Manuel Sapiano
Sustainable Energy and Water Conservation Unit
Malta
Aċċess għal sors ta’ ilma ġdid għall-bdiewa u r-raħħala
Introduzzjoni
Is-sorsi ta’ ilma li qed jintużaw mis-settur agrikolu huma:
(i) Ilma tal-Pjan
(ii) Ilma tax-xita
(iii) Ilma trattat
Dipendenza qawwija tas-settur fuq l-ilma tal-pjan.
2015
Introduzzjoni
Is-sitwazzjoni kurrenti mhix sostenibbli, u trid tiġi ndirizzata bi żvilupp ta’ policies integrati. (i) Użu inqas ta’ ilma billi
tiżdied l-effiċjenza fl-użu tiegħu; u
(ii) Żvilupp ta’ riżorsi ġodda li jistgħu jintużaw minflok l-ilma tal-pjan.
2021
Ilma tax-Xita
L-ilma tax-xita huwa riżors li joffri potenzjal ta’ żieda fil-volum li jintuża minnu kull sena.
Pero, il-bżonn ta’ infrastruttura fejn dan l-ilma jiġi maħżun hija sfida importanti li tillimita l-użu effettiv tiegħu.
Ilma tal-pjan Il-livell kurrenti ta’ irfiegħ tal-ilma tal-pjan jaqbeż il-livelli ta’ rfiegħ sostenibbli. Dan qed iwassal biex tiżdied l-imluħa fl-ilma minħabba d-dħul ta’ ilma tal-baħar.
Ilma b’livelli għolja ta’ mluħa ma jkunx tajjeb għall użu agrikolu.
Is-settur agrikolu huwa dipendenti fuq dan ir-riżors u għalhekk il-bżonn li dan jiġi protett.
Ilma tal-pjan
Kif qed jintuża l-ilma tal-pjan mis-settur agrikolu?
Sample ta’ 460 borehole reġistrati għal użu agrikolu bejn Jannar u Diċembru 2015.
37 borehole ma ntużawx.
Irfiegħ medju ta’ 2,193m3.
L-għola rfiegħ minn sors wieħed kien ta’ 67,735m3.
Ilma tal-pjan
Analiżi tal-volum merfugħ: Il-volum ta’ ilma merfugħ f’sena minn sors wieħed huwa kważi daqs dak merfugħ minn 231 sors b’volum merfugħ taħt l-1000m3 kull wieħed.
Ilma tal-pjan
Bejn Ottubru u Marzu il-livell ta’ rfiegħ ta’ ilma tal-pjan huwa minimu.
L-għola livelli ta’ rfiegħ mill-pjan kienu reġistrati fl-2015 fix-xhur ta’:
- Mejju
- Lulju/Awissu
Għal kull sors, il-livell ta’ rfiegħ ġeneralment jirrifletti t-tkabbir ta’ prodott addizzjonali għal dak tax-xitwa.
Ilma tal-pjan
Ilma tal-pjan
L-irfiegħ tal-ilma tal-pjan għandu prezz minħabba spejjeż relatati mal-
- konsum ta’ enerġija (elettriku),
- investiment biex titħaffer il-borehole u tinxtara l-pompa, u
- maintenance tal-pompa.
Għal irfiegħ mill-pjan b’fond għall-ilma ta’ 80 metru huwa stimat li:
-Volum medju ta’ 2,200m3 fis-sena jiġi jiswa 40c kull metru kubu;
- Volum minimu ta’ 200m3 fis-sena jiġi jiswa Eur3.39 kull metru kubu.
Ilma Ġdid (New Water)
F’dawn ix-xhur il-WSC qed tifinalizza l-bini ta’ tlett impjanti ta’ purifikazzjoni (polishing plants) minn fejn se jibdew jiġu prodotti 7 miljun m3 fis-sena ta’ ilma tajjeb (f’ċerta każi aħjar minn tal-pjan) għat-tisqija. - Livell ta’ salinita baxxa
- Bilanċ fil-minerali (bħal sodium u boron) fuq livelli indikati mill-FAO
Ilma Ġdid (New Water) Skema ta’ trattament ‘Four Barrier’: Conventional Treatment: Ineħħi l-materjal organiku bi trattament bijoloġiku
Ultra Filtration: Iwaqqaf kontaminanti bijoloġiċi bħal bacteria
Reverse Osmosis: Iwaqqaf kontaminanti tradizzjonali bħall-imluħa u kontaminanti ġodda bħal farmaċewtiċi, kontaminanti industrijali, solvents u prodotti oħra li nużaw fid-djar.
Advanced Oxidation: Iwaqqaf dawk il-kontaminanti li possibilment ikun irnexxielhom jgħaddu f’livelli baxxi mit-trattamenti ta’ qabel.
Ilma Ġdid (New Water)
L-użu ta’ dan l-ilma għall-irrigazzjoni ta’ prodotti agrikoli qed jiġi ttestjat f’impjant pilota ġewwa Bulebel, b’kollaborazzjoni bejn il-WSC u MCAST.
Dan l-istudju jikkumpara l-ħxejjex imkabbra b’ilma tal-pjan, ilma minn Sant’Antnin u ilma ġdid.
L-Ilma Ġdid intuża fit-tkabbir ta’ pastard u ħass.
Ilma Ġdid (New Water)
It-tlett impjanti ta’ purifikazzjoni (polishing plants) u sistema prinċipali ta’ distribuzzjoni se jkunu finalizzati lejn nofs din is-sena. Ix-xogħolijiet ippjanati fis-snin li ġejjin jinvolvu: (i) L-estensjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni sabiex l-aċċess għall-ilma
jkun faċilitat; (ii) Tnedija ta’ numru ta’ ‘demonstration sites’ li jagħtu informazzjoni
dwar l-użu u l-kwalita ta’ dan l-ilma; (iii) Skema ta’ branding għall-ilma li twassal messaġġ li dan l-ilma
huwa ta’ kwalita tajba; (iv) Kampanja ta’ informazzjoni dwar il-kwalita tal-ilma indirizzata
għall-konsumaturi tal-prodotti mkabbra b’dan l-ilma; u (v) Standards ta’ kwalita għal dan l-ilma (fuq livell Ewropew) biex jiġi
assigurat il-livell ta’ kwalita ta’ dan l-ilma.
Thank-you for your attention