4
WWW.PULSE.ORG.MT MANIFEST ELETTORALI

Pulse | Mcast manifesto | Change Is Now

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

Page 1: Pulse | Mcast manifesto | Change Is Now

WWW.PULSE.ORG.MT

M A N I F E S T E L E T T O R A L I

Page 2: Pulse | Mcast manifesto | Change Is Now

Għażiż student,

Wara diversi xhur ta’ ħidma, Pulse tinsab uffiċjalment hawn quddiemek preparata u entużjasta sabiex tikkontesta l-ewwel elezzjoni tagħha ġewwa l-MCAST. Tinsab hawn quddiemek lesta b’tim ta’ kandidati dinamiċi u bi pjan realistiku u effettiv li żgur mhux forsi ser jipprovdi lilek, l-istudent, mhux biss bidla, imma bidla li trendi l-frott tagħha. L-islogan “Change is Now!” hija biss frażi li tiġbor fiha l-pjanijiet kollha li għandha l-Pulse għall-MCAST. Irridu nassiguraw li l-esperjenza tiegħek ġo dan il-Kulleġġ tkun waħda indimentikabbli u għaldaqstant, b’dan il-ħsieb fl-isfond, INT ser tkun qed timxi din il-mixja magħna biex b’hekk inkunu verament ilħaqna l-iskop aħħari tagħna li nkunu “il-polz tal-istudenti kollha”. Kunsill ġdid fdat f’idejn il-Pulse ser jassigura li int tkun il-fulkru ta’ kull deċiżjoni mittieħda.

Irridu ntejbulek l-esperjenza edukattiva tiegħek iżda fuq kollox... irridu inservuk!

Dejjem tiegħek,Pulse

Nirriformaw il-Board of Studies b’tali mod li tonqos il-burokrazija li jħaddan u fl-istess waqt tiżdied l-effiċjenza.

Nisħqu fuq l-organizazzjoni ta’ forums sabiex nassiguraw żieda fil-kuntatt mal-istudent, liema żieda tpoġġieh fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni mittieħda.

Naraw li jitweħħlu notice boards f’kull istitut fejn fuqhom ikun hemm imniżżla informazzjoni li tikkonċerna għadd ta’ xogħlijiet maħruġa mill-ETC għad-dispożizzjoni tal-istudenti.

Inħawlu numru ta’ pjanti madwar il-kampus fi spazji magħżula filwaqt li ninstallaw xi bankijiet biex b’hekk nintroduċu l-kunċett ta’ green areas fejn l-istudenti jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom qalb in-natura.

Jiġu mqegħda bring-in sites biex mhux biss nagħtu bidu għal kampanja ta’ riċeklaġġ iżda ninkoraġġixxu aktar sens ta’ ħarsien ambjentali.

Ninstallaw aktar dust bins madwar il-kampus bl-għan li nnaqsu b’mod drastiku l-iskart mormi fl-art.

Naċċertaw li jiżdiedu s-sinjali informattivi madwar il-kampus biex tkun aktar faċli għall-istudenti biex isibu triqthom lejn il-Blocks.

Naħdmu biex ninstallaw bicycle racks ġodda bl-għan aħħari jkun propju dak li nippromwovu użu aktar frekwenti tar-rota.

Nibdew diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Isports rigward estensjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-gym sabiex ikun jista’ jitgawda min-numru akbar ta’ studenti.

Ninkoraġġixxu, permezz ta’ laqgħat informattivi, żieda fin-numru ta’ studenti li jipparteċipaw fi programmi Ewropej bħall-Erasmus.

Nevalwaw, f’diskussjonijiet mal-Amministrazzjoni, il-possibilità li l-assignments jingħataw fil-bidu tas-sena skolastika biex b’hekk intaffu l-piż minn fuq l-istudent lejn l-aħħar tas-sena.

Ngħinu lill-istudenti tal-Art and Design biex jipparteċipaw aktar fi programmi televiżivi.

PROPOSTI ĠENERALI

Page 3: Pulse | Mcast manifesto | Change Is Now

AGRIBUSINESS• Ninstallaw tinda fl-entratura ta’ dan

l-istitut fejn taħtha jistgħu jistkennu l-istudenti.

• Ninvestu u ninstallaw food vending machines għad-disponibilità ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw u jattendu korsijiet li jaqgħu taħt il-kappa ta’ dan l-istitut.

• Tiġi kreata games room fejn fiha l-istudenti jkunu jistgħu jirrilassaw u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom fil-kumpanija ta’ sħabhom.

ART & DESIGN• Ninstallaw tinda fl-entratura ta’ dan

l-istitut fejn taħtha jistgħu jistkennu l-istudenti.

• Tiġi kreata games room fejn fiha l-istudenti jkunu jistgħu jirrilassaw u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom fil-kumpanija ta’ sħabhom.

• Naċċertaw li l-kompjuters kollha fi ħdan dan l-istitut jiġu mogħtija updates regolarment bl-għan li ntejbu s-servizz mogħti lil dawn l-istudenti.

eunice duncan

jacob mifsud

BUILDING & CE• Isiru reviżjonijiet fil-ħinijiet tal-ftuħ u

l-għeluq tal-librerija sabiex din tkun iktar aċċessibli għal numru akbar ta’ studenti.

• Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan dan l-istitut.

• Nidħlu f’taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati sabiex insolvu darba għal dejjem il-problema rikurrenti tal-warrant tal-istudenti inġiniera bit-tama li nassiguraw l-għotja ta’ din l-istess warrant fi tmiem il-kors.

COMMUNITY SERVICE• Ninsistu fuq l-importanza ta’ renovar

notevoli fil-klassijiet ta’ dan l-istitut sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jaħdmu u jistudjaw fi spazju adekwat. Naraw ukoll li dan ir-renovar jiġi saħansitra estiż għax-showers tal-gym biex nas-siguraw l-aqwa ambjent possibli.

• Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan dan l-istitut.

• Nenfasizzaw l-importanza tad-dħul ta’ sistema aħjar ta’ plakek biex b’hekk intejbu u niffaċilitaw l-istudju u l-ħidma ta’ dawn l-istudenti. jade gauci

luca attard

Page 4: Pulse | Mcast manifesto | Change Is Now

ICT• Nassiguraw li jsir ir-renovar kollu

meħtieġ fit-toilets ta’ dan l-istitut.

• Ninvestu f’numru ta’ lockers ġodda sabiex niffaċilitaw il-ħajja studenteska ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw l-isti-tut tal-ICT.

• Ninsistu fuq l-importanza ta’ renovar notevoli fil-klassijiet ta’ dan l-istitut filwaqt li naċċertaw rwieħna li l-kompjuters jkunu mgħammra b’software riċenti u mogħtija updates fuq bażi regolari.

• Naħdmu sabiex nassiguraw aċċess aqwa għall-WiFi fi ħdan l-istitut tal-Mechanical Engineering.

• Inwettqu l-arranġamenti kollha neċes-sarji fil-klassijiet filwaqt li ninvestu f’numru ta’ siġġijiet b’mejda ċkejkna mwaħħla magħhom.

• Nevalwaw il-possibilità ta’ rinovazzjoni notevoli fil-canteen bl-għan li niżviluppaw dan l-ispazju f’ambjent li jilqa’ lil dawk kollha li jagħmlu użu minnu. Nidħlu f’diskussjoni ma’ dawk kollha kkonċernati bit-tir li ntejbu il-kwalità u l-prezzijiet tal-ikel mibjugħ.

MECHANICALENGINEERING

martina buttigieg

karl valletta

MARITIME• Nesploraw il-possibiltà li noffru

opportunità ta’ job shadowing fil-professjonijiet marittimi differenti lill-istudenti tul ix-xhur tas-sajf.

• Nidħlu f’diskussjonijiet mal-Gvern sabiex naraw kif il-proġett tal-Maritime Hub jista’ jsarraf f’ġid għall-istudenti.

isaac tanti

BUSINESS & COMMERCE• Tiddaħħal sistema ta’ monitors fejn fi-

hom jitniżżlu l-lecturers kollha li huma assenti.

• Tiġi kreata rampa fl-entratura tal-istitut sabiex il-post ikun aċċessibli wkoll għal persuni bi bżonnijiet differenti.

• Nipprovdu xkafef apposta attrezzati b’magazines li jkopru s-suġġetti kollha offruti f’dan l-istitut.

andrew grech iles