2
6 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi Óar©a 7 Lulju 2016 Mariapolis Is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016 7.30pm Ħruġ tax-xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal- Konfraternità Lourdes. It-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-familji u t-tfal animata mill-Katekisti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal- familji kollha. It-tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ- ċelebrazzjoni. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-barka sagramentali. It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Kant ser jitmexxa mill-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Waqt il-quddiesa ser ikun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali. Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL); l-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal- Providenza; u entitajiet oħra li sena wara sena joffru s-servizz tagħhom sabiex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija. L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ, kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2016 L-Ewwel Jum tat-Tridu 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016 It-Tieni Jum tat-Tridu 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30am Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Is-Sibt 2 ta’ Lulju Ġunju 2016 It-Tielet Jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bit-talba tal-Għasar kantat. Il-predikatur waqt il-Quddiesa ser ikun Patri Joseph Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve Programm tal-Festi ta’ Ġewwa Festa tal-Madonna ta’ Lourdes il-Qrendi 2016

Programm tal-Festi ta’ Ġewwa Festa tal-Madonna ta’ Lourdes 6_7...Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: Programm tal-Festi ta’ Ġewwa Festa tal-Madonna ta’ Lourdes 6_7...Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi

6 Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016Mariapolis

Is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016 7.30pm Ħruġ tax-xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes min-niċċa

sabiex titpoġġa fuq il-bradella mill-membri tal-Konfraternità Lourdes.

It-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-familji u t-tfal animata mill-Katekisti.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal tal-Komunità tal-Qrendi flimkien mal-familji kollha. It-tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Wara l-quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-barka sagramentali.

It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi

Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huwa mistieden kulħadd flimkien mal-għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda, il-Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Kant ser jitmexxa mill-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Waqt il-quddiesa ser ikun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

Kif tispiċċa l-quddiesa jsir it-tqarbin tal-morda u l-anzjani kollha tal-parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL); l-Azzjoni Kattolika - Ħidma Morda; Caritas Malta; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; id-Dar tal-Providenza; u entitajiet oħra li sena wara sena joffru s-servizz tagħhom sabiex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċpaw f’din il-liturġija.

L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016 6.00pm Jingħad ir-Rużarju mxandar dirett minn Lourdes u

animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u membri tal-Għaqdiet

Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ, kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità Qrendija. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2016L-Ewwel Jum tat-Tridu 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph

Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016It-Tieni Jum tat-Tridu 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30am Quddiesa bil-prietka tat-Tridu minn Patri Joseph

Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Reġina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju Ġunju 2016It-Tielet Jum tat-Tridu u Lejliet il-Festa 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Jingħad ir-Rużarju u fl-aħħar it-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa bit-talba tal-Għasar kantat. Il-predikatur

waqt il-Quddiesa ser ikun Patri Joseph Zahra O.P. Wara l-quddiesa jsir il-kant tal-Kurunella, is-Salve

Programm tal-Festi ta’ Ġewwa

Festa tal-Madonna ta’ Lourdesil-Qrendi 2016

Page 2: Programm tal-Festi ta’ Ġewwa Festa tal-Madonna ta’ Lourdes 6_7...Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi

7Le˙en il-Konfraternità tal-Beata Ver©ni Immakulata ta’ Lourdes, Qrendi

Óar©a 7Lulju 2016 Mariapolis

Reġina, il-Litanija, l-Antifona, it-Te Deum, u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2016Jum il-Festa 6.00am Quddiesa Kantata. 7.00am Quddiesa Kantata. 8.00am Korteo li jitlaq minn fejn is-sede tal-Kunsill

Lokali tal-Qrendi fejn membri tal-Konfraternità Lourdes jakkumpanjaw lis-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera flimkien mad-Diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes għall-Quddiesa Kantata Solenni. Il-Korteo ikun immexxi mill-Scouts Group ta’ Ħaż-Żabbar.

8.30am Quddiesa Kantata Solenni immexxija mill-W.R. Kan. Dr. Jonathan Farrugia. Wara l-Vanġelu Patri Renald Lofreda O. Carm., Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Fgura, jinseġ il-Paniġierku tal-Festa. Il-Quddiesa Solenni ser tkun akkumpanjata mill-Kor Sine Macula ta’ Ħal Safi u l-Kor Parrokkjali Magnificat. Jiehdu sehem membri mill-Confraternità dell SS. Crocifisso (Monreale) u mill-Confraternità dell Immaculata Concezione (Bitonto).

11.00am Quddiesa Kantata. 6.00pm Għasar solenni.

7.00pm Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna ta’ Lourdes immexxija mill- W.R. Kan. Dr. Jonathan Farrugia flimkien mal-Kappillan u l-Kleru tal-Parroċċa u akkumpanjata mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi, mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba, mill-Confraternità dell SS. Crocifisso (Monreale), mill-Konfraternità dell Immaculata Concezione (Molfetta), u Konfraternitajiet oħrajn. Lejn tmiem il-purċissjoni issir Aux Flambeaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex insellmu lil Ommna Marija u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi fejn isir talb għall-fejqan tal-morda.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Mużika tal-Festa ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Tony Pace. Il-Konfraternità Lourdes tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja organizzati mill-Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta’ Lourdes tal-Qrendi flimkien mal-Kappillan u l-Parroċċa tal-Qrendi. Tkun ħaġa xierqa li kulħadd jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u tat-Tqarbin f’dawn il-jiem ta’ Festa.

Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2016 Ġemellaġġ Lokali. Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni Solenni bil-vara tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Imqabba.Awwissu 2016 Armar ta’ Paramenti Sagri tal-Konfraternità Lourdes għall-Festa Titulari ta’ Santa Marija.Awwissu 2016 Ġbir ta’ Fondi mill-Grupp Mexxej tal-Konfraternità LourdesIt-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni Solenni bil-vara ta’ Santa Marija.Awwissu 2016 Ġemellaġġ Lokali. Parteċipazzjoni fil-Pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa ż-Żejtun.Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna taċ-Ċintura.Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna tar-Rużarju.Is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Cammino Nazionale dei Confrati Giovani ġewwa l-Vatikan (Ruma).Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru 2016 Parteċipazzjoni fil-Cammino Nazionale dei Confrati Giovani ġewwa l-Vatikan (Ruma).

Impenji oħra tal-Konfraternità Lourdes għas-Sena 2016