4
Waħda mill-affarijiet li tgħaqqad ħafna persuni hija l-mużika. Jien għandi ħafna minn sħabi li sirna ħbieb meta ndunajna li nħobbu l-istess stil ta’ mużika. U l-istili ma jonqsux tafux! Hemm mużika li tikkalmak u oħra li tgħinek meta tkun trid tagħmel xi ħaġa għax imqajma u qisha tagħtik l-enerġija biex taħdem. Hemm mużika tajba meta tkun qed tilgħab xi logħba fuq il-kompjuter u hemm min jgħid li hemm ċerta mużika li tgħinek waqt li qed tistudja! Fi ftit kliem hemm mużika għall-gosti u l-pjaċiri ta’ kulħadd. Fil-fatt hemm anke mużika għall-ħinijiet tat-talb u għal waqt il-quddiesa. Fost il-ħafna nies li kitbu mużika u innijiet għal waqt il-quddiesa nsibu lil Frances Jane li żgur li tista’ tgħinna nimu aħjar il-messaġġ tal-Evanġelju tal-lum. Meta Frances kien għad kellha biss sitt ġimgħat kellha infezzjoni żgħira f’għajnejha imma minħabba li ngħatat mediċina ħażina minn xi ħadd li taparsi kien tabib, spiċċat tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien ta’ Alla; l-annimali u t-tajr tas-sema, jew inkella s-siġar u l-uri. Imma Fanny ma ħallietx dan itellfilha l-ferħ f’qalbha. Forsi ġieli smajt il-qawl, “Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija”. Alla fil-verità ma jagħlaqx bibien, imma veru, meta jiġri xi ħaġa f’ħajjitna u jingħalqilna bieb, Alla żgur se jkun hemm biex jiftħilna bibien oħra, għax l-akbar pjaċir tiegħu hu li jarana kuntenti. Hekk għamel ma’ Fanny! F’qasir żmien intebħet li kellha talent. Ta’ tmien snin kitbet l-ewwel poeżija tagħha u minn hemm qatt ma waqfet tikteb innijiet ta’ tifħir li llum jitkantaw madwar id-dinja kollha. F’ħajjitha kitbet ’il fuq minn 8000 innu jew poeżija! Fl-Evanġelju tal-lum smajna l-ġrajja ta’ meta Ġesù fejjaq lil dak ir-raġel agħma, u kif dan il-miraklu wasslu biex ifaħħar lil Alla. Forsi tgħiduli: “Imma Fanny baqgħet ma tarax!” Tassew li baqgħet ma tarax, imma fid- diffikultajiet tagħha Fanny ma qatgħetx qalbha, anzi saret aktar b’saħħitha u fittxet fiha nfisha sakemm skopriet il-bieb il-ġdid li kien fetħilha Alla. Filwaqt li nkomplu nitolbu biex Alla jħarisna mid-deni, imma ejjew nitolbu lil Alla biex meta niltaqgħu ma' xi diffikultà kbira, nagħmlu bħal Fanny u ma naqtgħux qalbna imma nafdaw f’Alla li se jiftħilna bibien ġodda. 1 Sam 16, 1b.6-7.10-13a Salm 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6 Efes 5, 8-14 Ġw 9, 1-41 Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Il-Ħadd 22 ta’ Marzu 2020 “Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”

“Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: “Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien

Waħda mill-affarijiet li tgħaqqad ħafna persuni hija l-mużika. Jien għandi ħafna minn sħabi li sirna ħbieb meta ndunajna li nħobbu l-istess stil ta’ mużika. U l-istili ma jonqsux tafux! Hemm mużika li tikkalmak u oħra li tgħinek meta tkun trid tagħmel xi ħaġa għax imqajma u qisha tagħtik l-enerġija biex taħdem. Hemm mużika tajba meta tkun qed tilgħab xi logħba fuq il-kompjuter u hemm min jgħid li hemm ċerta mużika li tgħinek waqt li qed tistudja! Fi ftit kliem hemm mużika għall-gosti u l-pjaċiri ta’ kulħadd. Fil-fatt hemm anke mużika għall-ħinijiet tat-talb u għal waqt il-quddiesa.

Fost il-ħafna nies li kitbu mużika u innijiet għal waqt il-quddiesa nsibu lil Frances Jane li żgur li tista’ tgħinna nifhmu aħjar il-messaġġ tal-Evanġelju tal-lum. Meta Frances kien għad kellha biss sitt

ġimgħat kellha infezzjoni żgħira f’għajnejha imma minħabba li ngħatat mediċina ħażina minn xi ħadd li taparsi kien tabib, spiċċat tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien ta’ Alla; l-annimali u t-tajr tas-sema, jew inkella s-siġar u l-fjuri. Imma Fanny ma ħallietx dan itellfilha l-ferħ f’qalbha.

Forsi ġieli smajt il-qawl, “Alla jagħlaq bieb u jiftaħ mija”. Alla fil-verità ma jagħlaqx bibien, imma veru, meta jiġri xi ħaġa f’ħajjitna u jingħalqilna bieb, Alla żgur se jkun hemm biex jiftħilna bibien oħra, għax l-akbar pjaċir tiegħu hu li jarana kuntenti. Hekk għamel ma’ Fanny! F’qasir żmien intebħet li kellha talent. Ta’ tmien snin kitbet l-ewwel poeżija tagħha u minn hemm qatt ma waqfet tikteb

innijiet ta’ tifħir li llum jitkantaw madwar id-dinja kollha. F’ħajjitha kitbet ’il fuq minn 8000 innu jew poeżija!

Fl-Evanġelju tal-lum smajna l-ġrajja ta’ meta Ġesù fejjaq lil dak ir-raġel agħma, u kif dan il-miraklu wasslu biex ifaħħar lil Alla. Forsi tgħiduli: “Imma Fanny baqgħet ma tarax!” Tassew li baqgħet ma tarax, imma fid-diffikultajiet tagħha Fanny ma qatgħetx qalbha, anzi saret aktar b’saħħitha u fittxet fiha nfisha sakemm skopriet il-bieb il-ġdid li kien fetħilha Alla.

Filwaqt li nkomplu nitolbu biex Alla jħarisna mid-deni, imma ejjew nitolbu lil Alla biex meta niltaqgħu ma' xi diffikultà kbira, nagħmlu bħal Fanny u ma naqtgħux qalbna imma nafdaw f’Alla li se jiftħilna bibien ġodda.

1 Sam 16, 1b.6-7.10-13aSalm 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6Efes 5, 8-14 Ġw 9, 1-41

Ir-Raba’ Ħadd tar-RandanIl-Ħadd 22 ta’ Marzu 2020

“Sakemm għadni fid-dinja,jiena hu d-dawl tad-dinja.”

Page 2: “Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien

����Sib il-Kelma

Fost l-ittri t’hawn taħt għandek issib dawn il-kelmiet moħbija marbuta mas-siltali għadna kif qrajna. Aqbad lapes u dur dawn l-ittri biex issib il-kliem mistur.AGĦMA, RABBI, TWIELED, ĠENITURI, DAWL, MENQGĦA, SILWAM, MIBGĦUT, TAJN, GĦAJNEJJA

E V A N Ġ E L J U X

V A GĦ N A M A S T Ġ

A N M E N Q GĦ A GĦ E

N R A B B I T GĦ A N

Ġ Q Ġ N D A W L J I

E A W N I D IE N N T

L S A M I R L D E U

J S S L K A E I J R

U I I U L K D N J I

A S L E M B I R A N

L I W F A R I Ż E J

E T A J N A L L A E

I N M I B GĦ U T M M

Page 3: “Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien

����Agħti l-kulur

“Sakemm għadni fid-dinja,jiena hu d-dawl tad-dinja.”

Page 4: “Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.”tilfet id-dawl t’għajnejha fi ftit jiem. Frances, jew aħjar Fanny kif kienu jafuha ħafna, qatt ma rat il-kobor tal-ħolqien

AĦBAR TAJBA hija pubblikazzjoni tal-Media Centre flimkien ma' SayIt Publications u YouTheme Foundation. Min jixtieq jagħti kontribuzzjoni finanzjarja jew jordna aktar kopji ta’ dan il-fuljett jista’ jibagħtilna email fuq [email protected] jew iċempel fuq 2569 9100.

L-UMILTÀ Donnu f’kull ħaġa nsibu li għandna biċċa raġun. Donnu dejjem ħaddieħor għandu tort. Qisna sirna mkabbrin wisq biex nammettu li niżbaljaw. Din l-attitudni fiha element ta’ kburija. Ma togħġobx lil Alla u tbiegħed lill- ħbieb minna. Ma jaqbillekx li tipprova timpressjona. In-nies jindunaw. Anzi, Alla jridna nkunu umli bħal Marija. L-umiltà hi wisq ta’ min ifaħħarha għax tgħinek tgħaraf il-verità fuqek innifsek u tkun dak li veru int! Min hu umli jgawdi l-paċi f’qalbu.

IL-MAĦFRA Kemm insibuha bi tqila din! Qisna rridu lil min jaħfrilna u nsibuha diffiċli naħfru lil ħaddieħor li naqasna. Ftakar li kulħadd għandu nuqqasijiet. Min kbar u min żgħar. Ta’ min

jidhru u ta’ min ma jidhrux daqstant. Anke inti. Il-bniedem meta tagħmilha miegħu/magħha tkun taf x’inhu. Veru? U nsiru qisna tazzi nċekċku fuq gabarrè. Iktar ma nkunu qrib xulxin iktar naħbtu ma’ xulxin!

FIL-VERITÀ dak li jaħfer hu dak li għandu raġun!! Mela agħmel kuraġġ u itlob maħfra jekk inqast u ġġibhiex daqshekk bi tqila biex taħfer lil ħaddieħor. Ftakar li Alla jaħfirlek kull meta titolbu. Minnek jonqos!

����������Aktar valuri tal-Vanġelu

design • video production • animation • publishing • web

Aħbar Tajba hija inizjattiva tal-Media Centre flimkien mal-Fondazzjoni YOUTHEME u tiddependi mill-ħidma ta’ diversi voluntiera u benefatturi. Għandna bżonn ukoll ta’ ħafna talb biex din il-ħidma tħalli l-frott mixtieq. Min jixtieq jgħin,finanzjarjament, bit-talb jew b’xi ħidma oħra jista’ jibagħtilna fuq

[email protected]

Grazzi.

Issa tista’ tirreklama fuq

Aħbar TajbaDan il-fuljett joħroġ

kull ġimgħa u jitqassamfil-parroċċi kollha

ta’ Malta u Għawdex.

Ċemplilna fuq 2569 9100 jew ibgħatilna email fuq

[email protected]

����Promozzjoni