1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] L-unika kelma tajba hija kumdità. Qabel xejn, irridu nimu mill-ewwel żewġ sinjali — l-appostrofu u l-aċċent — li jintużaw fil-kitba Malja bi skop differen. Meta nkun niajpja bil-kompjuter liema hi t-tajba? kumdita’, kumdita, kumdita` jew kumdità ? L-appostrofu * + nużawh biex nuru li hemm xi ħaġa nieqsa jew imqassra, ngħidu aħna xi vokali li waqgħet (eż. f’April flok April), jew il-konsonan f’tarf il-kelma (eż. reġa’ minflok reġagħ). Mela l- forma kumdita’ hija ħażina, għax hawn m’għandna xejn nieqes jew imqassar. L-aċċent * ` + jurina li f’dik il-kelma l-qawwa tal-leħen qed taqa’ fuq l-aħħar sillaba (verità, kafè, Marì, bijambò, tribù). B’hekk nagħmlu differenza bejn koppji jixxiebhu bħal: mara onesta mżejna bl-onestà, il-Papa (ta’ Ruma) u l-papà (missier). Mela l-forma kumdita hija ħażina għax nieqsa mill-aċċent li jurina l-leħen u ġi nqara bħal qarnita. L-aċċent jinkiteb dejjem fuq il-vokali, mhux warajha, għax huwa par mill-ħoss tal-istess vokali. Hija vokali aċċentata. Mela l-forma kumdita` mhix tajba għax hawn l-aċċent inkiteb fl-ispazju ta’ wara l-vokali, minflok fuqha. Xi wħud, minflok l-aċċent fuq il-vokali, jiżbaljaw u jiktbu l-aċċent (jew l-appostrofu) wara l-vokali (kumdita`, kumdita’). Dawn jeħeġ jitgħallmu li meta qed jużaw il-kompjuter kulma jridu jagħmlu hu li jagħfsu l-buuna Alt Gr u l-vokali li jridu flimkien. [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] I l-Professur Ġużè Aquilina twieled il-Munxar Għawdex fis-7 ta’ April 1911. Studja fis- Seminarju tal-Isqof f’Għawdex, iktar tard fl-Università ta’ Malta u fl-iSchool of Oriental and African Studies tal-Università ta’ Londra (1937-40). Kien l-ewwel Professur tal-Mal u l-Ilsna Orjentali (1937-1976) u kien id-Dekan tal-Fakultà tal-Ar bejn is-snin 1948-1966 u s-snin 1972-1975, fl-Università ta’ Malta. Minn meta laħaq Kap tad-Diparment tal-Mal u l-Ilsna Orjentali fl-Università fl-1937 ma heda qa bl-inizjavi favur l-istudju tal-Mal u f’ħafna ċentri kulturali barra minn Malta, l-aktar fl-universitajiet ta’ Sorbonne u ta’ Leeds fejn kien meqjus bħala awtorità fl-istudji tal-Mal. Aquilina kiteb ’il fuq minn 50 keb fuq il-lingwiska, proża, poeżija u kitbiet oħra fuq il-lingwa u l-leeratura f’perjodiċi xjenfiċi f’Malta u barra minn Malta. Ix-xogħlijiet ewlenin egħu huma Papers in Maltese Linguiscs, A Comparave Diconary of Maltese Proverbs, Comparave Maltese Arabic Grammar, The Structure of Maltese, Teach Yourself Maltese, u naturalment id-dizzjunarju Maltese-English Diconary f’żewġ volumi u English-Maltese Diconary f’erba’ volumi. Aquilina kien l-editur tal-Journal of the Royal University of Malta Literary Society (1932-1937), Leħen il-Mal (1940-1976), Tagħlim għall-Kbar (1953-1965), Journal of Faculty of Arts (1957-1976) u tal-Journal of Maltese Studies (1961-1976). Ġużè Aquilina miet ta’ 86 sena fit-8 t’Awwissu 1997. ĠUŻÈ AQUILINA, studjuż tal-lessiku u l-lingwa (1911-1997) Informazzjoni meħuda minn www.akkademjatalmal.com

ĠUŻÈ AQUILINA, studjuż tal-lessiku u l-lingwa Ikitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_12.pdf · Injazju sabiex il-ling Áa tagħna tingħata l-alur li jistħoqqilha

  • Upload
    others

  • View
    5

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: ĠUŻÈ AQUILINA, studjuż tal-lessiku u l-lingwa Ikitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_12.pdf · Injazju sabiex il-ling Áa tagħna tingħata l-alur li jistħoqqilha

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

L-unika kelma tajba hija kumdità. Qabel xejn, irridu nifhmu mill-ewwel żewġ

sinjali — l-appostrofu u l-aċċent — li jintużaw fil-kitba Maltija bi skop differenti.

Meta nkun nittajpja bil-kompjuter liema hi t-tajba? kumdita’, kumdita, kumdita` jew kumdità?

L-appostrofu * ’ + nużawh biex nuru li hemm xi ħaġa nieqsa jew imqassra, ngħidu aħna xi vokali li waqgħet (eż. f’April flok fi April), jew il-konsonanti għ f’tarf il-kelma (eż. reġa’ minflok reġagħ). Mela l-forma kumdita’ hija ħażina, għax hawn m’għandna xejn nieqes jew imqassar.

L-aċċent * ` + jurina li f’dik il-kelma l-qawwa tal-leħen qed taqa’ fuq l-aħħar sillaba (verità, kafè, Marì, bijambò, tribù). B’hekk nagħmlu differenza bejn koppji jixxiebhu bħal: mara onesta mżejna bl-onestà, il-Papa (ta’ Ruma) u l-papà (missier).

Mela l-forma kumdita hija ħażina għax nieqsa mill-aċċent li jurina l-leħen u tiġi tinqara bħal qarnita.

L-aċċent jinkiteb dejjem fuq il-vokali, mhux warajha, għax huwa parti mill-ħoss tal-istess vokali. Hija vokali aċċentata. Mela l-forma kumdita` mhix tajba għax hawn l-aċċent inkiteb fl-ispazju ta’ wara l-vokali, minflok fuqha. Xi wħud, minflok l-aċċent fuq il-vokali, jiżbaljaw u jiktbu l-aċċent (jew l-appostrofu) wara l-vokali (kumdita`, kumdita’). Dawn jeħtieġ jitgħallmu li meta qed jużaw il-kompjuter kulma jridu jagħmlu hu li jagħfsu l-buttuna Alt Gr u l-vokali li jridu flimkien.

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

I l-Professur Ġużè Aquilina twieled il-Munxar Għawdex fis-7 ta’ April 1911. Studja fis-

Seminarju tal-Isqof f’Għawdex, iktar tard fl-Università ta’ Malta u fl-iSchool of Oriental and

African Studies tal-Università ta’ Londra (1937-40). Kien l-ewwel Professur tal-Malti u

l-Ilsna Orjentali (1937-1976) u kien id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti bejn is-snin 1948-1966 u s-snin

1972-1975, fl-Università ta’ Malta.

Minn meta laħaq Kap tad-Dipartiment tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università fl-1937 ma heda

qatt bl-inizjattivi favur l-istudju tal-Malti u f’ħafna ċentri kulturali barra minn Malta, l-aktar

fl-universitajiet ta’ Sorbonne u ta’ Leeds fejn kien meqjus bħala awtorità fl-istudji tal-Malti.

Aquilina kiteb ’il fuq minn 50 ktieb fuq il-lingwistika, proża, poeżija u kitbiet oħra fuq il-lingwa u

l-letteratura f’perjodiċi xjentifiċi f’Malta u barra minn Malta. Ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu huma

Papers in Maltese Linguistics, A Comparative Dictionary of Maltese

Proverbs, Comparative Maltese Arabic Grammar, The Structure of

Maltese, Teach Yourself Maltese, u naturalment id-dizzjunarju

Maltese-English Dictionary f’żewġ volumi u English-Maltese

Dictionary f’erba’ volumi.

Aquilina kien l-editur tal-Journal of the Royal University of Malta

Literary Society (1932-1937), Leħen il-Malti (1940-1976), Tagħlim

għall-Kbar (1953-1965), Journal of Faculty of Arts (1957-1976) u

tal-Journal of Maltese Studies (1961-1976).

Ġużè Aquilina miet ta’ 86 sena fit-8 t’Awwissu 1997.

ĠUŻÈ AQUILINA, studjuż tal-lessiku u l-lingwa (1911-1997)

Informazzjoni meħuda minn www.akkademjatalmalti.com