32
Jannar 2015 | Numru 122 Newspaper Post Ragħaj tajjeb u twajjeb X’jaħsbu dwaru Ħabbejt il-Knisja f’Malta 04 09 Siltiet mill-Kelma tar-Ragħaj 18

Flimkien Jannar 2015

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Flimkien Jannar 2015

J a n n a r 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 2

New

spap

er P

ost

Ragħaj tajjeb u twajjeb

X’jaħsbu dwaru

Ħabbejt il-Knisja f’Malta

0409

Siltiet mill-Kelma tar-Ragħaj

18

Page 2: Flimkien Jannar 2015

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply).All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers,

L-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwa

Lourdes2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

minn ¢543

1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

minn ¢419

… your holiday starts here!

L-Gœid æewwa

1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwaL-Gœid æewwa

Fatima

Page 3: Flimkien Jannar 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Jannar 2014Editorjal • Dun Anton Portelli

Awtorità li tħobb u taqdi

Huwa xieraq li din il-ħarġa tal-FLIMKIEN tkun iddedikata lill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl

Cremona O.P.Aħna lkoll fraħna miegħu meta kien ġie

magħżul bħala Arċisqof tagħna, u mxejna miegħu matul iż-żmien li għamel bħala Arċisqof. Il-kitbiet tiegħu f ’dan il-magażin – qosra imma dejjem b’tagħlima – kienu mfittxija mill-qarrejja.

Bit-tbissima u bl-imħabba tiegħu lejn il-poplu kollu, bil-karità li hu lest li jagħmel, bil-kuntatt personali li dejjem xtaq li jagħmel, Mons. Cremona wriena awtorità li tħobb, li taqdi u li tbati għall-oħrajn.

Din il-ħarġa tal-FLIMKIEN fiha siltiet mid-diskorsi tiegħu, kummenti li saru fuqu,

intervista miegħu, u bijografija qasira tiegħu. Dan huwa mod sempliċi kif nuru r-rispett tagħna lejh. Jalla nibqgħu

ngawdu għal żmien twil mit-tajjeb

li Mons Pawl Cremona jaf

jagħmel magħna lkoll.

Kif jasallek il-FlimkienCD: Jekk għandek qraba jew ħbieb li ma jistgħux jaqraw, akkwista b’xejn CD bil-qari ta’ partijiet mill-magażin Flimkien mingħand il-kappillan tiegħek.

Radju RTK: L-istess CD tista’ tismagħha tinqara fuq il-websajt ta’ RTK: www.rtk.org.mt

Tipi kbar: Flimkien hu disponibbli wkoll f’verżjoni b’tipi kbar għal min għandu diffikultà biex jaqra. Itlob kopja direttament mingħand il-kappillan tal-parroċċa tiegħek.

Jekk trid li l-Flimkien (b’tipi kbar) jasallek id-dar bil-posta, ibgħat ismek u l-indirizz u ċekk ta’ €10 (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ għal 12-il ħarġa f’sena. Ibgħathom hekk: Magażin Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew email [email protected]

On-line: Aqraha online fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi: www.thechurchinmalta.org

Kunċert ta’ Mużika Sagra9 ta’ Frar, fis-7.30pm

Fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat, Malta

Dħul b’xejn. Ir-repertorju tal-kunċert u l-programm tal-AGAPE Festival jinsabu fuq il-websajt: www.fondazzjonipaulus.org

Il-kunċert se jiġi interpretat mill-kor u l-orkestra PAULUS, flimkien mal-Kor Gaulitanus minn Għawdex taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard.

Din is-sena l-kunċert se jikkommemora l-450 anniversarju mill-Assedju tal-1565, il-25 sena mill-miġja tal-Papa Ġwanni Pawlu II, u l-ewwel anniversarju mill-bidu tal-Fondazzjoni Paulus. Barra minn xogħlijiet mużikali, ser jkun mistieden it-tenur Taljan Fra Alessandro Brustenghi minn Assisi.

Rebbieħa ta’ DiċembruAlfakodo: J. Craus, Ħaż-ŻabbarKomik: A. Agius, San ĠwannTisliba: D. Cachia Bayliss, San Ġiljan

Ritratti kollha minn Photocity, il-Belt Valletta

Page 4: Flimkien Jannar 2015

Intervista mal-E.T. Mons. Pawlu Cremona

Ħabbejtil-Knisja f’MaltaMeta sar Arċisqof ta’ Malta, lil Mons Cremona konna għamilnielu stedina biex jibda jiltaqa’ magħna permezz ta’ rubrika ċkejkna kull xahar fil-Flimkien. Huwa ġentilment aċċetta u l-appuntament baqa’ jżommu xahar wara l-ieħor, għal tmien snin sħaħ. Din id-darba l-kontribuzzjoni tiegħu fil-magażin se tkun taħt forma ta’ intervista

4 | Flimkien

Page 5: Flimkien Jannar 2015

X’sentimenti tħoss meta tħares lura lejn it-tmien snin li fihom qdejt lill-Knisja f’Malta bħala Arċisqof?It-tmien snin li għamilt bħala Arċisqof kienu snin li fihom komplejt inħobb aktar lill-Knisja f ’Malta, kemm fis-sbuħija tagħha kif ukoll fit-tikmix tagħha.

Tista’ ssemmilna xi ġrajjiet li tawk sodisfazzjoni bħala Isqof, u li ser tibqa’ tgħożż ħajtek kollha?Li tkun Isqof jagħtik l-opportunità li tiltaqa’ aktar man-nies. Il-ġrajjiet li tawni l-iktar sodisfazzjon kienu l-Viżti Pastorali li għamilt f ’diversi parroċċi f ’Malta, fejn iltqajt ma’ bosta nies, ibda mit-tfal u ż-żgħażagħ, il-batuti li kont nara fi djarhom, u spiċċa fil-kappillani u l-kummissjonijiet differenti li jaħdmu fil-parroċċi. Nista’ nsemmi ukoll il-laqgħat li kelli ma’ dawk l-istituzzjonijiet li jgħinu lin-nies: il-Creche, Merħba Bik, id-Dar tal-Providenza, il-ħidma tal-Caritas ma’ dawk li waqgħu fid-droga, u ħafna ħidmiet oħra li jsiru mill-Knisja f ’Malta.

Liema kienu dawk il-ġrajjiet jew waqtiet f’dawn is-snin li nikktuk?Il-waqtiet li jnikktuni kienu dawk il-mumenti meta ma stajtx naqdi lill-persuni li kellhom bżonn. Ovvjament tnikkitni wkoll il-kriżi li għaddejjin minnha ż-żwieġ u l-familja llum. F’dan il-kuntest, id-dħul tad-divorzju f ’Malta nikkitni wkoll.

Jannar 2015 | 5

Page 6: Flimkien Jannar 2015

Liema huma l-kwalitajiet sbieħ li inti tara li għandu l-poplu Malti?Il-poplu Malti għandu ħafna kwalitajiet sbieħ. Mil-lat soċjali l-Maltin huma bnedmin ġenerużi u akkoljenti. Nitlob li dawn il-virtujiet ikomplu jintwerew iktar ma’ dawk li jfittxu l-ażil hawn Malta għaliex huma mill-iktar li huma fqar f ’ħafna affarijiet: fil-familja, fil-ħwejjeġ materjali, eċċ.

Issa li se “toħroġ bil-pensjoni” se tkun qed tagħmel xi ħaġa li tagħtik gost jew serħan, u li forsi ma stajtx tagħmel jew ma kellekx ħin biżżejjed għaliha minħabba l-impenji bħala Arċisqof?Ovvjament jien ser inkun ngħix ġewwa kunvent, u għalhekk se nkun qed nieħu sehem fl-attivitajiet pastorali tal-komunità. Ċertament li se jkolli iktar ċans biex naqra. U fuq kollox inkun għad-dispożizzjoni tal-Arċisqof il-ġdid.

Għandek xi messaġġ għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji?Naħseb li m’hemmx messaġġ isbaħ minn dak il-kliem li qal Ġesù lin-nies li kienu qed jisimgħuh. Lit-tfal u ż-żgħażagħ u l-familji nixtieq ngħidilhom: Ħallu lill-Mulej qrib tagħkom mhux biss fil-bżonnijiet li jkollkom – għalkemm naturalment dan hu tajjeb – iżda wkoll fil-qari mill-Kotba Mqaddsa, fi djalogu li tagħmlu mal-Mulej li qiegħed ħdejkom, u fl-ogħla quċċata tal-ħbiberija tagħna mal-Mulej, li hi l-Quddiesa.

Taħseb li wasal f’qalb il-Maltin il-motto li kont għażilt: “Ħejju triq għall-Mulej”?Ovvjament ma tistax tiġġeneralizza. F’xi wħud dan il-messaġġ wasal, filwaqt li f ’xi wħud ma wasalx. Madankollu dan il-motto xorta jibqa’ validu għax it-tfixkil fil-mixja tagħna lejn il-Mulej mhux Alla jagħmlu imma aħna, allura huwa aħna li rridu nħejju t-triq lejn il-Mulej. Tajjeb li l-ewwel naraw f ’ħajjitna, illum, x’qiegħed itellifna milli nersqu iktar lejh.

Eċċellenza, f’isem il-poplu Malti kollu: Grazzi ħafna.

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Jannar 2015

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Call Philip on - 21 576 308

A standard clinic fee will apply.

Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Monday 19th January - Saturday 24th January. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

Let 2015 be the year that you hear all that’s important to you

CLEAR-TONE HEARING

Hear better in the

New Year

Page 8: Flimkien Jannar 2015

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998.

COM 120313 737 JOB 39207 01/14

Middlesea Home Insurance PolicyYour home is a cherished and valued possession. Ensure that your home building and its contents are well protected with a HOME InsurancE. Our unique policy will cover the cost of the callout and labour that is necessary for the repair of the home emergency.

If it matters to you, it matters to us.

•FAILUREOFELECTRICALSUPPLY•DAMAGETODOORLOCKS•WATERLEAKAGES•BREAKAGEOFGLAZINGTO EXTERNALWINDOWSORDOORS

Home assistance and Emergency services.

Insurance cover also includes...

FREE

contact us on 21246262, visit www.middlesea.com or contactanyofourauthorisedintermediaries.Finduson

Page 9: Flimkien Jannar 2015

X’jaħsbu dwaruFtit kummenti li ħadna minn persuni li kienu jafu lil Mons Pawlu Cremona f’livelli differenti, kemm persuni li ħadmu fil-qrib miegħu kif ukoll persuni komuni.

Jannar 2015 | 9

Page 10: Flimkien Jannar 2015

Timbru li diffiċli jitħassarTmien snin bħala isqof kienu biżżejjed għall-Arċisqof Pawlu Cremona biex iħalli fuq il-Knisja f ’pajjiżna timbru li diffiċli jitħassar. Wassal il-ħniena ta’ Alla lil kulħadd bla eċċezzjoni. Bħar-Ragħaj it-Tajjeb qatt ma fittex li jkun moqdi, imma li jaqdi. Ma kienx lest jikkomprometti l-imħabba, anke jekk ibati. Sa minn lejliet l-ordinazzjoni episkopali, fehem li se jkollu jitla’ kemm it-Tabor kif ukoll il-Kalvarju. Min ma fehmux qies imħabbtu bħala dgħufija u riedu juża aktar l-awtorità tal-pożizzjoni tiegħu, imma ħafna minn uliedu ħabbewh, anke jekk mhux dejjem imxew fit-triq murija minnu. Għalhekk fil-katina tas-suċċessjoni Appostolika f ’pajjiżna, Monsinjur Cremona huwa ħolqa importanti li torbot il-Knisja ta’ għada f ’linja diretta mal-Mulej Ġesù, li tiegħu l-Isqof Pawlu kien xhud u mudell. Joe Farrugia, Delegat għal-Lajċi

Knisja skont il-Qalb ta’ Ġesù Grazzi, Monsinjur Pawlu Cremona, tat-tmien snin episkopat li bih sebbaħt il-Knisja f ’Malta. Grazzi ta’ kemm imxejt mal-proponiment li tajt nhar is-26 ta’ Jannar, 2007, fil-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali tiegħek, li tmexxi Knisja skont il-Qalb ta’ Ġesù, jiġifieri qalb kollha umiltà, ħniena u ħlewwa, u li l-awtorità li ngħatatlek mill-Knisja qatt ma tiġi użata għall-glorja tiegħek jew biex tkisser iżda biex tibni. Fl-istess waqt, inti ma qgħadtx lura milli titkellem f ’isem il-Mulej bla biża’ u bla dubju. Fuq kollox, emmint dejjem fl-istqarrija li għamilt dakinhar, u wassalt il-messaġġ li f ’kull persuna hemm ix-xbieha ta’ Alla, xbieha li hija ndaqs fid-dinjità ta’ kull raġel u mara. André Camilleri

Pastorali tenera, umli, u paterna Insibha diffiċli ħafna ngħid fi ftit kliem xi jfisser għalija Mons. Pawl Cremona. Kienu ħafna l-esperjenzi, kemm sbieħ kif ukoll

diffiċli, li qsamna flimkien. Kont nafu meta kont President ta’ Kana; bħala waħda minn dawk li ħdimna fil-kampanja kontra d-divorzju; bħala chairperson tal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu; bħala waħda mil-lajċi fid-Djoċesi tiegħu. L-aktar ħaġa li spikkat fih kienet il-pastorali tenera, umli, u paterna tiegħu. Anki meta kien qiegħed ibati bis-sħiħ, baqa’ jagħtini dik it-tbissima li kienet timlieni bil-kuraġġ; baqa’ kemm fil-ferħ kif ukoll fid-diffikultà jurini li s-saħħa tiegħu ġejja mill-Mulej, u li l-paċi li dejjem kellu f ’qalbu kienet ġejja minn Dak li dejjem ħabb u fih ittama. Grazzi Patri Pawl! Anna Maria Vella

Umiltà u dħulijaLill-Arċisqof Cremona ftit li xejn kont nafu qabel sar isqof. Madankollu, tul l-episkopat tiegħu laqtuni żewġ kwalitajiet: l-umiltà u d-dħulija. Dejjem kien bniedem qalb in-nies u man-nies: dejjem viċin tagħhom, jisma’ u jfittex li jagħti l-ħin lil kull min javviċinah. Fuq kollox kien bniedem sempliċi u umli li ma jippretendihiex. Forsi dawn iż-żewġ preġji tiegħu kienu wkoll sfidi għalih fis-sens li tant kien aċċessibbli li ssagrifika saħħtu biex ikun tassew ragħaj viċin in-nies. Imma fuq kollox, kien umli biżżejjed li xħin għaraf li ma kienx jiflaħ imexxi iżjed offra r-riżenja tiegħu. Lil Mons. Cremona ngħidlu grazzi u nwiegħdu li nkompli nitlob għalih. Christopher Vella, San Ġiljan

10 | Flimkien10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Jannar 2015

Meta ġie jżurna d-darJien għandi rispett kbir u grata ħafna lejh u ammirajt l-umanità u l-umiltà tiegħu meta kien ġie jżur ir-raġel tiegħi Charlie ftit ġimgħat qabel ma ħalliena. Kien ġie fil-parroċċa biex jinviżta lis-Sorijiet tal-Eġittu, fil-Ħamrun, imma huwa ra kif sab il-ħin u ġie jarah flimkien mal-Kappillan Dun Salv. Għalija kienet eperjenza sabiħa ħafna għax meta kont naf kemm Charlie kien jistinka għall-parroċċa u għall-Knisja inġenerali, b’dik iż-żjara kien qisu ġie f ’isem il-Knisja biex jurih l-apprezzament għal xogħlu. Dak il-ħin ħassejt li kien rigal mingħand Alla. Kienet esperjenza li tibqa’ f ’qalbi għax f ’dak iż-żmien diffiċli tat solliev lili u l-familja tagħna. Ftit xhur wara sibt ruħi fuq l-istess arjuplan miegħu għal Ruma u ħtaft l-okkażjoni biex nirringrazzjah ta’ dakinhar. U nerġa’ nagħmel hekk illum. Nawgura lil Mons. Cremona saħħa, paċi u mistrieħ. Marianne Zerafa, Ħamrun

Missier li jgħannaq mhux li jċanfarMeta Patri Pawl Cremona sar Arċisqof, l-ewwel affarijiet li laqtuni fih kienu t-tbissima tiegħu u kemm kien komdu jitħallat u jitħaddet mal-folla. Kien sinjal ċar ta’ bidla spontanja ta’ mġiba mill-ogħla awtorità tal-Knisja f ’Malta lejn il-fidili. Fejn forsi konna iżjed imdorrija bix-xbieha tal-missier li jwiddeb u jċanfar lil uliedu, Patri Pawl kien strumentali biex jurina

aktar ix-xbieha tal-missier li jrid jgħannaq lil uliedu u jserrħilhom moħħhom li hu kien miexi magħhom. Permezz tiegħu, b’umiltà eżemplari u mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, il-Knisja f ’Malta, fi żmien tant diffiċli għaliha u għall-Knisja Universali, resqet dejjem aktar qrib tal-bniedem komuni u l-emarġinati tas-soċjetà. P. Mifsud, Għargħur

L-Isqof TwajjebEċċellenza Monsinjur Cremona, huwa ta’ privileġġ kbir għalija li nesprimi dak li nħoss li hemm fil-qalb ta’ kull membru tad-Djoċesi u tal-poplu Malti f ’dan il-mument hekk diffiċli għalina, fejn personalment għedtilna li l-Papa Franġisku laqa’ t-talba tiegħek biex jagħżel lil ħaddieħor ħalli jmexxi l-Arċidjoċesi

tagħna. Grazzi tax-xhieda sabiħa tiegħek ta’ tjubija u ta’ ħlewwa mżewqin b’umiltà sinċiera. It-tbissima li dejjem kellek fuq fommok turi li inti għandek qalbek mimlija bl-imħabba għal kulħadd. Inti kont għalina u tibqa’ xbieha sabiħa tar-ragħaj it-tajjeb li lest li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.

Għallimtna napprezzaw il-figura sabiħa ta’ San Ġwanni XXIII li l-poplu ta’ Alla kien isejjaħlu ‘Il Papa buono’, u bir-raġun, għax kien tassew tajjeb u twajjeb. Fik għarafna ‘Il Vescovo buono’ (L-Isqof twajjeb), ragħaj qrib il-poplu ta’ Alla, qrib it-tbatija tiegħu, qrib il-ferħ tiegħu; u ta’ dan kollu nirringrazzjawk.

Dort kważi l-parroċċi kollha ta’ Malta

Inti kont għalina u tibqa’ xbieha sabiħa tar-ragħaj

it-tajjeb li lest li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu

Jannar 2015 | 11

Page 12: Flimkien Jannar 2015

Irfina fil-kitba tal-Malti

Il-lezzjonijiet isiru:• f’Malta (it-Tnejn u l-Óamis filg˙axija) fl-Università, l-Imsida• f’G˙awdex (il-Ìimg˙a filg˙axija u s-Sibt filg˙odu) fiç-Çentru Universitarju ta’ G˙awdex, ix-Xewkija

L-applikazzjonijiet miftu˙in sas-16 ta’ Jannar 2015

www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqpTag˙rif ie˙or: [email protected]

Kors universitarju ta’ sena (Frar 2015 - Jannar 2016)

g˙aç-Çertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Id-Dipartiment tal-MaltiL-Università ta’ Malta

Dr Corazón MizziStudenta tal-kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Page 13: Flimkien Jannar 2015

fil-Viżti Pastorali, u kull fejn mort ġejt milqugħ b’ferħ kbir bħal missier minn uliedu maħbubin. Il-preżenza tiegħek kienet ta’ faraġ u kuraġġ għall-ħafna nies, u bla għadd kienu dawk li reġgħu lura lejn Alla permezz tiegħek, għax fik raw il-bniedem ta’ Alla, li ma jfittex xejn ħlief il-ġid tal-poplu afdat lilu. B’hekk, Isqof twajjeb, int dħalt fi qlub il-Maltin li wrew solidarjetà kbira miegħek f ’dawn il-ġranet, u naf biċ-ċert li ser tibqa’ fil-qalb tal-poplu tagħna. Inti wrejt ix-xewqa li tibqa’ qrib il-poplu u tkompli taqdih sakemm tippermettilek saħħtek. Ta’ dan ukoll nirringrazzjawk minn qalbna.

Nammirawk għall-kuraġġ li dejjem urejt f ’sitwazzjonijiet diffiċli, u li għaraft tbati fis-skiet għall-ġid tal-Knisja. Bid-dedikazzjoni sħiħa tiegħek, għażiż missier, seħħlek iġġib ferħ kbir f ’tant familji, f ’tant żgħażagħ, f ’tant anzjani u morda. Seħħek tkun il-pont li jgħaqqad il-bnedmin ma’ Alla u li jseddaq l-għaqda fil-poplu tagħna.

Nawgurawlek ħajja twila biex nibqgħu ngawdu l-frott ta’ dan id-don kbir ta’ għerf u ta’ tjubija li wriena fik il-Mulej. Filwaqt li nwegħduk it-talb tagħna, nirringrazzjawk minn qalbna u nitolbuk tberikna. Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Titulari ta’ San Leone, u Amministratur Appostoliku sede vacante

Bastun sod u missierMeta bħala Knisja għentna nżommu l-ħarsa tagħna fuq Ġesù Kristu u minnu nitgħallmu ndewqu l-imħabba u l-ħniena, fl-istess waqt int ħejjejt is-soċjetà biex fir-rigward tal-Knisja tissettja l-aspettattivi tagħha u ma tistenniex mill-Knisja dak li mhux fil-kompetenza tagħha. Nixhed li min-naħa tiegħek ma naqsux dawk l-isforzi ġenwini u ġwejda biex kliemna, kemm fil-kontenut kif ukoll fit-ton, kemm jista’ jkun joqorbu lejn il-leħen manswet tar-Ragħaj li qatt ma jehda jsus wara n-nagħaġ tiegħu. Il-ħin kollu kienet evidenti l-attenzjoni tiegħek biex qasba mġelġla ma titkissirx u musbieħ inemnem ma jintefiex….

Il-Knisja f ’Għawdex hija ħafna grata lejk u mhix ser tinsa l-ġenerożità li inti wrejt magħha! Xejn inqas jiena midjun lejk għax meta nqis li kien fl-istess żmien li t-tnejn bdejna nitgħallmu mmiddu l-passi fit-triq tal-episkopat, inti kont għalija bastun sod li stajt inserraħ fuqu b’kunfidenza kbira. Nistqarr li wara l-mewt tal-predeċessur tiegħi l-Isqof Nikol Ġ. Cauchi, fik kont sibt it-tieni missier spiritwali … ħallini ntennilek l-istess kliem li d-dixxipli ta’ Għemmaws lissnu lil Ġesù meta dan kien ser jirtira minn magħhom: “Ibqa’ magħna” għax inti rigal ta’ Alla għalina. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Bid-dedikazzjoni sħiħa tiegħek, għażiż missier, seħħlek iġġib ferħ kbir f’tant familji, f’tant żgħażagħ, f’tant anzjani u morda

Jannar 2015 | 13

Page 14: Flimkien Jannar 2015

Ġesù mal-familji tagħnaMin jaf meta koppja taċċetta lil Ġesù ġewwa l-familja tagħha, min jaf kemm-il grazzja jagħti l-Mulej lil dik il-familja! Jum il-Familja, Parroċċa tal-Imsida, 14 ta’ Lulju, 2014

Gimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara: Servizz Ekumeniku DjoċesanIl-Ħamis 22 ta’ Jannar fis-6:30pm • Post: Knisja tal-Kapuċċini, Floriana (ħdejn il-Policlinic) Jippresiedi: L-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku

Page 15: Flimkien Jannar 2015

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Is-sena 2014 kellha ħafna attivitajiet marbuta ma’ Anzjanità Attiva. Dan ħalla ħafna ġid u kien hemm, bla dubju ta’ xejn, bidla fil-mod kif l-anzjani, kemm żgħar u kemm dawk aktar avanzati fiż-żmien, jaħsbuha rigward l-importanza li wieħed għandu jżomm lilu nnifsu fiżikament attiv.

Kemm huma ta’ ġid l-eżerċizzi qrajna ħafna, u l-iskop ta’ dan l-artiklu jkompli ma’ dan. LiveLife għandu kif investa f’tagħmir ġdid li ser ikun ta’ għajnuna għal dawk l-anzjani li jixtiequ jkunu attivi fiżikament.

Dan l-apparat - li jissejaħ HUR - huwa prodott Finlandiż, magħmul minn kumpanija li għamlet riċerka twila sabiex tkun tista’ toffri prodott siewi kemm għal-persuni anzjani kif ukoll għal dawk li jkunu għaddejjin minn perijodu ta’ riabilitazzjoni wara mard jew xi operazzjoni.

L-apparat joffri reżistenza mhux bit-toqol tal-ħadid jew bil-molol iżda bl-arja. Din is-sistema toffri vantaġġi kbar, fosthom:1. Ir-reżistenza tal-arja twarrab kompletament

l-isforz żejjed li persuna trid tagħmel biex tibda ċċaqlaq il-piż tal-ħadid f’tip ta’ apparat ieħor. Hekk ir-reżistenza tkun dejjem ħafifa u bla skossi.

2. Ikun hemm bżonn ta’ anqas sforz fuq il-ġogi u l-muskoli waqt l-eżerċizzju.

3. Huwa faċli tużaha minħabba li r-reżistenza tista’ tkun waħda minima għal min għandu l-muskoli batuti, però toffri reżistenza soda għal dawk aktar b’saħħithom.

4. Il-persuna hi dejjem tikkontrollha l-isforz li trid tagħmel. Hija trid sempliċement tagħfas + jew – u r-reżistenza titla’ jew tinżel. Wieħed jista’ jibqa’ bilqiegħda biex jikkontrolla l-magna.

5. Persuna li għandha problema ta’ mobilità issibha faċli titla’ jew tinżel minn fuq il-magna.

6. Dan l-apparat huwa tajjeb biex issaħħah il-muskoli dgħajfa tiegħek.

Il-membri tal-Gym tal-LiveLife kellhom tweġibai pożittiva ħafna meta użaw dan l-apparat. Minbarra li għoġbithom id-dehra sabiħa u l-istil modern tiegħu, huma sabu dan l-apparat faċli biex jużawh u kellhom riżultat tajjeb bla strapazz żejjed.

Dan it-tagħmir kompla jżid fuq il-valur miżjud ta’ apparat ieħor fil-gym tal-LiveLife, bħal l-Alter-G treadmill fejn permezz ta’ pressa tal-arja persuna teħfief sa 80% tal-piż tagħha waqt li timxi jew tiġri fuq it-tapit; u l-Moto-Meds li huma bicycles li jaħdmu kemm bis-saqajn kif ukoll bl-idejn, b’mod attiv jew passiv.

Inħeġġukom biex matul ix-xahar ta’ Jannar iżżuruna sabiex tippruvaw l-apparat bla ħlas, u jekk tiddeċiedu li tissieħbu mal-LiveLife tkunu għamiltu l-ewwel pass għal sena oħra attiva.

Avviż

bi ħ

las

Servizz ġdid tal-LiveLife

Page 16: Flimkien Jannar 2015

IcedCappuccino

Cappuccino

FOR COFFEE LOVERS

17377_TCC_LOCAL COUNCIL AD_NO OFFER.indd 1 28/04/2014 13:37

Malta International Airport • The PointBalzan • The Embassy, Valletta • Baystreet

Page 17: Flimkien Jannar 2015
Page 18: Flimkien Jannar 2015

Siltiet mill-Kelma tar-Ragħaj

Fuq il-passi ta’ Ġwanni XXIIINixtieq li jkunu tiegħi xi wħud mill-

proponimenti li għamel il-Beatu Papa Ġwanni XXIII fl-irtir tal-Konsagrazzjoni

Episkopali tiegħu fl-1925. Naħseb tafu li din l-alba li jiena qed nilbes illum kienet tal-Papa Ġwanni XXIII, li jiena qed nilbes b’tant biża’ u tant venerazzjoni. Il-Papa kien qal hekk:

“Jiena ma fittixtx jew xtaqt dan il-ministeru tiegħi; il-Mulej għażilni… imiss lilu li jgħatti n-nuqqasijiet tiegħi, u jimla l-limitazzjonijiet tiegħi…. Jiena nħoss u naf li jien bla saħħa u mhux kapaċi, raġuni oħra biex nibqa’ umli, ħafna ħafna umli. Jien irrid li nkun kollni u totalment għal Alla, mimli bid-dawl tiegħu, niddi bl-imħabba għal Alla u għall-erwieħ tal-bnedmin. Jalla l-ministeru tiegħi jkun

wieħed ta’ Rikonċiljazzjoni fil-kelma u fl-għemil; u l-predikazzjoni tiegħi ma tkunx fil-

persważjoni tal-kliem tal-għerf uman, iżda fil-wirja tal-Ispirtu u l-qawwa; u l-awtorità li ġiet mogħtija lili mill-Knisja, qatt ma tiġi użata għall-glorja tiegħi, użata mhux biex

tkisser iżda biex tibni…”Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali,

Konkatidral ta’ San Ġwann26 ta’ Jannar, 2007

Issorprendu lil ta’ madwarkom!Kunu intom iż-żgħażagħ li permezz tad-direzzjoni tal-mixja tagħkom wara Kristu tissorprendu lil ta’ madwarkom bil-bidla li sseħħ fikom! Kunu intom iż-żgħażagħ

il-“leaders” fuq quddiem li tfittxu li tagħtu

Dawn huma biss siltiet qosra mill-ħafna diskorsi li għamel u mill-ittri pastorali li kiteb

Mons. Pawl Cremona matul it-tmien snin li dam Arċisqof. It-testi sħaħ huma disponibbli

fuq is-sit elettroniku tad-Djoċesi.

Siltiet mill-Kelma18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Jannar 2015

l-ħajja lill-komunità Nisranija. Kunu intom iż-żgħażagħ li tieħdu f ’idejkom dan il-wirt

mogħti lilna minn missierna San Pawl!Mit-Tieni Ittra tal-Arċisqof liż-Żgħażagħ

26 ta’ Jannar, 2007

Hu jaħdem finaMhux aħna qegħdin naħdmu. Hu qed

jaħdem. Allura aħna nħossuna tajbin. Aħjar minnu xi tridu jkollna?

Laqgħa mal-Lajċi Impenjati15 ta’ Frar, 2007

Nimitaw lil San Ġorġ PrecaAħna rridu nimitaw lil San Ġorġ Preca fis-saċerdozju propju tiegħu – ħalli mbagħad

tkun kappillan jew isqof, tkun xi tkun. Imma l-imitazzjoni ma tibdiex mill-ħidma, imma

tibda mill-ispirtu saċerdotali.Appell lis-Saċerdoti waqt Omelija

fuq il-Fosos tal-Furjana7 ta’ Ġunju, 2007

Tibżgħux mid-dgħufija tagħkom!Il-Mulej ħossuh jgħidilkom, “Ejja warajja”. Lil San Pietru, wara li kien dgħajjef, xorta

qallu hekk. Ma naqqaslu xejn. Tibżgħux mid-dgħufija tagħkom. Tibżgħux!

Eżerċizzi liż-żgħażagħ, Università ta’ Malta

25 ta’ Frar, 2008

Qalb il-Knisja tħabbat ma’ qalb il-familji Maltin

Il-Knisja takkumpanja mill-qrib lill-familji Maltin fil-vjaġġ tal-ħajja tagħhom. Il-Knisja

hija l-unika istituzzjoni fil-pajjiż li tħejji l-koppji għaż-żwieġ u hija dik li tagħti l-kenn

lit-tfal li ma jkollhomx ambjent tajjeb fil-familja. Il-koppji miżżewġin li jgħaddu minn problema jsibu l-għajnuna tas-saċerdoti u tal-lajċi professjonisti li jaħdmu mal-Knisja. Eluf ta’ żgħażagħ jieħdu l-formazzjoni tagħhom

mill-għaqdiet tal-Knisja. Qabel kulħadd

ieħor, il-Knisja offriet wens lill-membri tal-familja li jgħaddu minn diffikultà u tgħin fil-fejqan ta’ dawk li jkunu waqgħu fil-vizzju tad-droga. Qalb il-Knisja dejjem ħabbtet ma’ qalb

il-familji Maltin, għalhekk ikkontribwejna finanzjarjament biex ma jidħolx id-divorzju.

Xhieda paċenzjużaIt-triq għall-evanġelizzazzjoni għal min ma jemminx trid tasal permezz tax-xhieda tal-

imħabba – u din trid ħafna paċenzja.Konferenza “Ħejju Triq il-Mulej”,

Sala Madonna tal-Karmnu, Birkirkara18 ta’ Settembru, 2008

Infittxu l-għeruq KristjaniJeħtieġ li l-Knisja tidħol aktar fl-għeruq Kristjani u ta’ fidi f ’dak li tgħallem, biex issaħħaħ it-tagħlim tagħha fost dawk li

jibqgħu jħarsu lejha bħala l-għajn tal-valuri tagħhom.

Konferenza Nazzjonali fuq iż-Żwieġ, Kulleġġ Sant’Agata, Rabat

7 ta’ Frar, 2009

L-immigranti huma persuniC’è un aspetto del problema che va oltre la politica e le polemiche che ne conseguono:

è quello umanitario. Occorre eliminare i pregiudizi, affermare, e considerare gli

immigrati innanzitutto come persone. Sì, è vero, vi è anche una certa situazione politica

dietro al fenomeno migratorio, ma si tratta di persone che soffrono.

Intervista fuq “L’Osservatore Romano”, April, 2009

Jannar 2015 | 19

Page 20: Flimkien Jannar 2015

Rental Service Available!

visit our website www.okmedical.com.mt to view 100’s of products online!

Quality products at affordable prices!

Page 21: Flimkien Jannar 2015

Il-ħajja hija biss passaġġ!Dejjem ftakru li hawnhekk huwa biss passaġġ; aħna x-xewqa u t-tama tagħna mhux ta’ hawn imma li minn hawn ngħaddu lejn post fejn se

naraw ħwejjeġ ikbar u ħwejjeġ isbaħ.Quddiesa tat-tberik tal-qanpiena

ta’ San Niklaw, M’Xlokk24 ta’ Awwissu, 2009

Il-logħob tal-ażżardFostna qed joktor b’ritmu allarmanti l-logħob tal-ażżard. Dan il-logħob ifieri d-dinjità tal-

peruna umana. Huwa logħob frott ta’ kultura li qed titlef is-sens veru tal-ħajja u tal-ħajja soċjali, kultura li qiegħda tkejjel kollox bir-riga tal-profitt u trid tinċentiva biss dak li

qed ikun imsejjaħ progress ekonomiku. Dan huwa logħob li joħloq dipendenzi ġodda li

huma koroh daqs id-dipendenza mill-alkoħol u d-droga. Meta l-bniedem jitlef il-kontroll fuqu nnifsu u jidħol f ’dipendenza, dak il-

logħob isir inuman u immorali.Stqarrija tal-Konferenza Episkopali

Dwar il-Logħob tal-Ażżard, 24 ta’ Ottubru, 2009

Sejħulhom KristjaniU hawnhekk tiġi l-kuntradizzjoni ta’ xi

wħud. Ngħid li jien Nisrani u ma nersaqx lejn il-Knisja, lejn il-Kelma ta’ Alla u lejn l-Ewkaristija! Din il-ħaġa ssir biss meta

nitkellmu fuq il-Fidi tagħna, għax meta fil-ħajja soċjali tagħna nidħlu għal xi impenn, normalment naċċettaw dak kollu li titlob din l-għażla. Ngħidu li aħna Nsara, iżda ma nipprattikawx il-Fidi, u allura nibdew

nitbiegħdu mill-Fidi jew ngħixuha biss fil-qoxra!

Ittra Pastorali għall-Avvent, 28 ta’ Novembru, 2009

L-EwkaristijaIl-Knisja mingħajr l-Ewkaristija ma teżistix ... u Ġesù mhux sħiħ mingħajr il-Kelma u

l-Ewkaristija li tana.Ħamis ix-Xirka,

Konkatidral ta’ San Ġwann1 ta’ April, 2010

Parti oħra tal-wirt tal-fidiIl-Predikazzjoni tal-Kelma waslitilna

permezz ta’ San Pawl, imlibbes il-faqar, imma riflessa fil-qawwa spiritwali ġewwinija ta’

dak li ppritkaha. Dan hu wkoll parti mill-wirt tal-Fidi tagħna.

Indirizz lil Papa Benedittu XVI, Grotta ta’ San Pawl, Rabat

17 ta’ April, 2010

Entużjażmu veruAħna lkoll qsamna mal-Papa l-entużjażmu

tal-fidi tagħna u l-imħabba tagħna lejh. Dan kapaċi nagħmluh ukoll ma’ Alla.

Ittra wara ż-Żjara Pastorali ta’ Papa Benedittu XVI,

7 ta’ Mejju, 2010

Qatt ma nirringrazzjawh biżżejjed Irringrazzjaw lill-Mulej għal dak li ta lil kull wieħed u waħda minna ... konxji li aħna qatt

ma nistgħu nirringrazzjawh biżżejjed.Ftuħ tal-Viżta Pastorali

fil-Knisja ta’ Sant’Elena, Birkirkara12 ta’ Ġunju, 2010

Is-Salib sinjal ta’ tamaFtit tax-xhur ilu l-Qorti Ewropea tad-

Drittijiet Umani ddeċidiet li l-Italja għandha tneħħi s-slaleb mill-postijiet pubbliċi

kollha. Meta l-Italja appellat kontra din id-deċizjoni, diversi pajjiżi, fosthom Malta,

intervjenew bħala pajjizi terzi fil-każ. B’sodisfazzjon ninnutaw li l-intervent ta’ Malta sar bl-approvazzjoni flimkien tal-

Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Jannar 2015 | 21

Page 22: Flimkien Jannar 2015
Page 23: Flimkien Jannar 2015

Dakinhar il-Prim Ministru kien qal li: “fuq punt ta’ prinċipju, ninsistu li pajjiż li għal sekli sħaħ dejjem żamm b’għożża valuri u tradizzjonijiet partikolari, m’għandux ikun

obbligat ibiddilhom għax xi ħadd joġġezzjona għalihom.” Nilqgħu u nappoġġjaw bis-sħiħ

din il-pożizzjoni. Hekk, bħala pajjiż, inkunu qed nagħtu sehemna fil-ħajja pubblika sabiex l-Ewropa ma titlifx l-għeruq Insara tagħha … Fit-tradizzjoni tagħna, is-Salib hu simbolu u

espressjoni tal-ogħla altruwiżmu u ġenerozità, kif ukoll tal-ikbar solidarjetà offruta lil

kulħadd.Messaġġ tal-Konferenza Episkopali,

19 ta’ Ġunju, 2010

Nafu lil Ġesù Kristu mill-għajnejn ta’ Marija

Ir-Rużarju hu grazzja enormi li tana Alla l-Imbierek biex inkunu nafu min hu Sidna

Ġesù Kristu mill-għajnejn ta’ Sidtna Marija. Mhux biex inkunu nafu lilha, għax kieku

tgħidilna, “Lili? Kunu afu lil Ibni u mhux lili!”Manifestazzjoni Marjana u Quddiesa

għal-Leġjun ta’ Marija, Birgu24 ta’ Lulju, 2010

Ferħ veru tal-Milied fil-familji tagħnaInsejħu lil dawk li għażlu li jiġu ispirati minn

Ġesù, biex f ’dan il-Milied, jgħaqqdu l-ferħ spiritwali tat-twelid ta’ Ġesù – fil-Quddiesa ta’ nofsillejl, fil-presepju u fil-Bambin li narmaw id-dar – mal-ferħ ta’ kull tarbija li titwieled u tat-tfal fostna, u nagħtu s-sehem tagħna biex

dan iseħħ fil-familja tagħna u madwarna.Ittra Pastorali tal-Avvent, 2010

Sehemna għall-paċiKull bniedem irid jieħu sehem fil-ħidma

għall-paċi: qatt ma jista’ jinsieha. Irid jixtieqha, u jaħdem għaliha, f ’kull ċirkustanza li jkun.

Diskors f’Jum il-Vitorja, Konkatidral ta’ San Ġwann

8 ta’ Settembru, 2012

Ma jikkuntentax bil-ftit!Ġesu jħobbna wisq biex jikkuntenta ruħu bil-

ftit. Ġesù jrid jagħtina ħafna!Kristu Re, Ħal Balzan25 ta’ Novembru, 2012

Verità qabel kollox!Sfortunatament, dak li l-aktar irieġi f ’dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, mhijiex il-verità ... imma l-popolarità li hi magħquda

mal-istrateġija ta’ kif tkun b’saħħtek fil-persważjoni ... Meta nirrappurtaw xi aħbar,

l-ewwel dmir tagħna hu li nwasslu l-fatti kif ġraw. Kif diġà għedt, f ’okkażjonijiet bħal din tal-lum, jinħtieġ li l-ewwel nirrapurtaw oġġettivament dak li jkun ġara, jew li jkun

qed jiġri, imbagħad nagħtu l-interpretazzjoni tagħna. Importanti li min isegwi, jkun

jista’ jagħmel distinzjoni bejn il-ġrajja u l-interpretazzjoni tal-ġrajja, biex inkunu

fil-verità. Business Breakfast fil-Jum Dinji

tal-Komunikazzjoni Soċjali, 7 ta’ Mejju, 2013

Il-mewt hi mezz ta’ qawmienIl-mewt għalina saret passaġġ. Anki l-mewt,

li hija tant kerha fiha nfisha, saret għalina mezz ta’ qawmien biex aħna nqumu ma’

Sidna Ġesù Kristu.Kristu Re, Parroċċa Sidtna Marija

Mtellgħa s-Sema, Mosta24 ta’ Novembru, 2013

Jannar 2015 | 23

Page 24: Flimkien Jannar 2015

Walk away from pain

schollfoothealthcentre.comAvailable from all leading pharmacies, supermarkets and Scholl Foothealth Centres.

Do you suffer from pain you can’t explain in the heel, ankle, knee or lower back? Discover New Scholl Biomechanics. Walk straight, feel great.

PODIATRIST DESIGNED

Page 25: Flimkien Jannar 2015

Walk away from pain

schollfoothealthcentre.comAvailable from all leading pharmacies, supermarkets and Scholl Foothealth Centres.

Do you suffer from pain you can’t explain in the heel, ankle, knee or lower back? Discover New Scholl Biomechanics. Walk straight, feel great.

PODIATRIST DESIGNED

Page 26: Flimkien Jannar 2015

Monsinjur Pawlu Cremona O.P. twieled il-Belt nhar il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine (imwielda Cauchi). Ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessori fil-Belt stess, imbagħad ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo, il-Ħamrun.

Daħal fl-Ordni Dumnikan f ’Settembru tal-1962, u għamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta’ Settembru tal-1963. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat, u ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Marzu tal-1969.

Patri Pawl Cremona studja t-Teoloġija Morali fl-Università Pontifiċja ta’ San Tumas ta’ Akwinu, f ’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-teżi The Concept of Peace in Pope John XXIII.

Bejn l-1974 u l-1980 kien Pirjol tal-Kunvent ta’ Sidtna Marija tal-Għar, fir-Rabat. Reġa’ kien Pirjol tal-istess kunvent bejn l-1997 u l-2003.

Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Serva f ’dan l-uffiċċju għal żewġ termini ta’ erba’ snin. Mat-tmiem tal-ħidma tiegħu bħala Provinċjal hu ntbagħat bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima, Gwardamanġa.

Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-formazzjoni tan-novizzi u l-istudenti Dumnikani fir-Rabat, liema kariga reġa’ kellu għal żmien qasir ieħor bejn l-2004 u l-2005. Fl-2005 inħatar kappillan tal-Parroċċa Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema.

Fuq il-passi ta’ Mons. Cremona

Jannar 2015 | 2626 | Flimkien

Page 27: Flimkien Jannar 2015

Bejn l-1974 u l-1980 kien Pirjol tal-Kunvent ta’ Sidtna Marija tal-Għar, fir-Rabat. Reġa’ kien Pirjol tal-istess kunvent bejn l-1997 u l-2003.

Fl-1981 intgħażel bħala Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Serva f ’dan l-uffiċċju għal żewġ termini ta’ erba’ snin. Mat-tmiem tal-ħidma tiegħu bħala Provinċjal hu ntbagħat bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju ta’ Fatima, Gwardamanġa.

Dati importanti

Monsinjur Pawlu Cremona O.P. twieled il-Belt nhar il-25 ta’ Jannar 1946 minn Joseph u Josephine (imwielda Cauchi). Ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Montessori fil-Belt stess, imbagħad ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo, il-Ħamrun.

Daħal fl-Ordni Dumnikan f ’Settembru tal-1962, u għamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta’ Settembru tal-1963. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta’ San Tumas ta’ Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat, u ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Marzu tal-1969.

Patri Pawl Cremona studja t-Teoloġija Morali fl-Università Pontifiċja ta’ San Tumas ta’ Akwinu, f ’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-teżi The Concept of Peace in Pope John XXIII.

Jannar 2015 | 27

Page 28: Flimkien Jannar 2015
Page 29: Flimkien Jannar 2015

Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-formazzjoni tan-novizzi u l-istudenti Dumnikani fir-Rabat, liema kariga reġa’ kellu għal żmien qasir ieħor bejn l-2004 u l-2005. Fl-2005 inħatar kappillan tal-Parroċċa Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema.

Matul il-ħajja saċerdotali tiegħu Monsinjur Cremona qeda f ’diversi uffiċċji oħrajn tal-Arċidjoċesi, fosthom bħala Delegat tal-Arċisqof għall-Ħajja Konsagrata, bħala Assistent Direttur Spiritwali fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat, bħala membru fil-Kunsill Presbiterali, kif ukoll President tal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin.

Matul l-episkopat tiegħu Mons. Cremona mexxa l-Knisja f ’Malta f ’diversi mumenti importanti. Żgur li wieħed mill-mumenti negattivi kien meta daħlet il-liġi tad-divorzju f ’Malta wara r-referendum li kien sar f ’Mejju tal-2011. Kif spjega Mons. Cremona nnifsu, il-Knisja ħadmet ħafna u għamlet kulma setgħet, imma ġaladarba r-referendum għadda, kemm il-Knisja kif ukoll il-poplu se jkollhom jitgħallmu jgħixu ma’ din ir-realtà ġdida fis-soċjetà Maltija.

Ma naqsux ukoll il-ħafna mumenti sbieħ u ta’ sodisfazzjon. Biżżejjed wieħed isemmi l-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca f’Ġunju tal-2007, kif ukoll iż-żjara li Papa Benedittu XVI għamel f ’Malta f’April tal-2010. Ta’ min isemmi wkoll iż-Żjarat Pastorali li għamel kważi fil-parroċċi Maltin kollha, u li permezz tagħhom kompla jkun qrib il-poplu. Fil-fatt nistgħu ngħidu li l-isbaħ mumenti li għex Mons. Cremona żgur li kienu meta rnexxielu jtaffi t-tbatija tal-oħrajn, xogħol li sar fil-kwiet u mingħajr daqq ta’ ħafna trombi, u li fil-qiegħ ta’ qalbhom ħafna Maltin tassew japprezzaw.

Jannar 2015 | 29

Page 30: Flimkien Jannar 2015

Quddiemek id-dinja kollha qisha traba fil-miżien, jew qatra nida tal-għodwa li tinżel fuq l-art.

Iżda int tħenn għal kulħadd, għax tista’ kollox;Int tagħlaq għajnejk għal dnubiet il-bnedmin biex huma jindmu.

Għax int tħobb il-ħlejjaq kollha,u xejn ma tistmell minn dak kollu li għamilt;

Li kien hemm xi ħaġa li stajt tobgħodha, int ma kontx tagħmilha.

Kif setgħet tibqa’ xi ħaġa fid-dinja kieku int ma ridthiex?Jew kif setgħet iżżomm, kieku int ma sejjaħtilhiex?

Imma int, O Sid li tħobb kulma jgħix,Lil kulħadd tagħder, għax kollox huwa tiegħek.

Għax f ’kulħadd hemm in-nifs tiegħek bla ma qatt jintemm.Għalhekk int twiddeb bil-ftit il-ftit lil dawk li jonqsu,

twissihom u tfakkarhom fejn dinbu, biex jerġgħu lura mill-ħażen tagħhom,

u fik, Mulej, iqiegħdu t-tama tagħhom.

Ktieb l-Għerf 11:22-12:2

Int tħobb kulma jgħixL-Aħħar paġna30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Jannar 2015
Page 32: Flimkien Jannar 2015