1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] Għaliex niktbu hekk?... X’nikteb?... serduk jew serduq / daħak jew daħaq / ċagħak jew ċagħaq ? Serduk u serduq it-tnejn jinstemgħu fil-Mal Standard u għalhekk niktbuhom skont kif ngħiduhom. L-istess il-pari: daħa k ~ daħa q ; ċagħa k ~ ċagħa q ; k agħa k ~ q agħa q . Jista’ jagħ l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur ntrabat ma’ xi djale reġjonali u għalhekk biż- żmien hija ssir djaleali u l-oħra bqa’ fl-istandard. Iżda minħabba n-nuqqas ta’ riċerka ma nistgħux nitkellmu fis-sod. Għalhekk wieħed jista’ jikbhom it-tnejn, kif iħossu komdu. X’nikteb xiehda jew xhieda ? Niktbu xhieda biss! Il-ġirien instemgħu bħala xhieda l-Qor. Hawnhekk xhieda hija nom fil-plural u niktbuha fuq il-mudell bdiewa. Is-singular ta’ xhieda huwa xhud.) Ix-xhieda tagħhom ġiet emmnuta. Hawnhekk, xhieda hija nom verbali. Niktbuha fuq il-mudell ndiema. Huma telgħu jixhdu l-Qor ta’ Għawdex. Il-verb xehed nibnuh fuq xeħet jew seħet. Niktbu jixhdu bħalma niktbu jixħtu u jisħtu . kollha espressjonijiet sbieħ... NUŻAWHOM! Minflok il-kelma Grazzi, sta’ tgħid ukoll... niżżik ħajr nirringrazzjak nibqa’ nafhulek issa xi ngħidlek? m’hawnx bħalek m’hawnx prezzek ma kellekx xi tridu il-Bambin bagħtek għall-erwieħ għall-bżonnijiet tiegħek għal ruħ min għandek mej jet Dik l-imbierka kelma GRAZZI!

GRAZZI! - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_34.pdf · 2018. 9. 6. · Jista’ jagħti l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett

  • Upload
    others

  • View
    4

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: GRAZZI! - Kitbietnakitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_34.pdf · 2018. 9. 6. · Jista’ jagħti l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

Għaliex niktbu hekk?... X’nikteb?... serduk jew serduq / daħak jew daħaq / ċagħak jew ċagħaq?

Serduk u serduq it-tnejn jinstemgħu fil-Malti Standard u għalhekk niktbuhom skont kif ngħiduhom.

L-istess il-pari: daħak ~ daħaq; ċagħak ~ ċagħaq; kagħak ~ qagħaq.

Jista’ jagħti l-każ li waħda minnhom qiegħda kulma jmur tintrabat ma’ xi djalett reġjonali u għalhekk biż-żmien hija ssir djalettali u l-oħra tibqa’ fl-istandard. Iżda minħabba n-nuqqas ta’ riċerka ma nistgħux nitkellmu fis-sod. Għalhekk wieħed jista’ jiktibhom it-tnejn, kif iħossu komdu.

X’nikteb xiehda jew xhieda? Niktbu xhieda biss! ● Il-ġirien instemgħu bħala xhieda l-Qorti. Hawnhekk xhieda hija nom fil-plural u niktbuha fuq il-mudell bdiewa. Is-singular ta’ xhieda huwa xhud.)

● Ix-xhieda tagħhom ġiet emmnuta. Hawnhekk, xhieda hija nom verbali. Niktbuha fuq il-mudell ndiema.

● Huma telgħu jixhdu l-Qorti ta’ Għawdex. Il-verb xehed nibnuh fuq xeħet jew seħet. Niktbu jixhdu bħalma niktbu jixħtu u jisħtu.

kollha espressjonijiet sbieħ...

NUŻAWHOM

!

Minflok il-kelma Grazzi, tista’ tgħid ukoll... niżżik ħajr

nirringrazzjak

nibqa’ nafhulek

issa xi ngħidlek?

m’hawnx bħalek

m’hawnx prezzek

ma kellekx xi tridu

il-Bambin bagħtek

għall-erwieħ

għall-bżonnijiet tiegħek

għal ruħ min għandek mejjet

Dik l-imbierka kelma GRAZZI!