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, l-għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs, l-għajnuna ambjentali u l-għajnuna għall-ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità;

(c) tal-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli, fil-każijiet li ġejjin:

(i) għajnuna għat-taħriġ;

(ii) meta l-ammont tal-għajnuna jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità ta’ dawn il-prodotti mixtrija minn produtturi primarji jew imqiegħda fis-suq mill-impriżi kkonċernati; jew

(ii) meta l-għajnuna tkun bil-kundizzjoni li parti minnha jew kollha kemm hi tingħata lil produtturi primarji;

(d) għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi, kif kopert bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/78716;

(e) il-kategoriji ta’ għajnuna reġjonali elenkati fl-Artikolu 14.

4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a) l-iskemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas tal-għajnuna individwali favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern;

(b) għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (a);

(c) għajnuna għall-impriżi li jkunu f’diffikultà.

(d) għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar, ħlief għal għajnuna ad hoc użata biex tissupplimenta għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali ta’ investiment.

GĦAŻLA ALTERNATTIVA: din id-dispożizzjoni mħassra – l-għajnuna ad hoc lil intrapriżi kbar hija koperta mill-GBER, madankollu, ara rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tal-effett ta’ inċentiv fl-Artikolu 6

5. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbuta magħhom jew mill-metodu finanzjarju tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari:

15 ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.16 ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24.

MT 16 MT

Page 17: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(a) miżuri ta’ għajnuna fejn l-għoti ta’ għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru;

(b) miżuri ta’ għajnuna fejn l-għoti ta’ għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;

(c) miżuri ta’ għajnuna li jillimitaw il-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3Kundizzjonijiet għal eżenzjoni

1. Skemi ta’ għajnuna, għajnuna individwali mogħtija minn skemi ta’ għajnuna u għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li dik l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Kapitolu I, kif ukoll il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu III.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-għotjiet ta’ għajnuna individwali taħt skemi li huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament.

Artikolu 4Il-limiti ta’ notifika

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwalunkwe għajnuna individwali, kemm jekk tingħata ad hoc jew fuq il-bażi ta’ skema, li l-ekwivalenti gross tal-għotja tagħha jaqbeż il-limiti li ġejjin:

(a) għajnuna għall-investiment reġjonali: 75 % tal-ammont massimu ta’ għajnuna li investiment bi spejjeż eliġibbli ta’ EUR 100 miljun jista’ jirċievi b’applikazzjoni tal-intensità massima tal-għajnuna stabbilita f’mappa reġjonali approvata u li tkun fis-seħħ fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

(b) għajnuna tal-investiment għall-SMEs: EUR 7,5 miljun kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

(c) għajnuna għal finanzjament ta’ riskju: kif stabbilita fl-Artikolu 19(9);

(d) għajnuna tal-bidu ta’ negozju: kif stabbilit fl-Artikolu 20 (3) u (4);

(e) għajnuna għall-ispejjeż ta’ kooperazzjoni tal-SMEs marbuta mal-proġetti tal-ETC: EUR 2 miljun kull impriża, għal kull proġett;

(f) għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp:

(i) jekk il-proġett ikun b’mod predominanti riċerka fundamentali: EUR 40 miljun kull impriża, għal kull proġett;

MT 17 MT

Page 18: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(ii) jekk il-proġett ikun b’mod predominanti riċerka industrijali: EUR 20 miljun kull impriża, għal kull proġett;

(iii) jekk il-proġett ikun b’mod predominanti riċerka industrijali: EUR [10] miljun kull impriża, għal kull proġett

(iv) jekk l-għajnuna għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp tingħata fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti gross tal-għotja tagħhom, jiġi espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif iddefinit fuq il-bażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, is-self għandu jitħallas lura b’rata tal-imgħax mill-anqas daqs ir-rata ta’ skont applikabbli fi żmien l-għotja, l-ammonti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) jistgħu jiġu miżjuda b’[50]%;

(v) jekk il-proġett ikun proġett EUREKA jew jiġi implimentat minn Impriża Konġunta stabbilita abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat, l-ammonti msemmija fil-punti (i) sa (iii) jistgħu jiġu rduppjati.

(vi) għajnuna għall-studji ta’ fattibbiltà ft-tħejjija tal-attivitajiet ta’ riċerka: EUR [7,5] miljun għal kull studju;

(vii) jekk l-għajnuna tikkonċerna l-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ infrastruttura ta’ riċerka: EUR [15] miljun għal kull infrastruttura;

(g) għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs: EUR [5] miljun għal kull benefiċjarju;

(h) għajnuna għat-taħriġ: EUR 2 miljuni għal kull proġett ta’ taħriġ;

(i) għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati: EUR 5 miljun kull impriża fis-sena;

(j) għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ spejjeż tal-pagi: EUR 10 miljun kull impriża fis-sena;

(k) għajnuna li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b’diżabilità: EUR 10 miljun kull impriża fis-sena;

(l) għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni ambjentali, inkluża għajnuna għal studji ambjentali: EUR [7,5] miljun kull impriża għal kull proġett ta’ investiment.

Artikolu 5Trasparenza tal-għajnuna

1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna trasparenti.

2. B’mod partikolari, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu bħala trasparenti:

(a) għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet u sussidji fuq ir-rata tal-imgħax;

(b) għajnuna li tikkonsisti f’self, fejn l-ekwivalenti tal-għotja grossa ġie kkalkolat fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fi żmien l-għotja;

(c) għajnuna li tinvolvi garanziji:

MT 18 MT

Page 19: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(i) fejn l-ekwivalenti tal-għotja gross ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stipulati fl-avviż tal-Kummissjoni17; jew

(ii) fejn qabel l-implimentazzjoni, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti gross tal-għotja tal-garanzija tkun ġiet aċċettata wara notifika ta’ din il-metodoloġija lill-Kummissjoni skont regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u l-metodoloġija approvata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti involuti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d) għajnuna li tinvolvi miżuri fiskali, fejn il-miżura tikkontempla kwota biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;

(e) għajnuna li tinvolvi miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 ikunu ġew issodisfati;

(f) għajnuna għal negozji li jkun għadhom kemm jiftħu jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 ikunu ġew issodisfati;

(g) għajnuna fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura, jekk l-ammont nominali totali tas-self bil-quddiem li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti gross tal-għotja tas-self bil-quddiem li jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.

Artikolu 6Effett ta’ inċentiv

1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.

2. L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub fil-forma stipulata fl-Anness IV lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew attività.

3. GĦAŻLA SUPPLIMENTARI 1 GĦAL INTRAPRIŻI KBAR: Għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għandha titqies li jkollha effett ta’ inċentiv jekk flimkien mat-twettiq tal-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna individwali kkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-benefiċjarju tistabbilixxi wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a) żieda materjali fid-daqs tal-proġett/attività minħabba l-għajnuna;

(b) żieda materjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett/l-attività minħabba l-għajnuna;

(c) żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett/attività minħabba l-għajnuna;

(d) żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett/attività kkonċernat(a);

(e) fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investiment imsemmija fl-Artikolu 15, li l-proġett ma kienx jitwettaq bħala tali fir-reġjun megħjun ikkonċernat fin-nuqqas tal-għajnuna.

17 L-avviż attwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fl-għamla ta’ garanziji, ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

MT 19 MT

Page 20: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

4. B’deroga minn paragrafu 2, il-miżuri fiskali huma meqjusa li għandhom effett ta’ inċentiv jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-miżura fiskali tistabbilixxi dritt għall-għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru; u

(b) il-miżura fiskali ġiet adottata u ddaħħlet fis-seħħ qabel ma x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jkun inbeda; madankollu din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, diment li l-attività tkun ġiet koperta minn skemi fiskali preċedenti.

5. B’deroga minn paragrafu 2, wieħed għandu jassumi li l-kategoriji ta’ għajnuna jkollhom effett ta’ inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi rilevanti fil-Kapitolu III:

(a) għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ sussidji fuq il-pagi u għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji fuq il-pagi, skont l-Artikolu 28,

(b) għajnuna li tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali biex jiġu impjegati ħaddiema b’diżabilità, skont l-Artikolu 29,

(c) għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, skont l-Artikoli 17 u 18,

(d) għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 ikunu ġew issodisfati.

Artikolu 7Proporzjonalità

1. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li tkun proporzjonali.

2. Għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament għandha titqies bħala proporzjonali jekk tkun tikkonforma mal-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jew l-ammonti stabbiliti fil-Kapitolu III.

Artikolu 8L-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli

1. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli, iċ-ċifri użati kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis fit-taxxa jew imposta oħra. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu appoġġjati b’evidenza dokumentata li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja.

2. Meta l-għajnuna tingħata f’forma oħra minbarra għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti gross tal-għotja tal-għajnuna.

3. Għajnuna pagabbli f’diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fil-mument li jingħataw. Ir-rata ta’ imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontijiet għandha tkun ir-rata tal-iskont applikabbli fi żmien l-għotja.

4. Meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ vantaġġi fiskali, għandu jingħata skont fuq il-porzjonijiet tal-għajnuna fuq il-bażi tar-rati ta’ referenza applikabbli meta jidħol fis-seħħ benefiċċju tat-taxxa.

5. Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti gross tal-għotja tagħhom,

MT 20 MT

Page 21: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

dan jiġi espress bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif iddefinit fuq il-bażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, is-self għandu jitħallas lura b’rata tal-imgħax mill-anqas daqs ir-rata ta’ skont applikabbli fi żmien l-għotja, il-massimu tal-intensitajiet ta’ għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b’[10] punti perċentwali.

6. Meta l-għajnuna reġjonali tingħata fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura, l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’mappa ta’ għajnuna reġjonali fis-seħħ fil-mument tal-għoti tal-għajnuna ma jistgħux jiżdiedu.

Artikolu XStatus tal-SME

[Kull meta l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat tkun limitata għal SMEs jew kundizzjonijiet aktar favorevoli japplikaw għall-SMEs skont dan ir-Regolament, SME tista’ biss tibbenefika minn tali eżenzjoni jew minn kundizzjonijiet aktar favorevoli skont dan ir-Regolament sakemm din ma titlifx l-istatus tagħha ta’ SME fi żmien [x] snin mill-għoti tal-għajnuna minħabba li ssir sieħeb jew intrapriża relatata fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Anness II ma’ intrapriża kbira.]

Artikolu 9Kumulazzjoni

1. Biex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika individwali stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu III ġewx rispettati, l-ammont totali ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit għandu jiġi kkunsidrat, irrispettivament minn kif jiġu ffinanzjati l-miżuri. Madankollu, il-finanzjament mill-Unjoni ġestit ċentralment mill-Kummissjoni li ma jkunx direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru u ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat ma għandux jitqies, meta kemm il-finanzjament kif ukoll il-finanzjament nazzjonali jiġu vvalutati flimkien għall-fini ta’ konformità mar-regolamenti Ewropej.

2. Għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentati minn dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’:

(a) kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, diment li dawk il-miżuri jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati,

(b) kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli — li jikkoinċidu b’mod parzjali jew sħiħ — biss jekk tali akkumulazzjoni ma tirriżultax f’ammont ogħla mill-intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

3. Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentati skont l-Artikoli 19, 20 u 21 ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi kumulata ma’ kwalunkwe miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat bi spejjeż eliġibbli identifikabbli.

4. Għajnuna mill-Istat li hija eżentata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi akkumulata bi kwalunkwe għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jekk it-tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dawk stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

5. B’deroga minn paragrafu 1(b), għajnuna favur ħaddiema b’diżabilità, kif previst fl-Artikoli 28 u 29, tista’ tiġi akkumulata b’għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament

MT 21 MT

Page 22: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli aktar mill-ogħla limitu applikabbli skont dan ir-Regolament, diment li din l-akkumulazzjoni ma tirriżultax f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż il-100 % tal-ispejjeż rilevanti fuq kwalunkwe perjodu li matulu l-ħaddiema kkonċernati jkunu impjegati.

Artikolu 10Pubblikazzjoni u informazzjoni

1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika fuq websajt unika ta’ għajnuna mill-Istat, jew fuq websajt unika li tirkupra informazzjoni minn diversi websajts:

(a) l-informazzjoni sommarja dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness III;

(b) it-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna bħal din, inklużi l-emendi tagħha, jew link li tipprovdi aċċess għaliha;

(c) l-informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali fil-format standardizzat stabbilit fil-Parti III tal-Anness III.

2. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi organizzata u tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif deskritt fl-Anness V, u għandha tippermetti funzjonijiet effettivi ta’ tiftix u tniżżil. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata u disponibbli għal mill-anqas 10 snin mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna.

3. It-test sħiħ tal-iskema jew tal-miżura ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, b’mod partikolari, referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi jikkwota t-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III li jikkonċernaw dak l-att, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li tinżamm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jkun akkumpanjat mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-emendi tiegħu.

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika:

(a) fuq il-websajt tagħha, il-links għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha, imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni sommarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Artikolu 11Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ġenerali

Meta l-Istat Membru kkonċernat jagħti għajnuna li hija allegatament eżentanta mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III, jew ma jilħaqx ir-rekwiżit stipulat fil-Kapitolu II, il-Kummissjoni, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehmtu, tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna kollha jew xi wħud minnhom adottati fil-ġejjieni mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, il-miżuri adottati favur ċerti benefiċjarji jew il-miżuri adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

MT 22 MT

Page 23: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

KAPITOLU IIRekwiżiti proċedurali

Artikolu 12Rapportar

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni:

(a) permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni18, l-informazzjoni sommarja msemmija fl-Artikolu 10(1)(a), flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna kif imsemmi fl-Artikolu 10(1)(b), fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tiegħu;

(b) informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż it-EUR 3 miljun – bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna skont it-Taqsima 5, fil-format stabbilit fil-Parti III tal-Anness III, fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-jum li fih tingħata l-għajnuna;

(c) rapport annwali, kif imsemmi fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 200419, f’forma elettronika dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

18 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat, Artikolu 3(4); ĠU L 140, 1.4.2004, p.1.

19 ĠU L 140, 30.04.2004, p.1.

MT 23 MT

Page 24: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Artikolu 13Monitoraġġ

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-għajnuna eżentata min-notifika minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jistabbilixxu li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna individwali jew tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont l-iskemi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stipulat fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn li l-Kummissjoni tqis neċessarja biex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IIIDispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Kategoriji Differenti ta’Għajnuna

TAQSIMA 1 - GĦAJNUNA REĠJONALI

Artikolu 14Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali

1. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) għajnuna reġjonali li tiffavorixxi attivitajiet fis-settur tal-azzar, is-settur tal-faħam, is-settur tal-bini tal-bastimenti, is-settur tal-fibri sintetiċi, is-settur tat-trasport u l-infrastruttura tal-ajruporti;

(b) għajnuna reġjonali fil-forma ta’ skemi li huma mmirati lejn setturi speċifiċi tal-attività ekonomika fis-sens ta’ dan ir-Regolament; skemi mmirati lejn attivitajiet turistiċi, l-infrastrutturi broadband jew il-prodotti agrikoli mhumiex ikkunsidrati bħala mmirati lejn setturi speċifiċi tal-attività ekonomika;

(c) għajnuna reġjonali fl-għamla ta’ skemi li jikkumpensaw l-ispejjeż tat-trasport ta’ oġġetti prodotti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jew f’żoni b’popolazzjoni baxxa u:

(i) jiffavorixxu l-attivitajiet fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat; jew

(ii) jiffavorixxu l-attivitajiet ikklassifikati bħala agrikoltura, forestrija u sajd taħt it-taqsima A tal-NACE Rev. 2, minjieri u barrieri taħt it-taqsima B tal-NACE Rev. 2 u elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata taħt it-taqsima D tal-NACE Rev. 2; jew

(iii) jiffavorixxu t-trasport permezz ta’ pipeline;

(d) l-għajnuna reġjonali għas-settur tal-enerġija (il-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-infrastrutturi tal-enerġija, il-koġenerazzjoni, it-tisħin distrettwali);

(e) għajnuna għall-investiment reġjonali individwali lil benefiċjarju li jkun għalaq l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE fis-sentejn ta’ qabel l-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jew li, fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna, jkollu pjanijiet konkreti biex jagħlaq din l-

MT 24 MT

Page 25: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

attività fi żmien perjodu li jista’ jilħaq is-sentejn qabel ma jitlesta l-investiment fiż-żona kkonċernata.

Artikolu 15Għajnuna għall-investiment reġjonali

1. L-iskemi ta’ għajnuna tal-investiment reġjonali għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

L-għajnuna ad hoc biex tiġi supplimentata għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta’ skemi tal-investiment reġjonali u li ma taqbiżx il-50 % tal-għajnuna totali li għandha tingħata għall-investiment, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

GĦAŻLA ALTERNATTIVA: din id-dispożizzjoni titħassar, jekk l-għajnuna ad hoc lil intrapriżi kbar hija eżentatia mir-rekwiżit ta’ notifika.

2. L-għajnuna għandha tingħata f’żoni eliġibbli għal għajnuna reġjonali kif stabbilit fil-mappa ta’ għajnuna reġjonali approvata għall-Istat Membru kkonċernat għall-perjodu 2014-2020.

3. Għal skema ta’ għajnuna għall-investiment reġjonali barra minn programm operattiv, l-Istat Membru għandu juri li l-miżura tikkontribwixxi għal strateġija ta’ żvilupp reġjonali b’għanijiet identifikati b’mod ċar u għandha tinkludi sistema ta’ punteġġ li tippermetti lill-Istat Membru jipprijoritizza u jagħżel l-investimenti skont l-għanijiet tal-iskema.

4. F’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, l-għajnuna tista’ tingħata għal investiment inizjali fis-sens ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament mid-daqs tal-benefiċjarju. F’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna tista’ tingħata lill-SMEs għal kwalunkwe forma ta’ tali investiment inizjali, filwaqt li l-għajnuna lil intrapriżi kbar tista’ tingħata biss għal investiment inizjali favur attività ġdida, fis-sens ta’ dan ir-Regolament, fiż-żona kkonċernata.

5. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) spejjeż ta’ investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli;

(b) spejjeż ta’ pagi ta’ impjiegi maħluqa direttament mill-investiment, ikkalkolati fuq perjodu ta’ sentejn; jew

(c) taħlita tal-punti (a) u (b).

MT 25 MT

Page 26: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

6. L-investiment għandu jinżamm fiż-żona tar-riċevitur għal mill-anqas ħames snin, jew tliet snin fil-każ ta’ SMEs, wara t-tlestija tal-investiment. Jekk l-għajnuna hija kkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi, kull impjieg maħluq permezz tal-investiment għandu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha mtliet il-kariga għall-ewwel darba jew tliet snin fil-każ ta’ SMEs. Dan ma għandux jipprevjeni s-sostituzzjoni ta’ impjant jew apparat li ma jkunx aktar validu minħabba t-tibdil teknoloġiku mgħaġġel, bil-kundizzjoni li tinżamm l-attività ekonomika fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu msemmi hawn fuq.

7. Għal impriżi kbar, l-assi akkwistati iridu jkunu ġodda. L-akkwist ta’ assi tanġibbli b’kiri għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għall-kiri ta’ art u bini, il-kirja għandha tkompli għal mill-anqas ħames snin wara d-data antiċipata tat-tlestija tal-proġett ta’ investiment jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs;

(b) għall-kiri ta’ impjant jew makkinarju, il-kirja għandha tieħu l-forma ta’ kirja finanzjarja u tinkludi obbligu ta’ xiri tal-proprjetà fl-iskadenza tal-perjodu tal-kirja.

Fil-każ ta’ akkwist ta’ stabbiliment, l-ispejjeż ta’ xiri tal-assi minn għand partijiet terzi mhux relatati max-xerrej biss għandhom jiġu kkunsidrati. It-tranżazzjoni għandha sseħħ bil-kundizzjonijiet tas-suq. L-assi li għall-akkwist tagħhom diġà tkun ingħatat għajnuna qabel ix-xiri ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli. Fil-każ tas-suċċessjoni tan-negozju ta’ impriżi żgħar favur il-familja tal-proprjetarju/proprjetarji oriġinali jew favur l-impjegati preċedenti, il-kundizzjoni li l-assi għandhom jinbiegħu minn investitur indipendenti għandha tiġi rinunzjata.

8. Impjiegi maħluqa direttament minn proġett ta’ investiment reġjonali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-karigi għandhom jimtlew fi żmien tliet snin mit-tlestija tax-xogħlijiet; u

(b) il-proġett ta’ investiment għandu jwassal għal żieda netta fin-numru ta’ impjegati fl-impriża kkonċernata, imqabbel mal-medja matul it-12-il xahar ta’ qabel.

9. L-għajnuna reġjonali għall-iżvilupp ta’ netwerk tal-broadband għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-għajnuna għandha tingħata biss lil żoni fejn m’hemm ebda infrastruttura tal-istess kategorija (jew broadband jew NGA) u fejn mhuwiex probabbli li tiġi żviluppata waħda fil-futur qrib; u

(b) l-operatur tan-netwerk issussidjat għandu joffri aċċess attiv u passiv bl-ingrossa b’kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji bil-possibbiltà ta’ diżaggregazzjoni effettiva u sħiħa; u

(c) l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv.

10. L-għajnuna reġjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka għandha tingħata biss għall-infrastrutturi li jagħtu aċċess għal bażi trasparenti u nondiskriminatorja.

MT 26 MT

Page 27: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

11. L-intensità tal-għajnuna fl-ekwivalenti gross tal-għotja ma għandhiex taqbeż l-intensità massima tal-għajnuna stabbilita f’mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna fiż-żona kkonċernata. Meta l-intensità tal-għajnuna hija kkalkolata fuq il-bażi tal-paragrafu 5, l-intensità massima tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-ammont l-aktar favorevoli li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ din l-intensità fuq il-bażi ta’ spejjeż ta’ investiment jew spejjeż tal-pagi. Għal proġetti kbar bi spejjeż eliġibbli taħt EUR 100 miljun, l-intensità massima tal-għajnuna tista’ tingħata biss għall-ispejjeż eliġibbli sa 50 miljun. L-intensità massima għall-għajnuna hija mnaqqsa b’50 % fir-rigward tal-ispejjeż eliġibbli li jaqbżu l-ewwel EUR 50 miljun.

12. Għal investiment inizjali marbut mal-proġetti Kooperazzjoni Territorjali Ewropea kopert minn [COM(2011)611 ir-Regolament FEŻR/ETC], l-intensità tal-għajnuna taż-żona li fiha jkun jinsab l-investiment inizjali tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni assistiti jew aktar, l-intensità massima għall-għajnuna għandha tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn hija imposta l-akbar parti mill-ispejjeż eliġibbli. Fl-oqsma assistiti eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għall-SMEs.

13. Bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna mogħtija favur proġetti kbar ta’ investiment, l-intensità massima għall-għajnuna stabbilita fil-mappa ta’ għajnuna reġjonali rilevanti tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta’ daqs medju.

14. Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, permezz tar-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta’ finanzjament estern, f’forma li tkun ħielsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku. Madankollu, jekk l-intensità massima tal-għajnuna taqbeż il-75 % minħabba li tiżdied skont il-paragrafu 13 ta’ dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju għandha titnaqqas kif xieraq.

Artikolu 16Għajnuna reġjonali operattiva

1. L-iskemi operattivi ta’ għajnuna reġjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm jiġu milħuqa l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-iskemi operattivi ta’ għajnuna reġjonali għandhom jikkumpensaw għal:

(a) l-ispejjeż tat-trasport ta’ oġġetti li ġew prodotti fl-oqsma eliġibbli għal għajnuna operattiva;

(b) spejjeż addizzjonali minbarra l-ispejjeż tat-trasport f’reġjun l-aktar imbiegħed.

Il-benefiċjarji tal-kumpens għall-ispejjeż tat-trasport ta’ oġġetti li ġew prodotti fiż-żoni eliġibbli għal għajnuna operattiva għandhom ikunu impriżi stabbiliti f’dawk iż-żoni. L-għajnuna għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta’ somma fissa għal kull tunnellata-kilometru jew TEU20-kilometru jew għal kull unità rilevanti oħra. Kull somma fissa għandha tkun stabbilita b’referenza għal skala standard ta’ spejjeż tat-

20 Unità ekwivalenti għal għoxrin pied (TEU).

MT 27 MT

Page 28: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

trasport skont il-mezz ta’ trasport jew it-tip ta’ oġġetti, jew taħlita tat-tnejn. Kull skala standard ta’ spejjeż tat-trasport għandha tiġi stabbilita ex ante fuq il-bażi tal-vjaġġ mill-punt ta’ oriġini sal-punt ta’ destinazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat permezz tal-mezzi tat-trasport jew kombinament tal-mezzi tat-trasport li jirriżulta fl-aktar prezz baxx għall-benefiċjarji. L-għażla tal-mezzi tat-trasport jew taħlita tal-mezzi tat-trasport użati għall-iskala standard ta’ spejjeż tat-trasport għandha tiffavorixxxi l-mezz ta’ trasport li jkollu l-aktar spejjeż baxxi għall-ambjent.

Il-benefiċjarji tal-kumpens għal spejjeż addizzjonali minbarra spejjeż tat-trasport f’reġjun l-aktar imbiegħed għandhom ikunu l-impriżi f’dawn ir-reġjuni. L-ammont ta’ għajnuna annwali għal kull benefiċjarju ma għandux jaqbeż l-aktar ammont baxx minn dawn li ġejjin:

10 % tad-dħul tal-bejgħ annwali magħmula mill-benefiċjarju fir-reġjun l-aktar imbiegħed ikkonċernat;

10 % tal-introjtu nett annwali tal-benefiċjarju magħmul mill-benefiċjarju fir-reġjun l-aktar imbiegħed ikkonċernat.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-ispejjeż tat-trasport għal:

it-trasport ta’ oġġetti lesti magħmula f’żona eliġibbli, mill-punt ta’ oriġini tagħhom f’dik iż-żona eliġibbli sal-punt tad-destinazzjoni tagħhom f’reġjun ieħor tal-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor;

it-trasport ta’ materja prima jew prodotti intermedji użati fil-produzzjoni tal-oġġetti, mill-punt ta’ oriġini tagħhom f’reġjun ieħor tal-Istat Membru kkonċernat jew fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz sal-punt tad-destinazzjoni tagħhom f’żona eliġibbli;

fir-reġjuni l-aktar imbiegħda biss, it-trasport ta’ materja prima jew ta’ prodotti intermedji magħmula fir-reġjun l-aktar imbiegħed ikkonċernat mill-post ta’ produzzjoni tagħhom sal-post tal-ipproċessar finali fir-reġjun ikkonċernat;

(b) spejjeż operattivi u għall-produzzjoni addizzjonali, minbarra spejjeż għat-trasport, imposti mill-benefiċjarji stabbiliti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda bħala effett dirett ta’ wieħed jew aktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat.

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 2 – GĦAJNUNA GĦALL-SMES

Artikolu 17Għajnuna għall-investiment tal-SMEs

1. L-għajnuna għall-investiment tal-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli; jew

MT 28 MT

Page 29: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(b) l-ispejjeż stmati tal-pagi ta’ impjiegi maħluqa direttament mill-proġett ta’ investiment, ikkalkolati fuq perjodu ta’ sentejn.

3. Sabiex jitqies bħala spiża eliġibbli għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, investiment għandu jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

(a) investiment f’assi tanġibbli u/jew intanġibbli relatati mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid, l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti, id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment fi prodotti addizzjonali ġodda jew bidla fundamentali fil-proċess globali tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti; jew

(b) l-akkwist tal-assi kapitali marbuta direttament ma’ stabbiliment, meta l-istabbiliment ikun għalaq jew kien sejjer jagħlaq li kieku ma nxtarax, u l-assi jinxtraw minn investitur indipendenti. It-tranżazzjoni għandha sseħħ bil-kundizzjonijiet tas-suq.

Fil-każ tas-suċċessjoni tan-negozju ta’ impriżi żgħar favur il-familja tal-proprjetarju/proprjetarji oriġinali jew favur l-impjegati preċedenti, il-kundizzjoni li l-assi għandhom jinbiegħu minn investitur indipendenti għandha tiġi rinunzjata. L-akkwist uniku tal-ishma ta’ impriża ma għandux jikkostitwixxi investiment.

4. Sabiex jitqiesu bħala spiża eliġibbli għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-assi intanġibbli għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandhom jintużaw esklussivament fl-impriża li tirċievi l-għajnuna; u

(b) għandhom jitqiesu bħala assi amortizzati; u

(c) għandhom jinxtraw mingħand partijiet terzi b’mod distakkat; jew

(d) għandhom jiġu inklużi fl-assi tal-impriża għal mill-anqas tliet snin;

5. Sabiex jitqies bħala spiża eliġibbli għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, impjieg maħluq direttament minn proġett ta’ investiment għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-impjieg għandu jinħoloq sa tliet snin minn meta jitlesta l-investiment;

(b) il-proġett ta’ investiment għandu jwassal għal żieda netta fin-numru ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat, imqabbel mal-medja matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(c) l-impjieg maħluq għandu jinżamm għal perjodu minimu ta’ tliet snin mid-data li fiha mtliet il-kariga għall-ewwel darba.

6. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a) 20% tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta’ intrapriżi żgħar;

(b) 10% tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta’ intrapriżi ta’ daqs medju.

Artikolu 18Għajnuna għall-ispejjeż ta’ kooperazzjoni tal-SMEs marbuta mal-proġetti tal-ETC

1. L-għajnuna għall-ispejjeż ta’ kooperazzjoni imposti mill-parteċipazzjoni ta’ SME fil-proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea koperti mir-Regolament [COM(2011)611 FEŻR/ETC] għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

MT 29 MT

Page 30: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

(a) spejjeż għall-kooperazzjoni organizzattiva;

(b) spejjeż ta’ servizzi ta’ konsulenza u appoġġ marbuta mal-kooperazzjoni u mwassla minn konsulenti barranin u fornituri tas-servizzi;

(c) spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż ta’ materjali u provvisti direttament relatati mal-proġett, deprezzament tal-għodda u t-tagħmir, sal-punt li jintużaw esklussivament għall-proġett.

Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 2(b) hawn fuq ma għandhomx ikunu attività kontinwa jew perjodika u lanqas ikunu relatati mal-ispejjeż amministrattivi ordinarji tal-impriża, bħal servizzi dwar konsulenza fiskali, servizzi legali regolari jew reklamar ta’ rutina.

3. L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 19Aċċess tal-SMEs għall-finanzjament: għajnuna għal finanzjament ta’ riskju

1. L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tieħu l-forma ta’:

(a) investimenti ta’ ekwità jew ta’ kważi ekwità magħmula permezz ta’ intermedjarji finanzjarji li jipprovdu finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lill-SMEs eliġibbli; jew

(b) garanziji għall-investituri jew l-intermedjarji finanzjarji sabiex ikopru t-telf minn finanzjament ta’ riskju pprovdut lill-SMEs eliġibbli; jew

(c) self lil intermedjarji finanzjarji li jipprovdu finanzjament ta’ riskju lill-SMEs eliġibbli; jew

(d) inċentivi fiskali lill-investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi li jipprovdu finanzjament ta’ riskju lill-SMEs.

3. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju għandha tkun mifuħa għat-tipi kollha ta’ intermedjarji finanzjarji li jissodisfaw kriterji predefiniti b’mod oġġettiv iġġustifikat min-natura tal-investiment u ma għandhomx jiddiskriminaw bejn l-intermedjarji finanzjarji fuq il-bażi tal-post tat-twaqqif jew l-inkorporazzjoni tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru. Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet inkarigati minn Stat Membru bl-implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju.

4. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju għandha tkun immirata lejn l-SMEs li waqt il-forniment tal-finanzjament ta’ riskju tal-bidu ma jkunux elenkati u jkunu jissodisfaw waħda mill-kriterji ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

(a) ilhom joperaw fi kwalunkwe suq għal anqas minn [5] snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom; jew

(b) kisbu, minn meta rreġistraw, medja ta’ fatturat fis-sena li ma jaqbiżx l-10 % tal-finanzjament totali tal-investiment ipprovdut skont il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju; jew

MT 30 MT

Page 31: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(c) fittxew appoġġ skont il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju bil-għan li jidħlu f’suq tal-prodotti ġdid u li jwaqqfu l-attivitajiet kummerċjali ta’ qabel tagħhom fuq il-bażi ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tranżizzjoni bħal din.

5. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tappoġġja wkoll investimenti ta’ segwitu magħmula wara l-perjodu ta’ 5 snin imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4.

6. Il-miżura ta’ finanzjament tar-riskju tista’ tipprovdi appoġġ għall-kapital ta’ sostituzzjoni biss jekk dan tal-aħħar ikun marbut ma’ kapital ġdid li jirrappreżenta mill-anqas [50] % ta’ kull serje ta’ investimenti f’SMEs eliġibbli.

7. Għal strumenti ta’ ekwità li jaqgħu taħt il-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu, mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux mitlub għandu jintuża għal għanijiet oħra minbarra l-forniment ta’ finanzjament ta’ riskju għall-SMEs eliġibbli.

8. Il-forniment ta’ finanzjament ta’ riskju lill-SMEs eliġibbli jista’ jieħu l-forma ta’ investiment ta’ ekwità, ta’ kważi ekwità, self ta’ finanzjament ta’ riskju, jew taħlita ta’ dawn.

9. L-ammont totali ta’ finanzjament ta’ riskju msemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż EUR [10] miljun għal kull SME eliġibbli.

10. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju għandha tipprovdi ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali minn investituri privati indipendenti fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew l-SMEs eliġibbli, sabiex tikseb ammont aggregat li jilħaq il-livelli limiti minimi segwenti:

(a) [10%] tal-finanzjament ta’ riskju mogħti lill-SMEs eliġibbli qabel jagħmlu l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom f’xi suq;

(b) [40%] tal-finanzjament ta’ riskju mogħti lill-SMEs eliġibbli msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(c) [60%] tal-finanzjament ta’ riskju għall-investiment ta’ segwitu wara l-perjodu ta’ 5 snin imsemmija fil-paragrafu 4(a) ta’ dan l-Artikolu.

11. Il-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-intermedjarji finanzjarji, l-investituri u l-maniġers għandhom jiġu magħżula permezz ta’ sejħa miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja mmirata lejn it-twaqqif ta’ arranġamenti xierqa ta’ qsim asimmetriku tal-profitt minflok protezzjoni minn ċaqliq ’l isfel;

(b) fil-każ ta’ qsim asimmetriku tat-telf bejn investituri pubbliċi u dawk privati, l-ewwel telf li jsir minn investitur pubbliku għandu jiġi limitat għal [20 %] tal-investiment totali tiegħu;

(c) fil-każ ta’ garanziji li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2, ir-rata ta’ garanzija għandha tkun limitata għal [50] % u t-telf totali li jassumi l-Istat Membru għandu jiġi limitat għal [20] % tal-portafoll iggarantit sottostanti.

Punt (a) ma għandux japplika għall-entitajiet inkarigati minn Stat Membru bl-implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju.

MT 31 MT

Page 32: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

12. Għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jinvolvu intermedjarji finanzjarji, għandhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin sabiex jiġu żgurati deċiżjonijiet ta’ finanzjament xprunati mill-profitt:

(a) l-intermedjarju finanzjarju għandu jitwaqqaf skont il-liġijiet applikabbli u għandu jsir proċess ta’ diliġenza adegwata sabiex tiġi żgurata strateġija ta’ investiment kummerċjalment soda, li tinkludi politika ta’ diversifikazzjoni tar-riskju xierqa mmirata lejn il-kisba ta’ vijabbiltà ekonomika u skala effiċjenti f’termini ta’ daqs u kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-portafoll ta’ investimenti tiegħu; u

(b) l-għoti ta’ finanzjament ta’ riskju lill-SMEs eliġibbli għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju vijabbli, li fih dettalji tal-prodott, bejgħ u żvilupp ta’ profitabbiltà, li jistabbilixxi l-vijabbiltà finanzjarja ex ante; u

(c) għandu jkun hemm strateġija ta’ ħruġ ċara u realistika għal kull investiment.

13. L-intermedjarji finanzjarji għandhom jitmexxew fuq bażi kummerċjali. Dan jitqies li huwa l-każ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-maniġer irid jkun indipendenti, professjonali u obbligat bil-liġi jew b’kuntratt sabiex jaġixxi bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali u bona fede; u

(b) ir-rimunerazzjoni tal-maniġers għandha tkun konformi mal-prattiki tas-suq; u

(c) il-maniġer għandu jirċievi rimunerazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, jew inkella għandu jaqsam parti mir-riskji tal-investiment billi jikkoinvesti r-riżorsi proprji bl-istess kundizzjonijiet ta’ riskju bħal tal-investitur pubbliku; u

(d) għandu jkun hemm ftehim bejn il-maniġer u l-investituri, li jistabbilixxi l-istrateġija ta’ investiment, il-kriterji u ż-żmien propost tal-investimenti; u

(e) l-investituri privati għandhom ikunu rappreżentati fil-korpi ta’ governanza tal-intermedjarju ta’ investiment proporzjonati mal-parteċipazzjoni tagħhom, iżda ma għandhomx ikunu involuti fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament ta’ kuljum.

Wieħed għandu jassumi li l-kundizzjoni stabbilita f’punt (b) tiġi sodisfatta meta l-maniġer jintgħażel permezz ta’ sejħa kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, ibbażata fuq kriterji objettivi marbuta mal-esperjenza, il-kompetenza u l-kapaċità finanzjarja.

14. Miżura ta’ finanzjament ta’ riskju li tipprovdi strumenti ta’ garanzija u ta’ self li jaqa’ taħt il-paragrafu 2(b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun f’pożizzjoni li juri li abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu tat-3 snin ta’ qabel il-portafoll ta’ self appoġġjat taħt il-miżura tal-finanzjament ta’ riskju jinkludi għadd sinifikanti ta’ SMEs li, fid-dawl tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni tiegħu, ma kienx ikun iffinanzjat mingħajr il-miżura;

(b) l-ammont nominali tas-self jitqies fil-kalkolu tal-ammont massimu tal-investiment għall-finijiet tal-paragrafu 9.

MT 32 MT

Page 33: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Artikolu 20Aċċess tal-SMEs għall-finanzjament: għajnuna tal-bidu ta’ negozju

1. L-iskemi ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitlu I jiġu milħuqa.

2. Impriżi eliġibbli għandhom ikunu intrapriżi mhux elenkati sa massimu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni tagħhom, li għadhom ma qassmux profitti u li ma ġewx iffurmati permezz ta’ fużjoni u li huma:

(a) intrapriżi żgħar; jew

(b) intrapriżi żgħar u innovattivi, fis-sens ta’ dan ir-Regolament.

3. L-għajnuna tal-bidu ta’ negozju għandha tieħu l-forma ta’:

(a) self b’rati ta’ imgħax, li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, sa perjodu ta’ ħames snin u sa ammont nominali massimu ta’ EUR [2] miljuni, jew EUR [3] miljuni għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR [4] miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat;

(b) garanziji bi primjums li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, sa ħames snin u sa ammont nominali massimu ta’ EUR [3] miljuni, jew EUR [4.5] miljuni għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR [6] miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat;

(c) tnaqqis fl-għotjiet, ir-rati ta’ interess u l-miżati ta’ garanzija sa mhux aktar minn EUR [0.4] miljun ta’ ekwivalenti gross tal-għotja jew EUR [0.6] miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jew EUR [0.8] miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat.

4. Għal intrapriżi żgħar u innovattivi, l-ammonti massimi msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu rduppjati.

5. Benefiċjarju jista’ jirċievi l-għajnuna darba biss waqt il-perjodu li jikkwalifika bħala bidu ta’ negozju.

Artikolu 21Għajnuna lill-pjattaformi tal-kummerċ alternattivi speċjalizzati fl-SMEs

1. L-għajnuna favur il-pjattaformi tal-kummerċ alternattivi speċjalizzati fl-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fit-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

MT 33 MT

Page 34: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. Meta l-operatur tal-pjattaforma jkun SME, il-miżura ta’ għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju għall-operatur tal-pjattaforma, f’liema każ għandhom japplikaw il-kundizzjonijet stabbiliti fl-Artikolu 20.

3. Il-miżura ta’ għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ inċentivi fiskali lill-investituri privati indipendenti li jinvestu permezz tal-pjattaforma li huma persuni fiżiċi fir-rigward tal-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju f’SMEs permezz ta’ pjattaforma tal-kummerċ alternattiva.

Artikolu 22Għajnuna għall-ispejjeż tat-tfittix

1. L-għajnuna li tkopri parti mill-ispejjeż tat-tfittix għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tat-tfittix jew tal-analiżi inizjali qabel ma ssir diliġenza formali adegwata minn maniġers jew investituri tal-fond privat professjonali sabiex jidentifikaw impriżi fil-mira qabel il-fażi ta’ diliġenza adegwata

3. L-għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ għotja.

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [50] % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 3 – GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP U L-INNOVAZZJONI

Artikolu 23Għajnuna għall-proġetti ta' riċerka u żvilupp

1. L-għajnuna għall-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Il-parti megħjuna tal-proġett tar-riċerka u l-iżvilupp għandha taqa’ kollha taħt waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji:

(a) riċerka fundamentali;

(b) riċerka industrijali;

(c) żvilupp sperimentali;

(d) studji ta’ fattibbiltà.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu allokati għal kategorija tar-riċerka u l-iżvilupp speċifika u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-ispejjeż tal-persunal;

(b) l-ispejjeż tal-istrumenti, it-tagħmir, il-bini u l-art sal-punt u għall-perjodu użat għall-proġett ta’ riċerka u żvilupp;

(c) l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kompetizzjoni ħielsa, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-attività ta’ riċerka;

MT 34 MT

Page 35: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(d) spejjeż addizzjonali u spejjeż amministrattivi oħra, inklużi spejjeż ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, minfuqa direttament bħala riżultat tal-proġett ta’ riċerka u żvilupp;

Meta l-proġetti megħjuna jirriżultaw fi prototip jew pilota li jista’ jintuża kummerċjalment, id-dħul nett mill-ewwel ħames snin għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli ex ante jew ex post.

4. L-ispejjeż eliġibbli għall-istudji ta’ fattibbiltà għandhom ikunu l-ispejjeż tal-istudju.

5. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a) 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal riċerka fundamentali;

(b) 50 % tal-ispejjeż eliġibbli għal riċerka industrijali;

(c) 25 % tal-ispejjeż eliġibbli għal żvilupp sperimentali;

(d) 50 % tal-ispejjeż eliġibbli għal żvilupp sperimentali.

6. L-intensitajiet tal-għajnuna għar-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali jistgħu jiżdiedu sa intensità tal-għajnuna massima ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli kif ġej:

(a) b’10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar;

(b) bi 15-il punt perċentwali jekk:

(i) il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni effettiva u l-proġett jinvolvi mill-anqas SME waħda jew jitwettaq mill-anqas f’żewġ Stati Membri differenti u l-ebda impriża waħda ma ġġarrab aktar minn 70 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew bħala minimu tkun involuta organizzazzjoni waħda ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien, li waħedha jew flimkien ma’ tali organizzazzjonijiet iġġarrab tal-anqas 10 % tal-ispejjeż eliġibbli u jkollha d-dritt li tippubblika r-riżultati tar-riċerka proprji; jew

(ii) ir-riżultati tal-proġett jiġu disseminati sew permezz ta’ konferenzi, pubblikazzjoni, repożitorji b’aċċess miftuħ, jew permezz ta’ softwer b’xejn jew ta’ sors miftuħ;

(c) b’[5] punti perċentwali għal investimenti fi prototipi li jintużaw kummerċjalment u proġetti pilota permezz ta’ intrapriżi kbar li ġew stabbiliti f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sal-punt li l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu jikkoinċidu mal-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 [l-Għajnuna għall-investiment reġjonali] u sal-aktar intensità ta’ għajnuna baxxa awtorizzata f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a).

Artikolu 24Għajnuna fl-investiment għall-infrastrutturi ta’ riċerka

1. L-għajnuna għall-bini jew it-titjib ta’ infrastrutturi ta’ riċerka li jwettqu attivitajiet ekonomiċi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Meta infrastuttura tar-riċerka twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll oħrajn li mhumiex, il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul rispettivi tagħhom iridu jitqiesu b’mod

MT 35 MT

Page 36: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

separat abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż applikati b’mod konsistenti u ġustifikabbli b’mod oġġettiv.

3. Il-prezz mitlub għat-tħaddim jew l-użu tal-infrastruttura għandu jikkorispondi għall-prezz tas-suq.

4. L-aċċess għall-infrastruttura għandu jingħata fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja. B’deroga minn dan il-prinċipju, l-impriżi li jkunu ffinanzjaw tal-anqas 50 % tal-ispejjeż ta’ investiment tal-infrastruttura tar-riċerka jista’ jkollhom aċċess preferenzjali għal infrastruttura bħal din, diment li dan l-aċċess jingħata bil-prezz tas-suq, huwa limitat fiż-żmien u li l-kundizzjonijiet preferenzjali għall-aċċess jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

5. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-investiment f’assi intanġibbli u tanġibbli.

6. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [25] % tal-ispejjeż eliġibbli.

Din tista’ tiżdied għal [35] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-infrastrutturi li jinsabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u għal [30] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-infrastrutturi li jinstabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

Artikolu 25Għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs

1. L-għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I:

2. L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

(a) spejjeż għall-kisba u l-validazzjoni ta’ privattivi u drittijiet oħra ta’ proprjetà industrijali;

(b) spejjeż għall-issekondar ta’ persunal bi kwalifiki għolja minn organizzazzjoni ta’ riċerka u ta’ tixrid tal-għarfien jew impriża kbira, li jaħdmu fuq l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni f’funzjoni li għadha kif tkun ġiet maħluqa fi ħdan il-benefiċjarju u li ma jiħdux post persunal ieħor;

(c) spejjeż għal servizzi ta’ konsulenza dwar l-innovazzjoni u servizzi ta’ appoġġ;

(d) spejjeż għal proċess jew innovazzjoni organizzazzjonali;

(e) spejjeż għall-parteċipazzjoni f’fiera jew esibizzjoni fejn jiġu ppreżentati prodotti u/jew servizzi ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti.

3. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 26Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura

1. L-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

MT 36 MT

Page 37: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. Il-proġett ta’ riċerka u żvilupp għandu jkun ta’ interess għall-operaturi kollha fis-settur partikolari jew is-sottosettur ikkonċernat.

3. L-informazzjoni li r-riċerka u l-iżvilupp sejrin jitwettqu u l-mira ta’ tali riċerka u żvilupp, għandhom jiġu ppubblikati fuq l-internet, qabel il-bidu tar-riċerka u l-iżvilupp. Għandhom jiġu inklużi wkoll data approssimattiva meta huma mistennija r-riżultati u l-post fejn sejrin jiġu ppubblikati fuq l-internet, kif ukoll dikjarazzjoni li r-riżultat sejjer ikun disponibbli mingħajr ħlas.

Ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq l-internet, għal perjodu tal-anqas ta’ 5 snin. Dawn għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn kwalunkwe informazzjoni li tista’ tingħata lil membri ta’ kwalunkwe organizzazzjoni partikolari.

4. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 23(3).

5. L-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 4- GĦAJNUNA GĦAT-TAĦRIĠ

Artikolu 27Għajnuna għat-taħriġ

1. L-għajnuna għat-taħriġ għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Ma għandhiex tingħata għajnuna fejn it-taħriġ jiżgura li l-kumpaniji jikkonformaw mal-istandards obbligatorji nazzjonali dwar it-taħriġ.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu:

(a) l-ispejjeż tal-persunal għal min iħarreġ, għas-sigħat li fihom min iħarreġ qed jipparteċipa fit-taħriġ;

(b) l-ispejjeż operazzjonali ta’ min iħarreġ u ta’ min jitħarreġ relatati direttament mal-proġett ta’ taħriġ bħal spejjeż tal-ivvjaġġar, materjali u provvisti relatati direttament mal-proġett, deprezzament ta’ għodda u tagħmir, sal-punt li jintużaw esklussivament għall-proġett ta’ taħriġ;

(c) l-ispejjeż ta’ sevizzi ta’ konsulenza marbuta mal-proġett ta’ taħriġ;

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [50 %] tal-ispejjeż eliġibbli. Din tista’ tiżdied, sa intensità tal-għajnuna massima ta’ 70 % tal-ispejjeż eliġibbli, kif ġej:

(a) b’10 punti perċentwali jekk it-taħriġ jingħata lil ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati;

(b) b’10 punti perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi żgħar;

5. Meta l-għajnuna tingħata fis-settur tat-trasport marittimu, l-intensità tal-għajnuna tista’ tiġi miżjuda għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-persuna li tkun qed tħarreġ ma tkunx membru attiv tal-ekwipaġġ iżda hija supernumerarja abbord; u

MT 37 MT

Page 38: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(b) it-taħriġ isir abbord vapuri li jidhru fir-reġistri tal-Unjoni.

TAQSIMA 5 – GĦAJNUNA GĦAL ĦADDIEMA ŻVANTAĠĠATI U B’DIŻABILITÀ

Artikolu 28Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati jew għall-impjieg ta’ ħaddiema

b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji tal-pagi

1. L-iskemi ta’ għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati jew għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-għajnuna għandha twassal għal żieda netta fin-numru ta’ ħaddiema żvantaġġati jew b’diżabilità impjegati fl-impriża kkonċernata, meta mqabbla mal-medja fuq it-tnax-il xahar ta’ qabel.

3. Il-paragrafu 2 ma japplikax fejn il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet ikunu tbattlu wara tluq volontarju, diżabilità, irtirar minħabba l-età, tnaqqis voluntarju tal-ħin tax-xogħol jew tkeċċija legali minħabba mġiba ħażina u mhux minħabba sensja jew l-iskadenza ta’ kuntratt b’terminu fiss.

4. Minbarra fil-każ ta’ tkeċċija leġali għal imġiba ħażina l-ħaddiem żvantaġġat jew b’diżabilità għandu jkun intitolat għal impjieg kontinwu għal perjodu minimu konsistenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jew ma’ ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-kuntratti tal-impjieg.

5. Jekk il-perjodu ta’ impjieg ikun anqas minn 12-il xahar, l-għajnuna għandha titnaqqas pro rata.

6. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu:

(a) l-ispejjeż tal-pagi matul perjodu massimu ta’ 12-il xahar wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem żvantaġġat;

(b) l-ispejjeż tal-pagi matul perjodu massimu ta’ 24 xahar wara r-reklutaġġ ta’ ħaddiem żvantaġġat serjament;

(c) l-ispejjeż tal-pagi għal kwalunkwe perjodu partikolari li matulu l-ħaddiem b’diżabilità ikun qed jiġi impjegat.

7. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a) 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, fir-rigward ta’ għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati;

(b) 75 % tal-ispejjeż eliġibbli, fir-rigward ta’ għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema b’diżabilità.

Artikolu 29Għajnuna għall-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali għall-impieg ta’ ħaddiema b’diżabilità

1. L-għajnuna għall-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-

MT 38 MT

Page 39: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) spejjeż tal-adattament tal-bini;

(b) spejjeż tal-impjieg ta’ persunal unikament għall-ħin użat biex tingħata assistenza tal-ħaddiema b’diżabilità;

(c) spejjeż sabiex jiġi adattat jew jinxtara tagħmir, jew jinxtara u jiġi vvalidat softwer għall-użu tal-ħaddiema b’diżabilità, li jinkludu faċilitajiet teknoloġiċi adattati jew ta’ assistenza, li jkunu oltre dawk li l-benefiċjarju kien ikollu jħallas kieku kien impjega ħaddiema li ma għandhomx diżabilità;

(d) meta l-benefiċjarju jipprovdi impjieg protett, l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew l-espansjoni tal-istabbiliment kkonċernat, u kwalunkwe spejjeż ta’ amministrazzjoni u ta’ trasport li jirriżultaw direttament mill-impjieg tal-ħaddiema b’diżabilità.

3. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

TAQSIMA 6 – GĦAJNUNA GĦALL-PROTEZZJONI AMBJENTALI

Artikolu 30Għajnuna għall-investiment li tgħin lill-impriżi sabiex imorru lil hinn mill-istandards tal-

Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew li jgħollu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas tal-istandards tal-Unjoni

1. L-għajnuna għall-investiment li tgħin lill-impriżi sabiex imorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew sabiex iżidu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas tal-istandards tal-Unjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-investiment għandu jissodisfa waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) għandu jgħin lill-benefiċjarju sabiex jgħolli l-livell ta’ protezzjoni ambjentali li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu billi jmur lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni, irrispettivament mill-preżenza ta’ standards nazzjonali obbligatorji li jkunu aktar stretti mill-istandards tal-Unjoni;

(b) għandu jgħin lill-benefiċjarju sabiex jgħolli l-livell tal-protezzjoni ambjentali li jirriżulta mill-attivitajiet tiegħu fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni.

3. Tista’ ma tingħatax għajnuna meta l-investimenti huma sabiex jiżguraw li l-kumpaniji jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li jkunu diġà adottati u li ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ.

4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-għajnuna tista’ tingħata għal

xiri ta’ vetturi ġodda ta’ trasport għat-triq, il-ferrovija, il-passaġġ fuq l-ilma intern u t-trasport marittimu konformi ma’ standards tal-UE, diment li tali akkwist iseħħ qabel ma dawn l-istandards jidħlu fis-seħħ u li, ladarba jkunu obbligatorji, ma jkunux japplikaw b’mod retroattiv għal vetturi li nxtraw diġà

MT 39 MT

Page 40: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

operazzjonijiet ta’ adattament tal-vetturi eżistenti tat-trasport għat-triq, il-ferrovija, il-passaġġ fuq l-ilma intern u t-trasport marittimu, diment li l-istandards tal-UE ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-vetturi u li, ladarba jkunu obbligatorji, ma japplikawx b’mod retroattiv għal dawn il-vetturi.

5. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż għall-investiment meħtieġa li jmorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni. L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali mhumiex eliġibbli. B’mod partikolari, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;

(b) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati b’referenza għal investiment simili li huwa anqas favur l-ambjent, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.

(c) fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż totali tal-investiment li jmorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni jew biex jinkiseb livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta’ standards tal-Unjoni. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u/jew f’assi intanġibbli.

6. L-intensità tal-għajnuna

ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 5a jew 5b.

ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 5c.

L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta’ daqs medju u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar.

[L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[5] punti perċentwali għall-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar li ġew stabbiliti f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sal-punt li l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu jikkoinċidu mal-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 [l-Għajnuna għall-investiment reġjonali] u sal-aktar intensità ta’ għajnuna baxxa applikabbli f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a).]

7. L-għajnuna għal investimenti marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart ta’ impriżi oħra ma għandhiex tkun eżentata skont dan l-Artikolu.

Artikolu 31Għajnuna għall-investiment għal adattament bikri ma’ standards futuri tal-Unjoni għall-

SMEs

1. L-għajnuna li tippermetti lill-SMEs jikkonformaw ma’ standards ġodda tal-Unjoni li jgħollu l-livell ta’ protezzjoni ambjentali u li għadhom ma daħlux fis-seħħ għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha

MT 40 MT

Page 41: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. L-istandards tal-Unjoni għandhom ikunu ġew adottati u l-investiment għandu jkun ġie implimentat u ffinalizzat mill-anqas sena qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard ikkonċernat.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż għall-investiment meħtieġa li jmorru lil hinn mill-istandards applikabbli tal-Unjoni. L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali ma għandhomx ikunu eliġibbli. B’mod partikolari, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;

(b) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati b’referenza għal investiment simili li huwa anqas favur l-ambjent, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.

(c) fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż totali tal-investiment għall-adattament bikri tal-istandards tal-Unjoni. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u/jew f’assi intanġibbli.

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż

[x]% tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi żgħar u [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi ta’ daqs medju jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jseħħu aktar minn tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard u jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkolati abbażi tal-punt 3a jew 3b;

[x]% tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi ż-żgħar jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jseħħu bejn sena u tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard u jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 3a jew 3b;

[x]% tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi żgħar u [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi ta’ daqs medju jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jseħħu aktar minn tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard u jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkolati abbażi tal-punt 3c;

[x]% tal-ispejjeż eliġibbli għall-impriżi ż-żgħar jekk l-implimentazzjoni u l-finalizzazzjoni jseħħu bejn sena u tliet snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard, jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 3c.

[L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[5] punti perċentwali għall-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar li ġew stabbiliti f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sal-punt li l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu jikkoinċidu mal-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 [l-Għajnuna għall-investiment reġjonali] u sal-aktar intensità ta’ għajnuna baxxa applikabbli f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a).]

MT 41 MT

Page 42: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Artikolu 32Għajnuna għall-investiment għal miżuri tal-iffrankar tal-enerġija

1. L-għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-impriżi jilħqu ffrankar fl-enerġija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Tista’ ma tingħatax għajnuna meta t-titjib ikun sabiex jiżgura li l-kumpaniji jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li jkunu diġà adottati.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż għall-investiment meħtieġa biex jinkiseb il-livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali. L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali mhumiex eliġibbli. B’mod partikolari, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment fl-ispiża totali għall-investiment bħala investiment separat, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli;

(b) fejn l-ispejjeż għall-investiment fil-protezzjoni ambjentali jkunu jistgħu jiġu identifikati b’referenza għal investiment simili li huwa anqas favur l-ambjent, din l-ispiża relatata mal-protezzjoni ambjentali għandha tikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli.

(c) fil-każijiet l-oħra kollha, l-ispejjeż ta’ investiment totali biex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ protezzjoni ambjentali. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta’ investiment f’assi tanġibbli u/jew f’assi intanġibbli.

4. L-intensità tal-għajnuna għandha

ma taqbiżx [x] % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 3a jew 3b.

ma taqbiżx [x] % tal-ispejjeż eliġibbli jekk l-ispejjeż eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-punt 3c.

L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

[L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[5] punti perċentwali għall-għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar li ġew stabbiliti f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sal-punt li l-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu jikkoinċidu mal-ispejjeż eliġibbli skont l-Artikolu 15 [l-Għajnuna għall-investiment reġjonali] u sal-aktar intensità ta’ għajnuna baxxa awtorizzata f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a).]

Artikolu 33Għajnuna għall-investiment għal koġenerazzjoni effiċjenti ħafna

1. L-għajnuna għall-investiment għall-koġenerazzjoni effiċjenti ħafna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

MT 42 MT

Page 43: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. Unità ġdida ta’ koġenerazzjoni għandha tiffranka l-enerġija primarja meta mqabbla mal-produzzjoni separata skont id-Direttiva 2012/27/UE21. It-titjib ta’ unità ta’ koġenerazzjoni eżistenti jew il-konverżjoni ta’ unità eżistenti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija f’unità ta’ koġenerazzjoni għandhom iwasslu għall-iffrankar ta’ enerġija primarja meta mqabbla mas-sitwazzjoni oriġinali.

3. L-għajnuna għall-investiment għandha tingħata għall-kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew insallati li ma jaqbżux [x] MW.

4. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu spejjeż ta’ investiment għall-apparat addizzjonali meħtieġ għall-installazzjoni biex taħdem bħala installazzjoni ta’ koġenerazzjoni effiċjenti ħafna.

5. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

GĦAŻLA: L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti li jinstabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-infrastrutturi li jinstabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

Artikolu 34Għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

1. L-għajnuna għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

21 ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

MT 43 MT

Page 44: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. L-għajnuna għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika biss diment li l-investimenti jintużaw esklussivament għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti sostenibbli.

3. L-għajnuna għandha tkun konformi mal-paragrafi minn 4 sa 7, jew alternattivament mal-paragrafu 8.

4. L-għajnuna għall-investiment għandha tingħata għall-kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew insallati li ma jaqbżux [x] MW.

5. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu spejjeż tal-investiment meħtieġa biex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ protezzjoni ambjentali. L-ispejjeż li mhumiex marbuta direttament mal-kisba tal-livell ogħla ta’ ħarsien ambjentali mhumiex eliġibbli.

6. Jekk jiġi fornit l-elettriku lill-grilja, il-produtturi jew meta jkun rilevanti l-aggregatur għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi standard dwar konnessjoni tan-netwerk u tariffi għall-konnessjoni tan-netwerk u għandhom jerfgħu r-responsabbiltà, f’termini finanzjarji, għad-devjazzjonijiet kollha (żbilanċi) bejn il-ġenerazzjoni skedata u dik attwali tagħhom f’perjodu partikolari ta’ ħlas tal-iżbilanċi. Suġġett għal arranġamenti kummerċjali, din ir-responsabbiltà tista’ tiġi esternalizzata lil partijiet oħra responsabbli għall-bilanċ.

7. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta’ daqs medju.

GĦAŻLA: L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti li jinsabu f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għall-infrastrutturi li jinstabu f’żoni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

8. [L-għajnuna għandha tingħata fi proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittiv u teknoloġikament newtrali abbażi ta’ kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji sabiex ikun żgurat effettivament li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju għat-twassil ta’ enerġija rinnovabbli li tkun għadha kemm ġiet installata. Dan il-proċess ta’ offerti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i) Jipprevedi għall-parteċipazzjoni ta’ numru suffiċjenti ta’ impriżi.

(ii) Il-baġit relatat mal-proċess ta’ offerti għandu jkun ristrett b'mod vinkolanti fis-sens li mhux l-offerenti kollha jistgħu jingħataw għajnuna.

(iii) L-għajnuna għandha tingħata abbażi tal-offerta inizjali sottomessa mill-offerent, u b’hekk jiġu esklużi negozjati sussegwenti.

(iv) Il-proċess ta’ offerti għandu jkun miftuħ għall-offerenti mill-pajjiżi kollha taż-ŻEE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun fis-seħħ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi li fihom jistgħu jkunu jinsabu l-offerenti. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-offerent jiżgura li huwa kapaċi jwassal l-elettriku lill-Istat Membru li jagħti l-għajnuna.

(v) Jista’ jiġi impost limitu għal kull stadju tal-proċess tal-irkant biex jiġi żgurat li l-proċess ta’ offerti jkun ġenwinament kompetittiv f’kull stadju. It-teknoloġiji kollha għandhom ikunu jistgħu jagħmlu offerti fil-limitu

MT 44 MT

Page 45: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

stabbilit, u f’kull stadju tal-proċess filwaqt li jiġi żgurat li l-orħos teknoloġija ma tkunx tista’ tiġi kkumpensata aktar milli suppost.

GĦAŻLA 1

(vi) L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ Primjum ta' Injezzjoni.

(vii) L-offerenti għandhom jerfgħu responsabbiltajiet standard ta’ bilanċjar u jkunu soġġetti għal obbligi standard rigward il-konnessjoni tan-netwerk u l-ħlasijiet tal-konnessjoni tan-netwerk fl-Istat Membru fejn jiġi prodott l-elettriku.

GĦAŻLA 2

(vi) L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ Primjums ta' Injezzjoni għall-enerġija ġġenerata, u mibjugħa fis-suq tal-elettriku.

(vii) L-offerenti għandhom jerfgħu r-responsabbiltà, f’termini finanzjarji, għad-devjazzjonijiet kollha (żbilanċi) bejn il-ġenerazzjoni skedata u dik attwali tagħhom fi żmien ta’ ħlas tal-iżbilanc. Din ir-responsabbilta, suġġetta għal arranġamenti kummerċjali, tista' tġi esternalizzata għand partijiet responsabbli mill-bilanċ u għandha tkun suġġetta għal obbligi standard rigward il-konnessjoni tan-netwerk u l-ħlasijiet tal-konnessjoni tan-netwerk fl-Istat Membru fejn jiġi prodott l-elettriku. Il-produtturi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma għandhomx ikunu eżentati mill-obbligi li joffru servizzi ta’ bbilanċjar lill-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni, fejn ikun teknoloġikament possibbli.

Artikolu 35Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont id-Direttiva 2003/96/KE

1. L-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE22 għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Il-benefiċjarji tat-tnaqqis għandhom iħallsu tal-anqas il-livell minimu tat-taxxa tal-Unjoni stipulat fid-Direttiva 2003/96/KE.

3. It-tnaqqis fit-taxxa għandu jingħata għal perjodi massimi ta’ [għaxar] snin. Wara dan il-perjodu, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw kemm huma xierqa l-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati.

4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-għajnuna fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali li huma koperti minn dispożizzjonijiet oħra ta’ din it-Taqsima.

Artikolu 36Għajnuna għall-investiment għar-riabilitazzjoni ta’ siti kontaminati

1. L-għajnuna għall-investimenti lill-impriżi li jsewwu ħsara ambjentali billi jirranġaw siti kontaminati għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

22 ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

MT 45 MT

Page 46: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. L-investiment għandu jwassal għal titjib tal-ħarsien ambjentali. Il-ħsara ambjentali li għandha tiġi msewwija trid tkopri l-ħsara fil-kwalità tal-ħamrija jew tal-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ.

3. Għajnuna għandha tingħata biss meta min iniġġes – jiġifieri l-persuna responsabbli skont il-liġi applikabbli f’kull Stat Membru mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tar-regoli tal-UE f’din il-kwistjoni – ma jkunx ġie identifikat jew ma jistax jinżamm responsabbli legalment għall-finanzjament tar-riabilitazzjoni bi qbil mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. Meta min iniġġes jiġi identifikat u jista’ jinżamm responsabbli, dik il-persuna għandha tiffinanzja r-riabilitazzjoni skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, u ma għandha tingħata l-ebda għajnuna mill-Istat.

4. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż imposti għal xogħol ta’ riabilitazzjoni, mingħajr iż-żieda fil-valur tal-art. L-ispejjeż kollha mġarrba minn impriża għar-riabilitazzjoni tas-sit tagħha, kemm jekk din l-ispiża tista’ tidher bħala assi fissi fil-karta tal-bilanċ tagħha kif ukoll jekk le, jistgħu jiġu kklassifikati bħala investiment eliġibbli fil-każ tar-riabilitazzjoni ta’ siti kkontaminati.

5. L-evalwazzjonijiet taż-żieda fil-valur tal-art li tirriżulta minn riabilitazzjoni, għandhom jitwettqu minn espert indipendenti.

6. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli.

MT 46 MT

Page 47: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Artikolu 37Għajnuna għall-investiment għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-enerġija

1. L-għajnuna għall-investiment għall-installazzjoni ta’ sistema distrettwali ta’ tisħin u tkessiħ effiċjenti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2. Is-sistema tissodisfa d-definizzjoni ta’ sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti kif stabbilit fl-Artikolu 2(41) u (42) tad-Direttiva 2012/27/UE23.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta’ investiment għall-kostruzzjoni, l-espansjoni, ir-rinnovament ta’ waħda jew aktar mill-unitajiet ta’ ġenerazzjoni li għandhom ikunu parti integrali mis-sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti.

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi ta’ daqs medju.

5. Fil-każ tal-użu tas-sħana mormija, fejn l-investiment ambjentali jista’ jiġi identifikat, l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal [x] %.

6. L-għajnuna għall-investiment għandha tingħata għall-kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew installati li ma jaqbżux [x] MW.

7. L-ispejjeż eliġibbli għan-netwerk ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu l-ispejjeż totali tal-investiment tan-netwerk jew ir-rinnovament tiegħu.

8. L-intensità tal-għajnuna għan-netwerk ta’ distribuzzjoni ma għandhiex taqbeż [x] % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u b’[x] punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

GĦAŻLA: L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għal sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li jinsabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u għal [x] % tal-ispejjeż eliġibbli għas-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li jinsabu f’żoni megħjuna li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

9. Ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna biex tintlaħaq konformità mal-istandards legali li japplikaw għas-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali.

Artikolu 38Għajnuna għall-istudji ambjentali

1. L-għajnuna għall-istudji, inkluż l-awditjar tal-enerġija, direttament marbuta mal-investimenti msemmija f’din it-Taqsima għandha tkun kompatibbi mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

23 ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

MT 47 MT

Page 48: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

2. Ma għandha tingħata l-ebda għajnuna lil impriżi kbar għall-awditjar tal-enerġija mwettqa skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 2012/27/UE.

3. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-istudju msemmija fil-paragrafu 1.

4. L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

KAPITOLU IVDispożizzjonijiet Finali

Artikolu 39Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 għandu jitħassar.

Kwalunkwe referenza għar-Regolament imħassar għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40Dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11.

2. Kwalunkwe għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bis-saħħa ta’ kwalunkwe regolament li qabel kien fis-seħħ għandha tkun kompatibbli mas-suq intern.

3. Kwalunkwe għajnuna li mhijiex eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bis-saħħa ta’ dan ir-regolamenti jew ta’ oħrajn li qabel kienu fis-seħħ għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skond l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

4. Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata għal perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali. L-eżenzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali għandha tiskadi fid-data ta’ skadenza tal-mapep approvati ta’ għajnuna reġjonali.

5. Stat Membru għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) sa mhux aktar tard minn sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

MT 48 MT

Page 49: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Magħmul fi Brussell,

Għall-KummissjoniIl-President

MT 49 MT

Page 50: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ANNESS I Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna;

2. “prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, minbarra prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru [COM(2011)416] dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

3. “għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

4. “intensità ta’ għajnuna” tfisser l-ammont ta’ għajnuna mogħti bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli;

5. “skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li fuq il-bażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma’ proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar;

6. “żoni megħjuna” tfisser żoni maħtura f’mappa reġjonali approvata għall-perjodu 2014-2020 f’applikazzjoni tal-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat;

7. “faħam” tfisser faħam tal-kategoriji A u B bi grad għoli, grad medju, u grad baxx fis-sens tas-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti24;

8. “data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli;

9. “ħaddiem b’diżabilità” tfisser kwalunkwe persuna:

(a) rikonoxxuta bħala persuna b’diżabilità skont il-liġi nazzjonali; jew

(b) li jkollha limitazzjoni rikonoxxuta li tirriżulta minn indeboliment fiżiku, mentali jew psikoloġiku;

10. “ħaddiem żvantaġġat” tfisser kull persuna li:

(a) ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas matul is-6 xhur ta’ qabel; jew

(b) għandha bejn il-15 u l-24 sena;

(c) ma għandhiex kwalifika vokazzjonali jew edukattiva minn skola sekondarja superjuri (ISCED 3) jew m’ilhiex aktar minn sentejn minn meta lestiet edukazzjoni full time u għadha ma ngħatatx l-ewwel impieg regolari bi ħlas tagħha; jew

(d) għandha ’l fuq minn 50 sena; jew

(e) tgħix bħala adult mhux miżżewweġ ma’ persuna dipendenti waħda jew aktar; jew

24 Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi, ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24, Artikolu 1(a).

MT 50 MT

Page 51: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(f) taħdem f’settur jew professjoni fi Stat Membru fejn l-iżbilanċ bejn is-sessi jkun mill-anqas 25 % ogħla mill-iżbilanċ medju bejn is-sessi fis-setturi ekonomiċi kollha f’dak l-Istat Membru, u li tkun tagħmel parti mis-sess mhux rappreżentat biżżejjed

(g) hija membru ta’ minorità etnika fi Stat Membru u li tkun trid tiżviluppa l-profil lingwistiku, it-taħriġ vokazzjonali jew l-esperjenza tax-xogħol tagħha sabiex ittejjeb il-prospetti li ssib impjieg stabbli;

11. “impjieg maħluq direttament minn proġett ta’ investiment” tfisser impjieg li jikkonċerna l-attività li l-investiment huwa relatat magħha, inkluż impjieg maħluq wara żieda fir-rata ta’ użu tal-kapaċità maħluqa mill-investiment;

12. “skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fiskali li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema fiskali li diġà kienet teżisti u li tieħu postha.

13. “ekwivalenti tal-għotja gross” jew “GGE” tfisser il-valur skontat tal-għajnuna espress bħala perċentwali tal-valur skontat tal-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fil-mument tal-għoti tal-għajnuna abbażi tar-rata ta’ skont applikabbli f’dak iż-żmien partikolari;

14. “għajnuna individwali” tfisser għajnuna mogħtija lil impriża speċifika u tinkludi:

(a) għajnuna ad hoc; u

(b) għotjiet ta’ għajnuna fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna;

15. “assi intanġibbli” tfisser assi involuti fit-trasferiment tat-teknoloġija bl-akkwist ta’ drittijiet ta’ privattivi, liċenzji, kompetenzi jew għarfien tekniku mhux brevettat;

16. “intrapriżi kbar” tfisser impriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

17. “kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri bil-għan ta’ bejgħ, offerta ta’ bejgħ, kunsinna jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn produttur primarju lil min jerġa’ jbigħ jew lil proċessuri u kwalunkwe attività li tħejji prodott għat-tali l-ewwel bejgħ; bejgħ minn produttur primarju lill-konsumaturi aħħarin għandu jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni jekk isir f’post separat riżervat għal dak il-għan;

18. “żieda netta fin-numru ta’ impjegati” tfisser żieda netta fin-numru ta’ postijiet fl-impriża kkonċernata meta mqabbel mal-medja matul perjodu partikolari fiż-żmien, u li għalhekk kwalunkwe post mitluf waqt dak il-perjodu għandu jiġi mnaqqas u li n-numru ta’ persuni impjegati full-time, part-time u staġjonali għandhom jitqiesu bil-frazzjonijiet annwali tagħhom ta’ unitajiet lavorattivi;

19. “l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, minbarra attivitajiet li jsiru fir-razzett meħtieġa għat-tħejjija ta’ prodott minn annimal jew pjanta għall-ewwel bejgħ;

MT 51 MT

Page 52: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

20. “self bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas fi ħlas parzjali wieħed jew aktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq ir-riżultat tal-proġett;

21. “ħaddiem żvantaġġat serjament” tfisser kull persuna li:

(a) ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas matul l-24 xahar ta’ qabel; jew

(b) ma kellhiex impjieg regolari bi ħlas għal mill-anqas 12-il xahar u tagħmel parti minn waħda mill-kategoriji minn (b) sa (g) imsemmija taħt id-definizzjoni ta’ “ħaddiem żvantaġġat”.

22. “impjieg protett” tfisser impjieg f’impriża fejn mill-anqas 50 % tal-ħaddiema għandhom diżabilità;

23. “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

24. “bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn vinkolanti għall-ordni ta’ tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema waħda tiġri l-ewwel, eskluż il-ħidmiet preparatorji;

25. “assi tanġibbli” tfisser assi relatati ma’ art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir;

26. “għajnuna trasparenti” tfisser għajnuna li għaliha hu possibbli li jiġi kkalkolat bi preċiżjoni l-ekwivalenti tal-għotja grossa ex ante mingħajr ma jkun hemm bżonn li ssir valutazzjoni tar-riskju;

27. “impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

[[“kriterji ibsin” preċiżi kif stabbilit bħalissa fil-paragrafu 10 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà jew kif stabbilit fil-linji gwida l-ġodda dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà]

28. “spiża tal-paga” tfisser l-ammont totali attwalment pagabbli mill-benefiċjarju tal-għajnuna fir-rigward tal-impjieg ikkonċernat, li jinkludi:

(a) il-paga gross, qabel it-taxxa;

(b) il-kontribuzzjonijiet obbligatorji, bħall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali tul perjodu ta’ żmien definit; u

(c) spejjeż għall-ħarsien tat-tfal u tal-ġenituri;

DEFINIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA REĠJONALI

29. “żoni eliġibbli għall-għajnuna operazzjonali”, tfisser reġjun l-aktar imbiegħed imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew żona b’popolazzjoni baxxa, kif determinat fil-mappa ta’ għajnuna reġjonali approvata għall-Istat Membru konċernat għall-perjodu 2014-2020;

30. “broadband bażiku” tfisser netwerks li huma linji diġitali asimmetriċi għall-abbonati (sa netwerks tal-ADSL2+), kejbil mhux imsaħħaħ (eż. DOCSIS 2.0), netwerks tal-mowbajl tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) u sistemi tas-satellita;

MT 52 MT

Page 53: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

31. “netwerks tat-tip NGA” tfisser netwerks għal aċċess ibbażati fuq il-fibrottika (FTTx), netwerks bil-kejbil avvanzati u ameljorati u ċerti netwerks avvanzati għal aċċess mingħajr fili li kapaċi jipprovdu veloċitajiet għolja affidabbli lil kull abbonat;

32. “netwerks tal-broadband backhaul” tfisser ir-rabta intermedja bejn in-netwerk ewlieni u n-netwerk tal-aċċess u twassal id-dejta lejn u min-netwerk globali;

33. “investiment inizjali” tfisser:

– investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid, l-estensjoni tal-kapaċità ta’ stabbiliment eżistenti, id-diversifikazzjoni tar-riżultat ta’ stabbiliment fi prodotti li ma kinux jiġi magħmula fl-istabbilment jew bidla fundamentali fil-proċess globali tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti; jew

– akkwist tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment, li jkun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ u li jeskludi l-akkwist uniku tal-ishma ta’ impriża;

34. “investiment inizjali favur attività ġdida” tfisser:

– investiment f’assi tanġibbli u intaġibbli relatat mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid, bil-kundizzjoni li l-attività li saret fl-istabbiliment il-ġdid mhijiex l-istess attività jew waħda simili għall-attività li saret fi stabbiliment eżistenti fl-istess reġjun tan-NUTS 3 fil-pussess tal-istess impriża jew grupp ta’ impriżi, id-diversifikazzjoni tal-attività ta’ stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida mhijiex l-istess attività jew waħda simili għall-attività li diġà seħħet fl-istabbiliment;

– l-akkwist ta’ assi li jappartjenu lil stabbiliment li jkun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li għandha ssir permezz tal-użu tal-assi akkwistati mhijiex l-istess attività jew waħda simili għall-attività li seħħet fl-istabbiliment qabel l-akkwist;

35. “l-istess attività jew waħda simili” tfisser attivitajiet li jaqgħu taħt l-istess klassi (kodiċi numeriku b’erba’ figuri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 21;

36. “assi intaġibbli” tfisser assi akkwistati permezz ta’ trasferiment tat-teknoloġija, bħal drittijiet tal-privattivi, liċenzji, għarfien jew għarfien tekniku mingħajr privattiva u għall-finijiet tal-għajnuna reġjonali għall-investiment inizjali, dawn għandhom ikunu assi amortizzati, użati esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna, mixtrija minn partijiet mingħajr ebda rabta legali, ekonomika, jew finanzjarja b’mod distakkat, li sejrin jiġu inklużi fl-assi tal-impriża u jibqgħu assoċjati mal-proġett li ilu jirċievi l-għajnuna għal mill-anqas ħames snin jew tliet snin fil-każ tal-SMEs;

37. “għajnuna għall-investiment” tfisser għajnuna reġjonali mogħtija għal investiment inizjali jew investiment inizjali favur attività ġdida;

1 Kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 tal-20 ta’ Awwissu 2007 dwar l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi tal-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

MT 53 MT

Page 54: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

38. “vjaġġ” tfisser iċ-ċaqliq ta’ oġġetti mill-punt ta’ oriġini sal-punt ta’ destinazzjoni, li jinkludi kwalunkwe sezzjoni jew stadju intermedjarju ġewwa jew barra l-Istat Membru kkonċernat, magħmul bl-użu ta’ mezz wieħed ta’ trasport jew aktar;

39. “proġett kbir ta’ investiment” tfisser investiment inizjali bi spejjeż eliġibbli li jaqbżu l-EUR 50 miljun, ikkalkolat bi prezzijiet u rati ta’ skambju ta’ meta tingħata l-għajnuna. Proġett kbir ta’ investiment għandu jitqies bħala proġett ta’ investiment wieħed meta kwalunkwe investiment inizjali li nbeda mill-istess benefiċjarju (fil-livell tal-grupp) f’perjodu ta’ tliet snin mill-bidu tax-xogħlijiet fuq investiment megħjun ieħor fl-istess reġjun tan-NUTS 3.

40. “mezz ta’ trasport” tfisser trasport bil-ferrovija, trasport ta’ merkanzija bit-triq, trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, trasport marittimu, trasport bl-ajru, trasport intermodali;

41. “punt ta’ destinazzjoni” tfisser il-post fejn jinħattu l-oġġetti;

42. “punt ta’ oriġini” tfisser il-post fejn jitgħabbew l-oġġetti għat-trasport;

43. “għajnuna operattiva reġjonali” tfisser għajnuna biex titnaqqas in-nefqa kurrenti tal-impriża li mhix relatata ma’ investiment inizjali u tinkludi kategoriji ta’ spejjeż bħal spejjeż tal-personal, materjali, servizzi kuntrattati, komunikazzjonijiet, enerġija, manutenzjoni, kera, l-amministrazzjoni imma teskludi d-debiti ta’ deprezzament u l-ispejjeż ta’ finanzjament jekk dawn ġew inklużi fl-ispejjeż eliġibbli meta tingħata l-għajnuna għall-investiment u tista’ tkun ibbażata fuq spejjeż attwali iżda tista’ tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet perjodiċi biex tkopri l-ispejjeż mistennija (ħlasijiet perjodiċi ta’ somma f’daqqa);

44. “skema mmirata lejn setturi speċifiċi tal-attività ekonomika” tfisser skema li tkopri attività waħda biss jew numru limitat tagħhom fil-manifattura jew fis-servizzi.

45. “is-settur tal-azzar” tfisser l-attivitajiet kollha marbutin mal-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew aktar fost dawn li ġejjin:

(a) ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid:

ħadid fondut grezz għal xogħol tal-azzar, funderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferro-manganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-azzar oħrajn;

(b) prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom maħduma, azzar ordinarju jew azzar speċjali:

azzar likwidu fondut jew mhux fondut f’ingotti, li jinkludi ingotti għal prodotti bil-forġa nofshom maħduma: vireg tal-ħadid, billetti u ċangaturi; ingotti bil-folja u ingotti bil-folji tal-landa; kojls illaminati bis-sħana, minbarra l-produzzjoni ta’ azzar likwidu għall-ikkastjar minn funderiji żgħar u ta’ daqs medju;

(c) prodotti tal-ħadid, tal-azzar ordinarju jew tal-azzar speċjali lesti bis-sħana:

linji ferrovjarji, traversi, pjanċi li jgħaqqdu żewġ linji ferrovjarji, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall tat-80mm jew akbar, pili tal-folji, bars u sezzjonijiet ta’ anqas minn 80mm u pjanċi ta’ anqas minn 150mm, vireg tal-wajer, forom tondi u kwadri għat-tubi, ċineg u strippi tal-ħadid irrumblati bit-tisħin (inklużi l-istrippi għat-tubi), folji rrumblati bit-tisħin (miksija u le),

MT 54 MT

Page 55: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

pjanċi u folji ta’ ħxuna ta’ 3mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150mm u akbar, ħlief għall-wajer u l-prodotti tal-wajer, bars illustrati u ħadid fondut;

(d) prodotti lesti bil-kesħa:

folji tal-landa, folji tal-ħadid miksija bl-istann u ċ-ċomb, ħadid iswed, folji ggalvanizzati, folji oħra miżbugħa, folji rrumblati fil-ksieħ, folji manjetiċi u strippi maħsuba għall-manifattura tal-folji tal-landa, pjanċi rrumblati fil-ksieħ, f’koljaturi jew fi strippi;

(e) tubi:

it-tubi kollha uniformi tal-azzar, tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406.4mm;

46. “settur tal-fibri sintetiċi” tfisser:

(a) l-estrużjoni/it-testurizzazzjoni tat-tipi ġeneriċi kollha tal-fibra u l-ħjut ibbażati fuq il-polijester, il-polijamide, l-akriliku jew il-polipropilen, irrispettivament mill-użi finali tagħhom; jew

(b) il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn tkun integrata mal-estrużjoni f’termini tal-makkinarju użat; jew

(c) kwalunkwe proċess anċillari marbut mal-istallazzjoni kontemporanja tal-kapaċità tal-estrużjoni/tat-testurizzazzjoni mill-benefiċjarju prospettiv jew minn kumpanija oħra fil-grupp li tappartjeni fih u li, fl-attività tan-negozju speċifika konċernata, normalment tkun integrata b’tali kapaċità f’termini tal-makkinarju użat.

47. “assi tanġibbli” tfisser assi fil-forma ta’ art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir iżda għall-fini ta’ għajnuna reġjonali fis-settur tat-trasport, l-assi mobbli mhumiex meqjusa bħala spejjeż eliġibbli;

48. “attività turistika” tfisser l-attivitajiet li ġejjin skont NACE Rev. 2:

(a) NACE 55: Akkomodazzjoni;

(b) NACE 56: Attivitajiet ta’ servizzi ta’ ikel u ta’ xorb;

(c) NACE 79: Servizzi ta’ prenotazzjoni ta’ operaturi tal-ġiti u aġenziji tal-ivvjaġġar u attivitajiet relatati;

(d) NACE 90: Attivitajiet kreattivi, tal-arti u tad-divertiment;

(e) NACE 91: Libreriji, arkivji, mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra;

(f) NACE 93: Attivitajiet ta’ sport u divertiment u rikreazzjoni;

49. “spejjeż ta’ trasport” tfisser spejjeż ta’ trasport f’isem ħaddieħor fil-fatt imħallsa mill-benefiċjarji għal kull vjaġġ, li jinkludu:

(a) spejjeż tal-merkanzija, spejjeż tat-tqandil u spejjeż tal-ħżin temporanju, diment li dawn l-ispejjeż huma relatati mal-vjaġġ;

(b) spejjeż tal-assigurazzjoni applikati għall-merkanzija;

(c) taxxi, dazji u levies applikati għall-merkanzija u, jekk applikabbli, għad-deadweight, kemm fil-punt ta’ oriġini kif ukoll fil-punt ta’ destinazzjoni;

MT 55 MT

Page 56: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(d) spejjeż tal-kontroll tas-sikurezza u s-sigurtà, imposti miżjuda għall-ispejjeż tal-karburant miżjuda;

MT 56 MT

Page 57: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

50. “transport” tfisser trasport intern bit-triq, il-ferrovija u l-passaġġi fuq l-ilma, servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri jew il-merkanzija bl-ajru u marittimu b’kiri jew b’kumpens, imma ma tinkludix infrastruttura tat-trasport, notevolment ajruporti u portijiet;

51. “tip ta’ oġġetti” tfisser oġġetti klassifikati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98, ir-Regolamenti (KE) Nru 91/2003 u (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ NST 2007 bħala l-klassifikazzjoni unika għall-merkanzija ttrasportata b’ċerti mezzi ta’ trasport2;

52. “infrastruttura tal-ajruport” tfisser binja terminali, runways, terminali, rampi tal-ajruport, torrijiet ta’ kontroll u l-faċilitajiet li direttament jappoġġjawhom.

DEFINIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA LILL-SMES

53. “strumenti tad-dejn” tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwanti li jqiegħed ammont ta’ flus miftiehem għad-dispożizzjoni tal-mutwatarju għal perjodu ta’ żmien miftiehem u li skont dan il-mutwatarju huwa obbligat iħallas l-ammont lura fil-perjodu miftiehem. L-istrumenti tad-dejn jistgħu jieħdu l-forma ta’ self u strumenti oħra ta’ fondi li jipprovdu lill-mutwanti/investitur b’komponent predominanti ta’ rimunerazzjoni minima fissa u hija tal-anqas parzjalment garantita;

54. “entità fdata” tfisser istituzzjoni finanzjarja, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, korp pubbliku tal-liġi u korp privat tal-liġi b’missjoni ta’ servizz pubbliku, fdati minn Stat Membru sabiex jamministraw strument finanzjarju;

55. “investiment ta’ ekwità” tfisser il-forniment ta’ kapital għal impriża, investit direttament jew indirettament bi skambju tal-pussess totali jew parzjali ta’ dik l-impriża u fejn l-investitur ta’ ekwità jista’ jieħu ftit mill-kontroll tal-ġestjoni u jista’ jaqsam il-profitti tal-impriżi;

56. “strateġija ta’ ħruġ” tfisser strateġija għal-likwidazzjoni ta’ ishma minn veikolu ta’ investiment jew investitur ieħor, skont pjan sabiex jinkiseb qligħ massimu, inklużi bejgħ kummerċjali, tħassir, ħlas lura ta’ ishma/self privileġġat, bejgħ lil veikolu ta’ investiment ieħor jew investitur ieħor, bejgħ lil istituzzjoni finanzjarja u bejgħ b’offerta pubblika, inkluż offerta inizjali għall-pubbliku (IPO);

57. “intermedjarju finanzjarju” tfisser kwalunkwe intermedjarju finanzjarju, tkun xi tkun il-forma u l-proprjetà tiegħu, inklużi entitajiet inkarigati mill-Istat Membru għall-fini tal-implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, fond ta’ fondi, fondi ta’ investiment tal-ekwità privata u fondi ta’ investiment pubbliċi;

58. “l-ewwel bejgħ kummerċjali” tfisser l-ewwel bejgħ minn kumpanija f’suq tal-prodotti jew tas-servizzi, eskluż il-bejgħ limitat sabiex jiġi ttestjat is-suq;

59. “investiment ta’ segwitu” tfisser investiment addizzjonali f’kumpanija sussegwenti għal serje waħda jew aktar ta’ investimenti preċedenti;

2 ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14.

MT 57 MT

Page 58: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

60. “garanzija” tfisser impenn bil-miktub biex wieħed jassumi r-responsabbiltà għal parti mit-tranżazzjonijiet ta’ self għall-finanzjament ta’ riskju jew kważi ekwità li għadha kif toriġina minn parti terza jew għalihom kollha;

61. “rata ta’ garanzija” tfisser kopertura ta’ telf perċentwali ta’ kull tranżazzjoni mill-portafoll iggarantit.

62. “investitur privat indipendenti” tfisser investitur privat li huwa indipendenti mill-SME li jinvesti fiha, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji, irrispettivament mill-proprjetà tagħhom, sal-punt li jerfgħu r-riskju sħiħ fir-rigward tal-investiment tagħhom;

63. “investiment” tfisser serje waħda jew aktar ta’ investimenti f’kumpanija;

64. “persuna fiżika” għall-fini tal-Artikoli 17 u 19 tfisser persuna li mhijiex impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

65. “self għall-finanzjament ta’ riskju” tfisser self mogħti mill-intermedjarju finanzjarju lill-SMEs eliġibbli bil-kondizzjoni li l-intermedjarju jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ self bħal dan bir-riżorsi tiegħu stess skont il-proporzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(10) u li l-intermedjarju finanzjarju jkun jista’ juri fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tat-3 snin preċedenti tiegħu li l-portafoll ta’ self appoġġjat taħt il-miżura tal-finanzjament ta’ riskju jinkludi għadd sinifikanti ta’ SMEs li, fid-dawl tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni tiegħu, ma kinux jiġu ffinanzjati mingħajr il-miżura.

66. “spejjeż għat-tfittix” tfisser l-ispejjeż relatati mat-tfittix tal-SMEs qabel l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom jew li ilhom joperaw għal anqas minn ħames snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali f’suq, meta t-tali spejjeż ma jwasslux għal investiment. L-ispejjeż għat-tfittix ma jistgħux jinkludu l-ispejjeż legali u amministrattivi tal-fond ta’ investiment jew il-maniġers tiegħu;

67. “finanzjament totali” tfisser serje waħda jew aktar ta’ investimenti f’SME eliġibbli, inklużi investimenti ta’ segwitu kif stabbilit fl-Artikolu 19(5) ta’ dan ir-Regolament;

68. “investiment ta’ kważi ekwità” tfisser tip ta’ finanzjament li jikkwalifika bejn ekwità u dejn, li għandu riskju ogħla minn dejn superjuri u anqas riskju minn ekwità komuni u li l-qligħ tiegħu lid-detentur ikun ibbażat fil-biċċa l-kbira fuq il-profitti jew it-telf tal-impriża fil-mira sottostanti u li mhumiex żgurati f’każ ta’ inadempjenza. L-investimenti ta’ kważi ekwità jistgħu jiġu strutturati bħala dejn, mhux assigurat u subordinat u f’xi każijiet konvertibbli f’ekwità, jew bħala ekwità ta’ preferenza;

69. “kapital ta’ bdil” tfisser ix-xiri ta’ ishma eżistenti f’kumpanija minn investitur jew azzjonista preċedenti;

70. “SME mhix elenkata” tfisser SME li mhix elenkata fuq il-lista uffiċjali tal-borża u għall-fini ta’ dan ir-Regolament, SME elenkata fuq pjattaforma alternattiva ta’ negozjar speċjalizzata fl-SMEs titqies bħala mhix elenkata.

71. “kooperazzjoni organizzattiva” tfisser l-iżvilupp ta’ strateġiji kummerċjali konġunti jew strutturi ta’ ġestjoni, il-forniment ta’ servizzi komuni jew servizzi li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, attivitajiet ikkoordinati bħar-riċerka jew il-kummerċjalizzazzjoni, l-appoġġ ta’ netwerks u raggruppamenti, it-titjib tal-aċċessibbiltà u l-komunikazzjoni, l-użu ta’ strumenti konġunti sabiex jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u l-kummerċ mal-SMEs;

MT 58 MT

Page 59: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

72. “servizzi ta’ konsulenza għall-kooperazzjoni” tfisser konsulenza, assistenza u taħriġ għall-iskambju ta’ għarfien u esperjenzi u għat-titjib tal-kooperazzjoni;

73. “servizzi jappoġġjaw il-kooperazzjoni” tfisser il-forniment ta’ uffiċini, websajts, banek tad-data, libreriji, riċerka tas-suq, manwali, dokumenti ta’ ħidma u ta’ mudell;

74. “pjattaforma alternattiva għall-kummerċ” tfisser suq tal-ekwità jew mezz ta’ investiment speċjalizzat fl-iskambju ta’ ishma għall-SMEs billi tiffaċilita t-tqabbil bejn l-investituri u l-SMEs fil-mira;

DEFINIZZJONIJIET GĦAL GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP U L-INNOVAZZJONI

75. “distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jsiru bejn impriżi indipendenti u ma fihom ebda element ta’ kollużjoni. It-twaqqif ta’ proċedura ta’ offerti miftuħa, trasparenti u mhux kondizzjonata għat-tranżazzjoni jitqies bħala l-ilħuq tal-prinċipju tad-distakkament;

76. “kollaborazzjoni effettiva” tfisser kollaborazzjoni għall-iskambju ta’ għarfien u/jew teknoloġija, jew sabiex jinkiseb għan komuni bbażat fuq it-tqassim tax-xogħol; il-partijiet f’kollaborazzjoni jiddefinixxu b’mod konġunt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett ta’ riċerka u jaqsmu r-riskju u r-riżultat tal-kollaborazzjoni. Is-subkuntrattar għandu jitqies bħala kollaborazzjoni effettiva.

77. “żvilupp sperimentali” tfisser l-akkwist, il-kombinament, l-iffurmar u l-użu ta’ għarfien u ħiliet xjentifiċi, teknoloġiċi, tan-negozju u oħrajn rilevanti eżistenti li jimmiraw direttament lejn l-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew imtejba. Dan jista’ jinkludi wkoll, pereżempju, attivitajiet immirati lejn id-definizzjoni kunċettwali, l-ippjanar u d-dokumentazzjoni ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda;

L-iżvilupp sperimentali jista’ jinkludi il-prototipi, id-dimostrazzjoni, il-pilotaġġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ prodotti ġodda jew imtejba, il-proċessi jew is-servizzi f’ambjenti rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet operattivi reali tal-ħajja meta l-għan ewlieni huwa li jkun hemm titjib tekniku ġdid għall-prodotti, il-proċessi jew s-servizzi li mhumiex sostanzjalment stabbiliti, iżda mhux meta l-għan primarju huwa li jiġu żviluppati s-swieq. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’ prototip jew pilota li jintuża kummerċjalment li huwa neċessarjament il-prodott kummerċjali finali u li huwa wisq għali biex jiġi prodott għalih biex jintuża biss għal finijiet ta’ dimostrazzjoni u validazzjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-prototipi u l-piloti ma għandhomx jiġu intiżi għall-użu kummerċjali.

L-iżvilupp sperimentali ma għandux jinkludi tibdiliet ta’ rutina jew perjodiċi magħmula lil prodotti eżistenti, linji ta’ produzzjoni, proċessi ta’ manifattura, servizzi eżistenti u operazzjonijiet oħra li jkun għaddejjin, anke jekk dawn it-tibdiliet jistgħu jirrapreżentaw titjib;

MT 59 MT

Page 60: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

78. “riċerka fundamentali” tfisser xogħol sperimentali jew teoriku magħmul primarjament sabiex jinkiseb għarfien ġdid tal-pedamenti bażiċi ta’ fenomeni u fatti osservabbli, mingħajr ebda applikazzjoni jew użu kummerċjali dirett previst;

79. “persunal bi kwalifiki għolja” tfisser persunal bi grad ta’ edukazzjoni terzjarja u mill-anqas 5 snin esperjenza professjonali rilevanti li jistgħu jinkludu wkoll taħriġ fil-livell ta’ dottorat;

80. “riċerka industrijali” tfisser ir-riċerka ppjanata jew l-investigazzjoni kritika mmirata lejn il-kisba ta’ għarfien u ħiliet ġodda għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew sabiex isir titjib notevoli fi prodotti, proċessi jew servizzi eżistenti. Tinkludi l-ħolqien ta’ partijiet ta’ komponenti ta’ sistemi kumplessi, u tista’ tinkludi l-kostruzzjoni ta’ prototipi f’ambjent ta' laboratorju u/jew f’ambjent b’interfaċċji simulati għal sistemi eżistenti kif ukoll ta’ linji pilota fuq skala żgħira biex jiġi ttestjat u vvalidat il-metodu ta’ prestazzjoni tal-metodu, meta jkun meħtieġ għar-riċerka industrijali u notevolment għall-validazzjoni tat-teknoloġija ġenerika, diment li tali prototipi u linji pilota ma jkunux jistgħu jintużaw kummerċjalment;

81. “servizzi ta’ konsulenza dwar l-innovazzjoni” tfisser konsulenza, assistenza u taħriġ fl-oqsma ta’ trasferiment tal-għarfien, ix-xiri, il-protezzjoni u l-kummerċ fid-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali, ftehimiet tal-liċenzja u l-użu ta’ standards;

82. “servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjonijiet” tfisser il-forniment ta’ spazju għall-uffiċini, il-banek tad-dejta, il-libreriji, ir-riċerka tas-suq, l-użu ta’ laboratorju, it-tikkettar ta’ kwalità, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni;

83. “intrapriża innovattiva” tfisser intrapriża li:

(i) permezz ta’ evalwazzjoni mwettqa minn espert estern tista’ turi li fil-futur qrib sejra tiżviluppa prodotti, servizzi jew proċessi li huma ġodda jew imtejba b’mod sostanzjali meta mqabbla mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija tagħha, u li jġorru riskju ta’ falliment teknoloġiku jew industrijali, jew

(ii) l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp tagħha jirrappreżentaw mill-anqas 15% tal-ispejjeż operazzjonali totali tagħha f’mill-anqas waħda mit-tliet snin ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna jew, fil-każ ta’ intrapriża tal-bidu mingħajr ebda rekords finanzjarji tal-imgħoddi, fl-awditjar tal-perjodu fiskali kurrenti tagħha, kif iċċertifikat minn awditur estern;

84. “innovazzjoni organizzattiva” tfisser l-implimentazzjoni ta’ metodu organizzattiv ġdid fil-prattiki tan-negozju tal-impriża, l-organizzazzjoni tax-xogħol jew ir-relazzjonijiet esterni u teskludi bidliet fil-prattiki tan-negozju, l-organizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol jew ir-relazzjonijiet esterni li huma bbażati fuq metodi ta’ organizzazzjoni li diġà qegħdin jintużaw fl-impriża, bidliet fl-istrateġija tal-ġestjoni, il-fużjonijiet u l-akkwisti, il-waqfien mill-użu ta’ proċess, il-bdil jew l-estensjoni sempliċi tal-kapital, il-bidliet li jirriżultaw purament mill-bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, il-personalizzazzjoni, il-bidliet ċikliċi regolari staġjonali u oħrajn u l-kummerċ ta’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti;

85. “spejjeż tal-persunal” tfisser riċerkaturi, tekniċi u persunal ta’ appoġġ ieħor sal-punt li jkunu impjegati fuq il-proġett ta’ riċerka;

MT 60 MT

Page 61: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

86. “innovazzjoni tal-proċess” tfisser l-implimentazzjoni ta’ metodu ta’ produzzjoni jew twassil ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti (inkluż tibdil sinifikanti fit-tekniki, it-tagħmir u/jew is-softwer iżda eskluż bidliet jew titjib minuri, żieda fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ servizz permezz taż-żieda fis-sistemi ta’ manifattura jew loġistiċi li huma simili ħafna għal dawk li diġà qegħdin jintużaw, il-waqfien mill-użu ta’ proċess, il-bdil jew l-estensjoni sempliċi tal-kapital, il-bidliet li jirriżultaw purament mill-bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, il-personalizzazzjoni, il-bidliet ċikliċi regolari staġjonali u oħrajn u l-kummerċ ta’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti;

87. “organizzazzjoni ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità (bħal universitajiet jew istituti ta’ riċerka, aġenziji tat-trasferiment tat-teknoloġija, intermedjarji ta’ innovazzjoni, entitajiet kollaborattivi fiżiċi u/jew virtwali orjentati lejn ir-riċerka), ikun xi jkun l-istat legali tagħha (organizzata skont il-liġi pubblika jew privata) jew il-mod ta’ finanzjament, li l-iskop ewlieni tagħha jkun li twettaq riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali u/jew li xxerred b’mod wiesa’ r-riżultati tagħhom permezz tat-tagħlim, il-pubblikazzjoni jew it-trasferiment tal-għarfien;

L-entitajiet jistgħu isegwu attivitajiet ekonomiċi diment li dawn jikkontribwixxu għall-għan ewlieni tagħhom li ma jkunux ta’ ħsara għall-indipendenza tal-attivitajiet ewlenin tal-entità, huma marbuta b’mod intrinsiku mal-attivitajiet prinċipali, jirrappreżentaw biss sehem mhux essenzjali tal-baġit iddedikat għar-riċerka indipendenti, u jitwettqu skont it-termini tas-suq.

Il-finanzjament, l-ispejjeż u d-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi għandhom jitqiesu b’mod separat.

L-impriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq entità bħal din, pereżempju fil-kapacità tagħhom bħala azzjonisti jew membri, ma għandhom igawdu l-ebda aċċess preferenzjali għall-kapaċitajiet ta’ riċerka ta’ entità bħal din jew għar-riżultati ta’ riċerka ġġenerati minnha;

88. “infrastruttura tar-riċerka” tfisser faċilitajiet, riżorsi u servizzi relatati li jintużaw mill-komunità xjentifika sabiex issir riċerka fl-oqsma rispettivi tagħhom u tkopri tagħmir xjentifiku jew sett ta’ strumenti importanti, riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħal ġabriet, arkivji jew informazzjoni xjentifika strutturata sabiex tgħin infrastutturi bbażati fuq it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni bħall-grilja, l-informatika, is-softwer u l-komunikazzjoni, jew kwalunkwe entità oħra ta’ natura unika essenzjali għat-twettiq tar-riċerka. Tali infrastruttura tista’ tkun ‘f’sit wieħed’ jew ‘imqassma’ (netwerk organizzat ta’ riżorsi)1;

1 B'konformità mal-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25.6.2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC), ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

MT 61 MT

Page 62: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

89. “sekondar” tfisser l-impjieg b’mod temporanju ta’ persunal minn benefiċjarju li wara jkollu d-dritt imur lura għall-impjegatur ta’ qabel;

DEFINIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-PROTEZZJONI AMBJENTALI

90. “protezzjoni ambjentali” tfisser kwalunkwe azzjoni mfassla sabiex tirrimedja jew tipprevjeni ħsara lill-ambjenti fiżiċi tal-madwar jew lir-riżorsi naturali mill-attivitajiet tal-benefiċjarju stess, sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ din il-ħsara jew sabiex twassal għal użu aktar effiċjenti ta’ riżorsi naturali, inklużi miżuri għall-iffrankar tal-enerġija u l-użu ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

91. “iffrankar ta’ enerġija” tfisser ammont ta’ enerġija ffrankata li hi stabbilita billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta’ miżura li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum ta’ enerġija;

92. “infrastrutturi tal-enerġija” tfisser il-kategoriji ta’ infrastrutturi definiti fl-Anness II tal-abbozz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/20091;

93. “standard tal-Unjoni” tfisser:

(e) standard tal-Unjoni obbligatorju li jistabbilixxi l-livelli li għandhom jintlaħqu minn impriżi individwali f’termini ambjentali; jew

(f) l-obbligu skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 sabiex jintużaw l-aqwa tekniki disponibbli kif stipulat fl-aktar informazzjoni riċenti rilevanti ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) ta’ dik id-Direttiva;

94. “sit ikkontaminat” tfisser sit fejn ikun hemm preżenza kkonfermata, ikkawżata mill-bniedem, ta’ sustanzi perikolużi ta’ tali livell li joħolqu riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent b’kunsiderazzjoni tal-użu fil-preżent u dak approvat fil-futur tal-art (inkluż art forestali). Il-ħsara ambjentali kkonċernata tkopri l-ħsara fil-kwalità tal-ħamrija jew tal-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ.

95. “mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni” tfisser mekkaniżmu li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6, 7 jew 8 tad-Direttiva (KE) 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli3;

1 http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/12/pe00/pe00075.en12.pdf 2 ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.3 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

MT 62 MT

Page 63: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

96. “sorsi ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li ġejjin li mhumiex fossili: l-enerġija mir-riħ, aerotermika, ġeotermali, solari, idrotermali, l-oċean, l-idroenerġija, il-bijomassa, il-gass mill-miżbliet, il-gass minn impjanti li jittrattaw id-drenaġġ u l-bijogassijiet;

97. “bijokarburanti” tfisser karburant likwidu jew gassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

98. “bijokarburant sostenibbli” tfisser bijokarburant li jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (KE) 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli4;

99. “enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser l-enerġija prodotta minn impjanti li jużaw biss sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll il-proporzjon f’termini ta’ valur kalorifiku tal-enerġija, prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti ibridi li jużaw ukoll sorsi ta’ enerġija konvenzjonali u tinkludi l-elettriku rinnovabbli użat fil-mili tas-sistemi ta’ ħżin, iżda teskludi l-elettriku prodott bħala riżultat ta’ sistemi ta’ ħżin;

100. “koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termali u enerġija elettrika u/jew mekkanika;

101. “taxxa ambjentali” tfisser taxxa li l-bażi taxxabbli speċifika tagħha jkollha effett negattiv ċar fuq l-ambjent jew li tfittex li tintaxxa ċerti attivitajiet, prodotti jew servizzi sabiex l-ispejjeż ambjentali jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-prezz tagħhom u/jew sabiex il-produtturi u l-konsumaturi jkunu orjentati lejn attivitajiet li jirrispettaw l-ambjent aħjar;

102. “Primjum ta' Injezzjoni” tfisser primjum imħallas flimkien mal-prezz tas-suq li jesponi l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli għall-prezzijiet tas-suq;

103. “livell ta’ taxxa minimu tal-Unjoni” tfisser il-livell minimu ta’ tassazzjoni pprovdut fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; għall-prodotti tal-enerġija u l-elettriku, il-livell minimu tal-Unjoni ta’ taxxa jfisser il-livell minimu ta’ tassazzjoni stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2003/96/KE5;

104. “assi tanġibbli” tfisser investimenti fl-art (inkluża art forestali) li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, l-investimenti fil-bini, fl-impjanti u fit-tagħmir maħsuba sabiex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġis u l-inkonvenjenzi, u l-investimenti sabiex il-metodi ta’ produzzjoni jiġu adattati bil-ħsieb tal-protezzjoni tal-ambjent;

105. “il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas” tfisser li l-ispejjeż ta’ miżuri biex jiġi indirizzat it-tniġġis għandhom jitħallsu minn min iniġġes, sakemm il-persuna responsabbli għat-tniġġis ma tkunx tista’ tiġi identifikata jew ma tkunx tista’ tinżamm responsabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew ma tkunx tista’ tiġi kostretta ġġorr l-ispejjeż tar-riabilitazzjoni. F’dan il-kuntest, it-tniġġis huwa l-ħsara kkawżata minn min iniġġes billi b’mod dirett jew indirett jagħmel ħsara lill-ambjent, jew billi joħloq kundizzjonijiet li jwasslu għal din il-ħsara6 lil ambjenti fiżiċi jew riżorsi naturali;

4 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.5 ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.6 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1975 fir-rigward tal-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-

azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi dwar materji ambjentali (ĠU L 194, 25.7.1975, p. 1).

MT 63 MT

Page 64: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

106. “responsabbiltajiet ta’ bbilanċjar tal-istandards” tfisser ir-responsabbiltajiet ta’ bbilanċjar li huma normalment applikabbli fi Stati Membri għall-produtturi tal-elettriku, inkluż il-produtturi tal-elettriku konvenzjonali.

MT 64 MT

Page 65: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ANNESS II Definizzjoni tal-SMEs

Artikolu 1Intrapriża

Intrapriża hija meqjusa li tkun kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, tkun xi tkun il-forma legali tagħha. Din tinkludi, b’mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja’ jew attivitajiet oħra, u sħubijiet jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f’attività ekonomika.

Artikolu 2L-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw kategoriji ta’ intrapriżi

1. Il-kategorija ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (‘SMEs’) hija msawra minn intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 persuna u li l-valur tal-introjtu annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

2. Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 persuna u li l-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljuni.

3. Fil-kategorija tal-SMEs, l-intrapriża mikro hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li l-introjtu annwali tagħha u/jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljuni.

Artikolu 3Tipi ta’ intrapriżi li jitqiesu fil-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji

1. “Intrapriża awtonoma” hija intrapriża li ma tkunx ikklassifikata bħala intrapriża msieħba fis-sens tal-paragrafu 2 jew bħala intrapriża marbuta fis-sens tal-paragrafu 3.

2. “Intrapriżi msieħba” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi relatati fis-sens tal-paragrafu 3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew b’mod konġunt ma’ intrapriża marbuta waħda jew aktar, fis-sens tal-paragrafu 3, 25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream). Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri ma għandha ebda impriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux marbuta, fis-sens tal-paragrafu 3, individwalment jew b’mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:

(a) korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, kumpaniji b’kapital ta’ riskju, individwi jew gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment kapitali li jinvestu kapital ekwu f’negozji mhux ikkwotati (investitur informali), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun anqas minn EUR 1 250 000;

(b) universitajiet u ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ;

(c) investituri istituzzjonali, li jinkludu fondi għall-iżvilupp reġjonali;

MT 65 MT

Page 66: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(d) awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u anqas minn 5 000 abitant.

3. “Intrapriżi marbutin” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a) intrapriża li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b) intrapriża li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak sorveljanti ta’ intrapriża oħra;

(c) intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt illi tkun daħlet fih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-Artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha;

(d) intrapriża, illi tkun azzjonista fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.

Hemm suppożizzjoni li ma teżisti ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fl-immaniġġar tal-intrapriża konċernata, mingħajr ħsara għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.

Intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala marbutin.

Anki intrapriżi li għandhom relazzjoni waħda minn dawn jew aktar permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu b’mod konġunt jitqiesu bħala intrapriżi marbutin jekk jieħdu sehem fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq kontigwi.

“Suq kontigwu” huwa meqjus bħala suq għal prodotti jew servizzi li qegħdin direttament upstream jew downstram għas-suq rilevanti.

4. Ħlief fil-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot tagħha huma direttament jew indirettament ikkontrollati, b’mod konġunt jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.

5. L-intrapriżi jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni ta’ status bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża marbuta, inkluża d-dejta fir-rigward tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fede li tista’ leġittimament tissuponi li mhijiex ta’ proprjetà kwantu għal 25 % jew aktar ta’ intrapriża waħda jew b’mod konġunt minn intrapriżi marbutin flimkien. Tali dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet li hemm stipulati fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

MT 66 MT

Page 67: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Artikolu 4Dejta użata għall-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji u perjodu ta’ referenza

1. Id-dejta li għandha tiġi applikata fil-kalkolu tan-numru tal-persunal u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u kkalkolat fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għad-dħul huwa kkalkolat bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn.

2. Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, tkun qabżet jew niżlet taħt il-limiti tan-numru tal-persunal jew il-limitu finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2, dan ma jirriżultax fit-telf jew fil-kisba tal-istatus ta’ intrapriża medja, żgħira jew mikro diment dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi konsekuttivi tal-perjodu ta’ kontabbiltà.

3. Fil-każ ta’ intrapriża li tkun għadha kif twaqqfet li l-kontijiet tagħha jkunu għadhom ma ġewx approvati, id-dejta li għandha tiġi applikata hija dik meħuda minn stima magħmula in bona fede li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 5L-għadd ta’ persunal

L-għadd jikkorrispondi man-numru ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (AWU), jiġifieri n-numru ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa meqjusa. Ix-xogħol ta’ persuni li ma ħadmux is-sena sħiħa, ix-xogħol ta’ dawk li ħadmu part time, mingħajr ma jitqies kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta’ ħaddiema staġjonali jingħadd bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal huwa magħmul minn:

(a) impjegati;

(b) persuni li jaħdmu għall-intrapriża li tkun subordinata lejha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;

(c) sidien amministraturi;

(d) imsieħba li jkunu involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw mill-vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

Apprendisti jew studenti involuti f’taħriġ vokazzjonali b’kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala persunal. Il-perjodu ta’ liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

Artikolu 6Kif tiġi stabbilita d-dejta ta’ impriża

4. Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-dejta, inkluż in-numru tal-persunal, tiġi determinata esklussivament fuq il-bażi tal-kontabbiltà ta’ dik l-intrapriża.

5. Id-dejta, inkluż in-numru tal-persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew marbuta, tiġi determinata fuq il-bażi tal-kontabbiltà u dejta oħra tal-impriża, fejn jeżistu, il-kontabbiltà konsolidata tal-intrapriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta’ konsolidazzjoni. Mad-dejta li saret referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża fi sħubija mal-intrapriża inkwistjoni li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni hija proporzjonali għall-interess perċentwali fil-kapital jew id-drittijiet ta’ vot (skont liema jkun l-akbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati,

MT 67 MT

Page 68: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

japplika l-ogħla perċentwali. Mad-dejta li saret referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun marbuta direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta’ konsolidazzjoni fil-kontijiet.

6. Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi fi sħubija mal-intrapriża inkwistjoni ġejja mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, konsolidata jekk teżisti. Ma’ dawn tiżdied 100 % tad-dejta tal-intrapriżi li jkunu marbuta ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, sakemm id-dejta tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta’ konsolidazzjoni. Għall-applikazzjoni tal-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li jkunu marbuta mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u d-dejta l-oħra tagħhom, konsolidata jekk teżisti. Ma’ dawn tiżdied, prorata, id-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża marbuta, li jkunu jinsabu immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b’perċentwali tal-anqas proporzjonat għall-perċentwali identifikat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

7. Meta fil-kontijiet konsolidati ma tidher l-ebda dejta dwar il-persunal għal intrapriża partikolari, il-figuri tal-persunal jiġu kkalkolati permezz ta’ aggregazzjoni proporzjonali tad-dejta mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiżdied id-dejta mill-intrapriżi li magħhom tkun marbuta l-intrapriża inkwistjoni.

MT 68 MT

Page 69: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ANNESS III Informazzjoni rigward għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-

Regolament

PARTI I

li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 10

Referenza tal-għajnuna

(għandha timtela mill-Kummissjoni )

Stat MembruNumru ta’ referenza tal-Istat MembruReġjun Isem tar-Reġjun

(NUTS7)Status tal-għajnuna reġjonali 8

L-awtorità awtorizzanti

IsemIndirizz postali

Indirizz tal-webTitolu tal-miżura ta’ għajnunaBażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)Link mill-web għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnunaTip ta’ miżura Skema

Għajnuna ad hoc Isem il-benefiċjarju u l-grupp9 li jappartjeni għalih

Emenda ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti jew għajnuna ad hoc

Referenza tal-Kummissjoni għall-għajnuna

Tiġdid

Modifika

Durata10 Skema jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

7 NUTS - Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.

8 L-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE (status “A”), l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE (status “C”), oqsma mhux megħjuna jiġifieri żoni mhux eliġibbli għall-għajnuna reġjonali (status “N”).

9 Impriża għall-finijiet ta’ regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat u għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità għandhom jitqiesu bħala impriża waħda.

10 Perjodu li matulu l-awtorità awtorizzanti tista’ timpenja ruħha biex tagħti l-għajnuna.

MT 69 MT

Page 70: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Data tal-għoti11 Għajnuna ad hoc jj/xx/ssssSettur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli li jirċievu għajnunaLimitat għal setturi speċifiċi: Jekk jogħġbok speċifika skont in-NACE Rev. 212

Tip ta’ benefiċjarju SMEIntrapriżi kbar

Baġit Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat skont l-iskema13

Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża14

Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

Għal garanziji15 Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

Strument tal-għajnuna (Art. 5)

Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħaxSelf /Avvanzi li jerġgħu jitħallsuGaranzija (fejn xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni16)Vantaġġ fiskali u eżenzjoni mit-taxxaForniment ta’ kapital ta’ riskjuOħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE

Isem il-fond(i) tal-UE: Ammont tal-finanzjament

(skont il-fond tal-UE)

Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

11 Determinat b’mod konformi mal-premessa 36 tar-Regolament. 12 NACE Rev 2 - Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea. Tipikament,

is-settur għandu jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.13 Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont globali annwali tal-baġit ippjanat skont l-iskema jew

it-telf ta’ taxxa stmat fis-sena għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna inklużi fl-iskema.14 Fil-każ ta’ għoti ta’ għajnuna ad hoc: Indika l-ammont globali ta’ għajnuna/taxxa mitlufa.15 Għal garanziji, indika l-ammont (massimu) ta’ self garantit. 16 Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-

ekwivalenti gross tal-għotja, skont l-Artikolu 5(2)(c) tar-Regolament.

MT 70 MT

Page 71: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

PARTI II

li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 10

Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa hija implimentata l-miżura ta’ għajnuna.Għan primarju - Għanijiet Ġenerali (lista)

Għanijiet(lista)

Intensità massima tal-għajnunaf’%jew Ammont massimu ta’ għajnuna annwali fil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ)

SME - bonuses

f’%

Għajnuna reġjonali - għajnuna għall-investiment0 (Art. 15)

Skema …%Għajnuna ad hoc (Art. 15.1) …%

Għajnuna reġjonali - għajnuna operattiva (Art.16)

Spejjeż tat-trasport ta’ oġġetti f’żoni eliġibbli (Art. 16.2(a))

…%

Spejjeż addizzjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (Art. 162(b))

…%

Għajnuna għall-SMEs - għajnuna għall-investment (Art. 17)

…%

Għajnuna għall-SMEs - aċċess għall-finanzjament tal-SMEs

Għajnuna għal finanzjament ta’ riskju (Art.17

…munita nazzjonali

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju (Art.20) …munita nazzjonali

Għajnuna għall-SMEs - Għajnuna għal pjattaformi alternattivi ta’ negozjar speċjalizzati f’SMEs (Art. 21)

…%; f’każ li l-miżura ta’ għajnuna tieħu l-forma ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju: …munita nazzjonali

Għajnuna għall-SMEs - Għajnuna għall-ispejjeż

…%

0 Fil-każ ta’ għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont l-iskema/i ta’ għajnuna, jekk jogħġbok indika kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc.

MT 71 MT

Page 72: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

tat-tfittix (Art. 22)Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 23-26)

Għajnuna għal proġetti tar-riċerka l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 23)

Riċerka fundamentali (Art. 21.2.a))

…%

Riċerka industrijali (Art. 23.2.b))

…%

Żvilupp sperimentali (Art.23.2.c))

…%

Għajnuna għat-twaqqif ta’ infrastrutturi tar-riċerka (Art. 24)

…%

Għajnuna tal-innovazzjoni għall-SMEs (Art. 25)

…%

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u s-sajd (Art. 26)

…%

Għajnuna għat-taħriġ (Art. 27)

…%

Għajnuna għall-impjiegi - Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u b’diżabilità (Art. 28-29)

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati jew għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji tal-pagi (Art.28)

…%

Għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità (Art. 29)

…%

Għajnuna għal Protezzjoni ambjentali (Art. 30-36)

Għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-impriżi jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni għall-protezzjoni ambjentali jew jgħollu l-livell tal-protezzjoni ambjentali fin-nuqqas ta’ standards tal-UE (Art. 30)

…%

Għajnuna għall-adattament bikri ta’ standards futuri tal-Komunità għall-SMEs (Art. 31)

…%

Għajnuna għal investiment ambjentali f’miżuri tal-iffrankar tal-enerġija (Art. 3230)

…%

Għajnuna għal investiment ambjentali f’koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja (Art. 33)

…%

Għajnuna għal investiment ambjentali għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Art. 34)

…munita nazzjonali

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali (Art. 35)

…%

Għajnuna għall-investiment għar-riabilitazzjoni ta’ siti kontaminati (Art. 36)

…%

Għajnuna għall-investiment għat-tisħin u t-tkessiħ disrettwali effiċjenti fl-enerġija (Art. 37)

…%

Għajnuna għal studji dwar l-ambjent …%

MT 72 MT

Page 73: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

(Art. 38)

MT 73 MT

Page 74: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

Parti IIIFORMOLA GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI DWAR GĦOTJIET TA’ GĦAJNUNA INDIVIDWALI SKONT L-ARTIKOLU 10 U GĦAT-TRAŻMISSJONI TA’ DIN L-INFORMAZZJONI LILL-KUMMISSJONI SKONT L-ARTIKOLU 12Referenza tal-għajnunaStat MembruL-awtorità awtorizzanti

IsemIndirizz tal-web

Isem il-benefiċjarju, numru tal-VAT u l-grupp li jappartjeni għalihTip ta’ benefiċjarju SME

Impriża kbira

Reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju

Isem tar-Reġjun (NUTS0) Status tal-għajnuna Reġjonali0

Settur(i) ekonomiku/ċi ta’ attività tal-benefiċjarju

NACE Rev. 2 u deskrizzjoni fil-qosor

Element tal-għajnuna, mogħti bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali0

Strument ta’ għajnuna0

Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħaxSelf/Self bil-quddiem li jitħallas lura/Għotja rimborżabbliGaranzija (fejn xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni0)Vantaġġ fiskali u eżenzjoni mit-taxxa

Finanzjament ta’ riskjuOħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

Data tal-għoti jj/xx/ssss

Għan tal-għajnuna

0 NUTS - Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-livell 2.

0 L-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE (status “A”), l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE (status “C”), oqsma mhux megħjuna jiġifieri żoni mhux eliġibbli għall-għajnuna reġjonali (status “N”).

0 L-ekwivalenti gross tal-għotja, jew għal skemi ta’ finazjament ta’ riskju, l-ammont tal-investiment pubbliku

0 Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ bosta strumenti ta’ għajnuna, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi pprovdut minn strument

0 Fejn ikun xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja gross ekwivalenti.

MT 74 MT

Page 75: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

bażi legali, inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni u fejn xieraq, l-iskema skont liema tingħata l-għajnuna

MT 75 MT

Page 76: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ANNESS IV Formola ta’ applikazzjoni għal effett ta’ inċentiv (kif speċifikat fl-Artikolu   6)

1. Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:

l-isem, l-indirizz irreġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali ta’ attività (Kodiċi NACE),

dikjarazzjoni li ditta mhijiex f’diffikultà kif iddefinit skont dan ir-Regolament];

dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna (kemm de minimis kif ukoll għajnuna mill-Istat) li diġà ngħatat għal proġett ieħor fl-aħħar 3 snin;

dikjarazzjoni li tispeċifika għajnuna li ngħatat jew li għandha tingħata għall-istess proġett minn awtoritajiet awtorizzanti oħrajn.

2. Informazzjoni dwar il-proġett/attività li għandhom jiġu appoġġjati:

deskrizzjoni tal-proġett.

deskrizzjoni tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (eż. numru ta’ impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, attivitajiet ta’ R&Ż&I, attivitajiet ta’ taħriġ, il-ħolqien ta’ grupp)

bażi legali rilevanti (nazzjonali, tal-UE jew it-tnejn)

data ppjanata għall-bidu u t-tmiem tal-proġett

post(ijiet) tal-proġett

3. Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-proġett:

investimenti u spejjeż oħrajn marbutin miegħu

spejjeż totali eliġibbli

ammont tal-għajnuna meħtieġa biex jitwettqu l-proġett/attività

intensità tal-għajnuna

4. Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:

Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta’ investiment jew id-deċiżjoni tal-post. Għandu jiġi indikat investiment jew post alternattiv fin-nuqqas ta’ għajnuna.

MT 76 MT

Page 77: ec.europa.euec.europa.eu/.../2013_gber/draft_regulation_mt.docx · Web viewMinbarra l-għajnuna għal taħriġ fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament tal-Kummissjoni

ANNESS V Dispożizzjonijiet għall-websajt unika tal-Istat Membru

(2) L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websajt unika tal-għajnuna mill-Istat tagħhom, li l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 10(1)(b) u 2, għandha tiġi ppubblikata b’tali mod li tippermetti aċċess faċli għall-informazzjoni.

(3) L-aċċess għall-websajt għandu jiġi pprovdut permezz ta’ għodda ta’ tiftix jew interfaċċja ta’ tiftix għall-utenti (“il-funzjoni ta’ tiftix”). Permezz ta’ dik il-funzjoni ta’ tiftix, l-informazzjoni individwali kollha tkun tista’ titfittex u fi kwalunkwe taħlita tagħha. Ir-riżultat tal-funzjoni ta’ tiftix għandu jkun disponibbli wkoll biex jitniżżel, f’tal-anqas żewġ formati differenti skont l-istandards komuni, sabiex jippermettu l-informazzjoni għal aktar ipproċessar fi spreadsheet, eż. XLS, CSV, jew permezz ta’ mezzi oħrajn li jużaw tekniki tal-web, eż. XML, HTML.

(4) L-aċċess għall-websajt għandu jingħata lil kwalunkwe parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-websajt.

MT 77 MT