Transcript
Page 1: GRAZZI! - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_34.pdf · 2018. 9. 6. · Jista’ jagħti l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

Għaliex niktbu hekk?... X’nikteb?... serduk jew serduq / daħak jew daħaq / ċagħak jew ċagħaq?

Serduk u serduq it-tnejn jinstemgħu fil-Malti Standard u għalhekk niktbuhom skont kif ngħiduhom.

L-istess il-pari: daħak ~ daħaq; ċagħak ~ ċagħaq; kagħak ~ qagħaq.

Jista’ jagħti l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett reġjonali u għalhekk biż-żmien hija ssir djalettali u l-oħra tibqa’ fl-istandard. Iżda minħabba n-nuqqas ta’ riċerka ma nistgħux nitkellmu fis-sod. Għalhekk wieħed jista’ jiktibhom it-tnejn, kif iħossu komdu.

X’nikteb xiehda jew xhieda? Niktbu xhieda biss! ● Il-ġirien instemgħu bħala xhieda l-Qorti. Hawnhekk xhieda hija nom fil-plural u niktbuha fuq il-mudell bdiewa. Is-singular ta’ xhieda huwa xhud.)

● Ix-xhieda tagħhom ġiet emmnuta. Hawnhekk, xhieda hija nom verbali. Niktbuha fuq il-mudell ndiema.

● Huma telgħu jixhdu l-Qorti ta’ Għawdex. Il-verb xehed nibnuh fuq xeħet jew seħet. Niktbu jixhdu bħalma niktbu jixħtu u jisħtu.

kollha espressjonijiet sbieħ...

NUŻAWHOM

!

Minflok il-kelma Grazzi, tista’ tgħid ukoll... niżżik ħajr

nirringrazzjak

nibqa’ nafhulek

issa xi ngħidlek?

m’hawnx bħalek

m’hawnx prezzek

ma kellekx xi tridu

il-Bambin bagħtek

għall-erwieħ

għall-bżonnijiet tiegħek

għal ruħ min għandek mejjet

Dik l-imbierka kelma GRAZZI!

Recommended