Upload
kerry
View
129
Download
3
Embed Size (px)
DESCRIPTION
www.ofm.org.mt. IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena. L-1 QARI Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten 1 Slat 3, 5-6a, 7-12. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla. - PowerPoint PPT Presentation
Citation preview
IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena
www.ofm.org.mt
L-1 QARI
Qari mill-Ewwel
Ktieb tas-Slaten
1 Slat 3, 5-6a, 7-12
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej
deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl.
“Itlobni xi ħaġa
x’nagħtik,” qallu Alla.
U wieġbu Salamun: “Mulej
Alla tiegħi, lili qaddej tiegħek għadek kemm
qegħidtni sultan flok David missieri.
Iżda jiena għadni
daqsxejn ta’ żagħżugħ, bla ma naf mnejn
għandi ngħaddi.
Il-qaddej tiegħek sab ruħu f’nofs dan il-poplu li inti għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’
jgħoddu biex isir jaf kemm fih.
Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ li malajr jifhem, biex jista’ jmexxi l-poplu tiegħek,
u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin; għax inkella min
jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk
kbira?”
Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-
ħaġa. Għalhekk Alla qallu:
“Ladarba tlabt dil-ħaġa, u ma tlabtx ħajja twila jew ħafna ġid, u anqas ma
tlabt il-qerda ta’ l-għedewwa tiegħek,
imma tlabt li tagħraf tifhem kif għandek
tmexxi, ara, se nagħmel kif għidt int.
Ara, qiegħed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma
kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun
hawn.”
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJALI
Salm 118
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
Sehmi hu, Mulej, jien għidt,
li nħares il-kelma tiegħek.
Tajba għalija l-liġi ta’ fommok,
aqwa mill-eluf ta’ deheb u fidda.
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
Ħa tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi,
skond il-wegħda tiegħek lill-qaddej tiegħek.Ħa tilħaqni t-tjieba tiegħek biex ngħix,
għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi.
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
Għalhekk ħabbejt il-kmandamenti tiegħek,
aktar mid-deheb, u mid-deheb l-aktar fin.
Għalhekk lejn il-preċetti tiegħek kollha nimxi;
nobgħod kull triq qarrieqa.
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek;
għalhekk tħarishom ruħi.It-tifsir ta’ kelmtek jagħti
d-dawl,ifiehem lil min hu bla
għerf.
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
IT-2 QARI
Qari mill- Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lir-
Rumani
Rum 8, 28-30
ĦUTI: Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, f’kollox
jaħdem id f’id magħħom għall-ġid, ma’ dawk li huma msejħin
skond il-providenza
tiegħu.
Għax lil dawk li hu għarafhom mill-
bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;
lil dawk li ippredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom,
iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li
ġġustifikahom, sebbaħhom ukoll.
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah. Halleluljah.
Iftaħli għajnejja, Mulej,
ħa nara l-għeġubijiet tal-liġi
tiegħek.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 13,44-52
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli
tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet
tixbah lil teżor moħbi
f’għalqa,
li wieħed raġel isibu u jaħbih, u
kollu ferħan imur ibigħ
kull ma jkollu u
jixtri dik il-għalqa.
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil wieħed
negozjant ifittex ġawhar fin, meta sab waħda
tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil xibka
mixħuta l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.
Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu
bilqiegħeda, jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb
u jarmu l-ħażin.
Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu
jifirdu l-ħżiena mit-tajbin, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż
tas-snien.
Kollu fhimtuh dan?” “Iva”, qalulu. U hu
qalilhom: “Għalhekk kull imgħallem tal-Liġi li jkun sar
dixxiplu
tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil
wieħed Sid li, mill-ħażna
tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u
sew il-qadim.”
Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.
IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena
www.ofm.org.mt